Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina (2009/2213(INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-ħames Samits tal-Kapijiet ta“ Stat u ta” Gvern tal-Amerika Latina u l-Karibew u tal-Unjoni Ewropea, li saru s'issa f'Rio de Janeiro (fit-28 u d-29 ta“ Ġunju 1999), f'Madrid (fis-17 u t-18 ta” Mejju 2002), fi Guadalajara (fit-28 u d-29 ta“ Mejju 2004), fi Vjenna (fit-12 u t-13 ta” Mejju 2006) u f'Lima (fis-16 u s-17 ta“ Mejju 2008),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-XIV-il Laqgħa Ministerjali bejn il-Grupp ta“ Río u l-Unjoni Ewropea, li saret fi Praga fit-13 u l-14 ta” Mejju 2009,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Laqgħa Ministerjali tad-Djalogu ta“ San José bejn it-Trojka tal-Unjoni Ewropea u l-Ministri tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, li saret fi Praga fl-14 ta” Mejju 2009,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-XIX-il Samit Ibero-Amerikan tal-Kapijiet ta“ Stat u ta” Gvern li sar f'Estoril (il-Portugall) bejn id-29 ta“ Novembru u l-1 ta” Diċembru 2009 (Dikjarazzjoni ta“ Lisbona),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-30 ta“ Settembru 2009 dwar ”L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija“ (COM (2009)0495),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina, tat-8 ta“ Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana (EuroLat), u partikolarment ir-riżoluzzjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina fil-prospettiva tal-V Samit ta“ Lima, b'riferenza speċjali għall-governanza demokratika, tal-20 ta” Diċembru 2007, ir-Riżoluzzjoni dwar il-Karta Ewro-Latinamerikana għall-Paċi u s-Sigurtà, tat-8 ta“ April 2009, u l-mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-Sħubija Unjoni Ewropea - Amerika Latina fil-prospettiva tas-VI Samit f'Madrid f'Mejju 2010, tal-15 ta” Ottubru 2009,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta“ Novembru 2001 dwar sħubija globali u strateġija komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(1), tas-27 ta“ April 2006 dwar sħubija iktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(2), u tal-24 ta“ April 2008 dwar il-Ħames Samit bejn l-Amerika Latin u l-Karibew u l-Unjoni Ewropea f'Lima(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta“ Frar 2010, dwar it-terremot f'Ħaiti, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta” Frar 2010 dwar il-Venezwela u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta“ Marzu 2010 dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi u tal-kuxjenza f'Kuba,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta“ Ottubru 2007 dwar il-qtil tan-nisa (femminiċidji) fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali u r-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu(4),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0111/2010),
A. billi s-Sħubija Strateġika Bireġjonali bejn l-UE u l-Amerika Latina hi essenzjali, u hu importanti għaż-żewġ reġjuni li jkomplu japprofondixxu u jtejbu din is-Sħubija,
B. billi t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina jikkostitwixxi waħda mill-prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola tal-UE u tal-presidenzi futuri tal-Belġju u l-Ungerija,
C. billi din is-Sħubija Strateġika Bireġjonali għamlet progress notevoli sa mill-ewwel samit tagħha fl-1999, b'mod partikulari bil-ħolqien fis-Samit ta“ Vjenna tal-Assembla EuroLat – il-fergħa parlamentari tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali – iżda baqa” progress x'isir u sfidi x'jingħelbu,
D. billi wieħed mill-għanijiet ewlenin tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali hi l-integrazzjoni reġjonali, bil-konklużjoni ta“ Ftehimiet ta” Sħubija Subreġjonali u bilaterali flimkien mas-Sħubijiet Strateġiċi,
E. billi l-Għaqda tan-Nazzjonijiet tal- Amerika t'Isfel (UNASUR) – minkejja li n-natura tagħha hija differenti minn dik tal-proċessi l-oħra ta“ integrazzjoni tal-Amerika t'Isfel (ACN, Mercosur u CAIS) – tista” tagħti spinta lil dawk il-proċessi ta“ integrazzjoni,
F. billi, quddiem il-possibilità ta“ kunflitti inter-Amerikani preżenti jew futuri jaqbel li l-gvernijiet ikkonċernati, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jużaw kull possibilità ta” rimedju legali quddiem il-ġurisdizzjonijiet Latin Amerikani qabel jirrikorru għall-ġurisdizzjonijiet barra s-subkontinent Latin Amerikan,
G. billi l-infiq militari kemm fl-Amerika Latina u kemm fl-Ewropa żdied b'mod konsiderevoli f'dawn l-aħħar snin,
H. billi din is-sħubija strateġika bireġjonali kkonsolidat aktar il-koordinazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fi ħdan il-fora u l-istituzzjonijiet internazzjonali, u billi barra mit-twaqqif ta“ aġenda komuni, jeħtieġ li jibqgħu jiġu kkoordinati pożizzjonijiet dwar temi ta” importanza dinjija, filwaqt li jitqiesu l-interessi u t-tħassib taż-żewġ partijiet,
I. wara li kkunsidra l-avveniment storiku tar-ratifikazzjoni reċenti mill-UE tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità u dak li tista“ tirrappreżenta l-implimentazzjoni tagħha inkwantu tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ċivili u soċjali u tal-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs għal iktar minn 60 miljun persuna b'diżabilità li jgħixu fl-Amerika Latina,
J. billi ħadet il-kariga amministrazzjoni ġdida fl-Istati Uniti, liema amministrazzjoni ġabet magħha tamiet kbar,
K. billi fl-Amerika Latina jgħixu aktar minn 600 miljun persuna, li jikkontribwixxu 10% tal-prodott gross domestiku dinji, hemm aktar minn 40% tal-ispeċijiet veġetali tal-pjaneta u hemm kapital uman straordinarju,
L. billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina huma bbażati fuq valuri komuni, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huwa aspett ewlieni tas-sħubija strateġika,
M. billi l-iżvilupp tar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina huwa ta“ benefiċċju reċiproku u jista” jġib vantaġġi kemm għall-Istati Membri kollha tal-UE kif ukoll għall-pajjiżi kollha tal-Amerika Latina,
N. billi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-politiki kollha tista“ tgħin biex is-soċjetajiet isiru aktar ġusti u demokratiċi, fis-sens li fihom kemm in-nisa u kemm l-irġiel jitqiesu ndaqs fl-aspetti kollha tal-ħajja,
O. billi l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew jirrappreżentaw aktar minn biljun persuna u terz tal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti,
P. billi l-UE hi l-ikbar donatur ta“ għajnuna għall-iżvilupp, l-investitur ewlieni u t-tieni l-ikbar sieħba kummerċjali fl-Amerika Latina - u l-akbar waħda fil-każ tal-Mercosur u ċ-Ċilì - u li sa mit-tnedija tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali fl-1999, iffinanzjat proġetti u programmi għal total ta” EUR 3 biljuni,
Q. billi l-irkupru mir-reċessjoni dinjija se jibqa“ miexi bil-mod fl-2010; billi, minkejja li l-Amerika Latina rreżistiet il-kriżi aħjar minn ekonomiji avvanzati oħra u li bħala medja se tikber bi kważi 3% fl-2010, l-irkupru se jkun inugwali ħafna u l-livell ta” tkabbir mhux se jkun biżżejjed biex itejjeb b'mod sinifikanti l-kundizzjonijiet soċjali tal-popolazzjoni, li għad għandha livell ta“ ħarsien soċjali inferjuri ħafna meta mqabbel ma” dak li jgawdu s-sħab Ewropej,
R. billi hemm livell għoli ta“ qgħad taż-żgħażagħ f'ċerti pajjiżi ewlenin tal-Amerika Latina u l-Istati Membri tal-UE,
S. billi, minkejja li sar progress sinifikanti, ir-reġjun għandu indikazzjonijiet skunċertanti dwar il-mortalità ta“ trabi u ommijiet,
T. billi l-produzzjoni u t-traffiku tad-droga għadhom problema kbira fir-reġjun; billi l-kultivazzjoni tal-kokaina żdiedet fl-Amerika Latina u billi hemm diverġenza politika u kulturali bejn il-konvenzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tan-NU, li jqisuha bħala kultivazzjoni pprojbita, u l-pożizzjoni uffiċjali ta“ ċerti gvernijiet, li jaffermaw li l-pjanta hija parti mill-kultura indiġena tagħhom,
U. wara li kkunsidra s-sitwazzjoni tal-faqar, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni li jikkaratterizzaw ċerti komunitajiet indiġeni f'bosta mill-pajjiżi tal-Amerika Latina,
V. billi jinħtieġ titjib sinifikanti f'setturi bħall-enerġija, l-ilma, l-infrastrutturi u l-komunikazzjonijiet, sabiex jilħqu dak li diġà sar fis-settur tat-telekomunikazzonijiet,
W. billi l-iżvilupp tar-reġjun Latin Amerikan u l-kapaċità tiegħu li jikkontribwixxi għall-proċessi ta“ integrazzjoni se jkunu mxekkla jekk l-infrastrutturi ma jiġux adattati sew,
X. billi fl-Amerika Latina hemm tħassib kbir dwar il-politika tal-UE fil-qasam tal-immigrazzjoni u l-ħtieġa li jintlaħqu ftehimiet li jqisu l-interessi leġittimi tas-sħab mill-Ewropa u l-Amerika Latina dwar dan is-suġġett delikat ħafna,
Y. billi l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) beda l-ħidma tiegħu fl-Amerika Latina fl-1993 u li għall-mandat attwali tiegħu (2007-2013) għandu EUR 2.8 biljun għall-finanzjament ta“ proġetti fir-reġjun,
Z. billi l-innovazzjoni u l-għarfien huma strumenti fundamentali sabiex jinqered il-faqar, ikun miġġieled il-ġuħ u jintlaħaq l-għan tal-iżvilupp sostenibbli - bħalma nnota l-aħħar Samit Ibero-Amerikan,
