Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 73kWORD 32k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Ġlieda kontra l-kanser tas-sider fl-Unjoni Ewropea
P7_TA(2010)0146P7_DCL(2009)0071

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-ġlieda kontra l-kanser tas-sider fl-Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew,

–  Wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi 331,392 mara jiġu dijanjostikati fl-Unjoni Ewropea kull sena,

B.   billi l-kanser tas-sider huwa l-kawża ewlenija tal-mewt fin-nisa ta“ bejn il-35 u d-59 sena, u 89,674 mara tmut bil-kanser tas-sider fl-UE kull sena,

C.   billi l-ittestjar mammografiku jista“ jnaqqas l-imwiet mill-kanser tas-sider b'massimu ta” 35% fin-nisa bejn il-50 u u d-69 sena,

1.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jintroduċu testijiet tas-sider fil-pajjiż kollu, skont il-linji gwida tal-UE.

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex kull sentejn tippreżenta rapport ta“ progress dwar l-implimentazzjoni tal-ittestjar mammografiku fil-pajjiżi kollha tal-UE.

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja studji dwar jekk it-testijiet humiex siewja għal nisa ta“ aktar minn 69 sena u ta” anqas minn 50 sena.

4.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jipprovdu taqsimiet speċjalizzati multidixxiplinarji għas-sider, skont il-linji gwida tal-UE sal-2016, u lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport regolari ta“ progress.

5.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta statistika aġġornata u affidabbli dwar il-kanser tas-sider u sabiex tappoġġja l-iżvilupp tar-reġistri nazzjonali tal-kanser.

6.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa protokoll ta“ ċertifikazzjoni għal taqsimiet speċjalizzati tas-sider skont il-Linji Gwidi tal-UE sal-2011 u biex tipprovdi finanzjament adegwat għal dan.

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tal-5 ta“ Mejju 2010 (P7_PV(2010)05-05(ANN1)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza