Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0238(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0106/2010

Testi mressqa :

A7-0106/2010

Dibattiti :

PV 18/05/2010 - 12
CRE 18/05/2010 - 12

Votazzjonijiet :

PV 19/05/2010 - 6.7
CRE 19/05/2010 - 6.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0181

Testi adottati
PDF 295kWORD 45k
L-Erbgħa, 19 ta' Mejju 2010 - Strasburgu
L-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta' organi umani maħsuba għat-trapjant ***I
P7_TA(2010)0181A7-0106/2010
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta' organi umani maħsuba għat-trapjant (COM(2008)0818 – C6-0480/2008 – 2008/0238(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0818),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 152(4)(a) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0480/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona fuq il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet interistituzzjonali li jinsabu għaddejjin” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-10 ta' Ġunju 2009 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0106/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni wara l-ewwel qari kif qiegħda mniżżla hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni u jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa hawnhekk, li se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġislattiv finali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid.

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din il-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 306, 16.12.2009, p. 64.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta' organi umani maħsuba għat-trapjant
P7_TC1-COD(2008)0238

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/53/UE.)


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 TFUE

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 TFUE jew ta' atti leġiżlattivi individwali li fihom tali dispożizzjonijiet.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (Urġenza)

Il-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha li żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati għalkollox dwar il-possibilità li jiġi adottat att delegat skont il-proċedura ta' urġenza. Malli s-servizzi tal-Kummissjoni jipprevedu li att delegat jista' jkun adottat skont il-proċedura ta' urġenza, għandhom javżaw b'mod informali lis-segretarjati tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Avviż legali - Politika tal-privatezza