Mekkaniżmu tar-reverse charge: oġġetti u servizzi li jistgħu ikunu suġġetti għal frodi *
403k
87k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward applikazzjoni fakultattiva u temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fil-konfront ta" fornimenti ta" ċerti oġġetti u servizzi li jistgħu ikunu suġġetti għal frodi (COM(2009)0511 – C7-0210/2009 – 2009/0139(CNS))
(Proċedura leġislattiva speċjali - konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0511),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7–0210/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Monetarji u Ekonomiċi (A7-0008/2010),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4
(4) Il-lista definita minn qabel, li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu minnha, għandha tiġi ristretta għall-fornimenti ta" oġġetti u servizzi li, skont esperjenza reċenti, huma partikolarment suġġetti għall-frodi. Biex jiġi żgurat li l-introduzzjoni ta" mekkaniżmu bħal dan tista" tiġi vvalutata b'mod effettiv u li l-impatt tiegħu jiġi ssorveljat bir-reqqa, l-Istati Membri għandhom ikunu limitati fl-għażla tagħhom.
(4) Il-lista definita minn qabel, li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu minnha, għandha tiġi ristretta għall-fornimenti ta" oġġetti u servizzi li, skont esperjenza reċenti, huma partikolarment suġġetti għall-frodi. Biex jiġi żgurat li l-introduzzjoni ta" mekkaniżmu bħal dan tista" tiġi vvalutata b'mod effettiv u li l-impatt tiegħu jiġi ssorveljat bir-reqqa, l-Istati Membri għandhom ikunu limitati fl-għażla tagħhom għal oġġetti u servizzi f'dik il-lista definita minn qabel.
Emenda 2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 4 a (ġdida)
(4a)Meta jiġi biex jagħżlu liema oġġetti u servizzi għandhom ikunu soġġetti għall-mekkaniżmu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-iskambju tal-kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta" serra u massimu ta" tnejn mill-kategoriji elenkati f'Parti A tal-Anness VIA.
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7
(7) Biex jiġi vvalutat l-effett tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu fuq attivitajiet frawdolenti b'mod trasparenti, ir-rapporti ta" evalwazzjoni mill-Istati Membri għandhom ikunu abbażi ta" kriterji definiti minn qabel stabbiliti mill-Istati Membri. Kull evalwazzjoni bħal din għandha tivvaluta b'mod ċar il-livell ta" frodi qabel u wara l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu u kull ċaqliq fix-xejriet ta" attivitajiet frodulenti b'mod partikolari lejn fornimenti ta" oġġetti u servizzi oħrajn, fornimenti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u fornimenti fi Stati Membri oħrajn.
(7) Biex jiġi vvalutat l-effett tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu fuq attivitajiet frodulenti b'mod trasparenti, ir-rapporti ta" evalwazzjoni mill-Istati Membri għandhom ikunu abbażi ta" kriterji definiti minn qabel stabbiliti mill-Istati Membri. Bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni uniformi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta miżuri mfassla biex jispeċifikaw, fuq il-bażi tal-input mill-Istati Membri u filwaqt li jitqies il-parir tal-Kumitat tal-VAT, il-kriterji ta' valutazzjoni li jkunu se jintużaw mill-Istati Membri meta jevalwaw l-effett tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fil-konfront ta' attivitajiet frodulenti. Dawn il-kriterji għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni sat-30 ta" Ġunju 2010. Kull evalwazzjoni bħal din għandha tivvaluta b'mod ċar il-livell ta" frodi qabel u wara l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu u kull ċaqliq fix-xejriet ta" attivitajiet frodulenti b'mod partikolari lejn fornimenti ta" oġġetti u servizzi oħrajn, fornimenti fil-livell tal-bejgħ bl-imnut u fornimenti fi Stati Membri oħrajn.
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 8
(8) Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll l-ispejjeż għall-konformità għall-persuni taxxabbli u l-ispejjeż ta" implimentazzjoni mġarrba mill-Istati Membri, inklużi dawk li jirriżultaw minn miżuri ta" kontroll u ta" verifika.
(8) Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll l-ispejjeż għall-konformità għall-persuni taxxabbli u l-ispejjeż ta" implimentazzjoni mġarrba mill-Istati Membri, inklużi dawk li jirriżultaw minn miżuri ta" kontroll u ta" verifika, u xi tibdil li jista' jkun hemm fid-dħul mill-VAT minħabba l-mekkaniżmu rigward il-prodotti u s-servizzi elenkati fl-Anness VIA, magħżul u applikat mill-Istati Membri rispettivi.
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 8 a (ġdida)
(8a)Sal-1 ta" Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti xierqa msejsa fuq ir-rapporti ta' evalwazzjoni tal-Istati Membri, li jivvaluta l-effettività u l-effikaċja kollha tal-miżura billi japplika l-mekkaniżmu u l-proporzjon bejn in-nefqa u l-benefiċċju tal-miżura sabiex jiġi vvalutat mill-ġdid jekk l-estensjoni jew it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha jkunx xieraq.
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1. L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta" Diċembru 2014 u għal perjodu minimu ta" sentejn, jintroduċu u japplikaw mekkaniżmu li permezz tiegħu l-VAT dovut fuq il-fornimenti tal-kategoriji ta" oġġetti u servizzi elenkati fl-Anness VI A tkun pagabbli mill-persuna li lilha jiġu fornuti dawk l-oġġetti u servizzi.
1. L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta" Diċembru 2014 u għal perjodu minimu ta" sentejn, jintroduċu u japplikaw mekkaniżmu li permezz tiegħu l-VAT dovut fuq il-fornimenti tal-kategoriji ta" oġġetti u servizzi elenkati fl-Anness VI A tkun pagabbli mill-persuna taxxabbli li lilha jiġu fornuti dawk l-oġġetti u servizzi.
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Meta jintgħażlu liema oġġetti u servizzi għandhom ikunu soġġetti għal dak il-mekkaniżmu, l-Istati Membri huma limitati għal tlieta mill-kategoriji elenkati fl-Anness VI A li minnhom massimu ta" tnejn għandhom ikunu kategoriji ta" oġġetti.
Meta jintgħażlu liema oġġetti u servizzi għandhom ikunu soġġetti għal dak il-mekkaniżmu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-iskambju tal-kwoti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u massimu ta" tnejn mill-kategoriji ta" oġġetti elenkati f'Parti A tal-Anness VI A.
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 2 – punt b
(b) jintroduċi obbligi ta" rapportar xierqa u effettivi fuq kull persuna taxxabbli li tforni oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dak il-mekkaniżmu, sabiex tkun possibbli, għal kull tranżazzjoni, l-identifikazzjoni ta" dik il-persuna taxxabbli u l-persuna taxxabbli li jsirulha l-fornimenti, tat-tip ta" oġġetti jew servizzi fornuti, u tal-perjodu tat-taxxa u tal-valur ta" dawn il-fornimenti;
(b) jintroduċi obbligi ta" rapportar xierqa u effettivi fuq kull persuna taxxabbli li tforni oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dak il-mekkaniżmu, sabiex tkun possibbli għal kull tranżazzjoni, fuq bażi perjodika, jew fuq il-bażi ta" tranżazzjoni globali, l-identifikazzjoni ta" dik il-persuna taxxabbli u l-persuna taxxabbli li jsirulha l-fornimenti, tat-tip ta" oġġetti jew servizzi fornuti, u tal-perjodu tat-taxxa u tal-valur ta" dawn il-fornimenti;
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 2 – punt c
(c) jimponi obbligi ta" rrapportar abbażi tat-tranżazzjoni jew globali fuq kull persuna taxxabbli li tirċievi oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dak il-mekkaniżmu għal raġunjijiet ta" verifika ma" informazzjoni mressqa mill-fornitur;
(c) jimponi obbligi ta" rrapportar perjodiku abbażi tat-tranżazzjoni jew globali fuq kull persuna taxxabbli li tirċievi oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dak il-mekkaniżmu għal raġunijiet ta" verifika ma" informazzjoni mressqa mill-fornitur;
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 2 – punt d
(d) jintroduċi miżuri ta" kontroll xierqa u effettivi biex jiġu ssorveljati u mnaqqsa forom attwali ta" frodi, kif ukoll biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta" attivitajiet frawdolenti rigward oġġetti jew servizzi oħrajn, fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew fi Stati Membri oħrajn.
(d) jintroduċi miżuri ta" kontroll xierqa u effettivi flimkien mal-ispezzjonijiet għal għarrieda diġà eżitstenti biex jiġu ssorveljati u mnaqqsa forom attwali ta" frodi, kif ukoll biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta" attivitajiet frodulenti rigward oġġetti jew servizzi oħrajn, fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew fi Stati Membri oħrajn.
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Stat Membru li jagħżel li jintroduċi l-mekkaniżmu, hemm dispożizzjoni dwaru fil-paragrafu 1, jista" jimponi r-rekwiżit li jsiru rapporti speċifiċi bbażati fuq id-data għal kwalunkwe persuna taxxabbli li tirċievi oġġetti jew servizzi li għalihom japplika dan il-mekkaniżmu sabiex jiġi ċċarat jekk dawk l-oġġetti u s-servizzi jkunux qegħdin jintużaw għal skopijiet ta' negozju normali jew għal skopijiet oħrajn.
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Fuq il-bażi tal-input mill-Istati Membri, l-kriterji ta" evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3(b) għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat mal-Kumitat tal-VAT.
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 4 – punt f a (ġdid)
(fa) xi tibdil li jista' jkun hemm fid-dħul mill-VAT minħabba l-mekkaniżmu rigward l-oġġetti u s-servizzi elenkati fl-Anness VI A, magħżul u applikat mill-Istati Membri rispettivi.
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 199a – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.Sa Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti xierqa msejsa fuq ir-rapporti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 4, li jivvaluta l-proporzjon bejn in-nefqa u l-benefiċċju tal-miżura sabiex jiġi vvalutat mill-ġdid jekk l-estensjoni jew it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha jkunx xieraq.
FEŻR: Eliġibbiltà tal-interventi fil-qasam tal-akkomodazzjoni favur il-komunitajiet emarġinati ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-interventi għall-akkomodazzjoni favur il-komunitajiet emarġinati (COM(2009)0382 – C7-0095/2009 – 2009/0105(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2009)0382),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 162 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0095/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona fuq il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet interistituzzjonali li jinsabu għaddejjin" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0048/2009),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Frar 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-interventi għall-akkomodazzjoni favur il-komunitajiet emarġinati
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 437/2010.)
Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni *
457k
151k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2009)0029 – C6-0062/2009 – 2009/0004(CNS))
(Proċedura leġislattiva speċjali - konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0029),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 94 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0062/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0006/2010),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 9 a (ġdida)
(9a)Sabiex jiġu applikati u vverifikati b'mod korrett is-sistemi fiskali differenti tal-Istati Membri, hija meħtieġa informazzjoni adegwata dwar l-attivitajiet taxxabli li jitwettqu fi Stati Membri oħra. Fost il-modalitajiet differenti, l-iskambju awtomatiku ta" dejta jidher bħala l-aktar mod effikaċi għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni attwali meħtieġa għal tassazzjoni korretta, b'mod partikolari fil-każijiet transkonfinali. Biex tkun żgurata l-effikaċja ta" dan l-iskambju awtomatiku ta" informazzjoni jeħtieġ li jkunu determinati l-kategoriji u li jiġu definiti l-oqsma fejn applikazzjoni ta' dan l-iskambju hija obbligatorja. Barra minn hekk, għandu jkun hemm il-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu doppju, skont il-kategoriji li għalihom tiġi kkomunikata informazzjoni u/jew l-ammont li jiskatta l-mekkaniżmu.
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 10
(10) L-Istati Membri għandhom jiskambjaw awtomatikament kwalunkwe informazzjoni fejn Stat Membru jkun iġġustifikat li jissoponi li seħħ nuqqas ta' konformità mal-liġijiet fiskali, jew li x'aktarx iseħħ, fi Stat Membru ieħor, fejn ikun riskj ta' tassazzjoni mhux xierqa fi Stat Membru ieħor, jew fejn it-taxxa tkun ġiet, jew tkun ser tiġi, evaża jew evitata għal kwalunkwe raġuni fi Stat Membru ieħor, u speċjalment fejn ikun hemm trasferiment artifiċjali ta' profitti bejn impriżi fi Stati Membri differenti jew fejn tali tranżazzjonijiet ikunu twettqu bejn impriżi f'żewġ Stati Membri permezz ta' pajjiż terz sabiex jinkisbu vantaġġi fiskali.
(10) L-Istati Membri għandhom jiskambjaw awtomatikament kwalunkwe informazzjoni, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-privatezza tal-konsumatur, fejn Stat Membru jkun iġġustifikat li jissoponi li seħħ nuqqas ta' konformità mal-liġijiet fiskali, jew li x'aktarx iseħħ, fi Stat Membru ieħor, fejn ikun riskju ta' tassazzjoni mhux xierqa fi Stat Membru ieħor, jew fejn it-taxxa tkun ġiet, jew tkun ser tiġi, evaża jew evitata għal kwalunkwe raġuni fi Stat Membru ieħor, u speċjalment fejn ikun hemm trasferiment artifiċjali ta' profitti bejn impriżi fi Stati Membri differenti jew fejn tali tranżazzjonijiet ikunu twettqu bejn impriżi f'żewġ Stati Membri permezz ta' pajjiż terz sabiex jinkisbu vantaġġi fiskali.
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 11 a (ġdida)
(11a)Informazzjoni ta" dan it-tip għandha wkoll tkun protetta skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta" data personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data1 u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw l-obbligi dwar it-trasparenza u l-informazzjoni fir-rigward tal-partijiet interessati fil-każijiet li jinvolvu l-irkupru ta" dejta personali. Għandhom ikunu żgurati livell xieraq ta" protezzjoni, perjodu limitat ta' ħażna, u r-responsabilizzazzjoni tal-istituzzjoni jew il-korp li jżommu id-dejta.
_______________________________
1 ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
2 ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 11 b (ġdida)
(11b)Fil-każijiet previsti fil-premessi 9, 10 u 11, il-perspettiva tal-iskambju tal-informazzjoni ma għandhiex ikollha bħala konsegwenza li xi persuni u intrapriżi jkollhom il-piż żejjed ta" obbligi dikjarattivi supplementari;
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 12
(12) Huwa importanti li uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jitħallew ikunu preżenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni konferiti fuq l-uffiċjali tal-Istat Membru rikjest.
(12) Bil-għan li titqawwa l-kooperazzjoni bejn fil-qasam tal-amministrazzjonijiet fiskali tal-Istati Membri, huwa importanti li uffiċjali tal-amministrazzjoni tat-taxxa ta' Stat Membru wieħed jitħallew ikunu preżenti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 17 a (ġdida)
(17a)Sabiex jitjiebu l-applikabilità u l-effikaċja ta" din id-Direttiva, l-istess livell ta" obbligu għandu japplika kemm għall-komunikazzjoni ta" informazzjoni li tkun diġà disponibbli mill-awtorità mitluba kif ukoll għat-twettiq tal-indaġnijiet amministrattivi neċessarji sabiex tinkiseb din l-informazzjoni.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 19
(19) Madankollu, Stat Membru ma għandux jirrifjuta li jittrażmetti l-informazzjoni minħabba li ma jkollux interess domestiku jew minħabba li l-informazzjoni relatata ma' resident ta' Stat Membru ieħor tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, kuratur jew persuna fil-kapaċità ta' aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma' interessi proprjetarji f'persuna.
(19) Madankollu, Stat Membru ma għandux jirrifjuta li jittrażmetti l-informazzjoni minħabba li ma jkollux interess domestiku jew minħabba li l-informazzjoni tinżamm minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra, jew minn kuratur jew persuna fil-kapaċità ta' aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma' interessi proprjetarji f'persuna.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 20
(20) Għandu jkun ċar ukoll li fejn Stat Membru jipprovdi għal kooperazzjoni usa' ma' pajjiż terz minn dik ipprovduta skont din id-Direttiva, ma għandux jirrifjuta li jipprovdi tali kooperazzjoni usa' lill-Istati Membri l-oħra.
(20) Għandu jkun ċar ukoll li fejn Stat Membru jipprovdi għal kooperazzjoni usa' ma' pajjiż terz minn dik ipprovduta skont din id-Direttiva, ma għandux jirrifjuta li jipprovdi tali kooperazzjoni usa' lill-Istati Membri l-oħra. Kwalunkwe trasferiment ta" dejta personali lil pajjiż terz għandu jsir bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 22
(22) Għandha ssir evalwazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni amministrattiva, speċjalment abbażi tal-istatistiċi.
(22) Bil-għan li l-kooperazzjoni amministrattiva tissaħħaħ u tapprofondixxi ruħha, għandha ssir evalwazzjoni tal-effikaċja tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, speċjalment abbażi tal-istatistiċi. Jeħtieġ ukoll li jkun stabbilit segwitu tal-każijiet fejn l-Istati Membri jkunu rrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni jew li jwettqu indaġni amministrattiva.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 23 a (ġdida)
(23a)Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta" titjib tekniku lill-kategoriji ta" introjtu u kapital li huma suġġetti għall-iskambju awtomatiku ta" informazzjoni u għal-limiti ta' introjtu u kapital li minnhom 'il fuq għandu jkun hemm skambju ta' informazzjoni. Minħabba n-natura speċifika tal-kooperazzjoni amministrattivi, l-għoti tal-poter għandu jkun għal perjodu indeterminat ta" żmien.
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 6 – sottopunt d
(d) kwalunkwe arrangament legali, inkluż partenarjati u trusts, li l-introjtu jew kapital tagħhom ikun soġġett għal kwalunkwe mit-taxxi koperti minn din id-Direttiva;
(d) kwalunkwe strument jewarranġament legali ieħor, irrispettivament min-natura jew il-forma tiegħu u jekk għandux personalità ġuridika jew le, li jista' jkollu fil-pussess tiegħu jew jiġġestixxi assi, inkluż l-introjtu minnu, li jkun soġġett għal kwalunkwe waħda mit-taxxi koperti minn din id-Direttiva;
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – punt 8
8. "b'mezzi elettroniċi", tfisser l-użu ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar, inkluż il-kompressjoni diġitali, u l-ħażna tad-dejta, u l-utilizzar ta' wajers, trażmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiki jew mezzi oħra elettromanjetiċi;
8. "b'mezzi elettroniċi", tfisser l-użu ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar, inkluża l-kompressjoni diġitali, u l-ħażna tad-data, u l-utilizzar ta' wajers, trażmissjoni bir-radju, teknoloġiji ottiċi jew mezzi oħra elettromanjetiċi, meta dawn il-mezzi jistgħu jitwettqu filwaqt li tiġi garantita l-protezzjoni sikura tal-informazzjoni;
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 7 a (ġdid) (fit-Taqsima I "Skambju ta" informazzjoni fuq talba")
Artikolu 7a
Sistemi ta" kontroll
Kull Stat Membru għandu jiżviluppa sistemi xierqa ta" kontroll għall-uffiċċju tiegħu ta' kollegament għat-taxxa waħdanija, fl-interessi tat-trasparenza u tal-effikaċja tal-ispiża, u għandu jfassal rapport aċċessibbli għall-pubbliku fil-kuntest tal-eżerċizzju ta" monitoraġġ annwali.
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1
1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha, permezz ta' skambju awtomatiku, tibgħat l-informazzjoni dwar kategoriji speċifiċi dwar l-introjtu u l-kapital lill-Istati Membri l-oħra.
1. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor, permezz ta' skambju awtomatiku, l-informazzjoni rigward il-persuni li jkollhom ir-residenza fiskali tagħhom f'dak l-Istat Membru l-ieħor, dwar il-kategoriji speċifiċi dwar l-introjtu u l-kapital li ġejjin:
(a) introjtu mix-xogħol;
(b) ħlasijiet tad-diretturi;
(c) dividendi;
(d) qligħ kapitali;
(e) royalties;
(f) prodotti tal-assikurazzjoni fuq il-ħajja li mhumiex koperti minn strumenti legali tal-Unjoni oħra dwar l-iskambju ta' informazzjoni u miżuri simili oħra:
(g) pensjonijiet;
(h) sjieda ta" proprjetà immobbli u introjtu minnha.
Din l-informazzjoni għandha tkun protetta skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw l-obbligi dwar it-trasparenza u l-informazzjoni fir-rigward tal-partijiet interessati fil-każijiet li jinvolvu t-tfittxija ta" dejta personali. Għandhom ikunu żgurati livell xieraq ta" protezzjoni, perjodu limitat ta' ħażna, u r-responsabilizzazzjoni tal-istituzzjoni jew il-korp li jżommu id-dejta.
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 24(2), fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva:
2. Bil-għan li ttejjeb l-effikaċja tal-valutazzjoni tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2 fuq il-bażi tal-esperjenza miġbura mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tadotta, għall-ewwel darba sa ...*, atti delegati bi qbil mal-Artikolu 22a, 22b u 22c, li:
(a) il-kategoriji tal-introjtu u kapital li jrid ikunu koperti;
(a) jiċċaraw kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni speċifika fi ħdan il-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1;
(b) it-tip tal-informazzjoni li trid tiġi skambjata;
(b) jispeċifikaw għal kull kategorija ta" introjtu u kapital il-limitu li minnu "l fuq għandu jsir skambju ta" informazzjoni.
(c) kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni speċifika fi ħdan il-kategoriji msemmija fil-punt (a);
(d) il-frekwenza tal-iskambji;
(e) l-arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni.
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva.
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tgħarraf kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni. Fuq il-bażi ta" din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri li jtejbu l-kamp ta" applikazzjoni u l-kwalità tar-rekwiżit tal-iskambju awtomatiku sabiex jippermettu li s-suq intern jiffunzjona bla diffikultà.
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.L-awtorità kompetenti fi Stat Membru wieħed tista" tavża lill-awtorità kompetenti ta" Stat Membru ieħor li ma tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar il-kategoriji tal-introjtu u l-kapital imsemmija fil-paragrafu 1 jew li ma tixtieqx tirċievi informazzjoni dwar introjtu jew kapital li ma jaqbiżx ċertu limitu. F'dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha wkoll tinforma lill-Kummissjoni dwar dan.
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata mill-inqas kull sena, u mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-bidu tas-sena finanzjarja fl-Istat Membru li fih tkun inkisbet l-informazzjoni.
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
4. Fejn Stat Membri jikkonkludi ftehimiet bilaterali jew multilaterali bil-għan tal-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2, għandhom jipprovdu għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar ċerti kategoriji ta' introjtu u kapital. Għal dak il-għan, għandhom jispeċifikaw f'dwak il-ftehimiet l-elementi li ġejjin:
4. Fejn Stat Membri jikkonkludi ftehimiet bilaterali jew multilaterali bil-għan tal-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2, għandhom jipprovdu għall-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni dwar ċerti kategoriji ta' introjtu u kapital, bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regaolament (KE) Nru 45/2001. Għal dak il-għan, għandhom jispeċifikaw f'dwak il-ftehimiet l-elementi li ġejjin:
2. Fejn uffiċjali tal-awtorità rikjedenti jkunu preżenti waqt indaġnijiet amministrattivi skont il-paragrafu 1, huma għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni konferiti fuq l-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, bil-kundizzjoni li huma jeżerċitaw dawn is-setgħat skont il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru rikjest.
2. Fejn uffiċjali tal-awtorità rikjedenti jkunu preżenti waqt indaġnijiet amministrattivi skont il-paragrafu 1, bi qbil mal-awtorità rikjesta u skont il-linji gwida stipulati minn din tal-aħħar, huma jistgħu jipparteċipaw f' dik l-indaġni.
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 17 – paragrafu 2
2. Fl-ebda każ ma għandu l-Artikolu 16(2) u (4) jinftiehem li jippermetti awtorità rikjesta ta' Stat Membru tirrifjuta li tforni l-informazzjoni dwar persuna residenti għall-finijiet fiskali fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti sempliċiment minħabba din l-informazzjoni tkun tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, kuratur jew persuna fil-kapaċità ta' aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma' interessi proprjetarji f'persuna.
2. Fl-ebda każ ma għandu l-Artikolu 16(2) u (4) jinftiehem li jippermetti awtorità rikjesta ta' Stat Membru li tirrifjuta li tforni l-informazzjoni relevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) sempliċiment minħabba din l-informazzjoni tkun tinżamm minn bank jew minn istituzzjoni finanzjarja oħra, jew minn kuratur jew persuna fil-kapaċità ta' aġent jew kapaċità fiduċjarja jew minħabba li tirrelata ma' interessi proprjetarji f'persuna.
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 22 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Ta" kull sena l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe rifjut li tiġi kkomunikata informazzjoni jew li titwettaq indaġni amministrattiva, filwaqt li jindikaw ir-raġunijiet għal dan ir-rifjut. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni nnotifikata b'dan il-mod u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet bil-għan li tnaqqas l-għadd ta' dawn il-każijiet bi qbil mal-Artikolu 24(3).
Emenda 22 Proposta għal direttiva Kapitolu Va – titolu (ġdid)
KAPITOLU Va
ATTI DELEGATI
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 22a (ġdid)
Artikolu 22a
L-eżerċizzju tad-delegazzjoni
1.Il-poter li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(2) għandu jkun konferit lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta" żmien.
2.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3.Il-poter li tadotta atti delegati għandu jkun konferit lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 22b u 22c.
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 22 b (ġdid)
Artikolu 22b
Ir-revoka tad-delegazzjoni
1.Id-delegazzjoni tal-poter imsemmija fl-Artikolu 8(2) tista" tiġi revokata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
2.L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delegazzjoni tal-poter għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, filwaqt li ssemmi l-poteri delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka.
3.Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tal-poteri speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Din m'għandhiex taffetwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 22 c (ġdid)
Artikolu 22c
Oġġezzjonijiet għal atti delegati
1.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista" joġġezzjona għal att delegat fi żmien erba" xhur mid-data ta" notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu ta" żmien għandu jiġi estiż b'xahrejn.
2.Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.
3.Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex toġġezzjona għall-att delegat.
