Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0027(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0118/2010

Testi mressqa :

A7-0118/2010

Dibattiti :

PV 20/04/2010 - 13
CRE 20/04/2010 - 13

Votazzjonijiet :

PV 18/05/2010 - 8.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0158

Testi adottati
PDF 203kWORD 34k
It-Tlieta, 18 ta' Mejju 2010 - Strasburgu
Stabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ***II
P7_TA(2010)0158A7-0118/2010

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (16626/2/2009 – C7-0049/2010 – 2009/0027(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16626/2/2009 – C7-0049/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0066),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punti (1) u (2) u l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0071/2009),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa ” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7), l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0118/2010),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, 7.5.2009, P6_TA(2009)0379.

Avviż legali - Politika tal-privatezza