Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0222(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0128/2010

Testi mressqa :

A7-0128/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/05/2010 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0178

Testi adottati
PDF 217kWORD 47k
L-Erbgħa, 19 ta' Mejju 2010 - Strasburgu
Indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) ***II
P7_TA(2010)0178A7-0128/2010
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (05247/1/2010 – C7-0094/2010 – 2008/0222(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05247/1/2010 – C7-0094/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0778),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0412/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa ” (COM(2009)0665) u l-addendum għaliha (COM(2010)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwl qari(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-24 ta' Marzu 2009 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0128/2010),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Japprova l-istqarrija konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tal-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, 5.5.2009, P6_TA(2009)0345.
(2) ĠU C 228 22.9.2009, p. 90.


ANNESS

Stqarrijiet

dwar id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti relatati mal-enerġija (tfassil mill-ġdid)

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 tat-TFUE

“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/30/UE għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE jew atti leġiżlattivi individwali li fihom dawn id-dispożizzjonijiet.”

Stqarrijiet tal-Kummissjoni dwar ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/30/UE

Art. 1(2)

“Meta titfassal il-lista ta' prijorità għall-prodotti relatati mal-enerġija msemmijin fil-Premessa 7, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni xierqa wkoll lill-prodotti relatati mal-enerġija li jintużaw fil-kostruzzjoni, filwaqt li jitqies b'mod partikolari l-iffrankar potenzjali tal-enerġija li jista” jkun hemm bis-saħħa ta' ttikkettar ta' wħud minn dawk il-prodotti, peress li l-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum tal-enerġija kollha fl-UE.“

Art. 10

“Meta tkun qed tħejji atti delegati taħt id-Direttiva 2010/30/UE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tiġi evitata kwalunkwe leġiżlazzjoni ripetuta u li tinżamm konsistenza ġenerali fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti.”

Art. 10(4)(d)

Proporzjon sinifikanti tal-prodotti għall-analiżi tal-klassifikazzjoni tat-tikketti

“Il-Kummissjoni tqis li l-proporzjon tal-prodotti fl-ogħla żewġ klassijiet tal-effiċjenza enerġetika huwa meqjus bħala sinifikanti meta jista” jiġi stmat li

   l-għadd ta' mudelli li huma disponibbli fis-suq intern li jiksbu l-klassi A+++ jew A++ huwa madwar terz jew iktar tal-għadd totali tal-mudelli rilevanti disponibbli,
   jew inkella li s-sehem tal-bejgħ annwali tal-prodotti fis-suq intern li jiksbu l-klassi A+++ jew A++ huwa ta' madwar terz jew iktar,
   jew it-tnejn li huma.“

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar l-informazzjoni għall-konsumatur

“Il-Kummissjoni tappoġġa l-użu tal-istrumenti tal-Komunità bħalma huwa l-Programm Ewropew - Enerġija Intelliġenti sabiex tikkontribwixxi għal:

   inizjattivi li jrawmu l-għarfien tal-utenti aħħarin dwar il-benefiċċji ta' ttikkettar rigward l-enerġija
   inizjattivi li jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tas-suq u l-iżvilupp teknoloġiku li jwassal għal prodotti li huma iktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, b'mod partikolari billi jidentifikaw l-aqwa mudelli ta' prestazzjoni fil-gruppi ta' prodotti varji u li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lill-partijiet interessati kollha, bħalma huma l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-industrija u l-għaqdiet ambjentali mhux governattivi bil-għan ta' tixrid wiesa' tal-informazzjoni lill-konsumaturi.

Dan il-monitoraġġ jista' jservi wkoll bħala indikatur għall-analiżi tal-miżuri ta' Ttikkettar u/jew Ekodisinn skont id-Direttivi 2010/30/UE u 2009/125/KE.“

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar perjodi ta' vaganzi

“Il-Kummissjoni Ewropea tinnota li, għajr fil-każijiet meta l-att leġiżlattiv ikun jipprevedi l-użu ta' proċedura ta' urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkunsidraw li fin-notifika tal-atti delegati għandhom jitqiesu l-perjodi tal-vaganzi tal-istituzzjonijiet (fix-xitwa, fis-sajf u waqt elezzjonijiet Ewropej), biex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jużaw il-prerogattivi tagħhom fil-limiti ta' żmien stabbiliti fl-atti leġiżlattivi rilevanti, u hija lesta taġixxi skont dan.”

Avviż legali - Politika tal-privatezza