Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2070(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0096/2010

Testi mressqa :

A7-0096/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 19/05/2010 - 6.6
CRE 19/05/2010 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 16/06/2010 - 8.8
CRE 16/06/2010 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0180
P7_TA(2010)0219

Testi adottati
PDF 206kWORD 37k
L-Erbgħa, 19 ta' Mejju 2010 - Strasburgu
Kwittanza 2008: baġit ġenerali tal-UE, Il-Kunsill
P7_TA(2010)0180A7-0096/2010

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima II – Il-Kunsill (C7-0174/2009 – 2009/2070(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0174/2009)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill(6),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0096/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għal dik li hija l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni(8) li tagħmel parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu ta' kwittanza għal dik li hija l-implimentazzjoni tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima II - Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 71, 14.3.2008.
(2) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.
(3) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
(4) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(7) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(8) Testi adottati tas-16.6.2010, P7_TA(2010)0219.

Avviż legali - Politika tal-privatezza