Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2158(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0028/2010

Testi mressqa :

A7-0028/2010

Dibattiti :

PV 19/04/2010 - 21
CRE 19/04/2010 - 21

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.39
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0129

Testi adottati
PDF 413kWORD 101k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Europeana - il-passi li jmiss
P7_TA(2010)0129A7-0028/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar ”Europeana - il-passi li jmiss“ (2009/2158(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta“ Awwissu 2009 bit-titlu: ”Europeana – il-passi li jmiss“ (COM(2009)0440),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta“ Ottubru 2009 bit-titolu: ”Id-Dritt tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien“ (COM(2009)0532),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta“ Novembru 2008 dwar il-librerija diġitali Ewropea EUROPEANA(1),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta“ Awwissu 2008 bit-titolu: ”Il-maws muftieħ tal-wirt kulturali tal-Ewropa – Progress fid-diġitizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn tal-materjal kulturali u l-konservazzjoni diġitali madwar l-UE“ (COM(2008)0513),

–   wara li kkunsidra r-rapport finali tal-4 ta“ Ġunju 2008 tal-Grupp ta” Esperti ta“ Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali – is-sottogrupp dwar id-drittijiet tal-awtur – dwar il-konservazzjoni diġitali, ix-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta” awtur u xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati,

–   wara li kkunsidra r-rapport finali ta“ Mejju 2008 tal-Grupp ta” Esperti ta“ Livell Għoli dwar il-Libreriji Diġitali – is-sottogrupp dwar is-sħubijiet pubbliċi u privati – dwar is-sħubijiet pubbliċi u privati għad-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn tal-wirt kulturali tal-Ewropa,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta“ Settembru 2007 dwar l-i2010: lejn librerija diġitali Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/585/KE tal-Kummissjoni tal-24 ta“ Awwissu 2006 dwar id-diġitizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn ta” materjal kulturali u dwar il-konservazzjoni diġitali(3),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta“ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta” ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni(4),

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0028/2010),

A.   billi f'ambjent diġitali huwa importanti li jiġi ggarantit u ssimplifikat l-aċċess universali għall-wirt kulturali Ewropew u li jiġi żgurat li dan għandu jinġieb “il quddiem u jkun ikkonservat għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin, kemm fl-Ewropa kif ukoll ”il barra minnha,

B.   billi, b'referenza għad-diġitizzazzjoni tal-materjal ta“ wirt kulturali Ewropew, huwa essenzjali li jkun hemm politika Ewropea fil-qasam tal-kultura u turi l-impenn pubbliku qawwi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha għall-konservazzjoni, ir-rispett u l-promozzjoni tad-diversità kulturali,

C.   billi l-ġid u d-diversità tal-wirt kulturali komuni Ewropew għandhom jinġiebu “l quddiem u jkunu aċċessibbli bl-aktar mod mifrux possibbli, inkluż ”il barra mill-Ewropa, u l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kulturali, b'mod partikolari l-libreriji, għandu jkollhom sehem importanti f'dan l-isforz kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali u lokali,

D.   billi l-wirt kulturali Ewropew hu magħmul l-aktar minn xogħlijiet fid-dominju pubbliku, u dawn għandu jingħatalhom aċċess fid-dinja diġitali u kemm jista“ jkun f'formati ta” kwalità għolja,

E.   billi l-aċċess għat-tagħrif kulturali u edukattiv għandu jkun prijorità sabiex jitjiebu l-livelli ta“ edukazzjoni u tal-għajxien,

F.   billi hemm il-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards komuni għad-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew, u billi għadd kbir ta“ xogħlijiet diġitizzati li bħalissa jinsabu f'diversi biblijoteki għadhom ma tpoġġewx għad-dispożizzjoni tal-pubbliku minħabba nuqqas ta” kompatibilità bejn il-formats diġitali,

G.   billi, bis-saħħa tal-istaff tagħhom, il-bibjoteki huma l-istituzzjonijiet li l-aktar huma kwalifikati biex jissorveljaw u jimmaniġġjaw il-proċess tad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet,

H.   billi l-librerija diġitali Ewropea għandha tkun aktar minn ġabra diġitali b'għodod għall-ġestjoni tal-informazzjoni, iżda għandha tħaddan l-iżvilupp ta“ firxa wiesgħa ta” kapaċitajiet tekniċi u riżorsi għall-ħolqien, ir-riċerka u l-użu tal-informazzjoni,

I.   billi għandu jitqies l-iżvilupp mgħaġġel tat-teknoloġiji l-ġodda u t-tibdil li dawn iġibu fil-prattiki kulturali, kif għandhom jitqiesu wkoll il-proġetti eżistenti ta“ diġitizzazzjoni barra l-Ewropa,

J.   billi, konsegwentement, hemm il-ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom, jingħaqdu u jarmaw ruħhom bil-mezzi meħtieġa biex iżommu u jinkoraġġixxu l-kontribut tagħhom għal Europeana sabiex isem l-Ewropa jżid fir-rispett mad-dinja kollha,

K.   billi s'issa parti żgħira biss mill-wirt kulturali Ewropew għadha ġiet diġitizzata, billi kull Stat Membru qed jimxi bil-pass tiegħu, u l-finanzjament pubbliku allokat għad-diġitizzazzjoni tal-massa mhuwiex biżżejjed; billi l-Istati Membri għandhom iżidu fl-isforzi tagħhom biex iħaffu l-proċess tad-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi u privati,

L.   billi d-diġitizzazzjoni tal-wirt kulturali Ewropew u tal-materjal xjentifiku se tkun ta“ ġid, b'mod partikolari, għal oqsma bħall-edukazzjoni, ix-xjenza, ir-riċerka, it-turiżmu, l-intraprenditorija, l-innovazzjoni u l-midja,

M.   billi t-teknoloġija diġitali hija wkoll għodda importanti sabiex jingħata aċċess għall-wirt kulturali Ewropew lill-persuni li jħabbtu wiċċhom ma“ ostakli fir-rigward tal-aċċess tagħhom għall-kultura, fosthom il-persuni b'diżabilità,

N.   billi hemm differenzi kbar fil-leġiżlazzjoni dwar id-dritt tal-awtur fost l-Istati Membri tal-UE u billi l-istatus tad-dritt tal-awtur ta“ għadd kbir ta” xogħlijiet għadu inċert,

O.   billi jinħtieġu sforzi urġenti biex jinstab tarf tal-kwistjoni tal-“ħofra diġitali sewda” fir-rigward tal-kontenut tas-sekli 20 u 21, b'xogħlijiet ta“ siwi kulturali kbir li jinsabu mitluqa u ma jintużawx; billi kull soluzzjoni għandha tqis kif jixraq l-interessi tal-partijiet kollha involuti,

P.   billi kull xogħol protett jew żvelat li, minkejja li tkun saret tfittxija dokumentata u serja, ma jkunx jista“ jinstablu jew jiġi identifikat wieħed jew aktar minn wieħed mid-detenturi tad-dritt tal-awtur jew mid-detenturi tad-drittijiet relatati, għandu jitqies bħala xogħol bla attribuzzjoni ta” awtur,

Q.   billi tinħtieġ aktar informazzjoni dwar il-progress li sar fix-xogħol li qiegħda tagħmel il-Fondazzjoni Ewropea tal-Libreriji Diġitali,

R.   billi tinħtieġ aktar trasparenza fl-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea,

Europeana – pass importanti biex jinżamm u jinxtered il-wirt kulturali Ewropew

1.  Jilqa“ l-ftuħ u l-iżvilupp tal-librerija, il-mużew u l-arkivji diġitali Ewropej għal kontenut ta” kwalità għolja bl-isem ta“ Europeana, bħala punt ta” aċċess uniku, dirett u multilingwi, kif ukoll bħala daħla għall-wirt kulturali Ewropew;

2.  Jiddikjara li r-rwol tal-librerija diġitali Europeana għandu jkun li jħares il-wirt kulturali Ewropew sabiex il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni jkunu jistgħu jiġbru memorja Ewropea kollettiva u sabiex id-dokumenti l-aktar fraġili jkunu jistgħu jitħarsu mill-ħsara li tiġi mill-użu kostanti;

3.  Jenfasizza li l-librerija diġitali Ewropea, billi hija disponibbli għal kulħadd mill-bogħod, tikkostitwixxi biċċa għodda għad-demokratizzazzjoni tal-kultura u għalhekk għandha tippermetti li sezzjoni wiesgħa tal-pubbliku jkollha aċċess għal dokumenti rari jew qodma tal-wirt Ewropew, li hu diffiċli li jiġu kkonsultati minħabba l-konservazzjoni tagħhom;

4.  Jisħaq fuq l-importanza li l-Europeana tiżviluppa f'servizz operattiv sħiħ, b'interface multilingwi u b'karatteristiċi tal-web semantika li jżommu l-kwalità għolja tax-xogħlijiet kif ukoll b'data aċċessibbli mad-dinja kollha;

Miri u għanijiet

5.  Jitlob li l-Europeana tilħaq ħażna ta“ mill-inqas 15-il miljun oġġett diġitizzat differenti sal-2015;

6.  Jiddispjaċih ħafna li l-Istati Membri ma kkontribwewx bl-istess mod għall-kontenut tal-Europeana u jinkoraġġihom bil-qawwa jikkooperaw mill-qrib ma“ istituzzjonijiet kulturali oħrajn biex jiġu diġitizzati x-xogħlijiet u biex ikomplu bl-isforzi tagħhom għat-tfassil ta” pjanijiet ta“ diġitizzazzjoni fil-livelli kollha possibbli, biex b'hekk ma jsirux sforzi doppji kif ukoll biex titħaffef ir-rata ta” diġitizzazzjoni tal-kontenut kulturali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti (10 miljun dokument fl-2010);

7.  Jisħaq dwar il-bżonn li jkun hemm ħsieb dwar il-mezzi kif wieħed iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kulturali biex jikkonkludu ftehimiet mal-persuni li għandhom id-drittijiet tal-awtur biex ix-xogħlijiet ikunu aċċessibbli fuq bażi multiterritorjali u biex jitrawwem l-iżvilupp ta“ ambjent kompettitiv bil-parteċipazzjoni ta” bejjiegħa tal-kotba onlajn sabiex tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni tal-wirt kulturali fit-territorju Ewropew kollu;

8.  Jinnota li sal-lum Franza weħidha pprovdiet 47% tal-għadd totali ta“ oġġetti diġitizzati tal-Europeana, u li għalhekk jeħtieġ aktar attività biex l-Istati Membri jinkoraġġixxu l-libreriji nazzjonali u l-istituzzjonijiet kulturali tagħhom jagħtu kontribut u jagħmluh disponibbli, sabiex l-Ewropej kollha jkollhom aċċess sħiħ għall-wirt kulturali tagħhom;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħin sabiex jinstabu mezzi u modi li bihom tinġibed l-attenzjoni tal-Istati Membri għall-fatt li l-utenti ta“ Europeana qed ifittxu xogħlijiet ewlenin disponibbli fil-kollezzjonijiet nazzjonali iżda mhux permezz ta” Europeana;

Benefiċċji

10.  Jenfasizza l-benefiċċji ekonomiċi li tista“ toffri d-diġitizzazzjoni, billi l-valuri kulturali diġitizzati għandhom impatt ekonomiku qawwi, b'mod speċjali fuq l-industriji marbutin mal-kultura, u wkoll isostnu l-ekonomija tal-għarfien, filwaqt li jitqies il-fatt li l-assi kulturali mhumiex prodotti ekonomiċi standard u għandhom jitħarsu mill-kummerċjalizzazzjoni żejda;

11.  Jenfasizza li l-Europeana għandha ssir wieħed mill-punti ewlenin ta“ referenza għal għanijiet edukattivi u ta” riċerka; iqis li, jekk tkun integrata b'mod koerenti fis-sistemi edukattivi, l-Europeana tista“ tkompli tqarreb liż-żgħażagħ Ewropej mal-wirt u l-kontenut kulturali, letterarju u xjentifiku tagħhom; issir żona ta” konverġenza u tikkontribwixxi lejn il-koeżjoni transkulturali fl-UE;

Aċċess għal kulħadd

12.  Jenfasizza li l-faċilità għall-utenti, b'mod partikolari ċ-ċarezza u l-ħeffa li biha jista“ jinstab il-kontenut, għandha tkun fost il-kriterji ewlenin għat-tfassil tal-portal;

13.  Jenfasizza li, bil-ħsieb tal-benefiċċji għaċ-ċittadini kollha tal-UE li jidħlu fuq il-Europeana, għandu jkun hemm il-ħsieb li mill-aktar fis tkun disponibbli bil-lingwi kollha uffiċjali;

14.  Jenfasizza li l-portal għandu jqis il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità, biex dawn ikun jista“ jkollhom aċċess sħiħ għall-għerf miġbur tal-Ewropa; għalhekk jinkoraġġixxi lill-pubblikaturi biex joffru aktar xogħlijiet f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità; jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tiżgura d-disponibilità ta” verżjonijiet diġitali speċjali għall-persuni b'diżabilità, bħall-qari bl-awdjo, għal kemm jista“ jkun kontenut diġitali possibbli;

15.  Jenfasizza l-importanza ta“ aċċess ugwali għall-wirt kulturali komuni Ewropew u għaldaqstant jitlob lill-Istati Membri biex ineħħu l-barrieri intra-UE sabiex ikun hemm aċċess għal xi partijiet tal-kontenut ta” Europeana;

