Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar it-tnedija ta” negozjati għal ftehimiet dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 16 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-Artikolu 8 tagħha, u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, b'mod partikulari l-Artikoli 6, 8 u 13 tagħha,
– wara li kkunsidra d-dritt fundamentali għal-libertà tal-moviment, kif iggarantit mill-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjoni tal-PNR bejn l-UE u l-Istati Uniti, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta“ Marzu 2003 dwar it-trasferiment ta” data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta“ titjiriet transatlantiċi(1), u r-riżoluzzjoni tad-9 ta“ Ottubru 2003 dwar it-trasferiment ta” data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta“ titjiriet transatlantiċi: is-sitwazzjoni tan-negozjati mal-Istati Uniti(2), ir-riżoluzzjoni tal-31 ta“ Marzu 2004 dwar l-abbozz ta” deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-livell adegwat ta“ protezzjoni provdut mid-data personali misjuba fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNRs) trasferiti lejn il-Bureau of Customs and Border Protection tal-Istati Uniti(3), ir-riżoluzzjoni tas-7 ta“ Settembru 2006 dwar in-negozjati għal ftehima mal-Istati Uniti dwar l-użu tad-data tar-rekords ta” ismijiet ta“ passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni tat-terroriżmu u r-reati transnazzjonali, inkluża l-kriminalità organizzata, u għall-ġlieda kontrihom(4) , ir-riżoluzzjoni tas-14 ta“ Frar 2007 dwar is-SWIFT, il-ftehima dwar il-PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet, (5), u r-riżoluzzjoni tat-12 ta“ Lulju 2007 dwar il-ftehim PNR mal-Istati Uniti(6),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-22 ta“ Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta” data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan(7),
– wara li kkunsdira r-riżoluzzjoni leġiżlattivi tiegħu tas-7 ta“ Lulju 2005 dwar il-proposta għal-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta” ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern Kanadiż dwar l-ipproċessar tad-data tal-passiġġieri tal-ajru (API/PNR)(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta“ Novembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni ta” Qafas tal-Kunsill dwar l-użu tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (Passenger Name Record - PNR) għal skopijiet ta“ infurzar tal-liġi(9),
– wara li kkunsidra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropew tat-30 ta“ Mejju 2006 fir-rigward tal-Każijiet konġunti C-317/04 u C-318/04,
– wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta“ Ġunju 2007 mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data lill-President fil-kariga, is-Sur Schäuble, dwar il-ftehim ġdid dwar il-PNR mal-Istati Uniti,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Grupp ta“ Ħidma dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali, kif previst fl-Artikolu 29 tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (l-Artikolu 29 tal-Grupp ta” Ħidma) dwar il-ftehim tal-futur dwar il-PNR,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tas-servizz legali tal-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/82/KE dwar l-obbligu ta“ trasportaturi li jikkomunikaw data dwar il-passiġġieri(10),
– wara li kkunsidra r-reviżjoni konġunta tal-2005 tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti,
– wara li kkunsidra r-reviżjoni konġunta tal-2010 tal-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti,
– wara li kkunsidra l-Ftehim tal-2009 bejn l-UE u l-Kanada,
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni biex jiġi konkluż il-Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta“ data mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR), minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS)(11) u biex jiġi konkluż il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta“ data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan(12),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta“ Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Żona ta” libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini – il-programm ta“ Stokkolma(13),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta“ Settembru 2009 dwar il-ftehima internazzjonali prevista biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta” pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu(14),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-USA dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni f'Toledo fil-21 ta“ Jannar 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