AA. billi studju riċenti li sar mill-Organizzazzjoni ta“ Stati Ibero-Amerikani għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (OEI) u mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerika Latina u l-Karibew (ECLAC) semmew iċ-ċifra ta” EUR 55 biljun bħala l-baġit meħtieġ biex ikunu irrealizzati, fl-għaxar snin bejn l-2011 u l-2021, il-Miri Edukattivi 2021 li għandhom l-għan li jtemmu l-inugwaljanzi enormi li jeżistu attwalment, li jeqirdu l-illiteriżmu, li jiggarantixxu edukazzjoni għall-15-il miljun tifel u tifla bejn 3 u 6 snin li s'issa ma jmorrux skola, joħolqu sistemi solidi u effiċjenti ta“ taħriġ vokazzjonali u jtejbu b'mod sinifikanti l-kundizzjonijiet ta” aċċess għall-Universitajiet,
1. Jilqa“ pożittivament il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ”L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija“ maħsuba biex tidentifika, tevalwa u tagħmel proposti operattivi għall-ilħuq ta” Sħubija Strateġika Bireġjonali sħiħa;
2. Jilqa“ l-isforzi li saru mill-Presidenza Spanjola biex tiżgura l-iffirmar tal-Ftehim ta” Sħubija UE-Amerika Ċentrali, il-ftehimiet kummerċjali bejn diversi partijiet mal-Kolombja u l-Perù, u r-rieda u l-impenn evidenti tagħha għat-tnedija mill-ġdid tan-negozjati bejn l-UE u l-Mercosur;
3. Itenni li l-appoġġ lid-diversi proċessi ta“ integrazzjoni reġjonali fl-Amerika Latina hu prinċipju bażiku għas-Sħubija Strateġika Bireġjonali u għandu fiduċja li din is-Sħubija tagħti lok għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet dwar sitwazzjonijiet ta” kriżi u kwistjonijiet ta“ importanza dinjija, fuq il-bażi ta” valuri, interessi u tħassib reċiproċi;
4. Jinnota t-tibdil politiku li seħħ fiż-żewġ reġjuni u jsemmi l-ħtieġa li wieħed joqgħod attent għall-iżviluppi sabiex jekk ikun meħtieġ, il-politika Latina-Amerikana tal-UE tiġi orjentata mill-ġdid u adattata għaċ-ċirkostanzi l-ġodda;
5. Jisħaq fuq l-importanza tal-prinċipji u l-valuri li fuqhom hija msejsa s-sħubija strateġika bireġjonali, bħad-demokrazija pluralista u rappreżentattiva, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem (politiċi, ekonomiċi u soċjali) u l-libertajiet fundamentali, il-libertà tal-espressjoni, l-Istat kostituzzjonali u l-istat tad-dritt, ir-rispett ta“ proċess xieraq, iċ-ċertezza legali u t-tiċħid ta” kull forma ta“ dittatura jew tmexxija awtoritarja;
6. Jistieden lil dawk kollha involuti fl-isħubija strateġika bireġjonali biex jerfgħu r-responsabilitajiet tagħhom fil-qasam tal-governanza u l-ġustizzja soċjali;
Viżjoni strateġika tal-Parlament dwar is-sħubija strateġika bireġjonali UE-Amerika-Latina
7. Jerġa“ jafferma li l-objettiv aħħari tas-sħubija strateġika bireġjonali UE-Amerika-Latina hu l-ħolqien ta” żona Ewro-Latinamerikana ta“ sħubija globali interreġjonali sa, bejn wieħed u ieħor, l-2015 fl-oqsma tal-politika, l-ekonomija, il-kummerċ, is-soċjetà u l-kultura, intiża biex tiggarantixxi żvilupp sostenibbli għaż-żewġ reġjuni;
Mezzi biex jintlaħqu l-objettivi ta“ żona Ewro-Latinamerikana ta” sħubija globali interreġjonali: fil-qasam politiku tas-sħubija strateġika bireġjonali
8. Jitlob li l-possibilitajiet ġodda tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona jintużaw għall-benefiċċju tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali;
9. Jitlob li l-Viċi President / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà tiżgura l-għaqda, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-Unjoni rigward l-Amerika Latina bl-appoġġ tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u b'parteċipazzjoni attiva fis-samit li jmiss bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew f'Mejju 2010 f'Madrid;
10. Jistieden, b'mod partikolari, lill-Viċi President / ir-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill biex tistabbilixxu linji gwida għall-aqwa metodu ta“ ħidma mill-qrib flimkien sabiex jitrawwem multilateraliżmu effettiv, tiġi żgurata l-preżervazzjoni tal-ambjent u r-riżorsi naturali, jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, tingħata spinta lill-kapaċitajiet taż-żamma tal-paċi u tal-konsolidazzjoni tal-paċi tan-NU, tiġi żgurata l-kisba tal-Għanijiet tal-Millennju, u, fi ħdan il-qafas tal-liġi internazzjonali, ikun miġġieled it-theddid komuni għall-paċi u s-sigurtà, inkluż it-traffikar tad-drogi u l-armi illegali, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, skont id-deċiżjonijiet li ttieħdu f'Lima;