1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz bil-għan tal-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2, dik l-awtorità għandha tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li għalih tali informazzjoni tista' tkun utli u, fi kwalunkwe każ, lil dawk kollha li jitolbuha, sakemm dan ma jkunx eskluż bi ftehimiet internazzjonali ma' dak il-pajjiż terz.
1. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tirċievi informazzjoni minn pajjiż terz bil-għan tal-valutazzjoni korretta tat-taxxi msemmija fl-Artikolu 2, dik l-awtorità għandha tipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li għalih tali informazzjoni tkun neċessarja għal valutazzjoni eżatta ta" dawk it-taxxi u, fi kwalunkwe każ, lil dawk kollha li jitolbuha, sakemm dan ma jkunx eskluż bi ftehimiet internazzjonali ma' dak il-pajjiż terz.
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 23 – paragrafu 2 – parti introduttorja
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw, skont id-dispożizzjonijiet domestiċi tagħhom dwar il-komunikazzjoni tad-dejta personali lil pajjiżi terzi, informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva lil pajjiż terz, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu ssodisfati:
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw, skont id-dispożizzjonijiet domestiċi tagħhom dwar il-komunikazzjoni tad-dejta personali lil pajjiżi terzi, informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva lil pajjiż terz. Kwalunkwe trasferiment bħal dan ta" informazzjoni lil pajjiż terz għandu jsir bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE u sakemm il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin jkunu ssodisfati:
L-assistenza reċiproka għall-irkupru ta" talbiet relatati ma" taxxi, dazji u miżuri oħra *
314k
70k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta" talbiet relatati ma" taxxi, dazji u miżuri oħra (COM(2009)0028 – C6-0061/2009 – 2009/0007(CNS))
(Proċedura leġislattiva speċjali - Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0028),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 and 94 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0061/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill "Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri internazzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 113 u 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0002/2010),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 6 a (ġdid)
6a.Kull Stat Membru għandu jiżviluppa sistemi ta' kontroll xierqa għall-uffiċċji ċentrali ta' kollegament tiegħu, jew għall-uffiċċji ta" kollegament li jkun għażel bħala dipartimenti ta' kollegament, fl-interessi tat-trasparenza u l-effettività f'sens ta" nefqa, u għandu jfassal rapport aċċessibbli pubblikament, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta" monitoraġġ annwali, kif xieraq.
1. Mat-talba ta' uffiċċju ċentrali ta' kollegament, uffiċċju ta' kollegament jew dipartiment ta' kollegament ta' Stat Membru (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-awtorità applikanti"), l-uffiċċju ċentrali ta' kollegament, jew dipartiment ta' kollegament tal-Istat Membru rikjest (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-awtorità rikjesta") għandu jipprovdi kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-awtorità applikanti għall-irkupru tat-talbiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 2.
1. L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw mal-uffiċċji ċentrali ta' kollegament tal-Istati Membri l-oħra kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti għal dawn tal-aħħar għall-irkupru tat-talbiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 2
Emenda 3 Proposta għal direttiva Artikolu 5
L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar rifużjonijiet tat-taxxi, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn ir-rifużjonijiet huma relatati ma' persuni stabbiliti fi Stat Membru ieħor u jikkonċernaw ammonti li jaqbżu l-EUR 10 000.
L-uffiċċji ċentrali ta' kollegament għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar rifużjonijiet tat-taxxi, minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, permezz tal-awtoritajiet nazzjonali, fejn dawn ir-rifużjonijiet huma relatati ma' persuni stabbiliti fi Stat Membru ieħor.
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2
2. Bi ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest, bil-għan li jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1).
2. Bi ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti minn din tal-aħħar, uffiċjali awtorizzati mill-awtorità applikanti jistgħu jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru rikjest, bil-għan li jirċievu l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva.
Fil-każ li uffiċjali tal-Istat Membru applikanti jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amminstrattivi skont l-ewwel subparagrafu, dawn jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni kkonferiti fuq uffiċjali tal-Istat Membru rikjest, sakemm jeżerċitaw dawn is-setgħat f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattvi tal-Istat Membru rikjest.
Fil-każ li uffiċjali tal-awtorità applikanti jkunu preżenti waqt l-indaġnijiet amminstrattivi skont l-ewwel subparagrafu, dawn jistgħu, jekk ikun intlaħaq qbil dwar dan, jeżerċitaw is-setgħat ta' spezzjoni kkonferiti fuq uffiċjali tal-awtorità, sakemm jeżerċitaw dawn is-setgħat f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattvi tal-awtorità tal-Istat Membru rikjest.
Kwalunkwe ċaħda min-naħa tal-persuna taħt investigazzjoni li tirrispetta l-miżuri ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-Istat Membru applikanti għandha tiġi ttrattat mill-Istat Membru rikjest bħala rifjut imwettaq kontra l-uffiċjali tiegħu stess.
Meta jkun finalizzat ftehim bejn l-awtorità applikanti u l-awtorità rikjesta rigward is-setgħat ta' spezzjoni mogħtija lill-uffiċjali tal-awtorità rikjesta, kwalunkwe ċaħda min-naħa tal-persuna taħt investigazzjoni li tirrispetta l-miżuri ta' spezzjoni tal-uffiċjali tal-awtorità applikanti għandha tiġi ttrattatamill-awtorità rikjesta bħala rifjut imwettaq kontra l-uffiċjali tiegħu stess.
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b
(b) billi, permezz tal-posta reġistrata jew inkella bil-posta elettronika, tintbagħat formola standard li magħha jkun hemm mehmuż l-istrument jew id-deċiżjoni tal-Istat Membru applikanti; għal din il-formola standard, għandu jintuża l-mudell stipulat fl-Anness I.
(b) billi, permezz tal-posta reġistrata jew inkella bil-posta elettronika, tintbagħat formola standard li magħha jkun hemm mehmuż l-istrument jew id-deċiżjoni tal-Istat Membru applikanti jew kopja ċertifikata tagħhom; għal din il-formola standard, għandu jintuża l-mudell stipulat fl-Anness I.
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 3
3. L-ammont kollu tat-talba li jiġi rkuprat mill-awtorità rikjesta għandu jintbagħat lill-Istat Membru applikanti.
3. L-ammont kollu tat-talba li jiġi rkuprat mill-awtorità rikjesta għandu jintbagħat lill-Istat Membru applikanti fi żmien 14-il jum mir-riċevuta mill-rikjesta.
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 23 a (ġdid)
Artikolu 23a
Monitoraġġ tal-attivitajiet magħmula fi ħdan din id-Direttiva
Kull sena l-uffiċċji ċentrali ta' kollegament joħorġu rapport dwar l-attivitajiet ta' koperazzjoni mwettqa matul is-sena fiskali preċedenti skont din id-Direttiva. Dan ir-rapport jinkludi ta' lanqas in-numru ta' talbiet irċevuti u maħruġa, is-segwitu li ngħatalhom, ir-raġunijiet mogħtija f'każ ta' ċaħda tat-talba, it-tul ta" żmien meħud biex jiġu ttrattati, l-ammont tal-klejm u l-ammonti effettivament irkuprati. Dan ir-rapport għandu jintbgħat għall-opinjoni tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew.
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 27 – paragrafu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha taħdem għall-kisba ta" kollaborazzjoni tajba bejn l-Istati Membri u għandha tiżgura li jkun hemm segwitu kontinwu tal-ilmenti eventwali dwar in-nuqqas ta' skambju ta' informazzjoni jew ta' għajnuna bejn l-Istati Membri għall-irkupri previsti minn din id-direttiva.
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 27 a (ġdid)
Artikolu 27a
Analiżi tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tagħmel analiżi komparattiva mifruxa fuq medda wiesgħa ta' strumenti għall-irkupru tat-taxxi li jippermettu l-kodiċi fiskali tal-Istati Membri, bħal ordnijiet ta' rkupru, reġistri ta' proprjetà immobiljari, ipoteki, skadenzi għal proċeduri ta' infurzar kif huma rikjesti mil-liġi u applikati konkretament, sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta" prattiki tajbin ta' rkupru ta' taxxi fl-Istati Membri.
It-terremot reċenti f'Ħaiti
221k
59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar it-terremot reċenti f'Ħaiti
– wara li kkunsidra s-Samit tal-G7 f'Iqaluit, il-Kanada, tas-6 ta' Frar 2010,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza Preparatorja Ministerjali f'Montreal tal-25 ta' Jannar 2010,
– wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010 dwar it-terremot f'Ħaiti, mal-Barunissa Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin li saret fi Brussell fit-18 ta' Jannar 2010,
– wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja,
– wara li kkunsidra l-Missjoni ta" Stabilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti f'Ħaiti (MINUSTAH),
– wara li kkunsidra l-proposta ta' Michel Barnier, tad-9 ta' Mejju 2006 għal Forza Ewropea għall-Protezzjoni Ċivili: 'Għajnuna Ewropea',
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi terremot b'qawwa ta" 7.3 fuq l-iskala Richter laqat lil Ħaiti fit-12 ta" Jannar 2010, filwaqt li kkawża ħsara katastrofika lil Port-au-Prince, Jacmel u żoni oħra abitati fir-reġjun, b'għadd kbir ta" skossi qawwija li seħħew wara għadhom jaffettwaw lill-pajjiż,
B. billi ġie rrappurtat li hemm sa 200 000 ruħ mejta, 250 000 midruba u aktar minn 3 miljun ruħ milquta b'mod dirett,
C. billi l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) irrapporta li madwar miljun ruħ jeħtieġu l-kenn madwar il-pajjiż u li madwar 600 000 ruħ ġew spostati internament,
D. billi l-Gvern Ħaitjan ikkalkula li 235 000 ruħ telqu minn Port-au Prince u li sa miljun ruħ jistgħu jitilqu mill-bliet biex imorru f'żoni rurali, u b'hekk tintefa" pressjoni fuq komunitajiet li diġà huma vulnerabbli,
E. billi xi 1.8 miljun ruħ ma kellhomx sigurtà ta" ikel qabel it-terremot, f'pajjiż fejn qrib is-60% tal-popolazzjoni tgħix f'żoni rurali u 70% tgħix fuq inqas minn USD 2 kuljum,
F. billi deċennji ta" instabbiltà politika kkontribwew sabiex jiddgħajfu l-istituzzjonijiet tal-istat u l-kapaċità tiegħu li jipprovdi servizzi pubbliċi bażiċi qabel it-terremot, u billi l-ħsara kkaġunata mit-terremot ipparalizzat il-kapaċità tal-istat li jirreaġixxi attivament għall-isforz ta' għajnuna, fatt li aggrava s-sitwazzjoni,
G. billi l-Kummissjoni qablet li tipprovdi EUR 137 miljun għal ħtiġijiet fuq tul ta' żmien qasir u mill-inqas EUR 200 miljun għal tul ta' żmien medju u twil, filwaqt li l-Istati Membri jipprovdu EUR 92 miljun addizzjonali,
H. billi Ħaiti jinsab mgħakkes b'dejn barrani, li huwa stmat li huwa madwar USD biljun, li diġà kien ostaklu għall-iżvilupp ta" Ħaiti qabel ma seħħ it-terremot u jista" jfixkel l-isforz ta" rkupru tal-pajjiż,
I. billi l-bini mill-ġdid immedjat tal-kapaċità ta' Ħaiti għal demokrazija u gvern li jaħdmu hu parti essenzjali mill-bidla mill-għoti tal-ewwel fażi ta' għajuna ta' emerġenza għall-kompitu kbir tal-bini mill-ġdid tan-nazzjon,
1. Jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-poplu ta" Ħaiti u lill-popli ta" nazzjonijiet oħra, u lill-istaff tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi n-NU u l-Kummissjoni, u jesprimi l-kompassjoni u s-solidarjetà sinċiera tiegħu magħhom għat-telfa massiva ta' ħajjiet u d-devastazzjoni kkawżati mit-terremot;
2. Jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi tal-awtoritajiet Ħaitjani u tas-soċjetà ċivili ta" Ħaiti, kif ukoll tan-NU, l-NGOs u donaturi bilaterali oħra biex iġibu l-għajnuna lill-poplu ta' Ħaiti u pubblikament ifaħħar il-ħidma tal-organizzazzjonijiet umanitarji u tal-individwi minn madwar l-Unjoni kollha;
3. Jitlob li ssir valutazzjoni komprensiva biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni fit-tul kif ukoll fuq terminu ta" żmien qasir u sabiex jiġi stabbilit l-involviment tal-UE fil-proċess ta" rikostruzzjoni, li jkun ikopri t-tliet fażijiet ta" għajnuna ta" emerġenza, riabilitazzjoni u rikostruzzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis possibbli tagħmel evalwazzjoni tar-reazzjoni Ewropea għall-kriżi umanitarja f'Ħaiti u biex tippreżenta proposti bl-għan li ttejjeb aktar l-azzjonijiet tal-UE fir-rigward ta' sitwazzjonijiet simili fil-ġejjieni;
4. Iħeġġeġ li l-prijorità tal-UE tingħata lill-assistenza għall-isforzi ta' rikostruzzjoni u t-titjib tas-sitwazzjoni umanitarja, b'enfasi partikulari fuq il-gruppi vulnerabbli, bħan-nisa u t-tfal, u fuq l-għoti ta' kenn, faċilitajiet mediċi, assistenza loġistika u ikel; jistieden lill-Istati Membri kollha biex ikunu mħejjija biex jissodisfaw it-talbiet tan-NU għal aktar assistenza;
5. Jesprimi tħassib serju dwar il-benessri tal-persuni vulnerabbli, b'mod partikulari n-nisa; jistieden lill-Kummissjoni u lin-NU biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-parteċipazzjoni tan-nisa fl-isforzi ta' rikostruzzjoni billi jinvolvuhom b'mod attiv fil-fażijiet ta' riabilitazzjoni, ta' rikostruzzjoni u ta' evalwazzjoni tal-programmi kollha ta' għajnuna u ta' bini mill-ġdid;
6. Jisħaq li t-tfal mhux akkumpanjati u t-tfal mifrudin għandhom jingħataw servizzi bil-għan li jerġgħu jingħaqdu mal-ġenituri tagħhom jew ma' min is-soltu jieħu ħsiebhom mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jevalwaw urġentement il-ħtieġa għal pjan ikkoordinat li jieħu ħsieb l-eluf ta' tfal li sfaw orfni minħabba t-terremot; jenfasizza r-riskju serju ta' każijiet ta' traffikar tal-bnedmin;
7. Iħeġġeġ lill-UE tappoġġja moratorju temporanju fuq adozzjonijiet ġodda ta' tfal minn Ħaiti għal sentejn wara li jkunu bdew l-isforzi ta' rintraċċar; jitlob li jsiru sforzi mill-UE biex b'urġenza tagħti lit-tfal il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom, biex tibda tħaddem skejjel temporanji u biex tipprovdi servizz ta" counselling lit-tfal;
8. Jilqa" b'sodisfazzjon l-impenji preliminari tal-Kummissjoni għas-somma ta" EUR 30 miljun f'assistenza umanitarja iżda jesprimi t-tħassib tiegħu li 87% tal-Appell Rapidu għal Ħaiti maħruġ mill-OCHA għal USD 575 miljun huwa ffinanzjat b'dawk li huma kontribuzzjonijiet; jenfasizza li finanzjament bħal dan huwa kruċjali għas-sosteniment fit-tul tal-operazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha biex jonoraw għalkollox l-impenji li daħlu għalihom;
9. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-pajjiżi tal-G7 li min-naħa tagħhom jikkanċellaw id-dejn internazzjonali ta' Ħaiti; jistenna li l-pajjiż u d-donaturi internazzjonali kollha jagħmlu l-istess; jistieden ukoll lill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) biex jikkanċella għalkollox id-dejn pendenti tal-pajjiż, li jinkludi self ta' emerġeza ta' USD 102 miljun approvat f'Jannar 2010; jisħaq li kull assistenza ta" emerġenza minħabba t-terremot trid tkun ipprovduta fis-sura ta" għotjiet u mhux fis-sura ta" self li jġib id-dejn;
10. Itenni t-talba tas-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji għal vetturi li jittrasportaw il-fjuwil; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu assistenza addizzjonali għal provvisti ta" trasport lejn il-kampijiet improvviżati, il-punti ta' distribuzzjoni u lejn il-bliet u l-irħula li jinsabu aktar "il barra;
11. Jenfasizza l-importanza li tkun ipprovduta sigurtà adegwata għall-konvojs tad-distribuzzjoni tal-għajnuna bil-għan li jkun żgurat li l-provvisti jitqassmu b'mod ġust u kalm, partikolarment lill-persuni dgħajfa u lil dawk li għandhom l-akbar ħtiġijiet;
12. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jibgħat 350 pulizija militari biex jappoġġjaw l-isforzi ta' għajnuna f'Ħaiti taħt il-kmand tan-NU, u d-deċiżjoni li tinħoloq ċellola ta' koordinazzjoni (EUCO Ħaiti) fi Brussell biex tiffaċilita r-reazzjoni proattiva Ewropea fil-qasam militari u tas-sigurtà kif ukoll il-koordinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE;
13. Jistieden lin-NU biex tirrevedi l-mandat ta' MINUSTAH flimkien mal-awtoritajiet ta" Ħaiti sabiex jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tal-pajjiż wara d-diżastru, b'enfasi partikulari fuq kwistjonijiet ta" sigurtà;
14. Jenfasizza l-importanza li tingħata l-għajnuna xierqa lill-awtoritajiet lokali biex ikunu jistgħu jistimulaw l-ekonomija fi żmien meta mijiet ta" eluf ta" nies qed jitilqu minn Port-au-Prince biex imorru jgħixu fil-kampanja; jistieden lill-UE u lid-donaturi internazzjonali l-oħrajn biex kull fejn ikun possibbli jixtru ikel prodott lokalment għall-isforz tal-għajnuna;
15. Jappoġġja l-isforzi tal-UE biex tagħti spinta lill-produzzjoni tal-ikel fuq livell lokali, filwaqt li tirriabilita l-infrastruttura li saritilha l-ħsara u filwaqt li l-materjal meħtieġ (żerriegħa, fertilizzant u għodod) isir disponibbli għal dawk li għandhom impriża agrikola żgħira - b'mod partikulari għall-istaġun tat-tħawwil tar-rebbiegħa li jibda f'Marzu, li jifforma 60% tal-produzzjoni nazzjonali tal-ikel;
16. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel dak kollu li tista" biex tappoġġja l-programmi fejn min jaħdem jitħallas f'kontanti, li huma importanti biex ikun hemm il-flus fl-idejn fil-komunità, u biex tassisti fit-tħaddim mill-ġdid tas-sistema bankarja;
17. Jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment fit-tul fil-kostruzzjoni ta" bini li jkun reżistenti għat-terremoti u fl-infrastruttura bażika, bħal m'hi l-provvista tal-ilma, it-toroq u l-elettriku, li jew ma kinux jeżistu jew li fil-biċċa l-kbira ma kinux biżżejjed qabel ma sar it-terremot, sitwazzjoni li taggrava ferm l-impatt ta' diżastri naturali;
18. Jitlob li titlaqqa" konferenza internazzjonali u li ssir valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta" wara d-diżastri kkoordinata man-NU u l-Bank Dinji, bil-għan li tiġi stabbilita rikostruzzjoni fit-tul ladarba tintemm l-operazzjoni tal-emerġenza;
19. Jistieden lill-komunità internazzjonali biex tiżgura li l-poplu ta' Ħaiti u l-gvern tiegħu jkunu l-atturi ewlenin tal-proċess ta' rikostruzzjoni, biex ikunu jistgħu jieħdu f'idejhom is-sjieda tal-ġejjieni kollettiv tagħhom;
20. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq lill-Parlament valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet ta' wara d-diżastri u rapport ta" progress dwar ir-rikostruzzjoni;
21. Iħeġġeġ lill-UE taħdem mal-awtoritajiet Ħaitjani biex tkun stabbilita ġestjoni tal-kapaċitajiet u prevenzjoni tad-diżastri għall-futur imbiegħed, filwaqt li jisħaq li l-isforzi ta' rikostruzzjoni għandhom jissejsu fuq prijoritajiet nazzjonali, filwaqt li jitħarsu l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u jingħata appoġġ lill-istituzzjonijiet ta' Ħaiti sabiex ikunu jistgħu jiggvernaw b'mod effikaċi;
22. Jistieden lill-komunità internazzjonali biex tibqa' tagħti prijorità lil Ħaiti, biex tuża dan bħala opportunità biex tittratta darba għal dejjem il-kawżi primarji tal-faqar eżistenti f'Ħaiti, u biex tgħin lil Ħaiti joħroġ minn dan id-diżastru bħala demokrazija li taħdem sew b'ekonomija li tkun tista' ssostni l-poplu tiegħu;
23. Jirrikonoxxi l-ħidma tal-Istati Membri individwali tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Mekkaniżmu Komunitarju għall-Protezzjoni Ċivili u l-koordinazzjoni effikaċi ta' din l-assistenza mill-MIC (Iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni) u mit-timijiet tal-ECHO li ntbagħtu ftit sigħat biss wara t-terremot;
24. Jinnota li, għall-ewwel darba, il-Kummissjoni bagħtet b'suċċess żewġ moduli li kienu disponibbli permezz ta' azzjoni preparatorja dwar Kapaċità ta' Reazzjoni Rapida tal-UE stabbilita bl-appoġġ tal-Parlament;
25. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti quddiem il-Parlament mill-aktar fis possibbli biex titwaqqaf Forza Komunitarja għall-Protezzjoni Ċivili msejsa fuq il-Mekkaniżmu Komunitarju għall-Protezzjoni Ċivili sabiex jinġabru r-riżorsi meħtieġa biex tingħata l-ewwel għajnuna umanitarja ta' emerġenza fi żmien 24 siegħa wara li jkun seħħ diżastru;
26. Jenfasizza li mekkaniżmu Ewropew ta Intervenzjoni rapida għandu jkun:
–
ċivili u/jew umanitarju
–
jeżisti b'mod permanenti
–
jista" jiġi mobilizzat f'kull waqt u fl-iqsar żmien possibbli
–
jaġixxi taħt il-bandiera tal-UE
–
josserva d-dritt umanitarju internazzjonali
–
dispost li jikkopera ma" korpi oħrajn involuti f'azzjoni umanitarja
–
lest li jikkopera mas-sistema tan-NU
–
dispost li jilqa" kontribuzzjonijiet ta" pajjiżi terzi
–
jirrispetta n-natura volontarja tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri għall-arranġamenti li jkunu se jiġu stabiliti
–
jisħaq għal titjib kontinwu biex jinżamm il-livell tal-kapaċitajiet umani u materjali disponibbli għall-mobilizzazzjoni f'kull ħin
–
ibbażat fuq il-prinċipju ta" qsim tal-piżijiet;
27. Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kummissarju għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Għajnuna Umanitarja u r-Rispons f'Każ ta' Kriżi biex jieħdu sehem ewlieni fil-koordinazzjoni tar-reazzjoni tal-Unjoni f'każ ta' kriżi, filwaqt li jintużaw ir-responsabilitajiet li nħolqu skont it-Trattat ta' Lisbona biex tkun ikkoordinata aħjar ir-reazzjoni tal-UE għal kriżijiet fil-ġejjieni, u filwaqt li jinbena fuq dak li diġà nkiseb;
28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President tal-Kummissjoni, lill-President u lill-Gvern ta" Ħaiti, lis-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji u l-Għajnuna ta' Emerġenza kif ukoll lill-Gvernijiet tal-Istati Membri.