16.  Jenfasizza li l-aċċess għall-portal tal-Europeana u l-fakultà li wieħed jara d-dokumenti mingħajr ma jniżżilhom għandhom ikunu bla ħlas għal individwi privati u għal istituzzjonijiet pubbliċi; jenfasizza li l-Europeana għandu jkollha l-possibilità li timponi tariffi biex wieħed iniżżel jew jistampa kwalunkwe materjal kopert bid-dritt tal-awtur, u li dawn it-tariffi għandhom ikunu soċjalment aċċettabbli;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ma jkunx hemm qabża fl-għarfien bejn l-Ewropa u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE u sabiex ikun żgurat li l-Ewropej ikollhom aċċess sħiħ għall-wirt kulturali tagħhom stess fid-diversità kollha tiegħu, kif ukoll biex jitħaffef l-aċċess għalih mid-dinja kollha;

18.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli x-xogħol li beda l-Grupp ta“ Esperti ta” Livell Għoli, billi dan jagħti sehmu għal viżjoni komuni dwar il-libreriji diġitali Ewropej, kif ukoll jappoġġa soluzzjonijiet prattiċi għal kwistjonijiet ewlenin li jolqtu l-aċċessibilità onlajn ta“ assi kulturali;

19.  Jenfasizza li l-Europeana għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa onlajn u offlajn biex tippromwovi lilha nnifisha fost iċ-ċittadini tal-Ewropa, b'mod partikolari fost dawk involuti fl-attivitajiet kulturali fis-settur privat, pubbliku u edukattiv;

Kontenut akbar u aħjar għall-Europeana

20.  Jinkoraġġixxi lill-fornituri tal-kontenut biex iżidu d-diversità tat-tipi ta“ kontenut għall-Europeana, b'mod speċjali l-kontenut bl-awdjo u bil-vidjo, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lil dawk il-forom ta” espressjoni li jappartjenu għall-kulturi orali u għal dawk ix-xogħlijiet li jitħassru malajr, filwaqt li jkunu osservati d-drittijiet tal-propjetà intellettwali, b'mod speċjali d-drittijiet tal-awturi u tal-artisti; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza li jkunu rispettati d-drittijiet morali sabiex titħares l-integrità tax-xogħol u jiġi evitat kull tibdil li jista“ jsir (ċensura, tibdiliet fix-xogħlijiet, eċċ.);

21.  Hu tal-fehma li l-espressjoni libera u artistika hija valur fundamentali; iqis li l-istituzzjonijiet jew l-aggregaturi kulturali ma għandhomx ikunu soġġetti għal skrutinju jew ċensura rigward il-kontenut kulturali, letterarju jew xjentifiku Ewropew li jingħata lill-Europeana;

Kontenut u aċċess ta“ dominju pubbliku

22.  Hu konvint li l-kontenut ta“ dominju pubbliku fid-dinja analoġika għandu jibqa” fid-dominju pubbliku fl-ambjent diġitali, ukoll wara li jinbidel il-format;

23.  Ifakkar li l-objettiv ewlieni tal-politika Ewropea dwar id-diġitizzazzjoni għandu jkun il-ħarsien tal-wirt kulturali Ewropew, u li għandu jkun hemm garanziji f'dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tad-diġitizzazzjoni jkollhom status mhux esklużiv, sabiex dawn l-attivitajiet ma jwasslux għad-dehra ta“ ”drittijiet ġodda“ mnissla mill-proċess tad-diġitizzazzjoni, bħal, pereżempju, xi obbligu ta” ħlas għall-utilizzazzjoni mill-ġdid ta“ xogħlijiet fid-dominju pubbliku;

24.  Ifakkar li l-Europeana għandha tkun tista“ tibbenefika minn ftehimiet iffirmati ma” libreriji oħrajn bi sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat, u li għalhekk il-libreriji msemmija għandha tingħatalhom kopja fiżika tal-fajls li jkunu diġà ġew diġitizzati;

25.  Jiddikjara li fajls fiżiċi ta“ xogħlijiet fid-dominju pubbliku li jkunu ġew diġitizzati minn kumpaniji pubbliċi u privati għandhom jibqgħu propjetà tal-istituzzjoni sieħba pubblika, u li, jekk dan ikun impossibbli u istituzzjonijiet kulturali minn Stati Membri jkollhom, bi sħubija bejn il-pubbliku u l-privat, jikkonkludu ftehimiet bi klawsoli ta” esklużività għad-diġitizzazzjoni ta“ xogħlijiet mill-wirt nazzjonali tagħhom, għandhom jinkisbu assigurazzjonijiet qabel isir xi aċċess għall-portal tal-Europeana li l-fajls diġitizzati jsiru l-propjetà tal-istituzzjonijiet hekk kif jiskadu l-klawsoli msemmija;

26.  Jenfasizza li l-librerija diġitali ma għandhiex titbiegħed mill-objettiv ewlieni tagħha, jiġifieri li tiżgura li t-tixrid tal-għarfien fuq l-internet ma jitħalliex f'idejn kumpaniji kummerċjali privati, sabiex id-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet ma tissarrafx f'kontroll sħiħ fuq il-wirt pubbliku Ewropew li jwassal għall-privatizzazzjoni tad-dominju pubbliku;

27.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex titlob lill-fornituri ta“ kontenut diġitali biex jiċċertifikaw il-websajts li għalihom issir riferenza fil-Europeana;

28.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet kulturali Ewropej li jidħlu għad-diġitizzazzjoni tal-kontenut tax-xogħlijiet ta“ dominju pubbliku tagħhom biex dan ikun disponibbli permezz tal-Europeana u ma jillimitawx id-disponibilità tiegħu għat-territorju ta” pajjiżhom;

Kwistjonijiet ta“ drittijiet tal-awtur, inklużi xogħlijiet orfni

29.  Jenfasizza li għandhom jinstabu soluzzjonijiet biex l-Europeana toffri wkoll xogħlijiet bid-dritt tal-awtur, u b'mod partikolari xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati u dawk bla attribuzzjoni ta“ awtur permezz ta” strateġija settorjali, li jkunu jikkonformaw mal-liġijiet li jirregolaw il-propjetà intellettwali u li jikkonservaw l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet; hu tal-fehma li għandu jkun hemm preferenza għal soluzzjonijiet bħall-estensjoni tal-għoti ta“ liċenzja kollettiva jew prattiki oħrajn ta” ġestjoni kollettiva;

30.  Jilqa“ t-tnedija min-naħa tal-Kummissjoni tad-dibattitu dwar il-liġi tal-UE rigward id-dritt tal-awtur, li tfittex li toħloq bilanċ bejn id-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet tal-konsumaturi f'dinja magħquda globalment, fil-kuntest tar-realtà onlajn ta” teknoloġiji ġodda u ta“ prattiki soċjali u kulturali li qegħdin jinbidlu bil-ħeffa;

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest tat-tkomplija tal-iżvilupp tal-ħarsien tad-dritt tal-awtur fl-Ewropa, biex jadottaw dispożizzjonijiet legali li jkunu uniformi u komprensivi kemm jista“ jkun, u mfassla biex jiżguraw li l-proċessi ta” diġitizzazzjoni weħidhom ma joħolqux xi dritt tal-awtur sui generis; hu tal-fehma li dawn id-diskussjonijiet għandhom jittrattaw ukoll il-kwistjoni ta“ jekk għandhomx jidħlu derogi legali rigward id-diġitizzazzjoni ta” xogħlijiet bla attribuzzjoni ta“ awtur minn istituzzjonijiet pubbliċi;

32.  Jenfasizza l-importanza tax-xogħlijiet orfni – xogħlijiet li huma protetti bid-dritt tal-awtur, iżda li d-detenturi tad-drittijiet tagħhom ma jistgħux jinstabu minkejja li tkun saret riċerka diliġenti – u l-bżonn li jiġu determinati b'reqqa, il-volum u t-tip tax-xogħlijiet orfni, settur b'settur, sabiex jinstabu soluzzjonijiet adattati;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-Komunikazzjoni tagħha dwar id-Drittijiet tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien tad-19 ta“ Ottubru 2009, biex tressaq proposta leġiżlattiva dwar id-diġitizzazzjoni, il-konservazzjoni u d-distribuzzjoni tax-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta” awtur li ttemm l-inċertezza legali attwali, b'konformità mar-rekwiżit ta“ riċerka diliġenti għad-detenturi tad-drittijiet, u għar-rimunerazzjoni tagħhom;

34.  Japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema ta“ kklerjar ta” drittijiet li tkun sempliċi u effiċjenti meta titqabbel man-nefqa għad-diġitizzazzjoni ta“ xogħlijiet ippubblikati u d-disponibilità tagħhom fl-Internet, li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati kollha involuti;

35.  Għalhekk, jilqa“ u jappoġġa inizjattivi, bħall-proġett ARROW(5), li jsieħbu d-detenturi tad-drittijiet mar-rappreżentanti tal-libreriji, b'mod partikolari billi dawn ifittxu li jidentifikaw id-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet tagħhom, kif ukoll jiċċaraw l-istatus tad-drittijiet ta“ xogħlijiet, fosthom jekk dawn ikunux bla attribuzzjoni ta” awtur jew m'għadhomx jiġu stampati;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa bażi tad-data Ewropea tax-xogħlijiet bla attribuzzjoni ta“ awtur, li huma xogħlijiet protetti li d-detenturi tad-drittijiet tagħhom ma jkunux magħrufa jew ma jkunux jistgħu jinstabu, minkejja tfittxijiet dokumentati serji li jkunu qegħdin isiru u li jagħtu lok għal skambju ta” informazzjoni dwar min ikollu d-drittijiet tal-awtur u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż li jsiru minħabba r-riċerka diliġenti għad-detenturi tad-drittijiet;

37.  Hu favur soluzzjoni ekwilibrata għall-Ewropa kollha għad-diġitizzazzjoni u t-tixrid ta“ xogħlijiet bla attribuzzjoni ta” awtur, ibda billi dawn jiġu definiti b'mod ċar, jiġu stabbiliti standards komuni (fosthom dak tad-diliġenza dovuta applikat fit-tfittxija għas-sjieda tagħhom), kif ukoll is-soluzzjoni tal-kwistjoni tal-ksur potenzjali tad-dritt tal-awtur meta jintużaw xogħlijiet bla attribuzzjoni ta“ awtur;

38.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinstab soluzzjoni għad-dokumenti li jappartjenu għall-qasam privat (korrispondenza, noti, ritratti, films) li jagħmlu parti minn kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet kulturali iżda li qatt ma ġew ippubblikati jew li qatt ma kienu disponibbli għall-pubbliku, u li jqajmu kwistjonijiet marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-drittijiet morali;

Teknoloġiji

39.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta“ teknoloġiji żviluppati biex jiżguraw il-konservazzjoni diġitali sostenibbli u fit-tul, l-interoperabilità tas-sistemi tal-aċċess għall-kontenut, in-navigazzjoni multilingwi u d-disponibilità tal-kontenut, kif ukoll sett ta” standards li joħolqu l-unità; jilqa“ l-użu kontinwu ta” softwer b'sors miftuħ biex tinbena l-ġabra Europeana;

40.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex il-backups tal-materjal diġitizzat provdut minn istituzzjonijiet nazzjonali u minn sħab privati jinżammu fuq hardware li jkun proprjetà ta“ dawk l-istituzzjonijiet jew sħab;

41.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet sħab tagħha fis-settur privat biex isibu soluzzjonijiet tal-informatika – bħall-formati “read-only” u “copy protect” – għall-materjal diġitizzat li jinsab fuq il-websajt Europeana li huwa suġġett għad-dritt tal-awtur, u li l-paġna ta“ preżentazzjoni tad-dokument tkun tinkludi link għal paġna fuq il-websajt tal-fornitur tal-kontenut fejn id-dokument ikun jista” jitniżżel skont il-kundizzjonijiet stipulate mill-fornitur;

42.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tinsisti fuq l-użu ta“ format diġital standard għax-xogħlijiet diġitizzati, sabiex tkun żgur li d-dokumenti diġitizzati jkunu kompatibbli mal-interface online u mad-database;

43.  Jistieden lill-Grupp ta“ Esperti ta” Livell Għoli sabiex jeżamina l-possibilità li jintużaw applikazzjonijiet tal-Web 2.0 fi spazju separat onlajn;

Kwistjonijiet ta“ finanzjament u governanza

44.  Jenfasizza li l-ħolqien ta“ mudell ta” finanzjament u governanza sostenibbli huwa kruċjali għall-eżistenza fit-tul tal-Europeana, kif ukoll li s-sehem tal-parteċipanti interessati immedjati fil-proċess li jistabbilixxi dan il-mudell ta“ governanza huwa kruċjali;

Sponsorizzazzjoni u sħubijiet pubbliċi – privati

45.  Jenfasizza li, sabiex ilaħħqu mal-ispejjeż kbar tad-diġitizzazzjoni u l-pressjoni tal-ħin, iridu jiġu żviluppati metodi ġodda ta“ finanzjament, bħas-sħubijiet pubbliċi u privati, sakemm dawn tal-aħħar jikkonformaw mar-regoli dwar il-propjetà intellettwali u l-kompetizzjoni, filwaqt li jkomplu jkattru l-aċċess għax-xogħlijiet permezz tal-istituzzjonijiet kulturali; filwaqt li jiġi żgurat li l-fajls diġitizzati jkunu disponibbli bla ħlas għal-libreriji, mingħajr limiti ta” żmien;

46.  Jenfasizza l-importanza ta“ approċċ konkret fil-livell Ewropew dwar il-kondizzjonijiet ta” sħubija bejn il-pubbliku u l-privat kif ukoll il-bżonn li jitwettaq eżami dettaljat tal-ftehimiet tas-sħubija mal-atturi privati rigward il-pjanijiet ta“ diġitizzazzjoni, b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna l-iskadenzi tal-klawsoli ta” esklussività, l-indiċjar u r-referenzi permezz ta“ ”magna ta“ riċerka” tal-fajls diġitizzati sfruttati in proprio mil-libreriji, it-tkomplija tal-għotja tas-servizz, in-natura mhux kunfidenzjali tal-ftehim u l-kwalità tad-diġitizzazzjoni;