11. Jitlob ukoll li jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati ta“ kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-Assemblea EuroLat u d-diversi entitajiet tal-UE, kif ġie stabbilit fil-konklużjonijiet fis-Samit ta” Lima;
12. Itenni li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ġejjieni għandu jiżgura li l-PE jkollu, interlokuturi validi fid-delegazzjonijiet tal-UE, speċjalment f'reġjuni kruċjali bħall-Amerika Latina, sabiex tkun iggarantita kooperazzjoni sħiħa mal-Parlament;
13. Jirrakkomanda li tiġi adottata Karta Ewro-Latinamerikana għall-Paċi u s-Sigurtà li, abbażi tal-Karta tan-NU u l-liġi internazzjonali relatata, tkun tinkludi strateġiji u linji gwida għal azzjoni konġunta fl-oqsma tal-politika u tas-sigurtà biex taffronta t-theddidiet komuni li qed jiffaċjaw is-sħab tas-sħubija strateġika bireġjonali;
14. Jikkumplimenta lill-UNASUR dwar il-ħidma li wettqet u l-eżitu diplomatiku li kisbet fl-Amerika t'Isfel;
15. Jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li l-istabilità interna ta“ ħafna mis-sħab Latin Amerikani għadha dipendenti mir-riforma l-Istat, li trid tinkludi l-kwistjoni tal-integrazzjoni sħiħa u effettiva tal-popli indiġeni kollha u minoranzi oħra fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, sabiex tkun evitata diskriminazzjoni ta” kwalunkwe tip u jingħata appoġġ għad-drittijiet kulturali u t-tradizzjonijiet tagħhom, li jservu biex is-soċjetà ssir iktar rikka u tissaħħaħ il-governanza demokratika;
16. Iwissi li ġudikatura effiċjenti u indipendenti u kif ukoll politika effettiva ta“ rispett tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan amministrazzjoni responsabbli, verifikabbli u trasparenti, jipprovdu sigurtà liċ-ċittadini, u b'hekk isaħħu l-fiduċja tagħhom fis-sistema parlamentari rappreżentattiva u jevitaw l-indifferenza lejha;
17. Jitlob li jitkompla u jiġi approfondit djalogu kostruttiv dwar il-kwistjonijiet ta“ migrazzjoni fiż-żona Ewro-Latinamerikana, kemm mal-pajjiżi ta” destinazzjoni kif ukoll mal-pajjiżi ta“ oriġini u l-pajjiżi ta” tranżitu; jappoġġa f'dan ir-rigward, id-djalogu bireġjonali strutturat u komprensiv bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew li beda fit-30 ta“ Ġunju 2009, u b'hekk ta spinta għar-realizzazzjoni tal-impenji li ttieħdu fis-Samit ta” Lima; jilqa“ wkoll it-twaqqif, fi ħdan l-Assemblea Parlamentari EwroLat, ta” grupp ta“ ħidma dwar il-migrazzjoni, li għandu l-għan li joħloq spazju ta” djalogu u suġġerimenti f'dan il-qasam, filwaqt li jitqiesu s-sensibilitajiet taż-żewġ sħab dwar il-kwistjoni;
18. Jirrakkomanda, għal proġetti li għaddejjin bħalissa fil-Perù, fil-Kolombja u fil-Bolivja, żieda fl-approprjazzjonijiet maħsuba għall-finanzjament ta“ qirda ta” kultivazzjonijiet ta“ drogi permezz tal-iżvilupp alternattiv waqt li jinstabu mezzi kif ikunu assoċjati l-popolazzjonijiet ikkonċernati;
19. Jiddispjaċih mill-fatt li l-isforzi finanzjarji ta“ xi pajjiżi pprijoritizzaw żieda eċċessiva fl-infiq militari fi żmien meta huwa essenzjali li jitnaqqsu l-effetti tan-nuqqas fl-iżvilupp, il-faqar, il-pandemiji, il-malnutrizzjoni, il-kriminalità u d-diżastri naturali;
20. Jisħaq li t-tibdil fil-klima u t-tisħin globali għadu prijorità fl-aġenda politika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm ftehim dwar pożizzjonijiet konġunti fid-diversi fora għad-djalogu dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima, partikolarment fil-qafas tan-NU, filwaqt li jingħata sostenn lis-Samit li se jsir fil-Messiku fl-aħħar tal-2010; jitlob, barra minn hekk, għat-tkomplija tal-laqgħat tal-ministri għall-ambjent miż-żewġ reġjuni wara l-ewwel waħda li saret fi Brussell f'Marzu 2008; jenfasizza wkoll li huma l-ifqar nies, u b'mod partikolari l-komuniatjiet indiġeni, li huma l-ewwel vittmi tal-effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u tat-tisħin globali; jistenna wkoll li l-azzjoni tal-Mekkaniżmu ta“ Investiment tal-Amerika Latina (MIAL) tista” tkun indirizzata, fost oħrajn, lejn il-proġetti maħsuba biex jiġġieldu l-effetti tat-tibdil fil-klima, jiffavorixxu t-trasport pubbliku fl-inħawi, il-karozzi elettriċi, il-proġett ITT-Yasuní fl-Ekwador eċċ.;
fil-qasam ekonomiku u kummerċjali tas-sħubija strateġika bireġjonali
21. Itenni l-proposta tiegħu għall-ħolqien ta“ żona Ewro-Latinamerikana ta” sħubija globali interreġjonali bbażata fuq mudell kompatibbli mad-“WTO – Reġjonaliżmu” f'żewġ fażijiet;