Is-sitwazzjoni fl-Iran
239k
78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-Iran
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Catherine Ashton, fil-5 ta' Frar 2010 dwar l-eżekuzzjonijiet imminienti fl-Iran,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-UE u l-Istati Uniti tal-Amerika tat-8 ta' Frar 2010 li ssejjaħ biex il-Gvern Iranjan jaqdi l-obbligi tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-President tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2009 li fiha tenna l-impenn tal-Parlament għall-abolizzjoni fid-dinja kollha tal-piena tal-mewt, b'denunzja speċifika tal-piena kapitali għal reati mwettqa minn minorenni,
– wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Kunsill dwar l-Iran tal-10/11 ta' Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tat-12 ta' Jannar 2010 dwar il-proċess tas-seba' mexxejja tal-fidi Baha'i fl-Iran,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet Nru 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008) u 1835 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni adottata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Aġenzija għall-Enerġija Atomika Internazzjonali (IAEA) fis-27 ta' Novembru 2009 dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Salvagwardji NPT u d-dispożizzjonijiet relattivi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU msemmija hawn fuq fir-Repubblika Islamika tal-Iran,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICECR), il-Patt dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali, u l-Patt dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li l-Iran hi firmatarja tagħhom ilkoll,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Ministeru Iranjan tal-Intelliġenza tal-5 ta" Jannar 2010 li ddikjara li l-kuntatti kollha bejn iċ-ċittadini Iranjani u 60 organizzazzjoni mhux governattiva, flimkien ma għadd ta" midja internazzjonali li jxandru bil-Farsi, huma "illegali",
– wara li kkunsidra l-"posponiment" mill-awtoritajiet Iranjani taż-żjara f'Tehran tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-Relazzjonijet mal-Iran, ippjanata għal bejn it-8 u l-11 ta" Jannar 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
Dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem
A. billi s-sitwazzjoni politika fl-Iran għadha sejra lura, bl-ebda indikazzjoni mill-gvern Iranjan li biħsiebu jindirizza t-tħassib minn madwar id-dinja kollha dwar il-leġittimitá tal-elezzjoni li saret fl-2009; billi l-indikazzjonijiet ta' frodi massiva rriżultaw f'moviment ta' protesta ta' skala kbira (l-hekk imsejjaħ "Moviment Aħdar"), b'dimostrazzjonijiet tal-massa li baqgħu għaddejjin f'dawn l-aħħar xhur,
B. billi l-iżviluppi politiċi fl-Iran wara l-elezzjonijiet presidenzjali kontroversjali ta" Ġunju 2009 wrew li hemm potenzjal kbir ta" bidla demokratika popolari fil-pajjiż immexxija mis-soċjetà ċivili dinamika u attiva tiegħu,
C. billi l-forzi tas-sigurtà tal-Iran – il-Gwardja Revoluzzjonarja, il-milizzja Basij u l-pulizija – rreaġixxew bi ġlieda qawwija li matulha arrestaw arbitrarjament eluf ta' dimostranti u dissidenti paċifiċi, inklużi studenti u akkademiċi, attivisti tad-drittijiet tan-nisa, avukati, ġurnalisti, bloggers, kleriċi u difensuri prominenti tad-drittijiet tal-bniedem fi sforz ċar biex jintimidaw il-kritiċi u joħonqu d-dissidenza,
D. billi ħafna minn dawk arrestati rrapportaw li kienu ġew imsawta u ttorturati, u f'ċerti każijiet attakkati sesswalment fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet sigrieti ta' detenzjoni; billi inkjesta mwettqa mill-Majlis tar-Repubblika Islamika tal-Iran fil-bidu tal-2010 ddeterminat li l-Viċi Prosekutur Saeed Mortazavi kien responsabbli b'mod dirett għall-imwiet ta' mill-inqas tliet detenuti li rriżultaw minħabba tortura u negliġenza fil-ħabs ta' Kahrizak, li l-ġudikatura kienet ordnat li jingħalaq tliet snin qabel,
E. billi uffiċjali tal-gvern ikkonfermaw li, minn Ġunju 2009, mietu mill-inqas 30 protestant fi protesti jew f'detenzjoni u mill-inqas sebgħa oħra mietu fi ġlied fis-27 ta' Diċembru, il-jum sagru ta" Ashura; billi l-għadd reali ta" mwiet ikkawżati mill-vjolenza appoġġjata mill-gvern huwa maħsub li huwa ferm ogħla,
F. billi, barra minn hekk, il-forzi tas-sigurtà żiedu l-persekuzzjoni sistematika kontra membri ta' minoranzi reliġjużi, bħall-Baha'i (li s-seba' ex mexxejja kollha tagħhom ġew arrestati u bħalissa għaddejjin proċess) Sunni u Nsara (inklużi tmien qassisin), u għamlu kampanja ta' arresti u eżekuzzjonijiet arbitrarji kontra s-soċjetà ċivili u kontra l-attivisti politiċi Kurdi, Ażeri, Baluchi u Għarab; billi, b'mod partikolari, bħalissa hemm 21 Kurd li qegħdin jistennew is-sentenza tal-mewt,
G. billi fid-9 ta' Settembru 2008 l-Parlament tal-Iran approva "Liġi dwar l-Apostasija" li tikkastiga bil-mewt il-konverżjoni mill-Islam;
H. billi, minn Awwissu 2009, il-ġudikatura tellgħet proċessi politiċi ta" mijiet ta' riformisti u attivisti prominenti allegatament marbuta ma" "parteċipanti fl-irvellijiet" li qed jipruvaw jippromwovu "Rivoluzzjoni tal-Bellus"; billi waqt dawn il-proċessi ħafna minn dawn id-dissidenti taw konfessjonijiet fuq it-televiżjoni li kienu jidhru furzati,
I. billi l-Gvern Iranjan għadu qed jakkuża lil pajjiżi Ewropej b'indħil fl-iżviluppi politiċi Iranjani; billi akkużi bħal dawn wasslu għat-tkeċċija ta' żewġ diplomatiċi tar-Renju Unit, l-arrest ta' bosta ħaddiema Iranjani impjegati mal-Ambaxxata tar-Renju Unit u l-arrest, għal żmien qasir, ta' membru tal-persunal tal-Ambaxxata Żvediża u żewġ membri ta' dik Ġermaniża minħabba r-rwol allegat tagħhom fil-protesti ta' wara l-elezzjoni,
J. billi fit-28 ta' Jannar 2010 Mohammad Reza Ali-Zamani u Arash Rahmanipour ġew iġġustizzjati, l-ewwel pieni tal-mewt li ġew assoċjati minn sorsi uffiċjali mal-moviment ta' protesta, għalkemm wieħed minnhom, jekk mhux ukoll it-tnejn li huma, kienu diġà l-ħabs fiż-żmien tal-elezzjonijiet; billi kien irrappurtat li mill-inqas disgħa min-nies ġew ikkundannati għall-mewt talli kellhom rabtiet allegatament mal-Moviment l-Aħdar,
K. billi fis-27 ta' Diċembru 2009, l-aħħar jum tar-riti ta' Ashura, Ali Moussavi, in-neputi ta' 35 sena ta' Mir Hossein Moussavi, il-konkorrent presidenzjali ewlieni fl-elezzjonijiet ta' Ġunju, kien maqtul b'tiri u mtajjar apposta b'karozza, f'dak li jidher li għandu l-karatteristiċi kollha ta' qtil intenzjonat bil-ħsieb li jservi ta' twissija serja għal zijuh,
L. billi fit-8 ta' Jannar 2010 sar attentat ta' qtil fuq Mehdi Karroubi, it-tieni konkorrent fil-prominenza fl-elezzjonijiet presidenzjali, permezz ta' żewġ tiri sparati lejn il-karozza tiegħu, li kienet bullet-proof, meta membri tal-Basij u tal-Gwardji Rivoluzzjonarji nġemgħu biex jipprotestaw kontra l-preżenza tas-Sur Karroubi f'Qazvin,
M. billi qed jissuktaw jikbru r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-istampa u tal-espressjoni, u billi l-awtoritajiet Iranjani iġġammjaw sikwit u b'mod wiesa' n-netwerks internazzjonali tar-radju u tat-televiżjoni, bosta siti tal-internet internazzjonali, fosthom Facebook u Twitter, kif ukoll is-siti tal-oppożizzjoni lokali u s-servizzi tat-telefon ċellulari f'Tehran, u b'hekk ħolqu problemi ta' trażmissjoni għal netwerks f'pajjiżi oħrajn tal-Lvant Nofsani u saħansitra fl-Ewropa,
N. billi kumpaniji Ewropej u Russi qegħdin jipprovdi lill-Iran bit-tagħmir meħtieġ għall-iffiltrar u l-iġġammjar, li parti minnu jista' wkoll ikun ta' ħsara għas-saħħa ta' dawk li joqogħdu fl-inħawi tal-istallazzjonijiet,
O. billi il-Gwardja Revoluzzjonarja, is-servizz sigriet tagħha, kif ukoll il-milizzja Basij qed jieħdu rwol aktar u aktar attiv fis-soċjetà Iranjana, bir-repressjoni ta' nies ċivili Iranjani, bl-arrest ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jidhru li qed jieħdu l-liġi f'idejhonm,
Dwar il-kwistjoni nukleari
P. billi l-Iran huwa wieħed mill-partijiet tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armamenti Nukleari (NPT), u impenja ruħu li jakkwista l-armamenti nukleari bir-ratifika tal-NPT u huwa marbut legalment li jiddikajara u jqiegħed l-attività nukleari tiegħu kollha, inkluż il-materjal nukleari, fis-salvagwardja tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA),
Q. billi l-Artikolu IV tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni Nukleari tal-Armamenti Nukleari (NPT) jinnota d-dritt inaljenabbli tal-Partijiet kollha għat-Trattat li jiżviluppaw riċerka, produzzjoni u użu ta' enerġija nukleari għal skopijiet ċivili paċifiċi bla diskriminazzjoni u skont l-Artikoli I u II ta' dak it-Trattat,
R. billi bi ksur tal-obbligi tiegħu skont it-Trattat dwar in-Non Proliferazzjoni Nukleari, l-Iran bena bil-moħbi impjant ta' arrikkiment f'Qom, u għarraf lill-IAEA bl-eżistenza tiegħu ħafna wara li kien beda jinbena; u billi dan il-ksur tar-regoli jqajjem suspetti li jista' jkun hemm siti nukleari sigrieti oħrajn u jkompli jdgħajjef il-fiduċja fl-assigurazzjonijiet Iranjani dwar il-fatt li l-programm tiegħu huwa purament ta' karattru ċivili,
S. billi d-Direttur Ġenerali tal-IAEA li se jispiċċa mill-kariga, Dr El Baradei, fir-rapport imsemmi hawn fuq tas-16 ta" Novembru 2009, innota li sakemm l-Iran ma jimplimentax il-Protokoll Addizzjonali u ma jiċċarax il-kwistjonijiet pendenti b'mod sodisfaċenti mal-IAEA, l-Aġenzija mhix se tkun f'pożizzjoni li tagħti assigurazzjoni kredibbli dwar l-assenza ta" materjal nukleari mhux iddikjarat u attivitajiet fl-Iran, u nnota wkoll li għad hemm għadd ta" kwistjonijiet pendenti preokkupanti dwar id-dimensjonijiet militari possibbli għall-programm nukleari tal-Iran,
T. billi sabiex tinstab soluzzjoni diplomatika għall-kwistjoni tal-programm nukleari tal-Iran, l-UE, l-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja kienu pproponew ftehim taħt l-awspiċi tal-IAEA biex l-uranju eżistenti tal-Iran, b'arrikkiment baxx, jinġarr lejn ir-Russja u Franza biex jiġi pproċessat f'vireg tal-fjuwil sabiex ir-reattur tar-Riċerka Medika f'Tehran jibqa' jaħdem, u billi l-Iran irrifjuta din il-proposta, jinsabu għaddejjin dibattiti fil-Kunsill tas-Sigurtà dwar sanzjonijiet imsaħħa kontra l-Iran;
U. billi l-Iran qed ikompli jiżviluppa t-teknoloġija tal-missili ballistiċi u qed jaħdem għall-kapaċità li jiskjera missili ballistiċi interkontinentali li jistgħu jwasslu armamenti nukleari,
V. billi l-Gvern Iranjan għamel dikjarazzjonijiet kuntradittorji dwar il-programm nukleari tiegħu, u ordna li fis-7 ta' Frar 2010 jinbdew attivitajiet ulterjuri ta' arrikkiment;
Dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem
1. Jesprimi dubji serji dwar l-eżattezza tar-riżultati elettorali li wasslu għall-konferma tal-President Ahmadinejad għat-tieni leġiżlatura, minkejja indikazzjonijiet qawwija ta' frodi elettorali fuq skala kbira, u jqis li l-kredibbiltà tal-President Iranjan iddgħajfet ferm;
2. Juri r-rispett tiegħu quddiem il-kuraġġ ta' dawk l-irġiel u n-nisa Iranjani kollha li qed jiddefendu l-libertajiet bażiċi u l-prinċipji demokratiċi tagħhom u li qed jesprimu x-xewqa tagħhom li jgħixu f'soċjetà ħielsa mir-ripressjoni u l-intimidazzjoni; juri r-rispett speċjali tiegħu lejn in-nisa Iranjani li kellhom sehem kruċjali fid-dimostrazzjonijiet postelettorali f'Ġunju 2009;
3. Jappoġġa b'ħiltu kollha l-aspirazzjonijiet demokratiċi tal-poplu Iranjan u jiddispjaċih ħafna li l-Gvern u l-Parlament tal-Iran mhumiex lesti jagħtu widen għat-talbiet ġustifikati taċ-ċittadini Iranjani, speċjalment tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, li għal żmien twil wisq raw it-tamiet tagħhom għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali jinħanqu
4. Isejjaħ biex il-Gvern Iranjan jirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-assemblea paċifika u tal-libertà tal-espressjoni, inkluż fir-rigward tad-dimostrazzjonijiet imħabbra għall-11 ta' Frar 2010; jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-vjolenza mill-Gvern Iranjan kontra d-dimostranti li qed jippruvaw jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u l-assemblea paċifika;
5. Isejjaħ biex jinħelsu minnufih dawk kollha miżmuma b'arrest minħabba li b'mod paċifiku eżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-libertà tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni, u tal-assemblea jew abbażi tat-twemmin reliġjuż jew l-orjentament sesswali tagħhom, u jistieden lill-awtoritajiet biex jinvestigaw u jipproċedu kontra uffiċjali governattivi u membri tal-forzi tas-sigurtà responsabbli għall-qtil, l-abbuż u t-tortura ta' membri tal-familji ta' dissidenti, dimostranti u ta' dawk miżmuma b'arrest;
6. Jikkundanna bil-qawwa s-sentenzi tal-mewt imposti u l-eżekuzzjonijiet imwettqa fl-Iran, partikolarment il-każ ta' Mohammed Reza Alizamani u Arash Rahmanipour, u jsejjaħ għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt; isejjaħ biex l-awtoritajiet Iranjani ma jibqgħux japplikaw l-akkuża ta' "Moharabeh" (gwerra kontra Alla) li ġġib magħha l-piena kapitali, kontra dawk li jipprotestaw paċifikament għal aktar drittijiet demokratiċi; Isejjaħ biex l-Iran jimplimenta immedjatament il-moratorju tan-NU fuq il-piena tal-mewt, kif jesiġu r-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 62/149 u 63/168;
7. Huwa ddiżgustat bl-attentati tal-gvern u/jew tal-forzi tas-sigurtà biex joqtlu l-kandidati presidenzjali jew membri tal-familji tagħhom u jistieden lill-Mexxej Suprem Khamenei biex jiżgura s-sikurezza ta' rappreżentanti prominenti tal-oppożizzjoni Iranjana;
8. Jikkundanna l-isforzi tal-awtoritajiet Iranjani biex jiċċensuraw il-midja tal-karta stampata u biex jiġġammjaw is-servizzi tar-radju, it-televiżjoni u l-internet, bħall-BBC, u jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jindirizzaw l-impatt internazzjonali ta' dawn il-metodi fi ħdan l-Unjoni tat-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali (ITU);
9. Jikkundanna d-deċiżjoni tal-awtoritajiet Iranjani li jipprojbixxu l-kuntatti mal-organizzazzjonijiet barranin mhux governattivi, b'mod partikulari dwak bil-għan li jiddefendu l-libertajiet u d-drittijiet ċivili, u jitlob lill-Awtoritajiet Iranjani biex ineħħu din il-projbizzjoni minnufih;
10. Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex iwaqqfu minnufih il-prattika tax-xandir ta' ġurijiet bit-televiżjoni, u jistieden lill-Parlament Iranjan biex jemenda l-liġi Iranjana li tippermetti lill-gvern li jiċħad id-drittijiet ta' proċess ġust, bħad-dritt tal-akkużati għal rappreżentanza legali adegwata;
11. Jikkritika bil-qawwa l-kumpaniji internazzjonali, b'mod partikolari n-Nokia Siemens, talli pprovdew l-awtoritajiet Iranjani bit-teknoloġija meħtieġa għaċ-ċensura u s-sorveljanza, u b'hekk servew ta' strument għall-persekuzzjoni u l-arrest ta' dissidenti Iranjani;
12. Jiddeplora l-allegazzjonijiet ta' ndħil fl-affarijiet interni Iranjani li saru kontra l-persunal ta' ambaxxati Ewropej u, f'dan il-kuntest, jitlob lill-awtoritajiet Iranjani biex jirrispettaw il-Konvenzjoni ta' Ġinevra u n-normi diplomatiċi;
13.Huwa mħasseb bin-natura tad-dimostrazzjonijiet li saru quddiem l-ambaxxati tal-UE f'Tehran fid-9 ta' Frar 2010 kif orkestrati mil-milizzja ta' Basij, u jagħmel sejħa lill-awtoritajiet Iranjani biex jiggarantixxu l-sigurta' ta' missjonijiet diplomatiċi; Dwar il-kwistjoni nukleari
14. Minkejja d-dritt tal-Iran li jiżviluppa l-enerġija nukleari għal skopijiet paċifiċi skont ir-regoli tas-sistema ta" nonproliferazzjoni, jafferma mill-ġdid li r-riskji tal-proliferazzjoni marbuta mal-programm nukleari Iranjan jibqgħu sors ta" tħassib serju għall-Unjoni Ewropea u għall-komunità internazzjonali, kif espress b'mod ċar ħafna fir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1737, 1747, 1803 u 1835;
15. Jiddeplora l-fatt li ma sarx progress sostanzjali dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jqajmu tħassib serju, u jtenni t-talbiet tiegħu lill-Iran biex ireġġa" għal li kienet it-trasparenza tal-programm nukleari tiegħu billi jipprovdi tweġibiet kompluti, ċari u kredibbli lill-IAEA, biex isolvi l-kwistjonijiet u l-preokkupazzjonijiet pendenti marbuta ma' dan il-programm, inklużi suġġetti li jista" jkollhom dimensjoni militari, biex jimplimenta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Komprensiv ta" Salvagwardja, inklużi l-arranġamenti sussidjarji tiegħu, u biex jirratifika u jimplimenta l-Protokoll Addizzjonali;
16. Jappoġġa l-approċċ fuq żewġ binarji tal-Kunsill Ewropew u l-isforzi kollha biex tinstab soluzzjoni nnegozjata għat-tul dwar il-kwistjoni nukleari Iranjana; jenfasizza li sanzjonijiet oħrajn li jistgħu jittieħdu fil-kuntest tat-theddida nukleari għandhom jeskludu miżuri b'konsegwenzi negattivi għall-popolazzjoni kollha tal-Iran;
17. Jiddeplora l-fatt li l-Gvern Iranjan għal darb' oħra rrifjuta kull tentattiv ta' kompromess dwar il-kwistjoni nukleari, jiddispjaċih li r-reġim Iranjan jidher li qiegħed jipprova juża din il-kwistjoni sew bħala mezz biex idawwar l-attenzjoni minn fuq il-kriżi interna fil-pajjiż kif ukoll bħala tattika biex jirbaħ il-ħin u jevita d-diskussjoni fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar sanzjonijiet ulterjuri, u jqis li l-aħħar stqarrijiet tal-President tal-Iran Mahmoud Ahmedinejad huma parti minn din it-tattika.
Dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iran
18. Jisħaq fuq l-importanza li jkompli d-djalogu mal-Iran fil-livelli kollha, b'mod partikolari mas-soċjetà ċivili; jiddeplora l-fatt li n-naħa Iranjana pposponiet iż-żjara tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew u jesprimi t-tama li l-Gvern u l-Parlament Iranjan jirrevedu l-pożizzjoni tagħhom dwar il-kuntatti diretti;
19. Jistieden lill-Kunsill biex jibqa" lest biex jaħdem mal-Iran sabiex tintlaħaq soluzzjoni negozjata għall-kwistjoni nukleari, kif ukoll fir-rigward tal-kwistjonijiet tas-sigurtà reġjonali, filwaqt li jitqiesu t-tħassib u l-interessi leġittimi tas-sigurtà tal-Iran, inkluża l-perspettiva fit-tul ta' Lvant Nofsani ħieles mill-armi nukleari;
20. Iqis li għandu jiġi varat dibattitu serju fil-livell tal-UE dwar il-possibbiltà li jiddaħħlu aktar sanzjonijiet immirati li ma jagħmlux ħsara lill-poplu Iranjani kollu; isejjaħ biex il-lista eżistenti ta' individwi u organizzazzjonijiet li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi tiġi estiża għal dawk li huma responsabbli għar-rippressjoni u t-trażżin tal-libertà fil-pajjiż u għal dawk responsabbli għall-ksur tal-impenji internazzjonali tal-Iran fuq il-kwistjoni nukleari;
21. Jilqa' stqarrijiet riċenti tar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni u ta' mexxejja oħra tal-UE fejn qalu li l-pass li jmiss huwa li d-diskussjoni tittella' fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u jistieden lill-Presidenza Franċiża tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex tqiegħed il-kwistjoni nukleari mal-Iran fuq l-aġenda tal-Kunsill fi Frar 2010; jistieden lil-awtoritajiet Ċiniżi biex jappoġġaw l-isfrozi tal-komunità internazzjonali biex jitrażżan il-programm tal-Iran għal-arrikkiment tal-uranju;
22. Ifakkar lill-awtoritajiet Iranjani li, sabiex jiżviluppa relazzjonijiet li jagħtu l-frott mal-UE, l-Iran għandu jiggarantixxi d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, ir-rispett tal-prinċipji tad-demokrazija, il-libertà tal-espressjoni u l-istat tad-dritt, billi dawn huma prerekwiżiti għall-pajjiżi kollha li jżommu relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi mal-UE; jenfasizza li l-konklużjoni possibbli ta" ftehim ta" kooperazzjoni u kummerċ bejn l-Iran u l-UE hija marbuta mar-rispett għal dawn il-valuri, mal-konformità sħiħa tal-Iran mar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tal-IAEA, kif ukoll mal-għoti ta' garanziji verifikabbli rigward in-natura paċifika tal-programm nukleari tal-Iran u rigward il-waqfien tal-appoġġ tal-Iran għall-attivitajiet terroristi;
23. Isejjaħ biex l-Istati Membri u l-Kummissjoni jappoġġaw attivament inizjattivi mmirati lejn it-titjib tal-pluraliżmu tal-midja u jilqa' l-progress li sar fil-proġett li diġà ġie varat biex l-aħbarijiet Ewropej jixxandru bil-Farsi;
24. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu passi immedjati ħalli jipprojbixxu l-esportazzjoni ta' tekonoloġija ta' sorveljanza minn kumpaniji Ewropej lil pajjiżi, bħall-Iran, fli l-gvernijiet tagħhom jistgħu jużawha biex jiksru l-libertà tal-espressjoni;
25. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Tehran;
26. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ifasslu miżuri addizzjonali, fil-kuntest tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, ta' politika ta' immigrazzjoni biex jipproteġu attivament id-drittijiet ta' Iranjani li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem.
o o o
27. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Republika Islamika tal-Iran.
Is-sitwazzjoni fil-Jemen
224k
60k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen
– wara li kkunsidra l-istqarrija magħmula tal-President waqt il-Laqgħa ta' Livell Għoli dwar il-Jemen tas-27 ta' Jannar 2010,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar il-Jemen tal-25 ta' Jannar 2010 u tas-27 ta' Ottubru 2009,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Ottubru 2009, magħmula mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà li sejra għall-agħar fil-Jemen,
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Strateġija tal-Komunità Ewropea għall-Jemen għall-perjodu 2007-2013,
– wara li kkunsidra l-eżitu taż-żjara fil-Jemen tad-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-Istati tal-Golf, inkluż il-Jemen, bejn it-22 u l-25 ta' Frar 2009,
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta" Settembru 2006,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-sitwazzjoni globali politika, tas-sigurtà u soċjoekonomika fil-Jemen ilha sejra lura għal ħafna żmien, u dan iqajjem tħassib serju fil-komunità internazzjonali,
B. billi organizzazzjoni affiljata mal-Al Qaeda ħadet ir-responsabilità tal-attentat fallut tat-terrorista Niġerjan Umar Farouk Abdulmuttab, li stqarr li tħarreġ u tgħammar f'kamp tal-Al Qaeda fil-Jemen, biex jisplodi ajruplan fuq Detroit f'Diċembru 2009; billi kwalunkwe deterjorament ulterjuri fis-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Jemen jista" joffri lill-gruppi ta' terroristi u ribelli fir-reġjun, b'mod partikolari lill-Al Qaeda, kenn sikur għall-ippjanar, l-organizzazzjoni u l-appoġġ ta' operazzjonijiet terroristiċi sussegwenti,
C. billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà qed tkun aggravata aktar minħabba l-gwerra ċivili kontra l-grupp għal qawmien mill-ġdid tax-Xiti Zaidi f'Sa'dah, fit-Tramuntana tal-Jemen, kif ukoll minħabba li faqqgħet il-vjolenza mill-moviment seċessjonista fin-Nofsinhar tal-pajjiż,
D. billi t-terroriżmu diġà kien ilu għaddej għal ħafna snin qabel 9/11, kif wera l-attakk tat-12 ta' Ottubru 2000 fuq il-bastiment USS Cole mill-Al Qaeda, u billi sa mill-2007 t-terroriżmu fil-Jemen intensifika, b'ħafna attakki fuq 'pipelines', faċilitajiet taż-żejt, binjiet tal-gvern, ambaxxati (inklużi l-Ambaxxata Taljana u tal-Istati Uniti), bastimenti u turisti fil-pajjiż,
E. billi l-ġlied lokali fir-reġjun ta' Sa'dah assuma dimensjoni reġjonali meta l-forzi militari tal-Arabja Sawdija kkonfrontaw lir-ribelli fiż-żona tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi u wettqu attakki fuq il-pożizzjonijiet tar-ribelli; billi l-Gvern tal-Jemen allega li elementi Xiti esterni qegħdin jappoġġaw movimenti ribelli fit-Tramuntana tal-pajjiż,
F. billi l-ġlied bejn l-armata Jemenita u ribelli Xijti fil-provinċja tat-Tramuntana ta' Sa'dah, li beda fl-2004, ħalla aktar minn 175 000 persuna spustata internament u ġġenera kriżi umanitarja fiż-żona,
G. billi l-Jemen hu wieħed mill-ifqar pajjiżi tad-dinja; billi l-kriżi tal-ikel tal-2008 kellha impatt kbir fuq l-ifqar setturi tal-popolazzjoni Jemenita, filwaqt li l-kriżi finanzjarja dinjija, b'mod partikolari t-tnaqqis fid-dħul miż-żejt, kompla joħloq pressjoni mhux sostenibbli fuq il-finanzi pubbliċi, sitwazzjoni aggravata aktar minħabba l-implimentazzjoni limitata ta' riformi ekonomiċi u fiskali li ilhom biex isiru,
H. billi r-riżervi taż-żejt tal-Jemen, is-sors ta' aktar minn 75% tad-dħul tal-pajjiż, waslu biex jispiċċaw, u billi l-pajjiż għandu ftit għażliet vijabbli għal ekonomija sostenibbli meta dan iseħħ,
I. billi problema oħra sinifikanti li qed iħabbat wiċċu magħha l-Jemen hija l-iskarsezza kbira ta' ilma, li hija kkawżata minn diversi fatturi, fosthom il-fatt li l-konsum domestiku qed jikber, il-ġestjoni ħażina tal-ilma, il-korruzzjoni, in-nuqqas ta' ġestjoni tar-riżorsi u sistemi ta' tisqija li jagħtu lok għal ħafna ħela ta' ilma; billi skont l-istimi tal-gvern, 99% tal-estrazzjoni kollha tal-ilma ssir mingħajr il-liċenzja meħtieġa,
J. billi s-sitwazzjoni li nħolqot minħabba l-problema tan-nuqqas ta' ikel u ilma fil-Jemen hija kkumplikata aktar minħabba l-fatt li l-popolazzjoni hija dipendenti fuq il-"qat", pjanta li titkabbar biex tinbiegħ u li tirrikjedi ħafna tisqija, u li tant qed titkabbar li madwar 40% tar-riżorsi tal-ilma tal-Jemen qegħdin jintużaw għat-tkabbir tagħha; billi l-pajjiż issa sar importatur nett tal-ikel,
K. billi ż-żieda fil-piraterija fil-Golf ta' Aden u l-pressjoni migratorja kontinwa mill-Qarn tal-Afrika huma fatturi oħra li jolqtu l-istabilità tal-pajjiż,
L. billi l-istrett ta' Bab el Mandeb bejn il-Jemen u l-Ġibuti, li huwa wiesa' 18-il mil, għandu importanza strateġika sinifikanti, għax 3.3 miljun barmil żejt (4% taż-żejt kollu li jiġi prodott fid-dinja kuljum) jgħaddi minnu kuljum,
M. billi sa mill-2004 l-UE tat aktar minn EUR 144 miljun f'għajnuna lill-Jemen, li l-akbar parti minnhom marru għall-iżvilupp, u implimentat programmi biex tappoġġa lill-pulizija u lill-gwardja tal-kosta tal-Jemen,
N. billi wara l-attentat fallut fuq l-ajruplan f'Detroit, il-gvernijiet tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti ħabbru li se jżidu b'mod sostanzjali l-għajnuna militari u għall-iżvilupp lill-Jemen u se jimpenjaw ruħhom ukoll biex flimkien jiffinanzjaw unità speċifika antiterroristika tal-pulizija Jemenita, kif ukoll jappoġġaw il-gwardja tal-kosta tal-Jemen,
O. billi l-elezzjonijiet parlamentari, li kienu se jsiru f'April 2009, ġew posposti għall-2011 biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jimplimentaw ir-riformi essenzjali tas-sistema elettorali; billi s'issa ma ttieħdu ebda passi konkreti lejn dan il-għan,
P. billi għad baqa' tħassib serju dwar l-iżviluppi fil-Jemen fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-indipendenza tal-ġudikatura; billi kien hemm każijiet li jinvolvu l-persekuzzjoni ta' ġurnalisti u ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi s-sitwazzjoni tan-nisa hi partikolarment diffiċli, filwaqt li l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni qed jonqos u jeżisti nuqqas ta' parteċipazzjoni politika attiva,
Q. billi sitt ċittadini Ewropej - ħames Ġermaniżi u wieħed Britanniku - għadhom qed jinżammu ostaġġi wara li ġew maħtufa f'Ġunju 2009, filwaqt li tliet persuni oħra minn dak il-grupp instabu mejtin immedjatament wara li gew maħtufa,
1. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-problemi tas-sigurtà, politiċi u soċjoekonomiċi fil-Jemen, li ilhom jeżistu u kull ma jmorru qegħdin imorru għall-agħar; jitlob li jsiru sforzi kbar mill-komunità internazzjonali sabiex ikun evitat li tikber il-kriżi attwali u sabiex nersqu lejn l-għan ta' Jemen magħqud, stabbli u demokratiku;
2. Jilqa' r-riżultat tal-laqgħa internazzjonali dwar il-Jemen li saret f'Londra fis-27 ta' Jannar 2010, inkluża l-istqarrija tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni tal-Golf li se jorganizza laqgħa għall-pajjiżi tal-Golf u pajjiżi sħab oħra tal-Yemen f'Riyadh fit-22 u t-23 ta' Frar 2010, u l-impenn tal-Gvern tal-Jemen li jkompli bl-aġenda ta' riforma tiegħu u jibda diskussjoni dwar programm tal-FMI; jilqa', barra minn hekk, l-impenn tal-komunità internazzjonali li tappoġġa lill-Gvern tal-Jemen fil-ġlieda kontra l-Al Qaeda u forom oħra ta' terroriżmu, filwaqt li jtenni l-appoġġ tiegħu għal Jemen magħqud u r-rispett tas-sovranità u tal-indipendenza tal-pajjiż;
3. Huwa konvint li l-istabbiltà u s-sigurtà fil-Jemen tista' tinkiseb biss permezz ta' riformi politiċi u soċjoekonomiċi; għalhekk, jistieden lill-Gvern tal-Jemen jonora l-impenji li għamel mal-komunità internazzjonali u jħaffef il-proċess ta' riforma nazzjonali, politika u ekonomika bil-għan li tissaħħaħ id-demokrazija u li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies;
4. Jilqa' u jappoġġa l-kooperazzjoni attiva bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Gvern tal-Jemen, speċjalment fl-oqsma tal-iżvilupp, il-pulizija, il-ġustizzja, il-kontroll tal-fruntieri, il-ġlieda kontra t-traffikar, is-sikurezza marittima, il-kontroterroriżmu u l-bini tal-istituzzjonijiet; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jsaħħu aktar ir-relazzjonijiet bilaterali mal-Jemen u jeżaminaw l-aktar modi effikaċi li bihom l-UE tista' tikkontribwixxi għat-titjib tas-sitwazzjoni tas-sigurtà u politika fil-pajjiż;
5. Itenni t-talba tiegħu għal waqfien mill-ġlied immedjat f'Sa'dah u għall-waqfien mill-vjolenza fin-Nofsinhar tal-Jemen u jesprimi l-opinjoni tiegħu li soluzzjoni politika komprensiva biss tista" tikseb paċi dejjiema; ileħħen tħassib kbir dwar is-sitwazzjoni umanitarja li sejra għall-agħar fit-Tramuntana tal-Jemen; jistieden lill-partijiet kollha jissodisfaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom skont id-dritt umanitarju internazzjonali biex jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili fiż-żona u jippermettu li l-għajnuna umanitarja u l-assistenza tasal fiż-żoni konċernati;
6. Jistieden lill-Gvern tal-Jemen biex ma jagħmel ebda diskriminazzjoni kontra kwalunkwe grupp etniku jew reliġjuż fil-pajjiż, u jqis l-interess komuni taċ-ċittadini kollha tiegħu fil-politiki tiegħu; jisħaq li azzjonijiet u miżuri kontra t-terroriżmu m'għandhomx jintużaw ħażin għal skopijiet politiċi, speċjalment kontra l-avversarji politiċi, il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
7. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Al Qaeda ilha preżenti fil-Jemen u li l-preżenza tagħha qiegħda dejjem tikber, u jenfasizza li n-nuqqas ta' azzjonijiet konkreti jista" jwassal għal erożjoni ulterjuri tal-awtorità tal-gvern ċentrali u għal destabbilizzazzjoni fil-Jemen u l-viċinat tiegħu tal-livell li deher fis-Somalja, u dan min-naħa tiegħu se jipprovdi opportunitajiet għal estremisti ggwidati jew imnebbħa mill-Al Qaeda sabiex jerġgħu jingħaqdu, jorganizzaw, jitħarrġu u jniedu operazzjonijiet ta' terroriżmu fit-territorju tal-Jemen jew barra minnu;
8. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Jemen biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex itejbu l-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, b'mod partikolari billi jiżguraw il-libertà tal-midja, id-dritt għal proċess ġust u t-trattament indaqs tan-nisa u l-irġiel;
9. Jenfasizza l-importanza ta' ġudikatura indipendenti mgħammra bir-riżorsi u l-kompetenza biex tindirizza r-responsabilità għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-arresti arbitrarji u t-tortura; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Jemen biex jiggarantixxi li l-aġenziji umanitarji imparzjali jkollhom aċċess għall-postijiet kollha ta' detenzjoni fil-Jemen u jwaqqaf l-użu ta' siti ta' detenzjoni privati jew mhux awtorizzati;
10. Iħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha fil-Jemen biex jegħlbu l-imblokk attwali tan-negozjati dwar riformi politiċi essenzjali; jenfasizza l-importanza li jsiru l-elezzjonijiet fl-2011 u jħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha biex jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex titjieb is-sistema elettorali u tissaħħaħ id-demokrazija, b'mod partikolari billi jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-UE wara l-elezzjonijiet presidenzjali u lokali demokratiċi tal-2006; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament, jissorveljaw il-proċess ta' riforma kostituzzjonali u tal-liġi elettorali li ħolqot il-posponiment tal-elezzjonijiet parlamentari;
11. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u, meta dan jitwaqqaf, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, biex minnufih jimplimentaw approċċ koordinat u komprensiv tal-UE għall-Jemen, sabiex jiġi evitat l-irduppjar u r-ripetizzjoni tal-assistenza u tal-għajnuna għall-iżvilupp fost l-Istati Membri; jindika li l-koordinament tal-UE hi vitali biex jinkiseb koordinament tad-donaturi globali fil-Jemen, li hija nieqsa ħafna;
12. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipprovdu, b'kooperazzjoni ma' atturi internazzjonali oħra, aktar assistenza għall-iżvilupp lill-Jemen bil-għan li tkun stabbilizzata s-sitwazzjoni politika u li jittejbu s-sitwazzjoni ekonomika u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies fil-pajjiż; jitlob, b'mod partikolari, li jitqiesu miżuri ta' assistenza eċċezzjonali fil-kuntest tal-Istrument ta' Stabbiltà u programm speċifiku sabiex tittejjeb l-edukazzjoni fl-ambitu tal-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp; jilqa' l-fatt li l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf lest li jiżviluppa aktar ir-relazzjonijiet tiegħu mal-Jemen; jistieden lill-Gvern tal-Jemen biex jiżgura, b'kooperazzjoni mill-qrib mad-donaturi, tisħiħ fl-effikaċja tal-għajnuna permezz ta' mekkaniżmi xierqa ta' koordinament, tqassim u implimentazzjoni;
13. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jiżguraw li l-għajnuna mogħtija mill-komunità internazzjonali, u b'mod partikolari mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, tintuża biex tappoġġa proġetti li jgawdu minnhom direttament l-akbar għadd ta' persuni possibbli, u li l-effikaċja tagħhom tkun tista' tiġi evalwata fuq il-post; jilqa", f'dan ir-rigward, l-istabbiliment ta" delegazzjoni sħiħa tal-UE f'Sana'a;
14. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jimplimentaw programm speċjali ta' assistenza għall-Jemen, li jkun jinkludi taħriġ għall-uffiċjali Jemeniti li jkun ibbażat fuq l-esperjenzi tal-EUJUST LEX u l-istazzjonar ta' persuni li jagħtu taħriġ fl-amministrazzjonijiet ċentrali u lokali tal-Jemen, b'mod li jsaħħaħ jew jikkumplimenta sforzi internazzjonali oħra;
15. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jassistu lill-Istati Uniti u lill-Jemen fir-rimpatriju u fis-sistemazzjoni mill-ġdid ta' ċittadini Jemeniti miżmuma mingħajr akkuża fi Guantánamo, fosthom l-40 Jemenit li l-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti diġà tat l-awtorizzazzjoni biex jiġu liberati;
16. Jistieden lill-awtoritajiet Jemeniti biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw il-ħelsien tas-sitt ostaġġi Ewropej li qed jinżammu fit-territorju tal-Jemen;
17. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżżommu informat b'mod sħiħ u immedjat waqt l-istadji kollha tal-proċedura dwar l-iżviluppi u n-negozjati kollha, kif jipprevedi l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Jemen.
It-traffikar tal-bnedmin
320k
86k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-prevenzjoni il-kummerċ fil-bnedmin
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-Artikoli 1, 3, 4, 5 u 6 tagħha,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, b'mod speċjali l-Artikoli 4 u 5 tagħha, li jaffermaw li l-kummerċ tal-iskjavi għandu jkun ipprojbit fil-forom kollha tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1949 dwar il-Qirda tal-Kummerċ fil-Persuni u tal-Isfruttament tal-Prostituzzjoni tal-Oħrajn,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, b'mod partikulari l-Artikoli 1, 7, 32, 34 u 35 tagħha, u l-Protokoll mhux obbligatorju għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-2000 dwar il-bejgħ ta' tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Palermo tan-NU tal-2000 dwar il-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tal-Kummerċ fil-Persuni, speċjalment tan-Nisa u tat-Tfal, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Transnazzjonali Organizzata,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 29 tal-organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar ix-xogħol furzat jew obbligatorju (1930) u l-Konvenzjoni Nru 182, dwar il-projbizzjoni u l-azzjoni immedjata biex ikunu eliminati l-agħar forom ta' tħaddim tat-tfal, adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-ILO waqt is-sebgħa u tmenin sessjoni tagħha (1999),
– wara li kkunsidra r-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa li saret f'Beijing f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma għall-Azzjoni adottati f'Beijing kif ukoll id-dokumenti sussegwenti ta" segwitu li ġew adottati fis-Sessjoni Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' Beijing +5 u Beijing +10 dwar azzjonijiet u inizjattivi ulterjuri biex ikunu implimentati d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma għall-Azzjoni ta' Beijing adottati fid-9 ta' Ġunju 2000 u fil-11 ta' Marzu 2005 rispettivament,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea tal-1997 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina u l-Artikolu 22 tal-Protokoll Addizzjonali tal-2002 li jikkonċerna t-Trapjant ta' Organi u Tessuti li Joriġinaw mill-Bniedem,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UNICEF dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tat-Tfal Vittmi tat-Traffikar (2006) u l-Gwida ta' Riferenza dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tat-Tfal Vittmi tat-Traffikar fl-Ewropa (2006),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2005 dwar Azzjoni kontra l-Kummerċ fil-Bnedmin,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2005 dwar is-Sitwazzjoni tal-Kriminalità Organizzata,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 1611/2003 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar it-traffikar fl-organi fl-Ewropa,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kummerċ fil-Bnedmin adottata fl-20 ta' Settembru 2002,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/JHA tad-19 ta' Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil nazzjonali ta' pajjiżi terzi vittmi tal-kummerċ fil-Bnedmin jew li kienu soġġetti għal azzjoni li tiffaċilita l-immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti(1),
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, ibbażat fuq l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni (COM(2006)0187),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2005 bit-titolu 'Il-Ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni - approċċ integrat u proposti għal pjan ta' azzjoni' (COM(2005)0514),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta" Ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu "Il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan tal-UE dwar l-aħjar prattiċi, standards u proċeduri fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-prevenzjoni tiegħu" (COM(2008)0657),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u l-protezzjoni tal-vittmi, li tirrevoka d-Deċiżjoni Kwadru 2002/629/JHA (COM(2009)0136 finali),
– wara li kkunsidra l-Pjan ta" Rotta għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa: 2006-2010 (COM(2006)0092), b'mod partikolari l-azzjoni prijoritarja intiża biex tiġi eliminata l-vjolenza u l-kummerċ imsejsin fuq il-ġeneru,
– wara li kkunsidra l-Programm ta" Stokkolma dwar zona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadin,
– wara li kkunsidra l-Dikjarazzjoni ta" Brussell ta" Ottubru 2009 dwar il-kummerċ fil-bnedmin,
– wara li kkunsidra r-rapporti tal-Europol tal-2009 dwar il-kummerċ fil-bnedmin,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ta' Lulju 2009 dwar il-kummerċ fit-tfal fl-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Rapport Globali tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi u l-Kriminalità (UNODC) ta" Frar 2009 dwar il-Kummerċ fil-Persuni,
– wara li kkunsidra r-rapport tas-6 ta" Frar 2009 tar-Relatur Speċjali tan-NU dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem tal-vittmi tal-kummerċ fil-persuni, partikolarment in-nisa u t-tfal, u r-rakkomandazzjonijiet li fih,
– wara li kkunsidra r-Rapport tad-Dipartiment tal-Istat Amerikan ta" Ġunju 2009 dwar il-Kummerċ fil-Persuni,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar din il-kwistjoni(2),
– wara li kkunsidra l-mistoqsijiet orali lill-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kummerċ fil-bniedem u l-protezzjoni tal-vittmi (O-0148/2009 – B7-0341/2009, O-0149/2009 – B7-0342/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115 (5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-kummerċ tal-persuni huwa forma moderna ta' jasar, reat serju u vjolazzjoni serja tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u jirriduċi lill-persuni għal stat ta' dipendenza minħabba theddid, vjolenza u umiljazzjoni,
B. billi t-traffikar tal-persuni hu negozju ferm profittabbli għall-kriminalità organizzata, b'possibilitajiet ta" qligħ ferm qawwi u b'riskji limitati,
C. billi l-kummerċ jieħu ħafna forom, relatati pereżempju mal-isfruttament sesswali, ix-xogħol furzat, it-traffikar illegali fl-organi tal-bniedem, it-tallaba, l-adozzjonijiet illegali u x-xogħol domestiku,
D. billi l-valutazzjoni tal-Europol għall-2009 hi li l-kummerċ fin-nisa għall-isfruttament sesswali ma naqasx u l-kummerċ għax-xogħol furzat qed jiżdied,
E. billi l-UNODC, fir-Rapport Globali dwar il-Kummerċ fil-Bnedmin, jiddokumenta li l-isfruttament sesswali kien indikat bħala l-aktar forma komuni ta" traffikar tal-bniedem, segwit mix-xogħol furzat, u nnota wkoll li 79% tal-vittmi identifikati ta" traffikar huma nisa u tfajliet,
F. billi n-nisa li jsibu raġel għaż-żwieġ bil-posta jistgħu jinqabdu fil-morsa ta" ambjent ta" jasar, u jsiru vittmi ta" sfruttament sesswali, xogħol furzat, xogħol domestiku u forom oħra ta" kummerċ fil-bnedmin,
G. billi t-tfal huma partikolarment vulnerabbli u għalhekk jinsabu f'riskju akbar li jsiru vittmi ta" kummerċ fil-bnedmin,
H. billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika għandu mnejn twassal għal żieda fil-kummerċ fil-bnedmin, billi tisfrutta l-ħtieġa tal-vittmi potenzjali li jsibu impjieg deċenti u jaħarbu mill-faqar,
I. billi l-portata u s-severità ta" din il-problema huma allarmanti:
–
ir-rapport tal-2009 tal-Europol dwar il-kummerċ fil-bnedmin fl-Unjoni Ewropea jindika li din hi attività ekonomika li tħalli l-miljuni ta' ewri/dollari fis-sena;
–
miċ-ċifri disponibbli, huwa raġonevoli li jkun stmat li bosta mijiet ta' eluf ta' persuni huma kkumerċati lejn l-UE jew fl-UE ta" kull sena;
J. billi l-qafas legali tal-UE dwar il-kummerċ fil-bnedmin bħalissa hu msejjes l-aktar fuq dan li ġej:
–
Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/629/JHA tad-19 ta' Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar fil-bnedmin, intiża li tiżgura grad minimu ta' armonizzazzjoni fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali;
–
Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti,
K. billi l-esperjenza tgħallem li dan il-qafas legali la huwa suffiċjentement effettiv u lanqas ma huwa adegwatament implimentat, u li b'konsegwenza ta' hekk l-UE għandha tieħu azzjoni isħaħ,
L. billi f'Marzu 2009, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal deċiżjoni qafas dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kummerċ fil-bniedem u l-protezzjoni tal-vittmi (2002/629/JHA, COM(2009)0136 finali), bil-għan li ssaħħaħ id-deċiżjoni qafas attwali permezz ta" sanzjonijiet aktar iebsa, protezzjoni aħjar tal-vittmi u miżuri preventivi aktar attivi,
M. billi, minkejja l-isforzi tal-Presidenza Svediża, it-test baqa' ma ġiex addottat, u billi hemm probabbiltà li fil-futur qrib tkun preżentata proposta għal strument legali ġdid fl-ambitu tal-qafas legali tat-Trattat ta' Lisbona,
N. billi t-Trattat ta" Lisbona se jsaħħaħ l-azzjoni tal-UE fil-qasam ġudizzjarju u tal-koperazzjoni tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali, inkluża l-ġlieda kontra l-kummerċ fil-bnedmin, u l-Parlament, bħala koleġiżlatur, se jkollu rwol sħiħ x'jilgħab f'dal-kuntest,
O. billi l-azzjoni kontra l-kummerċ fil-bnedmin ma tistax tkun limitata għall-istrumenti leġiżlattivi imma għandha wkoll tinkludi sforzi mhux legizlattivi, b'mod partikolari bil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' miżuri adottati, tal-ġbir u l-qsim ta' informazzjoni, tal-kooperazzjoni u l-bini tas-sħubija kif ukoll tal-qsim flimkien tal-aħjar prattiki,
P. billi hu kruċjali li jkunu involuti mill-bidu u f'kull stadju l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f'dal-qasam: mill-identifikazzjoni sal-għoti tal-assistenza lill-vittmi, inkluż fil-proċess leġiżlattiv,
Q. billi attwalment m'hemm l-ebda data preċiża dwar dan il-fenomenu u ċ-ċifri disponibbli jidhru li jissottovalutaw l-ambitu veru tiegħu, peress li dan hu għamla ta' reat li jiġi pperpetrat fil-moħbi u ħafna drabi ma jinqabadx jew jisfa identifikat ħażin; billi jeħtieġ li jkun hemm aktar riċerka dwar kif iseħħ il-kummerċ, min iwettqu, kif id-domanda taffettwa l-fornitura ta" servizzi mill-vittmi u min huma l-vittmi u għaliex, u dwar mezzi biex tkun skoraġġita d-domanda; u billi l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri u pajjiżi terzi jeħtieġ li jitjiebu fi-kwalità,
R. billi l-azzjoni futura jeħtieġ li tibda permezz ta" approċċ integrat li jlaqqa" l-prevenzjoni u t-trażżin kif ukoll il-protezzjoni, l-appoġġ u l-assistenza lill-vittmi, u jinkludi kooperazzjoni imsaħħa fost kulmin hu involut,
S. billi jekk titnaqqas id-domanda tax-xerrejja potenzjali ta" servizzi u prodotti forniti mill-vittmi tal-kummerċ fil-bnedmin, tkun qed jitnaqqsu wkoll il-profitti mill-kummerċ fil-bnedmin, u b'hekk tonqos ukoll il-provvista ta" dawn is-servizzi u l-prodotti tonqos,
T. billi l-integrazzjoni soċjali tal-vittmi potenzjali għandha effett preventiv indirett, li jgħin ħalli ma jibqgħux jiġu rivittimizzati jew ma jsirux huma stess kummerċjanti potenzjali,
U. billi l-koperazzjoni u s-sħubija bejn l-UE, il-Kunsill tal-Ewropa, in-NU u pajjiżi terzi – b'mod partikolari mal-pajjiżi oriġinarji tal-persuni vittmi tal-kummerċ u mal-Istati Uniti, bħala pajjiż solitament magħruf bħala pajjiż destinatarju – huma kruċjali sabiex ikunu protetti d-drittijiet fundamentali u jkun miġġieled b'mod effettiv il-kummerċ,
V. billi, fit-twaqqif u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-politiki u l-miżuri marbutin mal-kummerċ fil-bnedmin għandha tingħata attenzjoni għalbiex ikun żgurat li tali eżitu ma jkunx diskriminatorju fuq bażi ta' nazzjonalità, razza, kulur tal-ġilda, ġeneru, reliġjon, fehmiet politiċi jew oħrajn, estrazzjoni soċjali jew status oħra,
Aspetti ġenerali
1. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex:
–
jiżviluppaw azzjoni kontra l-kummerċ fil-bnedmin billi jużaw approċċ olistiku bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u li jiffoka fuq il-ġlieda kontra l-kummerċ, il-prevenzjoni u l-protezzjoni tal-vittmi;
–
jadottaw approċċ iffukat fuq il-vittma, li jfisser li kull tip ta" vittma potenzjali għandha tkun identifikata, immirata u protetta, b'attenzjoni speċjali mogħtija lit-tfal u gruppi oħra li jinsabu f'riskju;
–
jistabbilixxu, taħt is-superviżjoni tal-Kummissarju għall-Ġustizzja u d-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza, koordinatur tal-UE kontra l-kummerċ sabiex jikkoordina l-azzjoni u l-politiki tal-UE f'dan il-qasam – inklużi l-attivitajiet tan-netwerk tar-relaturi nazzjonali – u jgħaddi rapport kemm lill-Parlament Ewropew u kemm lill-Kumitat Permanenti għall-Koperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna (COSI);
–
jiżguraw li l-ġlieda kontra l-kummerċ fil-bnedmin tibqa" prijorità importanti fuq l-aġenda tagħhom matul żminijiet ta" kriżi ekonomika u finanzjarja pereżempju meta jippreparaw il-pjanijiet ta" rkupru;
–
jiżguraw li l-politiki dwar it-traffikar fil-bnedmin ikopru l-aspetti marbutin mal-affarijiet soċjali u l-inklużjoni soċjali, u jinsistu fuq programmi xierqa u metodi effettivi għalbiex tkun żgurata r-riabilitazzjoni soċjali tal-vittmi, inklużi miżuri marbutin mas-suq tax-xogħol u mas-sistema tas-sigurtà soċjali;
–
jagħtu d-debita attenzjoni għad-dimensjoni tar-relazzjonijiet esterni tal-kummerċ fil-bnedmin u għad-dimensjoni tal-politiki tal-immigrazzjoni, tal-ażil u tar-reintegrazzjoni;
–
iħaddmu kampanji ta" informazzjoni fis-sistema edukattiva u skolastika fil-pajjiżi oriġinarji, ta" tranżitu u destinatarji għall-kummerċ;
–
ipoġġu l-aħjar interessi tat-tfal bħala konsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet kollha kontra l-kummerċ, bi qbil mal-Konvenzjoni tan-NU tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
–
jindirizzaw il-politiki, l-istrateġiji u l-miżuri kollha dwar il-kummerċ minn perspettiva tal-generu;
–
isaħħu l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi;
–
jistabilixxu u jsaħħu koperazzjoni kontinwa mal-NGOs li jaħdmu f'dan il-qasam;
–
jistabbilixxu pjattaforma permanenti fil-livell tal-UE li tiġbor l-isforzi tal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-istituti, il-pulizija, is-servizzi tad-dwana, l-uffiċjali tal-akkwist u l-korpi tal-infurzar tal-liġi tal-UE f'livell reġjonali u nazzjonali fl-Istati Membri, kif ukoll fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-NGOs;
2. Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan sabiex jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tal-2005 dwar l-Azzjoni kontra l-Kummerċ fil-Bnedmin;
Ġbir ta" informazzjoni
3. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni – sabiex jiksbu l-akbar informazzjoni possibbli, sabiex jieħdu azzjoni minħabba:
–
il-pubblikazzjoni ta" kull sena ta" rapport konġunt mill-Eurojust, il-Europol u l-Frontex, li jkun ippreżentat lill-PE u lill-parlamenti nazzjonali kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. Dan ir-rapport konġunt, li l-preżentazzjoni tiegħu għandha tkun segwita minn smigħ pubbliku mal-NGOs u s-soċjetà ċivili ħalli jkun jistgħu jżidu miegħu l-għarfien espert tagħhom, għandu jippromwovi l-ħidma favur komprensjoni aħjar tas-segwenti:
–
il-kawża fundamentali;
–
il-fatturi fil-pajjiżi tal-oriġini u tad-destinazzjoni li jiffaċilitaw il-kummerċ fil-bnedmin;
–
ix-xejriet attwali fir-rigward tal-vittmi, tal-kummerċjanti u tan-netwerks kriminali u tal-modus operandi tagħhom;
–
ir-rotot użati, iċ-ċirkostanzi lokali fil-pajjiżi destinatarji li jwasslu għall-użu tas-servizzi reżi mill-bnedmin ikkumerċjati, u l-forom differenti tal-isfruttament (l-isfruttament sesswali, l-isfruttament lavorattiv, it-traffikar fl-organi, il-kummerċ fit-tfal, inkluż għall-iskop ta" sfruttament minn min jagħmel reati marbutin mal-ivvjaġġar għas-sess, il-produzzjoni ta" xbihat sesswali abbużivi tat-tfal, u forom oħrajn ta" sfruttament li jmissu mal-kummerċ fil-bnedmin imma ma jidħlux espliċitament fid-definizzjoni tal-istess, bħalma hu t-tlib u l-kriminalità żgħira);
–
l-iżvilupp ta" mudell komuni tal-UE għall-ġbir u t-tqabbil ta" data relatata mal-aspetti kollha ta" kummerċ fil-bnedmin, inklużi l-età u l-ġeneru, biex jintuża fl-Istati Membri tal-UE u fil-pajjiżi terzi, filwaqt li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni relevanti dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tas-suġġett tad-data;
–
it-twaqqif, b'konformità mal-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ta" sistema ta" valutazzjoni ta" kull sena li tkun obbjettiva u imparzjali b'attenzjoni speċifika għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE dwar il-kummerċ fil-bnedmin, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għandhom ikun infurmati b'mod sħiħ;
–
il-valutazzjoni tal-informazzjoni u tal-kampanji ta" sensibilizzazzjoni li jitmexxew u jkunu żviluppati kemm fl-Istati Membri u kemm fil-pajjiżi terzi;
Prevenzjoni
4. Jilqa" b'sodisfazzjon id-dispożizzjoni suġġerita dwar il-prevenzjoni li hemm fil-proposta tal-Kummissjoni u jistieden li tittieħed aktar azzjoni;
5. Jenfasizza li miżuri oħra leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi, inklużi miżuri edukattivi, soċjali, kulturali u amministrattivi, kif ukoll kampanji ta" sensibilizzazzjoni immirati għall-pubbliku ġenerali, għandhom ikunu adottati u msaħħa mill-Istati Membri sabiex titnaqqas id-domanda għal servizzi li jitwettqu minn persuni vittmi ta" kummerċjanti;
6. Jistieden li jkun hemm kampanji massiċċi ta" informazzjoni u ta" sensibilizzazzjoni, li jitmexxew u jkunu żviluppati kemm fl-Istati Membri u kemm fil-pajjiżi terzi li jintwera li huma post tat-tluq jew ta" stop-over għall-kummerċ, maħsuba biex jilħqu kemm lill-vittmi potenzjali tal-kummerċ u kemm lix-xerrejja potenzjali ta' servizzi minn persuni vittmi tal-kummerċjanti;
7. Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw programmi edukattivi ta" sensibilizzazzjoni – maħsuba biex jiġbdu l-attenzjoni tat-tfal dwar nasbiet li jistgħu faċilment iwasslu għall-kummerċ f'pajjiżi tal-oriġini, ta" tranżitu u ta" destinazzjoni;
Prosekuzzjoni
8. Jitlob jkun adottat malajr kemm jista" jkun qafas legali eżawrijenti u komprensiv, inklużi politiki kontra l-kriminalità permezz tal-internet marbuta mal-kummerċ;
9. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw l-elementi li ġejjin meta jfasslu kwalunkwe proposta futura għal strument leġiżlattiv f'dan il-qasam:
a.