47.  Jenfasizza li d-diġitizzazzjoni tax-xogħlijiet fil-libreriji nazzjonali hija l-frott tal-investiment finanzjarju ta“ min iħallas it-taxxi bl-istess taxxi tiegħu; jenfasizza, għalhekk, li l-kuntratti tas-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat għandhom jistipulaw li l-kopja tax-xogħol diġitizzata f'isem il-librerija min-nofs privat tas-sħubija tista” tkun fl-indiċi tas-search engines kollha, biex tkun tista“ tiġi kkonsultata fuq il-websajt tal-librerija u mhux biss fuq il-websajt tal-kumpanija privata tas-sħubija;

48.  Ifakkar li l-involviment ta“ sħab privati fil-proċess ta” diġitizzazzjoni ma għandux iwassal għall-ħolqien ta“ monopolji privati, li jheddu d-diversità kulturali u l-pluraliżmu, u li l-konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni hija prerekwiżit għall-involviment ta” kumpaniji privati;

49.  Jenfasizza li l-isponsorjar huwa alternattiva interessanti għall-Europeana, billi joffri opportunità għall-iffinanzjar mhux biss tal-attivitajiet tad-diġitizzazzjoni iżda wkoll tal-ġestjoni tal-ħlas tad-dritt tal-awtur għal xogħlijiet li ma għadhomx jiġu stampati, xogħlijiet bla attribuzzjoni ta“ awtur u xogħlijiet bid-dritt tal-awtur, kif ukoll biex jitqiegħdu onlajn;

Appoġġ finanzjarju tal-UE u dak pubbliku

50.  Jenfasizza li parti sostanzjali tal-finanzjament għandha tiġi mill-kontribuzzjonijiet pubbliċi, bħalma huma l-kontibużżjonijiet mill-UE, mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet kulturali u jipproponi li l-proċess ta“ diġitizzazzjoni tal-Europeana għandu jiġi interpretat bħala parti mill-istrateġija ta” Lisbona, u li għandha tiġi stabbilita linja baġitarja separata fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss;

51.  Jenfasizza li linja baġitarja separata biss tista“ toħloq il-kundizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-finanzjament disponibbli jintefaq b'mod trasparenti, b'effiċjenza fin-nefqa u skont l-obbjettivi stabbiliti;

52.  Jinnota li sal-lum ġew allokati biss EUR 6.2 miljun għall-Europeana għall-perjodu bejn l-2009 u l-2011 skont il-programm eContentplus;

53.  Jitlob biex il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss jipprovdi għal finanzjament ħafna akbar minn dak disponibbli għall-Europeana sa issa;

54.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitneħħew l-ostakoli fuq livell tal-UE sabiex il-bibjoteki jkunu jistgħu japplikaw għall-finanzjament Ewropew għal xogħol ta“ diġitizzazzjoni;

55.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar in-nefqa marbuta mal-Europeana u dwar il-progress li jkun sar;

56.  Jipproponi li l-Parlament jagħmel reviżjoni tal-arranġamenti għall-finanzjament tal-Europeana, bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni, sa mill-2011, bil-ħsieb li jinstab mudell ta“ finanzjament sostenibbli għall-proġett għall-2013 u lil hinn; jissuġġerixxi li ċaqliqa lejn l-istruttura ta” finanzjament bejn il-pubbliku u l-privat tkabbar il-potenzjal tas-sit;

Tagħrif u sensibilizzazzjoni

57.  Jipproponi li tiġi organizzata kampanja ta“ finanzjament u ta” promozzjoni bl-isem “Idħol fl-Europeana” biex ikun hawn aktar għarfien dwar il-kwistjoni u l-urġenza tagħha, u jirrakkomanda li parti mir-riżorsi maħsuba għall-Europeana għandhom ikunu ddedikati għall-promozzjoni ta“ din il-librerija fost l-akbar għadd ta” persuni possibbli, librerija li jkun fiha ġabra wiesgħa kemm jista“ jkun ta” xogħlijiet għat-tipi kollha ta“ midja (testi, awdjo, vidjo);

58.  Jipproponi li “Idħol fl-Europeana” tiġi rreklamata b'mod kreattiv; imwettqa permezz ta“ sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u permezz tal-isponsorizzazzjoni, għandha tkun immirata b'mod ewlieni lejn iż-żgħażagħ, pereżempju waqt avvenimenti sportivi internazzjonali, jew fil-kuntest ta” wirjiet tal-arti u ta“ konkorsi kulturali;

59.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tniedi kampanja fuq il-midja u online bil-għan li tippopolarizza l-paġna Europeana, u li tikkollega direttament it-traffiku fuq is-servers Ewropej lejn is-sorsi Europeana bħala l-websajt ewlieni biex jinkiseb tagħrif diġitali, u tinkuraġġixxi lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet kulturali biex jipprovdu kontenut fuq il-websajt; jappella, fl-istess waqt, għal kampanja speċjali fil-midja maħsuba għall-istudenti u għall-għalliema fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, li tiffoka fuq l-użu tar-riżorsi diġitali tal-Europeana għal għanijiet edukattivi;

60.  Huwa tal-fehma li kampanja bħal din tkun simili ħafna għat-tip ta“ azzjoni li diġà ġiet identifikata bħal meħtieġa sabiex jingħalaq id-distakk diġitali li għadu jeżisti fl-Ewropa, u b'hekk tiżgura li kulħadd ikollu aċċess għall-Europeana u għal kontenut u informazzjoni oħra online u għall-benefiċċji potenzjali tagħhom, ikunu fejn ikunu; jirrakkomanda li din il-kampanja u, b'mod partikulari, l-użu potenzjali tal-Europeana fl-iskejjel, jkunu bbażati fuq il-fehim li l-aċċess għal aktar kontenut u informazzjoni online mhuwiex għan fih innifsu, u għaldaqstant għandu jkun akkumpanjat b'inizjattivi li jistimolaw analiżi kritika tal-kontenut u tal-informazzjoni online;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kampanji ta“ informazzjoni u attivitajiet simili għaż-żieda fl-għarfien fir-rigward ta” Europeana jgħaddu mill-organizzazzjonijiet ta“ sħubija rilevanti fl-Istati Membri;

Governanza

62.  Jilqa“ l-ħidma attwali tal-Fondazzjoni Ewropea tal-Libreriji Diġitali biex jitħaffu ftehimiet formali bejn il-mużewijiet, l-arkivji, l-arkivji awdjoviżivi u l-libreriji dwar kif għandhom jikkooperaw fit-twassil u s-sostenibilità tal-portal konġunt Europeana;

63.  Hu tal-fehma li l-istituzzjonijiet kulturali għandu jibqa“ jkollhom sehem ewlieni fil-governanza, li għandha tkun demokratika kemm jista” jkun, tal-proġett tal-Europeana; u jistedinhom jikkollaboraw sabiex jevitaw xogħol diġitizzat doppju u jirrazzjonalizzaw l-użu tar-riżorsi;

64.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex itejbu t-tmexxija tal-proġett u jiżguraw li awtorità kompetenti tinħatar fuq livell nazzjonali bil-għan li tmexxi u tissorvelja l-proċess ta“ diġitizzazzjoni, tqajjem kuxjenza dwar il-proġett Europeana fost il-bibjoteki u l-fornituri ta” materjal kulturali, u sabiex tiġbor direttament mill-fornituri l-materjal diġitali li diġà jeżisti bil-għan li taqilbu f'format diġitali standard wieħed, bil-għan li kontenut ġdid jiddaħħal minnufih fid-database Europeana; huwa tal-fehma li, maż-żmien, jeħtieġ li titqies il-possibilità li jiġi prijoritizzat il-ġbir ta“ materjal diġitali li diġà jeżisti prodott bħala parti minn proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea u li jiddaħħal fil-bibjoteka diġitali Europeana;

65.  Jissuġġerixxi li tinħareġ sejħa pubblika għall-offerti bil-ħsieb li tiġi kkoordinata l-amministrazzjoni tal-Europeana b'mod effettiv kemm jista“ jkun, filwaqt li jiġu ddefiniti objettivi ċari u realistiċi u, jekk ikun il-każ, issir rivalutazzjoni tal-ħidma;

66.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tistudja l-possibilità li tistabbilixxi entità Ewropea biex tikkoordina l-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali fis-sorveljanza tal-proċess ta“ diġitizzazzjoni, tal-ħlas tad-dritt tal-awtur u ta” kwistjonijiet oħra relevanti għall-proġett Europeana;

o
o   o

67.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 18.
(2) ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 296.
(3) ĠU L 236, 31.8.2006, p. 28
(4) ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10.
(5) Reġistri Aċċessibbli tal-Informazzjoni dwar id-Drittijiet u x-Xogħlijiet bla Attribuzzjoni ta” Awtur.

Avviż legali - Politika tal-privatezza