A. billi t-Trattat ta“ Lisbona li jemenda t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea daħal fis-seħħ fl-1 ta” Diċembru 2009,
B. billi bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona l-Parlament qed jintalab biex jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ftehimiet tal-UE mal-Istati Uniti u mal-Awstralja dwar it-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) bil-għan li jiġu konklużi dawn il-ftehimiet,
C. billi l-Ftehim bejn l-UE u l-Kanada dwar it-trasferiment tal-PNR m'għadux validu, minħabba li skadiet id-Deċiżjoni ta“ Adegwadezza f'Settembru 2009, u t-trasferiment tad-data tal-PNR minn dik id-data ”l quddiem seħħ fuq il-bażi ta“ negozjati unilaterali mill-Kanada mal-Istati Membri,
D. billi pajjiżi oħra diġà qed jitolbu t-trasferiment tal-PNR, jew ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dan fil-futur qarib,
E. billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal skema tal-UE dwar il-PNR, ħaġa li l-Kummissjoni għamlet fis-17 ta“ Novembru 2007,
F. billi fiż-żminijiet diġitali tagħna, il-protezzjoni tad-data, id-dritt għall-awtodeterminazzjoni informattiva, id-drittijiet personali u d-dritt għall-privatezza saru valuri li għandhom rwol dejjem qed jikber u għalhekk għandhom jiġu protetti b'attenzjoni speċjali,
G. billi fid-dinja tagħna, li fiha l-mobilità hija karatteristika essenzjali, is-sigurtà ikbar u l-ġlieda mtejba kontra l-kriminalità għandhom imorru id f'id ma“ skambju iktar effettiv, iffukat u rapidu tad-data fl-Ewropa u fil-livell dinji,
1. Ifakkar fid-determinazzjoni tiegħu li jiġġieled kontra t-terroriżmu u kontra l-kriminalità organizzata u transnazzjonali, u fl-istess ħin fit-twemmin sod tiegħu fil-ħtieġa li jitħarsu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi żgurat l-ikbar rispett għall-privatezza, l-awtodeterminazzjoni informattiva u l-protezzjoni tad-data; itenni li n-neċessità u l-proporzjonalità huma prinċipji ewlenin mingħajr liema l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tistax tkun effettiva;
2. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq l-istat tad-dritt u li t-trasferimenti kollha tad-data personali mill-UE u l-Istati Membri tagħha għal pajjiżi terzi għal raġunijiet ta“ sigurtà għandhom ikunu bbażati fuq ftehimiet internazzjonali bl-istatus ta” atti leġiżlattivi, sabiex ikun hemm is-salvagwardji neċessarji għaċ-ċittadini tal-UE, jiġu rispettati l-garanziji proċedurali u d-drittijiet ta“ difiża, u sabiex ikun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-livell nazzjonali u dak Ewropew;
3. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, bi qbil mal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokummenti ta“ bażi relevanti kollha, b'mod partikolari l-informazzjoni speċifika mitluba fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-PNR tal-UE kif imsemmi hawn fuq;
4. Jiddeċiedi li jipposponi l-votazzjoni dwar it-talba għal approvazzjoni dwar il-ftehimiet mal-Istati Uniti u l-Awstralja sakemm ikun esplora l-għażliet għal arranġamenti għall-użu tal-PNR li jkunu konformi mal-liġi tal-UE u jissodisfaw it-tħassib espress mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar il-PNR;
5. Iqis li kwalunkwe strument leġiżlattiv ġdid għandu jkun preċedut minn Valutazzjoni ta“ Impatt fuq il-privatezza, u test ta” proporzjonalità li juri li l-istrumenti legali eżistenti mhumiex biżżejjed; jitlob b'mod partikolari biex jiġu analizzati:
–
l-użu tad-data tal-API fl-UE u minn pajjiżi terzi bħala mezz possibbli inqas intrużiv ta“ ġbir u użu ta” data dwar il-passiġġieri,
–
id-data miġbura mill-Istati Uniti u l-Awstralja fis-sistemi rispettivi tagħhom tal-Awtorizzazzjoni Elettronika tal-Ivvjaġġar (ETA), u
–
id-data tal-PNR li tista“ tkun disponibbli minn sorsi mhux koperti minn ftehimiet internazzjonali, bħal sistemi ta” riżervazzjoni bil-kompjuter li jinsabu barra l-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi t-trasportaturi bl-ajru;