l-ebusija tal-pieni u tas-sanzjonijiet għal dawk – inklużi persuni legali – li jagħmlu profitt mill-kummerċ fil-bnedmin għandha tirrifletti l-gravità tar-reat u jkollha effett diswassiv, filwaqt li l-kummerċ fit-tfal għandu jkun ikkastigat b'mod partikolarment sever;
b.
azzjoni addizzjonali li għandha tiffoka fuq il-protezzjoni tal-vittmi – b'kunsiderazzjoni xierqa tas-sitwazzjoni tat-tfal u tan-nisa – billi, inter alia, ikun żgurat li l-assistenza għall-vittmi tkun inkondizzjonata, li l-kunsens tal-vittma sfruttata ikun dejjem irrilevanti u li l-vittmi jkunu intitolati għall-assistenza irrispettivament mir-rieda tagħhom li jikkooperaw fi proċedimenti kriminali;
c.
aktar prevenzjoni u azzjoni tista" wkoll tiffoka fuq l-utenti tas-servizzi ta" persuni vittmi tal-kummerċjanti;
d.
għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-ħtieġa li tkun provduta ġuriżdizzjoni ekstraterritorjali għar-reati marbutin mal-kummerċ, fir-rigward kemm ta" nazzjonali kif ukoll ta" residenti tal-UE;
e.
kull dispożizzjoni dwar ġurisdizzjoni għandha tkun ikkoordinata fl-abbozz tad-deċiżjoni qafas dwar il-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' konflitti dwar l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminali;
10. Jitlob lill-Istati Membri u lill-parlamenti nazzjonali – ladarba l-leġiżlazzjoni ma jkollha l-ebda effett jekk kemm-il darba ma tkunx implimentata korrettement – sabiex jimplimentaw b'mod sħiħ il-politiki tal-UE dwar il-kummerċ fil-bnedmin f'livell nazzjonali u malajr kemm jista" jkun jirratifikaw u jimplimentaw strumenti legali oħra relatati ma" dan il-qasam;
11. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni li ttejjeb il-koordinazzjoni f'livell operattiv bejn il-korpi tal-UE bħall-Eurojust u l-Europol;
12. Jiġbed l-attenzjoni għar-riżultati pożittivi miksubin mit-timijiet konġunti ta' investigazzjoni u jitlob lill-Istati Membri jagħmlu użu akbar minn din l-għodda;
13. Jisħaq dwar l-importanza tal-għoti tal-assistenza u l-appoġġ lill-vittmi tal-kummerċ , u barra minn hekk, jitlob lill-Frontex u lill-agenziji nazzjonali tal-kontroll tal-fruntieri li fl-attivitajiet tagħhom jiddefinixxu prattiki komuni biex ikunu jistgħu jkabbru l-kuxjenza tal-persunal tagħhom dwar il-kwistjoni tal-kummerċ fil-bnedmin u biex jidentifikaw il-vittmi tal-kummerċ u jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;
14. Jitlob, ladarba r-respressjoni ma tistax tkun limitata għall-konfini tal-UE, li jiġu konklużi ftehimiet komprensivi – inklużi d-dispożizzjonijiet għall-jeddijiet fundamentali – ma" pajjiżi terzi u li tissawwar kooperazzjoni, soġġetta dejjem għal regoli stretti, ma' dawk il-pajjiżi;
Protezzjoni, appoġġ u għajnuna lill-vittmi
15. Jitlob li l-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi jsiru prijorità fl-azzjonijiet kollha tal-UE f'dan il-qasam, u li l-vittmi jirċievu l-għajnuna kollha possibbli sa mill-ewwel mument li jkunu identifikati bħala tali, liema għajnuna tkun tinkludi wkoll dan li ġej:
–
aċċess għal tal-anqas permess temporanju ta" residenza irrispettivament mill-volontà tagħhom li jikkooperaw fi proċedimenti kriminali u aċċess semplifikat għas-suq tax-xogħol, inkluż l-għoti ta" taħriġ u forom oħrajn ta" titjib il-ħiliet bħala minimu fuq il-bażi tad-Direttiva Nru 2004/81/KE;
–
aċċess għal akkommodazzjoni sigura xierqa u servizzi adegwati ta' appoġġ speċjalizzat, inklużi l-għoti ta' ħlas għall-ikel/għas-sussistenza, aċċess għall-kura medika ta' emerġenza, aċċess għal servizzi ta' għajnuna psikoloġika, ta' traduzzjoni u interpretar, fejn dan ikun f'loku, għajnuna biex jikkuntattjaw lil qrabathom u ħbiebhom, u aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal
–
politika semplifikata ta" riunifikazzjoni tal-familji għall-vittmi, partikolarment fejn dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tagħhom;
16. Jiġbed l-attenzjoni għall-vittmi partikularment vulnerabbli bħalma huma t-tfal u n-nisa, u jitlob li jkun hemm assistenza u programmi apposta għalihom;
17. Jisħaq li l-vittma tal-kummerċ għandhom jirċievu l-akbar protezzjoni, appoġġ u assistenza possibbli, inkluż fejn ikunu ġew ikkumerċjati barra mill-UE u mhux fiha;
18. Jitlob li l-vittmi jingħataw għajnuna professjonali, inkluża l-assistenza legali b'xejn (li hija essenzjali għalbiex ikunu jistgħu jaħarbu minn sitwazzjonijiet ta" koerċiżżjoni li jistgħu jsibu ruħhom fihom), u dan meta jitqies li ma jkollhomx il-mezzi finanzjarji u b'hekk ma jkunux jistgħu jħallsu għal tali assistenza;
o o o
19. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2006 dwar strateġiji ta' prevenzjoni kontra l-kummerċ fin-nisa u t-tfal li jkunu vulnerabbli għall-isfruttament sesswali; Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni - approċċ integrat u proposti għal pjan ta' azzjoni (2006/2078(INI)).
L-eżitu tas-Samit ta' Kopenħagen dwar it-tibdil fil-klima
233k
66k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-eżitu tal-Konferenza ta' Kopenħagen dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 15)
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto tal-UNFCCC,
– wara li kkunsidra l-Pjan ta" Azzjoni ta" Bali (Deċiżjoni 1/COP 13),
– wara li kkunsidra l-ħmistax-il Konferenza tal-Partijiet (COP 15) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-ħames Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kyoto (COP/MOP 5) li saret f'Kopenħagen, fid-Danimarka, mis-7 sat-18 ta" Diċembru 2009, u l-Ftehim ta' Kopenħagen,
– wara li kkunsidra l-Pakkett tal-UE dwar it-Tibdil fil-Klima adottat fis-17 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-tibdil fil-klima, u b'mod partikolari dik tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta' Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15),
– wara li kkunsidra l-Konferenza li jmiss; il-COP16, li se ssir fil-Messiku,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi n-negozjati għal ftehim internazzjonali komprensiv għal perjodu post-2012 dwar it-tibdil fil-klima li kellhom jiġu konklużi f'Kopenħagen f'Diċembru 2009 ntemmu bi Ftehim deludenti li tiegħu l-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ħadet biss nota,
B. billi l-Ftehim ma jorbotx legalment u ma jinkludi l-ebda għanijiet għal tnaqqis tal-emissjonijiet jew, tabilħaqq, xi impenn speċifiku biex jiġi konkluż ftehim li jorbot legalment fl-2010,
C. billi l-Ftehim jirrikonoxxi l-bżonn li t-temperaturi globali jiġu limitati biex ma jitilgħux b'iżjed minn 2°C u jinkludi referenza biex jiġu mfittxija mezzi biex it-temperatura globali ma titlax b'iżjed minn 1.5°C,
D. billi l-UE ma rnexxilhiex tilgħab rwol ewlieni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u lanqas biss kienet involuta fin-negozjati finali flimkien mal-Istati Uniti, maċ-Ċina, mal-Indja, mal-Brażil u mal-Afrika t'Isfel dwar l-abbozz finali tal-Ftehim,
E. billi r-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC, flimkien ma' massa dejjem tikber ta' evidenza xjentifika, jirrikonoxxu li jeħtieġ ikun hemm tnaqqis kbir fl-emissjonijiet globali biex it-temperatura tad-dinja ma titlax b'iżjed minn 2°C,
F. billi bosta pajjiżi żviluppati u pajjiżi li qed jiżviluppaw naqsu milli jappoġġjaw it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' qafas internazzjonali ġdid għall-ħarsien tal-klima,
G. billi l-UE m'għandhiex tippermetti t-tnaqqis tal-impenn tagħha favur l-azzjoni rigward it-tibdil fil-klima, anki jekk xi wħud mis-sħab prinċipali tagħna fin-negozjati baqgħu jidhru li ma jridux inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom jew li mhumiex kapaċi jagħmlu dan,
H. jinnota li 28 stat biss li mhumiex fl-UE ikkomunikaw il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-2020 lin-NU sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar 2010 u li xi wħud ikkomunikaw biss il-miri tal-effiċjenza li mhu se jwasslu għal ebda tnaqqis,
1. Jiddispjaċih dwar id-dgħufija tal-Ftehim li ntlaħaq matul il-COP 15 għax dan la jressaqna aktar viċin ta' ftehim globali u komprensiv għall-perjodu post-2012, la jjistabbilixxi għanijiet globali għal tnaqqis fuq tul ta' żmien twil u medju u lanqas ma jiddikjara meta hemm bżonn li jieqfu jiżdiedu l-emissjonijiet globali; barra minn hekk, jinnota d-delużjoni f'moħħ il-pubbliku fir-rigward tal-falliment li jintlaħaq ftehim sinifikanti f'Kopenħagen;
2. Iqis li d-dewmien biex jinstab ftehim internazzjonali ma jiġġustifikax il-posponiment ulterjuri tal-politiki tal-UE biex jintlaħaq l-impenn li diġà jorbot legalment biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħna b'20% sal-2020; itenni x-xewqa tagħna li naslu għal tnaqqis ta' 30%; jinnota wkoll li l-inizjattivi li saru fl-UE biex jiġu promossi u jitħeġġu l-ekonomija ekoloġika, is-sigurtà tal-enerġija u d-dipendenza mnaqqsa fuq l-enerġija għandhom jagħmluha iżjed u iżjed faċli biex jitwettaq l-impenn għal tnaqqis ta' 30%;
3. Jirrikonoxxi li l-istima tal-ispiża biex l-UE tikseb tnaqqis ta' 30% fl-emissjonijiet tal-1990 sal-2020, illum hi anqas mill-istima tal-ispiża biex jinkiseb tnaqqis ta" 20% meta kien miftiehem u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta biex l-UE tgħolli l-ambizzjoni tagħha u tiffissa b'mod unilaterali mira għal tnaqqis sal-2020 akbar minn 20%;
4. Jistieden lill-UE biex tilħaq miri domestiċi permezz tal-iffrankar tal-enerġija u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u biex mill-aktar fis possibbli jintlaħaq qbil dwar mira vinkolanti għall-iffrankar tal-enerġija;
5. Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar in-nuqqas ta' unità tal-Istati Membri għalhekk iħeġġeġ lill-UE biex titkellem b'vuċi waħda fin-negozjati internazzjonali dwar il-klima sabiex iżżomm ir-rwol tagħha ta" mexxej f'negozjati favur ftehim komprensiv li jorbot għall-perjodu post-2012, li jkun konformi mal-aħħar żviluppi fix-xjenza u konsistenti mal-objettiv ta' 2°C fil-COP 16;
6. Barra minn hekk jiddispjaċih li l-UE ma kinitx kapaċi, permezz ta' impenji speċifiċi bikrin ta" finanzjament pubbliku internazzjonali għal sforzi kontra t-tibdil fil-klima f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, li tibni l-fiduċja fin-negożjati sabiex ikun hemm progress ulterjuri fil-Gruppi ta' Ħidma Ad Hoc; jistieden lil-UE, barra minn hekk, biex tiċċara l-pożizzjoni tagħha rigward li perjodu ulterjuri ta' impenn tal-Protkoll ta' Kjoto ikun kundizzjonali fuq li jkun hemm impenji simili għall-Istati Uniti skont strument legali ieħor u li regoli żejda tal-AAUs u l-LILUCF ma jnaqqrulux l-integrità ambjentali;
7. Jenfasizza li hemm bżonn li tinħoloq 'diplomazija tal-klima' ġdida; għalhekk jitlob lir-Rappreżentant Għoli tal-UE u lill-Kummissarju responsabbli għall-Azzjoni dwar il-Klima biex imexxu din l-istrateġija speċjalment mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti li huma l-aktar progressivi; iħeġġeġ lill-UE biex taqbel dwar "Pjan għall-Messiku" li jinkludi d-diskussjoni tal-politiki dwar il-klima f'kull sħubija strateġika u f'kull ftehim ta" kooperazzjoni bilaterali u multilaterali sabiex tinħoloq strateġija esterna aktar koerenti għall-ħarsien tal-klima; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jibnu "Alleanza ta' Responsabbiltà", miftuħa għall-pajjiżi kollha li jqisu t-tibdil fil-klima bħala theddida ewlenija għall-umanità u li huma lesti li jaġixxu sabiex iwaqqfu t-tisħin globali;
8. Jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jinfurzaw il-prinċipju tal-"ġustizzja tal-klima" f'perspettiva fit-tul mill-2050 u lil hinn; għalhekk huwa favur klawżola ta' ekwità fin-negozjati internazzjonali tal-ġejjieni dwar il-klima;
9. Jistieden forums bħal G20 jew il-Forum tal-Ekonomiji Ewlenin, li jirrappreżentaw il-produtturi ewlenin tal-karbonju, biex jieħdu responsabilità akbar biex jagħtu għajnuna biex jintlaħaq kunsens fin-negozjati formali;
10. Jinnota l-impenn għal fond annwali ta" USD 100 biljun mill-pajjiżi żviluppati sal-2020 u s-somma ta' USD 30 biljun għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw matul it-tliet snin li ġejjin (2010-2012), biex jgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-istabbiliment ta" fond ekoloġiku għall-klima li jappoġġa l-proġetti li għandhom x'jaqsmu mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; madankollu, jiddispjaċih li l-impenn huwa inqas mill-istima tal-Kummissjoni li se jinġabru EUR 100 biljun sal-2020;
11. Jenfasizza r-responsabilità storika tal-pajjiżi żviluppati għat-tibdil irreversibbli fil-klima u r-responsabbiltà tagħhom li jipprovdu appoġġ tekniku u finanzjarju li jkun suffiċjenti, sostenibbli u prevedibbli lill-pajjiiżi li qed jiżviluppaw sabiex dawn ikunu jistgħu jinpenjaw ruħhom għal tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom ta" gassijiet serra, biex jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u biex inaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u mid-degradazzjoni tal-foresti, kif ukoll biex iżidu l-bini tal-kapaċità sabiex jikkonformaw mal-obbligi skont il-ftehim internazzjonali tal-ġejjieni dwar it-tibdil fil-klima;
12. Jinsisti li sabiex dawn l-impenji għall-għoti tal-appoġġ finanzjarju prevedibbli li huwa meħtieġ għat-taffija tat-tibdil fil-klima u għall-adattament għaliha fil-kuntest tal-UNFCCC, dawn jeħtieġ li jkunu ġodda u addizzjonali mal-ODA u indipendenti mill- proċeduri baġitarji annwali fl-Istati Membri; ifakkar dwar l-impenji eżistenti li għandhom l-għan li jilħqu livelli ta' ODA ta' 0.7 % tal-PGD sal-2015;
13. Jemmen li l-UE għandha tidħol immedjatament f'negozjati mal-kontropartijiet Amerikani tagħna sabiex is-suq emerġenti tal-karbonju fl-Istati Uniti jkun kompatibbli ma" tagħna u b'hekk jinħoloq suq transatlantiku tal-karbonju bħala prekursur għal wieħed globali;
14. Jisħaq fuq il-bżonn li l-appoġġ finanzjarju ta" applikazzjoni immedjata, li jammonta għal EUR 7.2 biljun, mogħti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif imwiegħed mill-Istati Membri tal-UE, irid ikun ġdid u addizzjonali għall-baġits tal-ODA, irid jiġi kkoordinat fil-livell tal-UE u jsir operattiv kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ sal-laqgħa ta' Ġunju 2010 f'Bonn; iqis dan bħala fattur ewlieni għall-bini tal-fiduċja għal laqgħa ta" suċċess fil-Messiku; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar l-użu tal-finanzjament immedjat imwiegħed u dwar il-karattru addizzjonali tiegħu fir-rigward tal-ODA eżistenti qabel il-laqgħa diġà msemmija ta' Bonn;
15. Ifakkar li l-kontribuzzjoni kollettiva tal-UE għall-isforzi ta' mitigazzjoni u l-bżonnijiet ta' adattament tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw m'għandhiex tkun anqas minn EUR 30 000 miljun fis-sena sal-2020, ċifra li tista" tiżdied ma" għarfien ġdid dwar il-gravità tal-bidla fil-klima u l-iskala tal-ispejjeż tagħha;
16. Jenfasizza li r-reviżjoni tal-baġit tal-UE li jmiss teħtieġ tiffoka fuq l-għoti suffiċjenti ta' riżorsi għal miżuri ta' protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima u ta' adattament għalih, kemm fl-UE kif ukoll f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinnota wkoll li r-reviżjoni għandha tqis l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi finanzjarji ġodda u innovattivi biex jappoġġaw azzjoni internazzjonali dwar il-klima;
17. Jilqa' l-impenn ambizzjuż ta' xi pajjiżi li qed jiżviluppaw qabel, matul u wara n-negozjati ta' Kopenħagen; jinnota li l-Ftehim sab qbil dwar il-kejl, ir-rappurtar u l-verifika ta' azzjonijiet ta' mitigazzjoni ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta' komunikazzjonijiet nazzjonali, li jkunu suġġetti għal konsultazzjonijiet u analiżi internazzjonali taħt linji gwida definiti b'mod ċar li għad iridu jiġu definiti u li hemm bżonn jiżguraw li s-sovranità u l-użu korrett tal-fondi jiġu rrispettati;
18. Jaqbel mat-twaqqif ta" mekkaniżmu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jirriżultaw mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u għat-tisħiħ tal-assorbimenti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-foresti u għall-istabbiliment ta" Mekkaniżmu ta" Teknoloġija li jħaffef l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija, u jilqa" r-referenza għar-rwol tas-swieq biex iżidu l-effettività f'sens ta" nefqa tal-azzjonijiet ta" mitigazzjoni; jinnota wkoll li l-implimentazzjoni effettiva ta' mekkaniżmi bħal dawn teħtieġ ftehim fil-qafas tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;
19. Jenfasizza li kwalunkwe skema REDD futura trid tirrispetta d-drittijiet tal-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali, inkluż id-dritt tagħhom għal propjetà kollettiva u għal territorji indiġeni awtonomi, u tipprevedi għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom, inkluż fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet REDD nazzjonali, u l-allokazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-iffinanzjar;
20. Jitlob sabiex l-effettività ambjentali tal-għanijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Anness I tkun il-prinċipju gwida fir-rigward tal-approċċ tal-UE għar-regoli tal-kontabilità internazzjonali għall-immaniġġjar tal-foresti u l-LULUCF; għall-ħolqien ta" mekkaniżmi flessibbli, u biex kwalunkwe suċċess akbar milli kien mistenni matul l-ewwel perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kyoto jiġi mfaddal favur l-għanijiet tal-perjodu post-2012;
21. Jisgħobbih dwar in-nuqqas ta' progress fir-rigward tal-emissjonijiet globali marittimi u tal-avjazzjoni; jistieden lill-UE biex tiżgura li jitqies l-impatt sħiħ tal-avjazzjoni fuq il-klima u biex, fil-ftehim futur, l-għanijiet għat-tnaqqis għas-setturi marittimi u tal-avjazzjoni jkunu l-istess bħal dawk ta' setturi oħra tal-industrija;
22. Jiddispjaċih li l-Istati Uniti u ċ-Ċina ma kinux lesti jaċċettaw ftehim iktar ambizzjuż għal raġunijiet ta' politika interna; jemmen li l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti u ċ-Ċina huma importanti biex jintlaħaq ftehim internazzjonali li jorbot; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Istati Uniti u liċ-Ċina, kif ukoll lil sħab internazzjonali oħra, biex jipproponi impenji ulterjuri għal sistema internazzjonali għall-ħarsien tal-klima, sabiex jerġgħu jibdew id-diskussjonijiet u jintlaħaq ftehim internazzjonali ambizzjuż u li jorbot legalment, b'konformità mal-aħħar żviluppi fix-xjenza u konsistenti mal-objettiv ta' 2ºC;
23. Jiddispjaċih li xi pajjiżi, l-iktar is-Sudan u l-pajjiżi tal-ALBA, adottaw attitudni ta' imblukkar fin-negozjati internazzjonali biex jevitaw impenji stretti u li jorbtu, minkejja l-livell għoli ta' impetu politiku f'Kopenħagen;
24. Jindika l-kunxjenza dejjem tikber tal-pubbliku dwar l-impatt tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw imma wkoll f'ekonomiji emerġenti b'mod mgħaġġel; jitlob għal djalogu msaħħaħ, b'mod partikolari mal-inqas pajjiżi żviluppati, l-Alleanza tal-Istati ta' Gżejjer Żgħar (AOISS) u l-Afrika, fit-triq lejn ftehim internazzjonali li jorbot dwar it-tibdil fil-klima sabiex jitnaqqsu l-impatt u l-konsegwenzi mistennija tat-tibdil fil-klima fuq id-demografija, is-saħħa pubblika, il-migrazzjoni u l-ekonomija f'dawk ir-reġjuni;
25. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-IPCC jirrevedi l-konklużjonijiet kollha tiegħu sabiex jikkonferma r-reviżjoni mill-pari tagħhom b'konformità mal-aqwa prinċipji tax-xjenza, u jissuġġerixxi li għandha tinġieb 'il quddiem it-tħejjija ta" rapport interim għall-aġġornament tal-konklużjonijiet u jemmen li rapporti futuri għandhom jagħmlu referenza speċifika għad-dikjarazzjonijiet ta" dawk li jisfidaw l-opinjoni tal-maġġoranza u li anke dawn għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni mill-pari;
26. Iqis bħala essenzjali, għall-kompetittività tal-industrija tal-UE, li pajjiżi industrijalizzati oħra barra l-UE jaċċettaw li jagħmlu sforzi simili, kif ukoll li l-ekonomiji emerġenti u li qed jiżviluppaw jimpenjaw rwieħhom favur tnaqqis raġonevoli; ifakkar li l-miri għat-tnaqqis iridu jkunu kapaċi jiġu mkejla, irrappurtati u vverifikati u, f'dan is-sens, jilqa' l-impenji minn ċertu pajjiżi li qed jiżviluppaw li jippreżentaw rapporti nazzjonali dwar l-isforzi tagħhom għal tnaqqis fl-emissjonijiet;
27. Iqis li l-laqgħat bilaterali bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jistgħu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għad-dibattitu u jiffaċilitaw il-fehim bejn il-partijiet; jipprevedi, għaldaqstant, li jagħmel dawn il-laqgħat qabel il-bidu tan-negozjati uffiċjali sabiex jikkontribwixxi b'mod aktar sinifikanti biex ikun hemm l-aħjar eżitu possibbli tan-negozjati;
28. Jenfasizza li l-isfidi tal-politika dwar il-klima fil-ġejjieni mhumiex se jirrigwardaw biss it-tnaqqis tas-CO2 iżda wkoll użu aktar effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi naturali;
29. Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta' riforma fin-Nazzjonijiet Uniti, u jinnota li r-riżultat tal-Konferenza dwar il-Klima ta' Kopenħagen huwa eżempju ieħor li jikkonferma l-ħtieġa urġenti biex jerġgħu jitqiesu metodi ta' ħidma fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti; barra minn hekk, jibqa' kommess għan-negozjati dwar il-klima fil-qafas tan-NU, bħala l-uniku korp li leġittimament jista' jindirizza kwistjoni ta' importanza hekk fundamentali għall-komunità dinjija kollha kemm hi; iqis, madankollu, li hemm ħtieġa urġenti għal riflessjoni serja dwar kif il-proċess jista' jsir aktar effiċjenti;
30. Jitlob għal trasparenza ikbar biex ikun possibbli involviment aħjar tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet interessati fil-COP 16 fil-Messiku;
31. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, bit-talba li din tiġi ċċirkulata mal-partijiet kontraenti kollha li mhumiex parti mill-UE.