22. Jappoġġa bis-sħiħ, bil-ħsieb li tintemm l-ewwel fażi, it-tkomplija mill-ġdid tan-negozjati dwar il-Ftehim ta“ Assoċjazzjoni UE-Mercosur – billi jitqies li Ftehim ta” Assoċjazzjoni ta“ dan it-tip, li hu tal-ikbar importanza u jaffettwa lil 700 miljun ruħ, jekk jiġi konkluż malajr, ikun l-iktar ftehim bireġjonali ambizzjuż fid-dinja -, il-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim ta” Sħubija UE-Amerika Ċentral qabel is-samit f'Madrid, ir-reviżjoni tal-ftehim ta“ kooperazzjoni u politika mal-Komunità Andina tal-2003, u l-elaborazzjoni tal-Ftehimiet ta” Assoċjazzjoni li jeżistu mal-Messiku u ċ-Ċilì; jinnota li n-negozjati dwar il-ftehim kummerċjali bejn diversi partijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Komunità Andina ġew konklużi b'mod sodisfaċenti; se jimpenja ruħu biex iwettaq, bi preċiżjoni xierqa, il-proċedura ta“ ratifikazzjoni parlamentari dwar dawn il-ftehimiet sabiex jiġi żgurat li jkollhom impatt pożittiv fuq l-aspetti kollha ta” interess reċiproku;
23. Ifakkar li n-negozjati dwar il-ftehim ta“ assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali nbdew fuq il-bażi ta” approċċ reġjun b'reġjun u jenfasizza li jridu jiġu konklużi bl-istess mod, waqt li jiġi żgurat li l-ebda pajjiż ma jaqa“ lura;
24. Jitlob, biex titwettaq it-tieni fażi, u biex jintlaħaq ftehim ta“ sħubija globali interreġjonali sa madwar l-2015, li jingħata appoġġ legali u istituzzjonali u kopertura ġeografika sħiħa tal-aspetti differenti tas-sħubija strateġika bireġjonali, u li jkunu previsti dispożizzjonijiet u regoli komuni b'kamp ta” applikazzjoni ġenerali li jiffaċilitaw l-eżerċitar tal-libertajiet differenti, b'tali modi li tissawwar l-aktar sħubija wiesgħa possibbli permezz ta“ approfondiment, min-naħa, tal-ftehimiet ta” integrazzjoni ġewwa l-Amerika Latina, u min-naħa l-oħra, tal-proċess ta“ sħubija tal-UE mad-diversi pajjiżi u gruppi reġjonali;
fil-qasam soċjali tas-sħubija strateġika bireġjonali
25. Jirrakkomanda, bl-għan li jkun hemm azzjoni konġunta, li jiġu kkoordinati l-pożizzjonijiet taż-żewġ reġjuni dwar kif għandhom jinkisbu l-Għanijiet ta“ Żvilupp tal-Millennju fit-tħejjija għal-laqgħa tan-NU tal-ogħla livell ippjanata għal Settembru 2010, partikolarment dawk li jinvolvu azzjoni dwar il-ġlieda kontra l-faqar, il-ħolqien ta” impjiegi stabbli u ta“ kwalità tajba, u l-inklużjoni soċjali tal-gruppi marġinalizzati, partikolarment il-gruppi indiġeni, it-tfal, in-nisa u l-persuni b'diżabbiltà;
26. Iqis li l-Għanijiet ta“ Żvilupp tal-Millennju (MDGs) huma wieħed mill-aktar objettivi importanti li għandhom jintlaħqu sal-2015, billi l-investment jiġi ffokat fuq l-aktar pajjiżi foqra u l-iktar popli vulnerabbli, u jistieden liż-żewġ reġjuni biex isibu bażi komuni qabel il-laqgħa ta” livell għoli dwar l-Għanijiet ta“ Żvilupp tal-Millennju li għandha ssir f'Settembru 2010;
27. Jemmen li l-ftuħ ta“ djalogu serju u rigoruż dwar ix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni jista” jagħti spinta għall-ħolqien ta“ spazju Ewro-Latinamerikan ta” innovazzjoni u għarfien, fuq l-eżempju tal-ftehim dwar l-innovazzjoni maċ-Ċilì;
28. Itenni li l-edukazzjoni u l-investiment tal-kapital uman huma l-bażi tal-koeżjoni soċjali u tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku, u jitlob li jsiru sforzi determinati u jingħataw fondi adegwati kontra l-illiteriżmu, li għadu għoli fil-pajjiżi tar-reġjun u b'mod partikulari fost il-bniet u n-nisa, u l-aċċess għal edukazzjoni primarja u sekondarja pubblika u b'xejn, li hija limitata minħabba n-nuqqas ta“ riżorsi fil-baġits ta” ċerti Stati; jappoġġa f'dan is-sens il-proġett imħejji mill-Organizzazzjoni ta“ Stati Ibero-Amerikani (OEI) ”Miri Edukattivi 2021: l-edukazzjoni li nixtiequ għall-ġenerazzjoni tal-biċentenarji“;
29. Jinnota li mingħajr bidliet sostanzjali fl-ambjent soċjo-ekonomiku jkun impossibbli biex l-Amerika Latina ssir parti mis-soċjetà tal-għarfien li hija l-ass strateġiku l-iktar importanti fit-temma tal-iżvilupp;
30. Jilqa“ b'sodisfazzjon l-inizjattivi ta” trawwim u ta“ skambju tal-għarfien u tal-prattiki tajba fid-dinja legali, bħall-ħolqien riċenti ta” Ċentru ta“ Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni Ġuridika għall-Amerika Latina, ifaħħar it-twaqqif tal-”Grupo de los 100“ (il-Grupp tal-Mija) u jemmen li inizjattivi bħal dawn jistgħu jkunu għodda siewja ħafna għall-appoġġ tal-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex tinbena s-sħubija strateġika bireġjonali;
31. Jagħti parir lill-pajjiżi tal-Amerika Latina li qed jiffaċċjaw kwistjonijiet attwali jew potenzjali mal-ġirien tagħhom - sew jekk tilwim fuq il-fruntieri sew jekk tilwim ieħor - biex jagħmlu kull sforz biex iressqu dawn il-kwistjonijiet quddiem il-qrati maħluqa permezz tal-proċessi differenti ta“ integrazzjoni jew li jittrattaw kwistjonijiet Latinamerikani u jevitaw li jressquhom fi qrati barra l-emisferu;
32. Jilqa“ l-isforzi li saru fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi jitlob li jsiru aktar, u jirrakkomanda l-iżvilupp ta” politiki ta“ kooperazzjoni UE-Amerika Latina li jippromwovu t-tisħiħ tal-istatus legali tan-nisa u l-aċċess indaqs għall-edukazzjoni, ix-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem u soċjali u jitlob lill-gvernijiet u l-entitajiet ta” kooperazzjoni kkonċernati biex jappoġġaw inizjattivi bħal dawn b'riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi adegwati;
33. Jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti fi ħdan is-sħubija strateġika biex jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku xieraq għall-politiki biex jipprevjenu u jipprovdu protezzjoni għal vjolenza kontra n-nisa;
34. Jilqa“ s-sentenza riċenti tal-Qorti Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-femminiċidji ta” Campo Algodonero fil-Messiku bħala preċedent għar-reġjun kollu; jistieden lill-gvernijiet tal-UE, l-Amerika Latina u l-Karibew biex jużaw din is-sentenza bħala linja gwida għax-xogħol fil-ġejjieni, u biex jiżguraw li l-kundanna qawwija tal-vjolenza kontra n-nisa tkun akkumpanjata minn programmi ta“ ħarsien, ta” prevenzjoni u ta“ ġustizzja restawrattiva ffinanzjati kif jixraq; jitlob ukoll li jittieħed impenn b'saħħtu sabiex tkun miġġielda l-vjolenza fuq bażi ta” ġeneri b'mod ġenerali, u sabiex isir investiment xieraq fis-saħħa riproduttiva u fi programmi mfassla biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-edukazzjoni sesswali u l-aċċess għal metodi ta“ ppjanar tal-familji, skont il-Programm ta” Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (1994);
35. Ifaħħar l-isforzi magħmula fil-qasam tal-koeżjoni soċjali tul dawn l-aħħar snin mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Bank Inter-Amerikan tal-Investiment (IDB), il-Programm tan-Nazzjonijiet Unit tal-Iżvilupp (UNDP), il-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerika Latina u l-Karibew (ECLAC), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Bank Dinji, u jirrakkomanda t-tiġdid u l-intensifikazzjoni tal-Programmi EUROsociAL, URB-AL u EUrocLIMA; kif ukoll l-implimentazzjoni xierqa fil-futur tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità bl-għan tal-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs favur 60 miljun ċittadin li, kaġun ta“ xi tip ta” diżabilità, jiffaċċjaw riskji kbar ta“ esklużjoni soċjali fir-reġjun Latinamerikan;
36. Itenni l-importanza tal-qsim ta“ esperjenzi b'rabta ma” kwistjonijiet ta“ interess maqsum, bħall-koeżjoni soċjali bħala mezz biex jiġi miġġieled il-faqar u jitnaqqsu l-inugwaljanzi; jappoġġa f'dan ir-rigward, il-Forum UE-ALK dwar il-Koeżjoni Soċjali, li sar f'livell ministerjali f'Lima, fit-8, id-9 u l-10 ta” Frar, 2010, u li ffoka fuq it-tema “Nippromwovu xogħol deċenti għaż-żgħażagħ: kif għandna nippromwovu l-koeżjoni soċjali” u jilqa“ d-dikjarazzjoni finali ta” Bahia adottata wara r-Raba“ Laqgħa Internazzjonali tan-netwerks EUROsociAL f'Ġunju 25, 2009;
37. Jilqa“ l-laqgħa EU-LAC dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta” sigurtà soċjali li se ssir bejn il-ministri u l-uffiċjali l-kbar b'responsabbiltà għal kwistjonijiet ta“ sigurtà soċjali f'Alcalá de Henares (qrib Madrid) fit-13 u l-14 ta” Mejju 2010, u jappoġġa wkoll il-ħidma tal-Organizzazzjoni ta“ Sigurtà Soċjali Ibero-Amerikana (OISS) fil-promozzjoni tal-benesseri ekonomiku u soċjali permezz tal-qsim ta” esperjenzi u koordinazzjoni marbuta mas-sigurtà, u jitlob li kemm il-laqgħa ministerjali u kemm l-OISS jippreżentaw proposti kreattivi biex jiżguraw il-massimu tal-kopertura soċjali tal-popolazzjonijiet ikkonċernati;
38. Jinnota li l-integrazzjoni reġjonali, li hi mfittxa minn bosta gvernijiet Latin Amerikani u ffaċilitata mill-UE, qed tħabbat wiċċha mal-problemi serji tan-nuqqas ta“ infrastruttura, kummerċ intrareġjonali insuffiċjenti u għarfien limitat f'pajjiżi individwali tal-personaġġi politiċi, soċjali u ekonomiċi ewlenin fil-pajjiżi l-oħra;
39. Itenni li strateġija bbażata fuq miżuri prattiċi li jiffavorixxu l-integrazzjoni (li jkopru t-toroq, il-ferroviji, il-pajpijiet taż-żejt u l-gass, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta“ enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni tal-kummerċ interreġjonali, fost affarijiet oħra) u miżuri biex jitqajjem l-għarfien pubbliku dwar il-personaġġi ewlenin fir-reġjun jagħtu spinta lill-integrazzjoni u jsaħħu s-sens ta” komunità fir-reġjun;
40. Jenfasizza li, biex ikun evitat li t-tkabbir tar-reġjun jistaġna u li l-iżvilupp sostenibbli jiġi bblukkat, hija meħtieġa strateġija kkoordinata fis-setturi tal-enerġija, tal-ilma u tal-komunikazzjonijiet;
41. Jirrakkomanda lill-gvernijiet fl-Amerika Latina - u jitlob l-appoġġ kollu possibbli mill-Unjoni Ewropea f'din il-ħidma enormi - li minħabba sitwazzjoni soċjali diffiċli f'kuntest ekonomiku relattivament tajjeb, jadottaw miżuri sodi u permanenti bħall-investimenti fix-xogħlijiet pubbliċi, il-promozzjoni tas-suq intern, il-protezzjoni ta“ intrapriżi żgħar u medji, l-iżvilupp tal-kreditu, iż-żdiedu tal-investimenti fis-saħħa u l-edukazzjoni, attenzjoni akbar għall-qgħad taż-żgħażagħ u għad-diskriminazzjoni fl-impjieg minħabba s-sess;
42. Ifakkar, f'dan is-sens, li – minkejja li mhux faċli li jinkisbu fondi xierqa għall-għanijiet ta“ hawn fuq – huwa meħtieġ li tinħoloq sistema tat-taxxi moderna, ġusta u indaqs li tkun tista” tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa, filwaqt li tirrevedi l-infiq militari eċċessiv;
43. Iħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi Latin Amerikani b'popolazzjonijiet indiġeni biex jimplimentaw, permezz ta“ kooperazzjoni iktar mill-qrib, pjanijiet effettivi għall-ġlieda kontra l-ġuħ, in-nuqqas ta” żvilupp, l-illitteriżmu u l-mard kroniku;
44. Hu tal-fehma li l-objettiv ta“ koeżjoni soċjali tas-sħubija UE/ALK jista” jintlaħaq biss sal-punt li din tiġġenera livell għoli ta“ żvilupp u ġustizzja fid-distribuzzjoni tad-dħul u tal-ġid, u li dan l-objettiv jirrikjedi li jittieħdu miżuri konkreti għall-qerda tal-faqar skont l-Għanijiet ta” Żvilupp tal-Millennju u għat-tisħiħ tas-sistema ġudizzjarja fil-pajjiżi ALK;
45. Jisħaq fuq l-importanza tas-sigurtà alimentari għall-pajjiżi ALK u ta“ kapaċitajiet adegwati għall-ħżin tal-ikel biex jiġu ffaċċjati l-isfidi ġejjiena għall-provvista tal-ikel;
46. Jistieden lill-UE tobbliga lill-korporazzjonijiet transnazzjonali bbażati fl-UE sabiex japplikaw l-istandards ekoloġiċi u soċjali stabbiliti permezz ta“ ftehimiet internazzjonali, bħall-Aġenda dwar Xogħol Diċenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, fil-pajjiżi ALK bħala standards minimi u sabiex ma jevitawx li jilħqu dawn l-istandards;
47. Jirrakkomanda li jkomplu jsiru samits darba kull sentejn iżda jenfasizza li r-relazzjoni mal-Amerika Latina m'għandhiex tkun limitata għal viżjoni bijennali iżda li din ir-relazzjoni għandha tiġi msaħħa b'viżjoni għal medda twila taż-żmien;
48. Jipproponi li jinfetaħ djalogu politiku bireġjonali b'approċċi trijangulari ġodda dwar kwistjonijiet, ambiti u interessi komuni bejn l-UE-ALK-Asja, l-UE-ALK-Afrika u l-UE-ALK-Stati Uniti, lejn spazju Ewro-Atlantiku li jinkludi l-Istati Uniti, l-Amerika Latina u l-UE;
49. Itenni l-proposta tiegħu għall-ħolqien ta“ Fundazzjoni Ewropa-Amerika Latina u Karibew, li l-għanijiet ewlenin tagħha jkunu kontribut għat-tħejjija tas-Samits, is-segwitu tad-deċiżjonijiet u tal-linji ta” azzjoni politika li jkunu ġew deċiżi tul is-Samits, u biex isservi bħala forum ta“ djalogu u ta” koordinazzjoni fil-perjodi ta“ bejn is-Samits għall-atturi politiċi, ekonomiċi, istituzzjonali, akkademiċi u tas-soċjetà ċivili kollha li jieħdu ħsieb it-tisħiħ tar-relazzjonijiet Ewro-Latini-Amerikani, inkluża l-Assemblea EuroLat;
50. Jipproponi li l-istruttura organizzattiva ta“ din il-Fondazzjoni, tkun ispirata, f'termini simili, mill-istruttura tal-Fondazzjoni Anna Lindh li tinkludi president u bord konsultattiv, li jippreżenta lill-bord amministrattiv, lid-direttur tagħha u lin-netwerks nazzjonali tagħha, rakkomandazzjonijiet dwar l-orjentazzjonijiet strateġiċi tal-Fondazzjoni, liema rakkomandazzjonijiet imbagħad jiġu trażmessi lil-livelli kollha ta” teħid ta“ deċiżjonijiet ikkonċernati;
51. Jinsisti li l-baġit ta“ din il-Fundazzjoni għandu jkun limitat iżda suffiċjenti biex din twettaq il-ħidma tagħha, iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE u dawk Latin Amerikani li jipparteċipaw, mill-baġit tal-UE, u mir-riżorsi proprji li tiġġenera il-fundazzjoni nnifsiha jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha minn entitajiet li jagħtu l-patroċinju tagħhom b'rabta maż-żona Ewro-Latinamerikana;
52. Jipproponi li jinħoloq dan li ġej, taħt il-monitoraġġ u l-koordinazzjoni tal-Fondazzjoni msemmija hawn fuq: Osservatorju tal-Migrazzjoni għaż-żona Ewro-Latinamerikana, responsabbli għall-monitoraġġ permanenti u mill-qrib tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-flussi migratorji f'din iż-żona; Ċentru Bireġjonali għall-Prevenzjoni tal-Kunflitti ddedikat għas-sejbien bikri tal-kawżi ta“ kunflitti potenzjali vjolenti u bl-armi, u għall-aħjar mod biex dawn ikunu evitati u biex jinżammu milli eventwalment jaggravaw; u Ċentru Bireġjonali għall-Prevenzjoni tad-Diżastri - partikolarment wara s-sitwazzjoni drammatika li nqalgħet f'Ħaiti wara t-terremot diżastruż tat-12 ta” Jannar 2010 u fiċ-Ċilì ftit wara t-terremot u t-tsunami tas-27 ta“ Frar 2010 - bl-għan li jiġu elaborati strateġiji komuni, kif ukoll sistema ta” twissija f'każijiet ta“ emerġenzi, bil-għan li titnaqqas il-vulnerabilità reċiproka f'każijiet ta” diżastri naturali b'riżultat tat-tibdil fil-klima jew fit-teknoloġija;
53. Jenfasizza li l-ftehimiet ta“ sħubija subreġjonali li qegħdin jiġu negozjati bħalissa jeħtieġ li jintlaħaq ftehim dwarhom, u jiddispjaċih dwar il-fatt li ċerti ftehimiet bħalissa qegħdin f'qagħda ta” paraliżi għal diversi raġunijiet; javża, madankollu, li fejn ikun hemm differenzi ta“ opinjoni li ma jistgħux jitranġaw għandhom jiġu mfittxija soluzzjonijiet alternattivi - mingħajr ma tintesa” l-viżjoni strateġika globali - sabiex dawk il-pajjiżi li jixtiequ jistabbilixxu relazzjonijiet politiċi, kummerċjali u soċjali mal-UE ma jiġux iżolati;
54. Itenni l-appoġġ mogħti mill-UE għall-proċessi ta“ integrazzjoni reġjonali u l-approċċ għan-negozjar ”bejn blokk u ieħor“ li tuża l-UE permezz ta” ftehimiet ta“ assoċjazzjoni, bħal fil-każ tal-Amerika Ċentrali; jirrikonoxxi, madankollu, li l-pajjiżi li jridu jintensifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom mal-UE m'għandhomx ikunu żvantaġġati minħabba problemi interni fil-proċessi ta” integrazzjoni reġjonali, bħal ma hu l-każ tal-Komunità Andina, u lanqas minħabba deċiżjonijiet sovrana mill-partijiet komponenti tagħhom, ikunu kemm ikunu leġittimi dawn id-deċiżjonijiet;
mekkaniżmi finanzjarji
55. Jappoġġa l-Mekkaniżmu ta“ Investiment fl-Amerika Latina (LAIF) propost mill-Kummissjoni bħala espressjoni tanġibbli tal-impenn tal-Unjoni għall-konsolidazzjoni tal-integrazzjoni reġjonali u l-interkonnettività fl-Amerika Latina;u jittama li dan jikkontribwixxi għad-diversifikazzjoni tal-pajjiżi u s-setturi li jibbenefikaw mill-investiment Ewropew jinnota l-fatt li s-somma ta” EUR 100 miljun prevista sas-sena 2013 mill-baġit Komunitarju, mingħajr preġudizzju għal kontribuzzjonijiet addizzjonali u sussidji oħra possibbli min-naħa tal-Istati Membri;
56. Jilqa“ b'sodisfazzjon l-iffirmar, f'Novembru 2009, ta” Memorandum ta“ Ftehim bejn il-BEI u l-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp, u jappoġġa l-isforzi kollha tal-BEI għall-finanzjament ta” proġetti fl-Amerika Latina waqt li jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta“ aktar fondi u kontribuzzjonijiet mill-UE u mill-Istati Membri għall-BEI biex dan jilħaq l-għanijiet tiegħu;
57. Jenfasizza l-importanza tal-istrumenti finanzjarji differenti tal-UE iżda jinsisti li għandna mmorru lil hinn minn sempliċi għajnuna fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-Amerika Latina u nikkonċentraw ir-riżorsi finanzjarji tal-Istrument ta“ finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) fuq il-pajjiżi l-aktar fqar u l-gruppi l-aktar vulnerabbli - u li nistabbilixxu forom ġodda ta” kooperazzjoni mal-pajjiżi b'ekonomiji emerġenti u mal-pajjiżi bi dħul medju fl-Amerika Latina permezz tal-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati (ICI+); iħeġġeġ, għal dan il-għan, li jkunu inkorporati l-kriterji u l-prinċipji miġbura fl-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fil-politika ta“ kooperazzjoni tal-UE fir-reġjun imsemmi, bl-għan li jkunu promossi u jingħataw spinta politiki attivi favur l-inklużjoni soċjali effettiva ta” dawn il-persuni;
58. Jenfasizza l-importanza u l-utilità li nersqu lejn l-armonizzazzjoni tar-regolamentazzjoni u s-sorveljanza tas-sistemi finanzjarji differenti fl-Amerika Latina sabiex nibnu pontijiet u nikkonverġu, sa fejn hu possibbli, mas-sistema Ewropea li kisbet riżultati konkreti fl-iżvilupp ta“ mudelli avvanzati ta” sorveljanza tal-entitajiet transkonfinali;
o o o
59. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Viċi President / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, lill-Parlament Latin-Amerikan, lill-Parlament tal-Amerika Ċentrali, lill-Parlament Andin u lill-Parlament tal-Mercosur.