6. Jemmen li fi kwalunkwe ftehim ġdid għandhom ikunu provduti mekkaniżmi xierqa għar-reviżjoni indipendenti u s-sorveljanza ġudizzjarja u l-kontroll demokratiku;
7. Jitlob li jkun hemm approċċ koerenti dwar l-użu tad-data tal-PNR għal skopijiet ta“ infurzar tal-liġi u ta” sigurtà, filwaqt li tiġi stabbilita sensiela waħda ta“ prinċipji li sservi bħala bażi għall-ftehimiet ma” pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni biex, sa mhux iktar tard minn nofs Lulju 2010, tippreżenta proposta għal mudell uniku bħal dan u abbozz ta“ mandat għan-negozjati mal-pajjiżi terzi;
8. Jitlob lill-Kummissjoni biex titlob, malajr kemm jista“ jkun, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali biex tipprovdi opinjoni dettaljata dwar id-dimensjoni tad-drittijiet fundamentali ta” kwalunkwe ftehim ġdid dwar il-PNR;
9. Iqis li l-mudell għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
(a)
li d-data tal-PNR tkun tista“ tintuża biss għal skopijiet ta” infurzar tal-liġi u ta“ sigurtà f'każijiet ta” kriminalità organizzata u transnazzjonali serja jew terroriżmu ta“ natura transkonfinali, fuq il-bażi tad-definizzjonijiet legali stipulati fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta” Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu(15);u fid-Deċiżjoni ta“ Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta” Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta“ Arrest Ewropew(16)
(b)
li l-użu tad-data tal-PNR għal skopijiet ta“ infurzar tal-liġi u ta” sigurtà għandu jkun konformi mal-istandards Ewropej dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikulari dwar il-limitazzjoni tal-iskop, il-proporzjonalità, ir-rimedju legali, il-limitazzjoni tal-ammont ta“ data li għandha tinġabar u t-tul tal-perjodi ta” ħżin;
(c)
li d-data tal-PNR fl-ebda ċirkostanza ma tista“ tintuża għall-estrazzjoni tad-data jew għat-tħejjija tal-profili tad-data; l-ebda deċiżjoni biex passiġġier ma jtirx jew deċiżjoni ta” investigazzjoni jew prosekuzzjoni ma tista“ tittieħed unikament fuq ir-riżultati ta” tfittxijiet awtomatizzati bħal dawn jew tfittxijiet fil-bażijiet tad-data; l-użu tad-data għandu jkun limitat għal krimini u theddid speċifiku, fuq bażi ta“ każ b'każ;
(d)
li fil-każ tat-trasferiment tad-data tal-PNR dwar ċittadini tal-UE għal pajjiżi terzi, it-termini ta“ tali trasferimenti għandhom jiġu stipulati fi trattat internazzjonali vinkolanti, li jipprovdi ċ-ċertezza legali u t-trattament ugwali taċ-ċittadini u l-kumpanniji tal-UE;
(e)
li t-trasferiment “il quddiem tad-data mill-pajjiż li qed jirċievi għal pajjiżi terzi għandu jkun konformi mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, li għandhom jiġu stabbiliti minn mekkaniżmu li jiċċertifika l-livell xieraq; dan se japplika wkoll għal kwalunkwe trasferiment ”il quddiem possibbli tad-data mill-pajjiż li qed jirċievi għal pajjiżi terzi;
(f)
li d-data tal-PNR tista“ tiġi provduta biss fuq il-bażi tal-metodu PUSH;
(g)
li r-riżultati jkunu mgħarrfa immedjatament lill-awtoritajiet rilevanti tal-UE u tal-Istati Membri;
10. Jissottolinja l-importanza taċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini u l-linji tal-ajru tal-UE, kif ukoll il-bżonn ta“ standards armonizzati għal dawn tal-aħħar;
11. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Presidenza biex jiżguraw li l-Parlament jingħata aċċess sħiħ għad-dokumenti u d-direttivi tan-negozjati fl-istadji kollha tal-proċedura skont l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li l-parlamenti nazzjonali jingħataw aċċess fuq talba;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Gvern tal-Isati Uniti tal-Amerika u liż-żewġ Kmamar tal-Kungress, lill-Gvern tal-Awstralja u liż-żewġ Kmamar tal-Parlament, kif ukoll lill-Gvern tal-Kanada u liż-żewġ Kmamar tal-Parlament.
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta” dejta mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) (2007 Ftehim PNR) (COM(2009)0702)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment tad-dejta mir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-UE minn trasportaturi tal-ajru lis-Servizzi Doganali Awstraljani (COM(2009)0701).