Il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fi kwistjonijiet fiskali
348k
85k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (2009/2174(INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2009 dwar il-Promozzjoni ta' Governanza Tajba fi Kwistjonijiet Fiskali (COM(2009)0201),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2006 dwar il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa (COM(2006)0254),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-ħtieġa ta' strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa,(1)
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2005 dwar il-Kontribut ta' Politiki ta' Tassazzjoni u Dwana għall-istrateġija ta' Liżbona (COM(2005)0532),
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawża C-255/02 tal-21 ta' Frar 2006 (Halifax et al. v. Commissioners of Customs & Excise) li fiha l-Qorti ddeċidiet li l-Sitt Direttiva tal-VAT (Direttiva 77/388/KEE) tipprekludi d-dritt ta" persuna taxxabbli li tnaqqas l-input VAT imħallsa meta t-tranżazzjonijiet li jagħtu lok għal dan id-dritt jikkostitwixxu prattika abbużiva,
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-Kawża C-524/04 tat-13 ta" Marzu 2007 (Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation v. Commissioners of Inland Revenue), li fiha l-Qorti ddeċidiet li l-Artikolu 43 tat-Trattat KE ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta" Stat Membru li tirristrinġi d-dritt ta" ħolqien ta" skema korporattiva purament artifiċjali għal raġunijiet ta" tassazzjoni biss,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet li fihom il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta" Mejju 2008 dwar kwistjonijiet fiskali marbuta ma" ftehimiet li għandhom jiġu ffirmati mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma" pajjiżi terzi,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2008 għal direttiva tal-Kunsill biex temenda d-Direttiva 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' pagamenti ta' mgħax (COM(2008)0727),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2009 għal Direttiva tal-Kunsill dwar koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2009)0029),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2009 għal direttiva tal-Kunsill dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra (COM(2009)0028),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2009 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta" Fondi ta" Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2004/39/KE u 2009/.../KE (COM(2009)0207),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill sabiex tawtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati għal Ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Prinċipat ta' Andorra, il-Prinċipat ta' Monaco u r-Repubblika ta' San Marino, fuq in-naħa l-oħra, sabiex jaffrontaw il-frodi u attività oħra illegali li huma ta' dannu għall-interessi finanzjarji tagħhom u sabiex tiġi żgurata koperazzjoni amministrattiva permezz ta' skambju ta' informazzjoni rigward kwistjonijiet fiskali u sabiex il-Kummissjoni tkun awtorizzata biex tibda neguzjati għal Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq in-naħa l-oħra, sabiex jaffrontaw frodi fiskali diretta u evażjoni diretta ta' taxxa u sabiex tkun żgurata koperazzjoni amministrattiva permezz ta' skambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet fiskali (SEC(2009)0899),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-G-20 maħruġa wara s-Samit dwar is-Swieq Finanzjarji u l-Ekonomika Dinjija li sar f'Washington fil-15 ta' Novembru 2008,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza li nħarġu wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 u tal-20 ta' Marzu 2009,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-G-20 wara s-Samit li għamlu dwar il-Pjan Globali għall-Irkupru u r-Riforma li sar f'Londra fit-2 ta' April 2009,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill li nħarġu wara l-laqgħat tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2009 u tal-20 ta' Ottubru 2009,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza li nħarġu wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18 u tad-19 ta' Ġunju 2009,
– wara li kkunsidra l-istqarrija maħruġa mill-Ministri tal-Finanzi tal-G8 f'Lecce, l-Italja, fit-13 ta' Lulju 2009,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G-20 maħruġa wara l-laqgħa f'Pittsburgh fil-24 u l-25 ta" Settembru 2009,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-US Government Accountability Office (2007), ir-rapport tal-British National Audit Office (2008) u r-rapport tal-the Conseil des Prélèvements Obligatoires (2009) li jinnutaw, inter alia, li madwar terz minn fost l-akbar korporazzjonijiet tar-Renju Unit ma ħallsu ebda taxxa fl-2005 u fl-2006, li madwar 25% ta' dawk il-kumpanji tal-Istati Uniti b'assi li jiswew aktar minn 250 miljun USD, jew dħul ta' aktar minn 50 miljun USD fis-sena, naqsu wkoll milli jħallsu ebda taxxa bejn 1998 u l-2005, u li l-akbar korporazzjonijiet Franċiżi attwalment iħallsu taxxa ta' 8% fuq benefiċju reali medji, filwaqt li r-rata tat-taxxa uffiċjali hija ta' 33%,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0007/2010),
A. billi hemm kunsens globali fl-UE u fil-livell internazzjonali li governanza tajba fil-qasam tat-tassazzjoni tfisser trasparenza, skambju ta' informazzjoni u kompetizzjoni ġusta fit-tassazzjoni,
B. billi nuqqas ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali jinkuraġġixxi l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxi u għandu konsegwenzi serji għall-baġits nazzjonali u s-sistemi ta' riżorsi tal-Unjoni Ewropea, li huwa stmat li jiswa lill-UE sa 2.5% tal-PDG kull sena; billi negozji onesti jinsabu fi żvantaġġ kompettittiv minħabba l-frodi fiskali; billi l-governanza tajba fi kwistjonijiet ta' taxxi għandha tirriżulta filli jkun hemm aktar riżorsi disponibbli għall-Istati Membri tal-UE u għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;
C. billi l-globalizzazzjoni qed tagħmel aktar diffiċli l-ġlieda kontra l-frodi fiskali fil-livell internazzjonali, u s-27 Stati Membri tal-UE bid-differenzi maġġuri tagħhom huma affettwati b'mod partikulari; billi dawn il-fatturi jeżiġu b'mod qawwi koperazzjoni internazzjonali mtejba fi ħdan l-UE u fil-livell internazzjonali sabiex ikun żgurat li din tkun effettiva;
D. billi l-evitar tat-taxxi u l-evażjoni tat-taxxi fil-livell internazzjonali jikkostitwixxu ostaklu serju sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju,
E. billi għadd sinifikattiv ta' kumpaniji multinazzjonali ġew strutturati b'mod li jiksbu vantaġġ mill-evitar tat-taxxi fil-ġurisdizzjonijiet differenti li fihom joperaw; billi trattament differenzjali fil-ġurisdizzjonijiet differenti jiffavorixxi intrapriżi li huma kbar, internazzjonali jew stabbiliti sew, aktar milli lil dawk li huma żgħar, domestiċi jew li huma ġodda (għadhom jibdew);
F. billi l-abilità ta' kumpaniji multinazzjonali li jagħmlu użu estensiv ta' rifuġji fiskali u ċentri offshore bħala parti mill-istrateġiji ta' evitar ta' taxxi hija f'kunflitt mal-prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta u responsabbiltà korporazzjonali;
G. billi r-rifuġji fiskali huma f'kunflitt mal-prinċipji ta' solidarjetà, ġustizzja u ridistribuzzjoni; billi f'ekonomija globalizzata, numru sinifikattiv ta' kumpaniji multinazzjonali jużaw is-setgħa tagħhom sabiex jagħmlu pressjoni fuq il-gvernijiet, b'mod partikulari fuq gvernijiet ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, sabiex inaqqsu r-rati tat-taxxi u jipprovdu inċentivi fiskali biex jattiraw l-investiment; billi fil-prattika dan għadda l-piż tat-taxxi għal fuq il-ħaddiema u l-familji bi dħul baxx u sforza tnaqqis fis-servizzi pubbliċi li huwa ta' ħsara għalihom;
H. billi attwalment il-Kunsill qiegħed jittratta għadd ta' proposti leġiżlattivi importanti dwar it-tassazzjoni fuq it-tfaddil, il-koperazzjoni amministrattiva u dwar assistenza reċiproka għall-irkupru tat-taxxi; billi t-tisħiħ ta' governanza tajba rigward taxxi fi ħdan l-UE tipprovdi bażi politika u morali li minn fuqha tista' tintalab governanza tajba rigward taxxi minn pajjiżi terzi;
I. billi l-adozzjoni tal-General Anti-Avoidance Principles (GAAP) jagħtu lill-awtoritajiet fiskali l-poter li jikkunsidraw jekk l-iskop prinċipali ta' transazzjoni partikulari jkunx l-evitar jew it-tnaqqis tal-piż tat-taxxi, u jekk dan ikun il-każ, li jiġu imposti taxxi addizzjonali sabiex ipattu għal dan l-evitar jew tnaqqis;
J. billi pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ta' spiss m'għandhomx il-leġittimità jew l-awtorità li jintaxxaw iċ-ċittadini tagħhom stess, preċiżament minħabba governanza dgħajfa ta' taxxi; billi fil-formulazzjoni tal-politika tagħha għall-governanza tat-taxxi, l-UE trid tikkunsidra l-problemi speċifiċi li pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jiffaċċjaw, u trid tipprovdi appoġġ biex dawn jingħelbu;
K. billi l-isforzi konġunti tal-G-20 u tan-NU, flimkien mal-isforzi fi ħdan il-qafas tal-inizjattivi mmexxija mill-OECD, ipproduċew xi riżultati promettenti fil-qasam tal-governanza tat-taxxi; billi dawk ir-riżultati għad m'humiex suffiċjenti biex jeħduha mal-isfidi li jippreżentaw ir-rifuġji fiskali u ċ-ċentri offshore u jeħtieġ li jkunu segwiti b'azzjoni deċiżiva, effettiva u konsistenti;
L. billi l-OECD attwalment tevalwa li kapital privat akkumulat f'rifuġji fiskali jammonta għal kważi USD 1 000 000 000 000 (biljun), ċifra li hija ħames darbiet akbar milli kienet għoxrin sena ilu; billi aktar minn miljun kumpanija, b'mod partikulari fl-Istati Uniti u l-Istati Membri tal-UE, għandhom l-uffiċċju ta' reġistrazzjoni tagħhom f'pajjiżi fejn jinsabu rifuġji fiskali bħal dawn,
M. billi hemm evidenza li l-kriżi finanzjarja ġiet determinata sa ċertu punt minn tipi ġodda ta' strumenti finanzjarji kumplessi u derivattivi mqiegħda, fil-parti l-kbira tagħhom, f'fondi li jinsabu f'ġurisdizzjonijiet ta" segretezza; billi r-rifuġji tat-taxxa jinkludu prodotti finanzjarji kumplessi li jikkawżaw instabilità finanzjarja u ħafna istituzzjonijiet finanzjarji kellhom responsabilitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, li jinsabu f'rifuġji tat-taxxa; billi l-kriżi finanzjarja ġenerali xeħtet dawl ġdid fuq il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' governanza tajba tat-taxxi u enfasizzat ir-riskji assoċjati ma' ġurisdizzjonijiet xejn ċari;
N. billi 5% biss ta' klejms ta' taxxi transkonfinali huma rkuprati fl-Unjoni Ewropea,
Oppuntunità li trid tinħataf
1. Jikkundanna bil-qawwa r-rwol li għandhom ir-rifuġji fiskali fl-inkoraġġiment u l-esplojtazzjoni tal-evitar tat-taxxa, tal-evażjoni tat-taxxa u tal-ħruġ ta" kapital mill-pajjiżi; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, biex jagħmlu l-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħruġ illegali ta" kapital prijorità ewlenija; jitlob lill-UE sabiex iżżid l-azzjoni tagħha u sabiex tieħu miżuri immedjati konkreti - bħalma huma sanzjonijiet - kontra rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħruġ illegali ta' kapital;
2. Iqis li governanza tajba tat-taxxi, mifhuma li tfisser trasparenza, skambju ta' informazzjoni fil-livelli kollha, koperazzjoni transkonfinali effettiva u kompetizzjoni ġusta fit-tassazzjoni, hija element kruċjali fir-rikostruzzjoni tal-ekonomija globali wara l-kollass finanzjarju tal-2008;
3. Ifakkar, f'dan il-kuntest, li huwa ta" importanza ewlenija li jintemm l-użu ta" persuni ġuridiċi artifiċjali bħala mod kif tiġi evitata t-tassazzjoni; isostni wkoll li minflok segretezza bankarja, l-iskambju awtomatiku ta" informazzjoni għandha tkun il-prassi prevalenti fiċ-ċirkustanzi kollha u fil-pajjiżi kollha tal-UE u t-territorji dipendenti; jilqa" b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, għaliex, inter alia, testendi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri biex tkopri t-taxxi ta' kwalunkwe tip, tabolixxi s-segretezza bankarja, u tistabbilixxi l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bħala regola ġenerali;
Fil-livell tal-UE
4. Ifakkar li l-Parlament ta l-pożizzjioni tiegħu lill-Kunsill dwar emendi għad-Direttiva 2003/48/KE fejn talab, fost affarijiet oħra, li l-Kunsill itemm id-deroga temporanja li tippermetti li l-Awstrija, il-Belġju u l-Lussemburgu jevitaw l-iskambju ta' informazzjoni billi japplikaw taxxa minn ras il-għajn; iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jadotta id-direttiva li temenda d-Direttiva 2003/48/KE bi qbil mal-pożizzjoni tal-Parlament;
5. Rigward it-tassazzjoni fuq it-tfaddil tal-UE, jilqa' b'sodisfazzjon, bħala l-ewwel pass, l-irtirar tar-riżervi mill-Awstrija, il-Beġju, il-Lussemburgu u l-Iżvizzera għall-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, kif ukoll l-approvazzjoni tal-istandards tal-OECD minn Andorra, Monako, Liechtenstein u San Marino; jilqa' d-deċiżjoni tal-Belġju li mill-1 ta' Jannar 2010 jibdel minn sistema ta' ġbir ta' taxxi minn ras il-għajn għal sistema ta' skambju ta' informazzjoni;
6. Jenfasizza t-talba magħmula mill-Parlament, fil-pożizzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2009, li jiġi estiż b'mod sostanzjali l-kamp ta" applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE, b'mod partikolari biex tkopri l-entitajiet legali (speċjalment kumpaniji privati u trusts) u forom varji ta' dħul minn investiment; ifakkar li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/48/KE għandhom jiġu estiżi għal Singapore, Hong Kong, Makao jew ġurisdizzjonijiet oħra bħal Dubai, New Zealand, il-Gana, u ċerti Stati tal-Istati Uniti tal-Amerika li mhumiex marbuta mid-Direttiva 2003/48/KE u li huma għalhekk post favorit għal dawk li jevadu t-taxxa;
7. Iqis li l-kummerċjalizzazzjoni fl-UE ta' fondi alternattivi domiċiljati f'pajjiż terz trid tkun marbuta mar-rispett minn dak il-pajjiż terz ta' standards ta' governanza fiskali tajba, inkluża l-implimentazzjoni effettiva, abbażi ta' regoli legali vinkolanti, tal-prinċipju ta' skambju awtomatiku ta' informazzjoni; jenfasizza l-fatt li l-progress li sar dwar standards ta' governanza tat-taxxa fi ħdan fora internazzjonali bħall-OECD u l-G-20 m'għandux iżomm lura lill-Unjoni Ewropea milli tapplika standards ogħla;
8. Jenfasizza li l-irkupru aħjar tat-taxxi se jkun possibbli permezz ta' implimentazzjoni aktar effiċjenti tal- leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali eżistenti; jenfasizza wkoll madankollu l-bżonn urġenti li jkun hemm aktar sforzi u miżuri li jkollhom l-iskop li jtejbu l-governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali;
9. Ifakkar li l-frodi fiskali marbuta mal-VAT hija kwistjoni ta" tħassib partikulari għall-funzjonament tas-suq intern peress li għandha impatt transkonfinali dirett, tinvolvi ammonti sostanzjali ta" telf ta" dħul u taffettwa direttament il-baġit tal-UE; iħeġġeġ liIl-Kummissjoni sabiex tadotta direttiva ġdida dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u sabiex tiġġieled kontra l-frodi fil-qasam tal-VAT, waqt li tittieħed kunsiderazzjoni xierqa tal-pożizzjoni tal-Parlament;
Fil-livell internazzjonali
10. Iħeġġeġ lill-partijiet kollha konċernati sabiex iħaffu l-konklużjoni tal-ftehima kontra l-frodi ma' Liechtenstien; iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jaqbel ma' mandat għall-Kummissjoni sabiex tinnegozja ftehimiet simili ma' Andorra, Monako, San Marino u l-Iżvizzera; jistieden, rigward dan, lill-Istati Membri sabiex jirrevedu l-ftehimiet fiskali bilaterali konklużi ma' pajjiżi terzi;
11. Jitlob għal koperazzjoni ikbar, bħall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn il-pajjiżi, sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru ta' flussi ta' kapital barra l-pajjiż permezz ta' attività illegali għad-detriment tas-suq intern;
12. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta malajr ir-rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2008 li tiġi inkluża klawżola ta' governanza fiskali tajba fil-ftehimiet relevanti konklużi ma' pajjiżi terzi mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha; b'mod partikolari, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu negozjati dispożizzjonijiet dwar governanza tajba kemm fil-kuntest ta' ftehimiet ġenerali jew speċifiċi ma' pajjiżi terzi, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat proċess effettiv ta' monitoraġġ għall-implimentazzjoni tagħhom;
13. Ifakkar, fir-rigward tal-ħidma fuq kompetizzjoni fiskali dannuża skont il-Kodiċi ta' Kondotta għat-Tassazzjoni Kummerċjali, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi jimplimentaw il-Kodiċi b'mod li jkun konsistenti mal-isforzi tagħhom sabiex jippromwovu t-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali;
14. Jilqa' bi pjaċir, bħala l-ewwel pass, il-progress li sar fil-qasam tal-governanza fiskali tajba b'riżultat ta' inizjattivi f'fora internazzjonali oħrajn bħalma huma l-G-20, il-G-8, in-NU u b'mod partikolari fl-OECD; iqis, madankollu, li l-impenji meħuda mill-G-20 sal-lum mhumiex biżżejjed biex jiffaċċjaw l-isfidi ppreżentati mill-evażjoni tat-taxxa, ir-rifuġji fiskali u ċ-ċentri offshore;
15. Ifakkar li l-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali u l-evażjoni tat-taxxa jkollha suċċess biss jekk l-istess regoli japplikaw għal kulħadd, sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' aktar lakuni legali li permezz tagħhom iseħħ l-abbuż; f'dan il-kuntest, huwa tal-fehma li d-Direttiva 2003/48/KE, li stabbiliet il-prinċipju ta' skambju awtomatiku multilaterali ta' informazzjoni bejn il-pajjiżi, hija pass tajjeb lejn il-ħolqien ta" qafas globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon, għaldaqstant, il-proposta tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qafas tad-Direttiva 2003/48/KE;
16. Jitlob li l-OECD u l-Istati Membri jinvolvu lill-Kummissjoni b'mod sħiħ max-xogħol tal-eżerċizzju ta' reviżjoni bejn il-pari tal-Forum Globali, b'mod partikulari fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx, tal-iżvilupp ta' proċess għall-evalwazzjoni ta' konformità u tal-implimentazzjoni ta' kontromiżuri dissważivi sabiex jippromwovu konformità mal-istandards in kwistjoni; iqis, barra minn hekk, li l-qafas tal-OECD għall-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali mhux sodisfaċenti; jenfasizza l-bżonn li jittejjeb l-indikatur sabiex jinkiseb l-istejtus ta' ġurisdizzjoni koperattiva billi, pereżempju, jingħatalu valur kwalitattiv; jikkritika l-fatt li dan l-indikatur jeżiġi sempliċement li jkunu konklużi 12-il trattat ta' skambju ta' informazzjoni dwar taxxi; f'dan il-kuntest jiddispjaċih li l-iskambju ta' informazzjoni jsir biss meta jintalab, aktar milli jkun rekwiżit obbligatorju u vinkolanti, u barra minn hekk, l-OECD jippermetti lill-gvernijiet li jaħarbu mil-lista s-sewda tagħha sempliċement billi jwiegħdu li se jikkonformaw mal-prinċipji ta' skambju ta' informazzjoni, mingħajr ma jiżguraw li dawn il-prinċipji effettivament jitpoġġew fil-prattika;
Lejn politika ġenwina tal-UE għal governanza fiskali tajba
17. Iqis li hemm bżonn ta' konsistenza u ta' politika ġenwina tal-UE għal governanza fiskali tajba; jemmen li l-kredibiklità tal-Unjoni Ewropea tiddependi, inter alia, mir-rieda tagħha li l-ewwel tagħmel pressjoni fuq ir-rifuġji fiskali fit-territorji tagħha stess bħala eżempju ta' governanza tajba; jitlob lill-Kummissjoni sabiex timmoniterja bir-reqqa, f'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni integrali u ta' malajr tal-azzjonijiet stipulati fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali;
18. Iqis, mingħajr ħsara għall-kompetenzi tal-Istati Membri, li l-Kummissjoni għandha tkun inkarigata mit-tfassil u l-formulazzjoni ta' approċċ tal-UE bħal dan u li tingħata r-riżorsi meħtieġa;
19. Jirrakkomanda l-ħolqien ta' sistema xierqa ta' inċentivi għall-irkupru ta' talbiet transkonfinali għall-ħlas tat-taxxa sabiex jiżdied il-livell baxx attwali ta' rkupru ta' 5% billi l-amministrazzjonijiet li jirkupraw talbiet fiskali għan-nom ta' Stat Membru fuq naħa waħda, u l-amministrazzjonijiet rikjedenti fuq in-naħa l-oħra, jiġu remunerati b'mod ġust mid-dħul li jirriżulta mill-ġbir ta' taxxi mhux imħallsa;
20. Rigward l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet ta' taxxi, dazji u miżuri oħrajn, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel stima tan-numru ta' talbiet transkonfinali minn Stati Membri li jridu jiġu rkuprati fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u sabiex jiddaħħlu indikaturi kwantitativi sabiex jitkejjel tul iż-żmien il-proġress tal-irkupru transkonfinali;
21. Iqis li l-UE għandha tippromwovi b'mod attiv it-titjib tal-istandards tal-OECD bl-iskop li tagħmel l-iskambju multilaterali awtomatiku ta' informazzjoni bħala r-regola globali; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-UE sabiex tadotta miżuri li jipprevjenju l-abbuż tal-"prinċipju ta' residenza" permezz ta' domiċilju artifiċjali u skemi ta' akkwist li jippermettu li kumpaniji "holding" mingħajr attività jew li kumpaniji "shell" jipproteġu s-sidien benefiċarji milli jħallsu taxxi fil-pajjiż ta' residenza tagħhom; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-UE sabiex tadotta approċċ komuni għall-applikazzjoni ta' miżuri kontra l-abbuż, li għandu jkun effettiv, ġust u allinjat mal-kunċett ta' skemi purament artifiċjali kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja;
22. Iħeġġeġ lill-UE sabiex timplimenta approċċ konsistenti għal governanza fiskali tajba fil-kuntest tal-Politika Ewropea għall-Viċinat, il-politika għat-tkabbir u l-politika għall-koperazzjoni fl-iżvilupp; jenfasizza li l-politika ta" governanza fiskali għandha tikkontribwixxi b'mod attiv għall-bini ta" sistemi tat-taxxa sostenibbli u trasparenti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari bil-ħsieb li tinqered il-frodi fiskali, li twassal għal telf annwali ta' dħul mit-taxxa li jikkorrispondi għal 10 darbiet l-ammont ta' għajnuna għall-iżvilupp injettat mill-pajjiżi żviluppati; iqis li livell adegwat ta' riżorsi jeħtieġ li jiġi allokat sabiex jiġi sodisfatt dan l-obbligu; ifakkar li governanza fiskali fl-aħħar mill-aħħar tattira l-investiment għaliex tikkontribwixxi għal ċertezza fiskali legali, trasparenza u stabbilità;
23. Jenfasizza l-ħtieġa ta' reviżjoni tal-istandards ta' kontabilità internazzjonaoli attwali bl-iskop li tiżdied it-trasparenza; jitlob f'dan ir-rigward li jkun hemm l-obbligu li tinkixef fil-kontijiet annwali tal-kumpaniji, fuq bażi individwali għal kull pajjiż, l-informazzjoni ta' kontabilità li tirrigwarda r-rifuġji fiskali, u jissuġġerixxi li jkun hemm reġistru pubbliku tal-UE li jelenka l-ismijiet tal-individwi u l-intrapriżi li stabbilew kumpaniji u kontijiet f'rifuġji fiskali, bl-iskop li jinkixfu l-benefiċjarji vera li jinħbew wara l-kumpaniji offshore;
24. Jemfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jikkoordinaw il-politiki tagħhom sabiex iseddqu l-implimentazzjoni ta' regoli kontra l-evitar tat-taxxi;
25. Ifakkar li l-introduzzjoni ta' bażi ta' taxxa komuni u konsolidata għal korporazzjonijiet tgħin biex tittakilja fl-UE t-tassazzjoni doppja u kwistjonijiet rigward prezzijiet ta' trasferiment fi ħdan gruppi konsolidati; rigward dan, jistenna bil-ħerqa li jirċievi l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tmiem din is-sena;
26. Jissuġġerixxi li sabiex jiġu identifikati aħjar transazzjionijiet ta' pprezzar mhux preċiżi u t-tekniki ta' evażjoni li l-aktar jintużaw frekwentament, il-Kummissjoni għandha tipprijoratizza l-applikazzjoni aktar wiesgħa tal-metodu ta' profitti komparabbli, u b'hekk tneħħi l-ambitu tal-ispezzjoni ta' pprezzar ta' trasferiment mill-livell tat-transazzjoni għal dak tal-kumpanija; jinnota li l-metodu ta' profitti komparabbli jiffoka fuq it-tqabbil tad-dħul fost kumpaniji f'kull settur industrijali individwali u li tnaqqis fil-profitti ta' sussidjarja ta' kumpanija multinazzjonali li jkun akbar baxx b'mod sinifikattiv minn dak tal-medja tas-settur in ġenerali, tul iż-żmien jista' jkun xhieda ta' trasferiment ta' pprezzar massiv;
27. Iħeġġeġ lill-UE sabiex teżamina għad ta' possibiltajiet ta' sanzjonijiet u inċentivi biex jippromwovu governanza fiskali tajba, bħal pereżempju imposta speċjali fuq il-movimenti minn u lejn ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx, in-nuqqas ta' rikonoxximent tal-istejtus legali ta' kumpaniji stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, u projbizzjoni li istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE jistabbilixxu jew ikollhom sussidjarji u fergħat f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkoperawx;
28. Iqis li l-UE għandha wkoll tiżgura konsistenza fl-implimentazzjoni ta' standards fil-livell tal-UE u l-livell internazzjonali fl-oqsma ta' superviżjoni prudenti, tat-tassazzjoni u l-ħasil ta' flus u tal-kontraterroriżmu;
29. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirraporta lill-Parlament kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-politika għall-governanza fiskali, u li dan għandu jibda f'Ottubru 2010;
o o o
30. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 2009 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2009 (COM(2009)0077),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2000 bl-isem ta' "Lejn Strateġija ta' Qafas Komunitarja dwar l-ugwaljanza bejn l-irġeil u n-nisa (2001-2005)" (COM(2000)0335) u r-rapporti annwali tal-Kumitat dwar l-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel fl-Unjoni Ewropea 2000, 2001, 2002, 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008 (rispettivament, COM(2001)0179, COM(2002)0258, COM(2003)0098, COM(2004)0115, COM(2005)0044, COM(2006)0071, COM(2007)0049 u COM(2008)0010),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjieg u xogħol (tfassil mill-ġdid)(1),
– wara l-kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2009 dwar l-ekonomija soċjali(2),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 bl-isem ''Bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja: appoġġ akbar għar-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja'' (COM(2008)0635),
– wara li kkunsidra l-proposta ghal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE (COM(2008)0636), imressqa mill-Kummissjoni fit-3 ta' Ottubru 2008,
– wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (COM(2008)0637), imressqa mill-Kummissjoni fit-3 ta' Ottubru 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 bl-isem ''Implimentazzjoni tal-għanijiet ta' Barċellona rigward il-faċilitajiet ta' kura għat-tfal f'età ta' qabel l-iskola'' (COM(2008)0638),
– wara li kkunsidra l-istat tar-ratifiki tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (CETS Nru 197),
– wara li kkunsidra l-qafas ta' azzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel adottat mill-imsieħba soċjali Ewropej fit-22 ta' Marzu 2005,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1979 dwar l-eliminazzjoni ta" kwalunkwe forma ta" diskriminazzjoni kontra n-nisa (CEDAW),
– wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew fit-23 u l-24 ta' Marzu 2006,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa(3),
– wara l-kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar l-immigrazzjoni tan-nisa: l-irwol u l-post tal-immigranti nisa fl-UE(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2007 dwar il-pjan direzzjonali għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010(6),
– wara li kkunsidra l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Opportunitajiet Indaqs għan-Nisa u l-Irġiel u l-opinjoni tiegħu dwar id-differenza fil-pagi bejn is-sessi, adottata fit-22 ta' Marzu 2007,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2008(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa(8),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0004/2010),
A. billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, rikonoxxut fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u billi wkoll, minkejja l-progress raġonevoli li sar f'dan il-qasam, għad hemm inugwaljanzi sostanzjali bejn in-nisa u l-irġiel,
B. billi l-Unjoni Ewropea bħalissa għaddejja minn kriżi ekonomika, finanzjarja u soċjali kbira ħafna, b'konsegwenzi b'mod partikolari fuq is-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol,
C. billi l-maternità u l-paternità għandhom jitqiesu bħala drittijiet fundamentali, essenzjali għall-bilanċ soċjali, u billi fil-livell tal-Unjoni Ewropea hemm direttiva dwar il-lif tal-maternità(9) kif ukoll direttiva dwar il-lif tal-ġenituri(10), iżda għad m'hemmx leġiżlazzjoni fil-qasam tal-lif tal-paternità,
D. billi, minħabba s-segregazzjoni professjonali u settorjali u skont id-data disponibbli, b'mod ġenerali l-irġiel ġew affettwati iktar min-nisa fil-parti inizjali tal-kriżi, iżda billi s-sitwazzjoni hija differenti f'ċerti pajjiżi u f'ċerti setturi, partikolarment fl-industriji tradizzjonali, fejn in-nisa impjegati jinsabu f'maġġoranza, fejn hemm bosta intrapriżi li għalqu u kumpaniji multinazzjonali li ċċaqalqu; billi 31.1 % tal-impjegati nisa jaħdmu part-time, meta mqabbla ma' 7.9 % tal-impjegati rġiel; billi hemm iktar nisa jaħdmu f'ċerti servizzi pubbliċi milli rġiel, u billi skont l-Istati Membri, dawn jikkostitwixxu sa żewġ terzi tal-impjegati fis-setturi tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-għajnuna soċjali; billi għalhekk hemm riskju li l-kriżi taffettwa l-iktar lin-nisa f'każ li, ikun hemm restrizzjonijiet baġitarji f'dawn is-setturi.
