Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0138(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0054/2010

Testi mressqa :

A7-0054/2010

Dibattiti :

PV 18/05/2010 - 7
CRE 18/05/2010 - 7

Votazzjonijiet :

PV 18/05/2010 - 8.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0170

Testi adottati
PDF 290kWORD 36k
It-Tlieta, 18 ta' Mejju 2010 - Strasburgu
Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 247/2006) ***I
P7_TA(2010)0170A7-0054/2010
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar “il bogħod tal-Unjoni (COM(2009)0510 – C7-0255/2009 – 2009/0138(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2009)0510),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0255/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 42, 43(2) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010(1),

–  wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0054/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari stipulata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar “il bogħod tal-Unjoni
P7_TC1-COD(2009)0138

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 641/2010.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza