Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0026(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0117/2010

Testi mressqa :

A7-0117/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/05/2010 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0177

Testi adottati
PDF 203kWORD 34k
L-Erbgħa, 19 ta' Mejju 2010 - Strasburgu
Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 (emenda tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE) ***II
P7_TA(2010)0177A7-0117/2010

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bit-tneħħija tal-finanzjament ta' ċerti azzjonijiet Komunitarji u bil-bidla tal-limiti għall-finanzjament ta' dawn l-azzjonijiet (16627/1/2009 – C7-0051/2010 – 2009/0026(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16627/1/2009 – C7-0051/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0067),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt (2)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ssottomettiet il-proposta lill-Parlament (C6-0070/2009),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 78(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0117/2010),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, 7.5.2009, P6_TA(2009)0375.

Avviż legali - Politika tal-privatezza