E. billi n-nisa tradizzjonalment huma iktar mhedda mill-faqar u minn livell limitat ta' pensjoni, partikolarment l-ommijiet iżolati u n-nisa ta' 'l fuq minn 65 sena; billi dawn tal-aħħar spiss jirċievu pensjoni qrib l-ammont minimu għall-għajxien għal diversi raġunijiet, bħall-fatt li jwaqqfu jew jinterrompu l-attività professjonali tagħhom biex jiddedikaw ruħhom għad-dmirijiet tal-familja jew il-fatt li jkunu ħadmu fl-intrapriża tal-konjuġi tagħhom, b'mod partikolari fis-setturi tal-kummerċ u tal-agrikoltura, mingħajr ħlas u mingħajr ma jidħlu f'sistema ta' sigurtà soċjali, u billi l-maġġoranza tal-politiki huma maħsuba biex jgħinu lill-familja bit-tfal, minkejja l-fatt li 35% tal-unitajiet domestiċi huma magħmula minn persuna waħda li, fil-maġġoranza tal-każijiet, tkun mara,
F. billi r-rata tan-nisa impjegati żdiedet bħala medja għal 59.1 %, b'firxa kbira ta' varjazzjonijiet minn 37.4% għal 74.3%, billi din iż-żieda kostanti sa mill-2000 ma ġabitx magħha titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa u billi dawn għadhom vittmi ta' segregazzjoni professjonali u settorjali,
G. billi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali huma eżempju ta' impjegabilità tan-nisa b'suċċess, billi huma jtejbu l-istatus soċjali tan-nisa, jiżviluppaw l-indipendenza finanzjarja tagħhom u jippermettu konċiljazzjoni aħjar tal-ħajja professjonali u dik tal-familja, partikolarment permezz tas-servizzi ta' żamma tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità li jipproponu dawn l-intrapriżi,
H. billi d-differenzi medji fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa jinsabu staġnati f'livell għoli (bejn 14 % u 17.4 %) sa mill-2000, minkejja l-bosta miżuri li applikati mill-Kummissjoni u l-impenji tal-Istati Membri,
I. billi l-Artikolu 157 TFUE jgħid li "Kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, għandu jkun applikat" u billi dan il-prinċipju ġie kkonfermat fil-każistika kostanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,
J. billi ir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-18 ta' Novembru 2008 titlob lill-Kummissjoni biex tressaq quddiem il-Parlament Ewropew proposta leġiżlattiva dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti relatata mal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa qabel il-31 ta' Dicembru 2009,
K. billi l-irġiel, għalkemm b'mod inqas kiefer, ukoll ibatu minħabba s-segregazzjoni professjonali u settorjali u mill-istereotipi sessisti,
L. billi t-tqassim tar-responsabilitajiet familjari u domestiċi bejn in-nisa u l-irġiel, speċifikament permezz tal-valorizzazzjoni tal-użu tal-lif għall-ġenituri u għall-paternità, jikkostitwixxi kundizzjoni indispendabbli biex tiġi promossa u tintlaħaq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u filwaqt li jiddeplora madankollu l-fatt li l-ftehim qafas tal-imsieħba soċjali dwar il-lif tal-ġenituri (Lulju 2009) ma jittrattax il-kwistjoni tal-lif bi ħlas, li jista" jkollha impatt deċiżiv fuq kemm l-irġiel jibbenefikaw minn dan il-lif u fuq it-tqassim indaqs tar-responsabilitajiet professjonali u familjari bejn in-nisa u l-irġiel,
M. billi l-aċċess għal servizzi ta' żamma tat-tfal, tal-anzjani u ta' persuni oħra dipendenti huwa essenzjali biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs tan-nisa u tal-irġiel fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ,
N. billi, matul il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona fil-15 u s-16 ta' Marzu 2002, l-Istati Membri ġew mistiedna jagħmlu sforz sabiex sal-2010, iwaqqfu strutturi li jilqgħu tal-anqas 90 % tat-tfal ta' bejn it-3 snin u l-età meta jibdew l-iskola obbligatorja, u tal-anqas 33 % tat-tfal ta' inqas minn 3 snin (età preskolastika), iżda billi f'iktar minn nofs l-Istati Membri, għad fadal ħafna xi jsir biex jintlaħqu dawn l-objettivi,
O. billi n-nisa kisbu 58.9 % tad-diplomi tal-universitajiet tal-Unjoni fl-2008, u huma jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-istudenti tal-kummerċ, tal-ġestjoni (management) u tal-liġi, iżda għadhom jikkostitwixxu minoranza fil-postijiet ta' responsabilità tal-intrapriżi u tal-amministrazzjoni u fl-organi politiċi; billi hemm numru baxx ta' nisa gradwati fit-teknoloġija tal-informatika, fl-inġinerija u fil-fiżika, u billi, b'konsegwenza ta' dan, hemm rappreżentanza baxxa tan-nisa fis-settur privat, fatt determinanti għall-irkupru ekonomiku; billi d-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa fis-settur tal-informatika pjuttost kellha t-tendenza li tiżdied biż-żmien,
P. billi l-perċentwali ta" Membri nisa tal-Parlament Ewropew minn 32.1 % matul il-leġiżlatura 2004-2009, laħaq il-35 % wara l-elezzjonijiet Ewropej fis-7 ta" Ġunju 2009, u billi l-perċentwali ta" presidenti nisa tal-kumitati parlamentari minn 25 % laħaq il-41 %, u l-perċentwali ta' viċi presidenti nisa tal-Parlament Ewropew minn 28.5 % tela" għal 42.8 %, iżda n-numru ta' kwesturi nisa niżel minn 3 għal 2,
Q. billi s-sitwazzjoni ta' ċerti gruppi ta' nisa, li ta' spiss iridu jiffaċċjaw diffikultajiet u riskji multipli kif ukoll diskriminazzjoni doppja – b'mod partikolari n-nisa b'diżabilità, in-nisa li għandhom nies dipendenti fuqhom, in-nisa anzjani, in-nisa li huma parti minn minoranzi u l-immigranti nisa – tidher li qed tmur għall-agħar,
R. billi l-migranti nisa jbatu minn diskriminazzjoni doppja fis-suq tax-xogħol minħabba l-ġeneru tagħhom u minħabba l-istatus tagħhom ta' migranti; billi waħda minn kull ħames migranti nisa bi kwalifiki għolja tokkupa impjieg li ma jeħtieġx wisq kwalifiki, u billi l-migranti nisa li jaħdmu fis-setturi domestiċi, fis-CHR/Horeca u fl-agrikoltura huma partikolarment vulnerabbli;
S. billi, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa, ir-rati tal-impjieg huma iktar baxxi fiż-żoni rurali u billi, barra minn hekk, hemm numru ta' nisa li qatt ma kienu attivi fis-suq tax-xogħol b'mod uffiċjali u għalhekk la huma mniżżla bħala qiegħda li qed jitolbu x-xogħol u lanqas mhuma meqjusa fl-istatistiċi tal-qgħad, fatt li jwassal għal problemi finanzjarji u ġuridiċi partikolari f'dak li jikkonċerna l-aċċess għal-lif tal-maternità u tal-mard, il-kisba tal-pensjoni u l-aċċess għas-sigurtà soċjali, kif ukoll għal problemi f'każ ta' divorzju; billi ż-żoni rurali jbatu serjament min-nuqqas ta' offerti ta' impjieg ta' kwalità;
T. billi n-nisa li jappartjenu għal minoranza, b'mod partikolari n-nisa Roma, ibatu regolarment minn bosta forom ta' diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza u l-ġeneru; billi l-entitajiet nazzjonali inkarigati mill-kwistjonijiet ta' ugwaljanza għandhom jagħtu importanza b'mod xieraq lill-fenomenu tad-diskriminazzjoni multipla jew kombinata,
U. billi t-traffikar tal-bnedmin jikkostitwixxi forma moderna ta' skjavitù, u billi n-nisa u l-bniet huma dejjem il-maġġoranza tal-vittmi,
V. billi r-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tat-3 ta" Settembru 2008 stiednet lill-Istati Membri biex jirratifikaw mingħajr dewmien il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, li tirrappreżenta l-istrument ġuridiku Ewropew l-iktar b'saħħtu fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, peress li dan it-traffikar jikkostitwixxi reat kif ukoll ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jipperikola d-dinjità u l-integrità tal-bnedmin; billi sal-lum, 16-il Stat Membru biss tal-Unjoni rratifikaw din il-Konvenzjoni,
W. billi l-vjolenza fuq in-nisa, fil-forom kollha tagħha, tikkostitiwxxi ostaklu ewlieni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll wieħed mill-iktar ksur tad-drittijiet tal-bniedem mifrux, indipendentement mill-ostakli ġeografiċi, ekonomiċi, kulturali jew soċjali; billi din tikkostitwixxi problema kritika fl-Unjoni, fejn bejn wieħed u ieħor minn 20 % sa 25 % tan-nisa jġarrbu vjolenza fiżika matul il-ħajja adulta tagħhom u fejn iktar minn 10 % huma vittmi tal-vjolenza sesswali; billi l-Presidenza Spanjola tal-Kunsill inkludiet il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fost il-prijoritajiet ewlenin tagħha,
X. billi bit-termini "saħħa sesswali u riproduttiva" wieħed għandu jifhem il-benessri ġenerali, kemm fiżiku kif ukoll mentali u soċjali, tal-persuna umana, f'dak kollu li jikkonċerna l-parti ġenitali tagħha, il-funzjonijiet u t-tħaddim ta' din il-parti, u mhux biss in-nuqqas ta' mard jew ta' diżabilità, u billi r-rikonoxximent tal-awtonomija fiżika u sesswali totali tan-nisa jikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet sine qua non ta' kwalunkwe politika tajba fil-qasam tad-drittijiet dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva, kif ukoll tal-politiki dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa,
Y. billi fl-2006, inħoloq uffiċjalment l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa, li normalment kellu jniedi l-attività tiegħu mhux iktar tard mid-19 ta" Jannar 2008, iżda billi dan għadu mhux qed jaħdem bis-sħiħ,
Z. billi l-istrateġija ta' Lisbona għandha l-għan li tintegra 60 % tan-nisa li jistgħu jaħdmu fis-suq tax-xogħol, filwaqt li l-isforzi relatati mal-isfidi demografiċi għandhom l-għan li jippromwovu rata ogħla ta' twelid biex jiġu ffaċċjati l-esiġenzi tal-ġejjieni; billi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik tal-familja għadhom jikkostitwixxu l-qofol tad-dibattitu dwar it-tibdil demografiku,
1. Jifraħ lill-Kummissjoni talli, fir-rapport tagħha msemmi hawn fuq dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2009, saħqet fuq l-importanza li jissaħħu l-politiki dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'kuntest ekonomiku li dejjem qed jinbidel, iżda jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm iktar azzjonijiet konkreti u politiki ġodda;
2. Jiddeplora l-fatt li l-proġetti ta' rkupru ekonomiku jikkonċernaw prinċipalment l-impjiegi fejn l-irġiel impjegati jikkostitwixxu maġġoranza; jenfasizza li l-fatt li jingħata appoġġ lill-ġejjieni tal-irġiel u mhux lil dak tan-nisa jibqa' jżid l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri minflok inaqqashom, u jinsisti dwar il-bżonn li, fil-pjanijiet ta' rkupru Ewropej, nazzjonali u internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-kriżi, jiddaħħlu l-politiki ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;
3. Jistieden minnufih lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiddefendu d-drittijiet soċjali u biex jiżguraw li l-kriżi ekonomika u finanzjarja ma ġġibx magħha restrizzjonijiet fil-prestazzjonijiet soċjali u fis-servizzi soċjali, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna ż-żamma tat-tfal u l-għajnuna lill-anzjani; josserva li l-politiki ta' għajnuna u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' servizzi ta' għajnuna u ta' żamma huma marbuta mill-qrib mal-kisba tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;
4. Josserva li l-kriżi ekonomika, soċjali u finanzjarja tista' tirrappreżenta opportunità sabiex l-Unjoni ssir ekonomija iktar produttiva u innovattiva u soċjetà li tqis iktar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, jekk jiġu adottati l-politiki u l-miżuri adegwati;
5. Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi statistiċi preċiżi rigward l-impatt tal-kriżi fuq in-nisa u l-irġiel, billi jitqiesu r-rati tal-qgħad, l-evoluzzjoni fl-impjiegi part-time u l-kuntratti għal perjodu determinat u indeterminat, kif ukoll il-konsegwenzi tal-politiki dwar il-ġlieda kontra l-kriżi fuq is-servizzi pubbliċi;
6. Jenfasizza li huwa indispensabbli li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jivvalorizzaw, jappoġġaw u jsaħħu l-irwol tan-nisa fl-ekonomija soċjali, meta jitqiesu r-rata għolja ta' impjegati nisa f'dan is-settur u l-importanza tas-servizzi li huma joffru għall-promozzjoni tal-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u dik privata;
7. Jitlob lill-Istati Membri li għandhom jimplimentaw politika stabilizzazzjoni baġitarja li tevita li n-nisa jiġu affettwati b'mod sproporzjonat, u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, , ifasslu politiċi ta' rkupru li jqisu l-bżonnijiet u s-sitwazzjonijiet speċifiċi tan-nisa u tal-irġiel, partikolarment permezz ta' politiki ta' approċċ integrat tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa ("gender mainstreaming") u ta' analiżi baġitarja f'termini ta' ġeneru u ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri ("gender budgeting");
8. Jiddeplora l-fatt li l-integrazzjoni tad-dimensjoni nisa-rġiel hija kważi assenti fl-istrateġija attwali ta' Lisbona u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex idaħħlu kapitolu dwar din id-dimensjoni fl-istrateġija futura tagħhom ta' wara Lisbona "UE 2020";
9. Jistieden lill-entitajiet nazzjonali inkarigati mill-kwistjonijiet ta' ugwaljanza sabiex jimplimentaw approċċi integrati sabiex itejbu r-reazzjoni li huma jkollhom fil-każijiet ta' diskriminazzjoni multipla kif ukoll it-trattament għal din id-diskriminazzjoni; jinsisti, barra minn hekk, biex l-entitajiet nazzjonali inkarigati minn kwistjonijiet ta' ugwaljanza jistabbilixxu taħriġ għall-imħallfin, għall-ġuristi u għall-persunal sabiex dawn jitgħallmu jidentifikaw u jipprevjenu każijiet ta' diskriminazzjoni multipla u jirreaġixxu għalihom;
10. Jilqa' l-fatt li l-objettiv li tintlaħaq rata ta' impjieg tan-nisa ta' 60% sal-2010, kif definit mill-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u tal-24 ta' Marzu 2000, dalwaqt jintlaħaq, jenfasizza madankollu li, sfortunatament, parti sinifikanti minn dawn l-impjiegi hija prekarja u b'paga baxxa; jiddeplora wkoll id-differenzi kbar li jeżistu bejn l-Istati Membri, li jvarjaw bejn 37.4 % u 74.3 %; jitlob għalhekk lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-applikazzjoni effikaċi tad-Direttiva 2006/54/KE;
11. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jittrattaw is-sitwazzjoni tal-konjuġi li jgħinu fl-artiġjanat, fil-kummerċ, fl-agrikoltura, fis-sajd u fl-intrapriżi żgħar tal-familja, mill-aspett tal-ugwaljanza bejn is-sessi u billi jitqies il-fatt li n-nisa jinsabu f'pożizzjoni iktar vulnerabbli meta mqabbla mal-irġiel; jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw il-mudell ġuridiku tal-qsim tal-proprjetà, sabiex jiżguraw rikonoxximent sħiħ tad-drittijiet tan-nisa fis-settur agrikolu, il-protezzjoni adegwata tagħhom fil-qasam tas-sigurtà soċjali u r-rikonoxximent tal-ħidma tagħhom;
12. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri u jistabbilixxu azzjoni pożittiva favur l-integrazzjoni tan-nisa fi proġetti u programmi relatati mat-trasformazzjoni ekoloġika, pereżempju fis-settur tal-enerġija rinnovabbli u fl-impjiegi xjentifiċi u fit-teknoloġija avvanzata;
13. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-intraprenditorija femminili fis-settur industrijali u biex jipprovdu appoġġ finanzjarju, strutturi ta' konsulenza professjonali lin-nisa li joħolqu intrapriżi kif ukoll taħriġ adegwat;
14. Jenfasizza li d-dħul u l-impjieg bi ħlas tan-nisa jibqa' element ewlieni tal-awtonomija ekonomika tagħhom u ta' ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fis-soċjetà b'mod ġenerali; jenfasizza li, partikolarment fir-rigward tas-soċjetà li dejjem qed tixjieħ, kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa huma indispensabbli għall-prevenzjoni tan-nuqqas tal-forza tax-xogħol;
15. Jinnota li n-nisa huma iktar esposti għar-riskju tal-faqar minħabba d-distakk medju fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel għadhom jeżistu f'livell għoli, u li għad hemm bosta differenzi bejn l-Istati Membri u s-setturi; jitlob għalhekk lill-Istati Membri biex japplikaw minnufih id-Direttiva 2006/54/KE u biex jippromwovu b'mod partikolari l-prinċipju ''għall-istess xogħol, l-istess paga'' jew dak ta' ''xogħol tal-istess valur'';
16. Iqis li huwa neċessarju li wieħed jaġixxi wkoll favur tnaqqis fl-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel fil-qasam tal-pensjonijiet, peress li n-nisa għadhom sal-ġurnata tal-lum l-parti l-kbira tar-responsabilitajiet familjari, u dan iwassal għal waqfien fil-karrieri tagħhom u, b'mod iktar ġenerali, għal investiment professjonali inferjuri għal dak tal-irġiel;
17. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni, b'segwitu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 2008 msemmija hawn fuq, għadha ma ppreżentatx proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' ugwaljanza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tressaq din il-proposta leġiżlattiva mill-aktar fis;
18. Jappoġġa lill-Kummissjoni fl-azzjonijiet ta' proċedura tagħha għal nuqqas ta' traspożizzjoni tad-direttivi fis-seħħ; iqis li l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan għandhom jittrasponu mingħajr dewmien fid-dritt nazzjonali tagħhom id-direttivi fir-rigward tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u, fuq kollox, jaraw li dawn jiġu applikati korrettament;
19. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iniedu kampanji ta' sensibilizzazzjoni fl-iskejjel, fuq il-postijiet tax-xogħol u fil-midja għall-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-għażliet professjonali, speċjalment tat-tfajliet, għall-ġlieda kontra l-istereotipi sessisti persistenti u kontra l-immaġini degradanti, b'mod partikolari kampanji li jenfasizzaw ir-rwol tal-irġiel fit-tqassim indaqs tar-responsabilitajiet familjari u fil-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u dik privata;
20. Jistieden lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-intrapriżi li jieħdu miżuri biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiffaċilitaw il-bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata, sabiex iżidu t-tixrid tal-prattika tajba f'dan il-qasam;
21. Jisħaq l-importanza ta' strutturi li jilqgħu it-tfal f'età preskolastika, tas-servizzi ta' żamma tat-tfal u ta' għajnuna lill-anzjani u lil persuni dipendenti oħra, sabiex ikun jista' jintlaħaq bilanċ ikbar bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata; japprova l-miżura li ħadet il-Kummissjoni għall-elaborazzjoni ta' statistiċi kumparabbli, disponibbli fi żmien utli u ta' kwalità, u biex jiġu proposti rakkomandazzjonijiet speċifiċi lil kull Stat Membru; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu kull ma huwa possibbli biex jilħqu l-objettivi msemmija hawn fuq tal-Kunsill Ewropew f'Barċellona fir-rigward ta' strutturi li jilqgħu it-tfal f'età preskolastika;
22. Jenfasizza l-importanza ta' ċerti azzjonijiet li ħadet il-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tal-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva 92/85/KEE dwar il-liv tal-maternità u tad-Direttiva 86/613/KE dwar il-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u dwar il-konjuġi li jgħinu f'intrapriżi familjari; iqis madankollu li l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tad-Direttiva 92/85/KEE għadha mhix ambizzjuża biżżejjed f'dak li jikkonċerna l-konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u dik familjari u privata tal-irġiel u tan-nisa;
23. Jenfasizza l-bżonn li tiġi trattata l-kwistjoni tal-liv tal-paternità u jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġa kull miżura bil-għan li jiġi stabbilit liv tal-paternità fil-livell Ewropew; iqis li l-liv tal-maternità għandu jiġi assoċjat mal-liv tal-paternità sabiex il-mara tkun iktar protetta fis-suq tax-xogħol u biex jiġu miġġielda wkoll l-istereotipi eżistenti fis-soċjetà f'dak li jikkonċerna l-użu ta' dan il-liv;
24. Jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri effettivi, partikolarment b'mezzi leġiżlattivi, li jiffavorixxu preżenza ekwilibrata tan-nisa u tal-irġiel fil-postijiet ta' responsabilità tal-intrapriżi, tal-amministrazzjoni u tal-organi politiċi u jitlob għalhekk li jiġu ffissati objettivi vinkolanti biex tiġi żgurata rappreżentanza ndaqs tan-nisa u l-irġiel; jindika f'dan ir-rigward li l-użu tal-kwoti elettorali għandu effett pożittiv fuq ir-rappreżentanza tan-nisa;
25. Jilqa' d-deċiżjoni tal-gvern Norveġiż li jżid in-numru ta' nisa fil-kunsilli amministrattivi tal-kumpaniji privati u tal-intrapriżi pubbliċi biex dan jilħaq minimu ta' 40 % tal-membri, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu l-inizjattiva Norveġiża bħala eżempju pożittiv u biex jimxu fl-istess direzzjoni;
26. Jistieden lill-Istati Membri biex iniedu kampanji indirizzati lin-nisa li għandhom diploma ta' studji sekondarji biex iħeġġuhom jagħżlu karriera fl-inġinerija, biex tiżdied il-preżenza tagħhom fil-professjonijiet tekniċi li tradizzjonalment jappartjenu lill-irġiel;
27. Jilqa' ż-żieda qawwija fin-numru ta' presidenti nisa tal-kumitati parlamentari, u fin-numru ta' viċi presidenti nisa tal-Parlament Ewropew, kif ukoll iż-żieda, inqas qawwija iżda reali, fin-numru ta' Membri tal-Parlament Ewropew nisa wara l-elezzjonijiet Ewropej ta' Ġunju 2009;
28. iqis f'dan ir-rigward li l-proporzjon ta' nisa Kummissarji nominati (33 % tal-kulleġġ), li ntlaħaq b'diffikultà kbira, jirrappreżenta l-ammont strettament minimu; huwa tal-fehma li l-għamla tal-Kummissjoni għandha tkun tirrifletti aħjar id-diversità tal-popolazzjoni Ewropea, inkluż l-aspett irġiel-nisa; jistieden lill-Istati Membri biex, matul il-ħatriet tagħhom li jmiss, jipproponu żewġ kandidati, wieħed ta' kull sess, sabiex tiġi faċilitata l-għamla ta' Kummissjoni iktar rappreżentattiva;
29. Jitlob lill-Istati Membri biex jeżaminaw bir-reqqa l-politiki migratorji tagħhom bil-għan li jibbenefikaw mill-aħjar li jista' mill-kompetenzi tal-migranti nisa bi kwalifiki għolja, u biex jiżguraw sigurtà soċjali lill-ħaddiema nisa fis-setturi domestiċi u f'setturi oħra fejn din hija nieqsa, sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tal-migranti nisa billi jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, b'mod partikolari għat-taħriġ professjonali u għat-tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż ospitanti;
30. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu l-prijorità u attenzjoni partikolari lill-iktar gruppi ta' nisa vulnerabbli: in-nisa b'diżabilità, in-nisa b'persuni dipendenti fuqhom, in-nisa anzjani, in-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi u l-immigranti nisa, kif ukoll in-nisa ħabsin, u biex iwaqqfu miżuri speċifiċi biex jiġu sodisfatti l-bżonnijiet tagħhom;
31. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw u jimplimentaw miżuri meħtieġa biex jgħinu lin-nisa b'diżabilità ħalli jimxu 'l quddiem fl-oqsma tal-ħajja soċjali, tal-ħajja professjonali, tal-ħajja kultutrali u tal-ħajja politika fejn dawn dejjem huma rappreżentati ftit wisq;
32. Jitlob lir-Repubblika Ċeka, lill-Ġermanja, lill-Estonja, lill-Irlanda, lill-Greċja, lill-Italja, lil-Litwanja, lill-Ungerija, lill-Pajjiżi l-Baxxi, lill-Finlandja u lill-Isvezja sabiex jirratifikaw minnufih il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin;
33. Ifakkar li l-vjolenza fuq in-nisa għadha tikkostitwixxi problema maġġuri, li għandha tiġi eliminata b'kull mezz possibbli fil-livell Komunitarju u nazzjonali, u jitlob mill-ġdid lill-Kummissjoni biex, fil-ħames snin li ġejjin, toħloq Sena Ewropea kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa; jifraħ lill-Presidenza Spanjola tal-Kunsill talli inkludiet il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fost il-prijoritajiet tagħha, u jistieden lill-Presidenzi sussegwenti biex jagħmlu l-istess;
34. Jappoġġa l-proposti tal-Presidenza Spanjola għat-tnedija ta' mandat Ewropew għall-protezzjoni tal-vittmi u għat-twaqqif ta' numru telefoniku għall-għajnuna tal-vittmi li jkun l-istess wieħed madwar l-Unjoni Ewropea;
35. Jinsisti dwar il-fatt li l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa hija importanti biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel; jistieden lill-Kummissjoni biex tibda bit-tħejjija ta' proposta għal direttiva globali dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kwalunkwe forma ta' vjolenza fuq in-nisa, partikolarment it-traffikar tan-nisa
36. Jinsisti dwar il-fatt li n-nisa għandu jkollhom kontroll fuq id-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, partikolarment permezz ta' aċċess faċli għall-kontraċezzjoni u għall-abort; jinsisti dwar il-fatt li n-nisa għandu jkollhom aċċess mingħajr ħlas għal konsulti dwar l-abort; jappoġġa għalhekk, hekk kif għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 msemmija hawn fuq, il-miżuri u l-azzjonijiet li jtejbu l-aċċess tan-nisa għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u li jżidu l-għarfien tan-nisa dwar drittijiethom u dwar is-servizzi disponibbli; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw miżuri u azzjonijiet għas-sensibilizzazzjoni tal-irġiel fir-rigward tar-responsabilitajiet tagħhom fi kwistjonijiet sesswali u riproduttivi;
37. Jinnota li l-proċess ta' ħolqien tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa għadu għaddej, u jistenna li l-Istitut ikun kompletament operattiv mill-aktar fis;
38. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tkompli bl-istrateġija ġdida tagħha "Lil hinn mill-PDG" u biex tinkludi f'ħidmitha strateġiji bl-għan li jitkejjel il-kontribut lill-PDG tal-Istati Membri mill-attivitajiet tan-nisa u tal-irġiel fil-qasam tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet;
39. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu, ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.
Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta' Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta' ETUC, ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4.
Miri ewlenin tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni CITES
332k
74k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għall-15-il Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċijiet ta' Fawna u Flora Slavaġ f'Periklu (CITES), li se ssir f'Doha (il-Qatar) bejn it-13 u l-25 ta' Marzu 2010
– wara li kkunsidra l-15-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (CoP 15) tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta' Speċijiet ta' Fawna u Flora Slavaġ f'Periklu (CITES) li se ssir bejn it-13 u l-25 ta' Marzu 2010 f'Doha, il-Qatar,
– wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tat-2 ta" Diċembru 2009 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-objettivi għall-Konferenza tal-Partijiet tas-CITES f'Doha, bejn it-13 u l-25 ta" Marzu 2010 (O-0145/2009 – B7-0003/2010, O-0146/2009 – B7-0004/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-CITES hi l-ikbar ftehim globali eżistenti ta' konservazzjoni tal-fawna u l-flora slavaġ, għall-prevenzjoni tal-isfruttar żejjed tagħhom minħabba l-kummerċ internazzjonali, b'175 parti, inklużi s-27 Stat Membru,
B. billi l-konsum mill-bniedem ta' riżorsi naturali, il-qerda tal-ambjenti naturali, it-tibdil fil-klima, l-isfruttament żejjed ta' speċijiet slavaġ u l-kummerċ illegali tal-fawna u l-flora slavaġ huma l-kawżi ewlenin tal-eżawriment tal-bijodiversità tad-dinja,
C. billi rapporti xjentifiċi jbassru li t-tibdil fil-klima se jiggrava t-telf tal-bijodiversità u s-sitwazzjoni ta' speċijiet fil-periklu,
D. billi s-CITES għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq ix-xjenza, u billi x-xogħol tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) u l-Analiżi tar-Reġistri Kummerċjali tal-Flora u l-Fawna fil-Kummerċ (TRAFFIC) għandhom rwol importanti biex jipprovdu l-partijiet tas-CITES b'valutazzjoni dettaljata tal-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES,
E. billi l-kuxjenza pubblika fil-pajjiżi konsumaturi kienet u għadha essenzjali għall-kontroll tal-kaċċa illegali u tal-kummerċ internazzjonali illegali ta' speċijiet ta' fawna u flora slavaġ f'periklu,
F. billi l-qtugħ illegali ta" siġar jista" jinkludi l-kummerċ tal-ispeċi tal-flora elenkati mis-CITES u l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq tal-Komunità l-injam u prodotti tal-injam għandha tiżgura li l-problema tal-qtugħ illegali ta" siġar tiġi indirizzata b'mod effikaċi,
G. billi l-kummerċ illegali jnaqqas serjament l-importanza tal-aġenda dinjija ta' sostenibilità ambjentali u tal-iżvilupp, kif ukoll tal-governanaza tajba u jiffaċilita t-tixrid ta' mard li jittieħed,
H. billi l-ispeċijiet tas-CITES huma elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES skont l-istatus ta' konservazzjoni tagħhom u għax huma effettwati jew jistgħu jiġu effettwati mill-kummerċ; billi l-Appendiċi I tas-CITES jinkludi speċijiet f'periklu ta' estinzjoni li l-kummerċ internazzjonali tagħhom huma projbit; billi l-Appendiċi II tas-CITES jinkludi speċijiet li l-kummerċ tagħhom irid jiġi kontrollat sabiex jiġi evitat użu inkompatibbli mas-sopravivenza tagħhom; billi l-Appendiċi III tas-CITES jinkludi fih speċijiet li huma protetti f'mill-inqas pajjiż wieħed, li jkun talab lil Partijiet oħra tas-CITES għal assistenza biex jikkontrollaw il-kummerċ,
I. billi l-Prinċipat ta' Monako ppreżenta proposta sabiex it-tonn tal-pinna blu tat-tramuntana jitniżżel fl-Appendiċi I tas-CITES biex tiġi stabbilita sospensjoni interim tal-kummerċ internazzjonali fl-ispeċi,
J. billi l-kumitat xjentifiku tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), fil-laqgħa tiegħu ta' bejn il-21 u t-23 ta' Ottubru 2009, ikkalkula li l-bijomassa ta' stokk ta' riprodutturi tat-tonn tal-pinna blu tat-tramuntana hija inqas minn 15% ta' dak li kienet meta beda s-sajd, u għaldaqstant dan jikkonferma li l-ispeċi tissodisfa l-kriterji sabiex tiġi elenkata fl-Appendiċi I tas-CITES,
K. billi l-pixxiplamtu (Lamna nasus) u l-mazzola tax-xewka (Squalus acanthias) huma vulnerabbli ħafna għal sfruttament żejjed minħabba s-sajd u jdumu ħafna biex jirkupraw minħabba l-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom (jikbru bil-mod, jimmaturaw tard, kapaċità riproduttiva baxxa, lonġevità u ż-żmien twil ta" ġenerazzjoni),
L. billi l-elenkar tal-Appendiċi II tas-CITES għal dawk l-ispeċijiet huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-kummerċ internazzjonali tal-ġejjieni jiġi fornut minn sajd immaniġġjat b'mod sostenibbli u rreġistrat b'mod preċiż li ma jagħmilx ħsara lill-istatus tal-popolazzjonijiet slavaġ li jisfrutta,
M. billi r-Riżoluzzjoni Conf. 9.24 tas-CITES tistipula li l-ispeċijiet jikkwalifikaw għall-elenkar fl-Appendiċi I tas-CITES jekk, inter alia, dawn "huma jew jistgħu jkunu affettwati mill-kummerċ" u jekk dawn juru "tnaqqis serju fid-daqs tal-popolazzjoni fl-ambjent naturali, li ġie dedott jew ipproġettat fuq il-bażi ta' tnaqqis fiż-żona tal-ħabitat jew ta' tnaqqis fil-kwalità tal-ħabitat",
N. billi l-orsijiet polari huma mhedda b'mod gravi bit-telf tal-ambjent naturali tagħhom minħabba t-tibdil fil-klima li qed iwassal biex jonqsu l-popolazzjonijiet fil-biċċa l-kbira tal-inħawi fejn joqogħdu, u billi qed jiġu effettwati b'mod negattiv minħabba l-kummerċ ta' partijiet minn ġisimhom, li żdied mis-snin disgħin 'l hawn,
O. billi l-Partijiet tas-CITES qablu waqt l-14-il laqgħa tagħhom (CoP 14) li m'għandux ikun hemm proposti ulterjuri għall-kummerċ fl-avorju għal perjodu ta" mill-inqas disa" snin,
P. billi s-sejħa inizjali, fid-diskussjonijiet fil-CoP 14, kienet għal perjodu ta' mistrieħ ta' 20 sena u billi minn dak iż-żmien "l hawn kien hemm qabdiet sinifikanti ta' avorju u rapporti ta' kaċċa illegali mifruxa u f'livelli li dejjem qed jiżdiedu,
Q. billi l-popolazzjonijiet tal-felini slavaġ fl-Asja jibqgħu mhedda mill-kaċċa illegali, id-distruzzjoni tal-ambjent naturali tagħhom u tnaqqis kbir fl-ammont tal-annimali li jieklu, u billi, minkejja talbiet ripetuti, kien hemm nuqqas ta' progress diżappuntanti f'diversi oqsma fir-rigward ta" azzjoni drastika biex jitwaqqaf it-tnaqqis fl-għadd ta' tigri u felini slavaġ oħra,
R. billi d-Deċiżjoni 14.69 tas-CITES, adottata fil-CoP 14, talbet lill-Partijiet li għandhom operazzjonijiet intensivi ta" trobbija biex jiżguraw li t-tgħammir u t-trobbija ta' felini slavaġ Asjatiċi fl-għeluq għandu jkun maħsub biss għall-konservazzjoni, u ddikjarat li t-tigri m'għandhomx jitrabbew għall-kummerċ tal-partijiet jew tad-derivattivi tagħhom,
S. billi r-Rakkomandazzjonijiet riċenti ta' Kathmandu enfasizzaw l-importanza li jiżdied l-involviment ta' korpi internazzjonali tal-infurzar tal-liġi, bħall-Interpol, l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (World Customs Organisation - WCO), l-Uffiċċju tan-NU dwar id-Drogi u l-Kriminalità (UNODC) u s-CITES, fil-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-fawna u l-flora slavaġ, u talab li l-unitajiet tar-reati ambjentali ta' dawn il-korpi jiġu msaħħa għal dan l-iskop,
T. billi d-Deċiżjonijiet 14.35 u 14.36 tas-CITES ġew adottati mill-CoP 14 (li saret f'The Hague fl-2007), u billi l-fatt li l-anonimità u l-firxa globali tal-Internet jistgħu jnaqqsu b'mod drastiku l-kapaċità tal-Partijiet tas-CITES li jiġġieldu l-kummerċ illegali tal-fawna u l-flora slavaġ; billi ż-żieda rapida fil-kummerċ elettroniku ta" eżemplari ta" speċi elenkati fis-CITES hija ta" theddida serja għas-sopravivenza ta" ħafna speċi; billi n-natura globali tal-Internet tagħmilha diffiċli għall-Partijiet tas-CITES biex jinfurzaw il-liġi nazzjonali u internazzjonali fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom; u billi l-kummerċ elettroniku fil-fawna u flora slavaġ u fil-prodotti tagħhom irid dejjem jitqies bħala kummerċ internazzjonali potenzjali,
1. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-prinċipju ta' prekawzjoni bħala l-prinċipju ewlieni fid-deċiżjonijiet tagħhom kollha dwar dokumenti ta' ħidma u proposti ta' elenkar u jqisu wkoll il-prinċipju ta' min juża jħallas, l-approċċ tal-ekosistemi u l-prinċipji ta' konservazzjoni tradizzjonali;
2. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni mmirata lejn it-tisħiħ tal-koordinazzjoni bejn is-CITES u konvenzjonijiet oħra relatati mal-bijodiversità ma ddgħajjifx in-natura tas-CITES bħala ftehim ta' konservazzjoni globali jew il-miżuri stretti ta' konservazzjoni tas-CITES;
3. Jopponi bis-sħiħ l-użu tal-vot sigriet u huwa ddiżappuntat li l-Kumitat Permanenti tas-CITES ma ppreżentax proposti biex tiġi eskluża l-possibilità tal-votazzjoni sigrieta fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tas-CITES;
Tonn tal-pinna blu
4. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istat Membri biex jappoġġjaw l-elenkar tat-tonn tal-pinna blu (Thunnus thynnus) fl-Appendiċi I tas-CITES, jekk jiġu sodisfatti t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:
–
garanzija li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċijiet ta" fawna u flora slavaġ permezz tal-kontroll tal-kummerċ tagħhom se jkun emendat sabiex tiġi introdotta deroga ġenerali għall-kummerċ intern, li tippermetti li s-sajd tradizzjonali mal-kosta jkompli jsir;
–
l-għoti ta' għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għall-baħħara u s-sidien tal-bastimenti milquta minn din id-deċiżjoni;
–
kontrolli aktar stretti u ta' sanzjonijiet aktar ibsin biex jiġi kkumbattut ikontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU);
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti kumpens finanzjarju lis-settur tas-sajd li jista" jintlaqat mill-inklużjoni potenzjali tat-tonn tal-pinna blu fl-Appendiċi I tas-CITES, sabiex titħares is-sostenibilità ekonomika tas-settur;
Klieb il-Baħar
6. Jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-proposta mressqa mill-Isvezja f'isem l-Istati Membri għall-elenkar ta' żewġ speċijiet ta' kelb il-baħar: il-pixxiplamtu (Lamna nasus) u l-mazzola tax-xewka (Squalus acanthias) fl-Appendiċi II tas-CITES; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw din il-proposta;
7. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-elenkar tal-ħames speċijiet ta' kelb il-baħar, jiġifieri: il-kurazza rara (Sphyrna lewini), il-kurazza l-kbira (Sphyrna mokarran), il-kurazza komuni (Sphyrna zygaena,) il-kelb il-baħar il-griż (Carcharhinus plumbeus) u l-kelb il-baħar l-iskur (Carcharhinus obscurus) fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Istati Uniti tal-Amerika;
8. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-elenkar tal-kelb il-baħar ta' denbu bit-tebgħa (Carcharhinus longimanus) fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Istati Uniti tal-Amerika;
Orsijiet Polari
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw it-trasferiment tal-Ors Polari (Ursus maritimus) mill-Appendiċi II tas-CITES għall-Appendiċi I tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Istati Uniti tal-Amerika.
Iljunfanti u Avorju
10. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrifjutaw:
–
il-proposta tat-Tanzanija u taż-Żambja li l-iljunfant Afrikan (Loxondonta africana) jitniżżel mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II tas-CITES bl-għan ta' kummerċ;
–
il-proposti kollha biex jitbaxxa l-livell tal-elenkar għall-iljunfanti Afrikani mill-inqas sakemm tkun tista' ssir evalwazzjoni vera tal-bejgħ ta" darba ta" Novembru 2008 mill-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe, billi hemm evidenza dejjem tiżdied ta" kummerċ illegali u organizzat fl-Afrika kollha;
11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-proposta tal-Kenja, il-Gana, il-Liberja, il-Mali, is-Sjerra Leone, it-Togo, il-Kongo u r-Rwanda biex jinkludu annotazzjoni għall-iljunfanti Afrikani li twaqqaf kwalunkwe proposta ġejjiena ta' kummerċ fl-avorju jew li l-popolazzjonijiet tal-iljunfanti jitniżżlu fil-listi tas-CITES mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II, sa 20 sena wara d-data tal-bejgħ ta' darba tal-avorju li sar f'Novembru 2008;
12. Iħeġġeġ lill-Partijiet tas-CITES li bbenefikaw mill-bejgħ ta' darba ta' ħażniet tal-avorju li kellu l-gvern biex jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-Fond għall-Iljunfanti Afrikani biex jittejbu l-inizjattivi ta' infurzar u kontra l-kaċċa illegali;
13. Iħeġġeġ konsultazzjoni usa' u aktar inklużiva mal-istati kollha li għandhom ranges tal-iljunfanti biex jikkunsdiraw azzjoni li permezz tagħha jitbaxxa l-livell tal-elenkar tal-iljunfanti Afrikani u l-bejgħ ta' darba sussegwenti;
14. Iħeġġeġ l-iżvilupp ta' metodi aktar sodi għall-monitoraġġ tal-kummerċ illegali fl-avorju, li jkun jinvolvi firxa wiesgħa ta' atturi;
Tigri u felini Asjatiċi
15. Jilqa" l-proposta tal-UE għat-tisħiħ tar-Riżoluzzjoni Conf. 12.5 tas-CITES dwar il-konservazzjoni tat-tigri u l-kummerċ tagħhom u ta' speċijiet ta" felini kbar oħra fl-Appendiċi I;
16. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw l-isforzi sabiex jiġi indirizzat il-kummerċ illegali fil-partijiet u d-derivattivi ta" felini kbar tal-Asja, b'enfasi li jgħinu biex itejbu l-iskambju tal-infurzar u tal-informazzjoni, b'mod partikulari billi jtejbu l-ħiliet tal-Interpol, il-UNODC, id-WCO u s-CITES li jittrattaw il-kriminalità marbuta mal-flora u l-fawna slavaġ u li jipprovdu taħriġ;
17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġaw sforzi biex tonqos id-domanda għal partijiet u derivattivi ta' felini kbar tal-Asja fost il-popolazzjoni lokali u f'pajjiżi oħra;
Speċijiet oħra
18. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-proposti li ġejjin:
–
l-elenkar ta' Corallium spp. u Paracorallium spp. fl-Appendiċi II tas-CITES, imressqa mill-Isvezja f'isem l-Istati Membri;
–
l-elenkar ta' Bulnesia sarmientoi fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Arġentina;
–
it-trasferiment ta' Uromastyx ornata minn Appendiċi II għal Appendiċi I tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Iżrael;
–
l-elenkar tal-gremxula tal-ilma bit-tikek ta" Kaiser (Neurergus kaiseri) fl-Appendiċi I tas-CITES, skont il-proposta tal-Iran;
–
l-elenkar tal-ispeċijiet ta" igwana Ctenosaura bakeri, C. oedirhina u C. melanosterna fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Ħonduras;
–
l-elenkar taż-żrinġijiet Agalychnis spp. fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Ħonduras u tal-Messiku;
–
l-elenkar tal-igwana tal-Gwatemala Ctenosaura palearis fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Gwatemala;
–
l-elenkar ta" pau rosa (Aniba rosaedora) fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Brażil;
–
l-elenkar ta" Dynastes satanas fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Madagaskar;
–
l-elenkar ta" Beccariophoenix madagascariensis fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Madagaskar;
–
l-elenkar ta" Dypsis decaryi fl-Appendiċi II tas-CITES, bi qbil mal-proposta tal-Madagaskar;
19. Jilqa" b'sodisfazzjon u jappoġġa l-proposti ta" elenkar tal-pjanti u tal-ispeċijiet ta" żerriegħa tal-pjanti kif imressqa mill-Madagaskar;
20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jopponu l-proposti li ġejjin:
–
it-tħassir tal-linċi żgħir (Lynx rufus) mill-Appendiċi II tas-CITES;
–
it-trasferiment tal-kukkudrill ta" Morelet (Crocodylus moreletti) mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II tas-CITES (proposta mill-Beliże u l-Messiku);
–
it-trasferiment tal-popolazzjoni Eġizzjana tal-kukkudrill tan-Nil (Crocodylus niloticus) mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II tas-CITES (proposta mill-Eġittu);
21. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiċħdu l-proposta tal-Istati Uniti u tal-Messiku biex it-tengħuda tal-irdumijiet (Euphorbia misera) titneħħa mill-Appendiċi II tas-CITES;
22. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-kooperazzjoni internazzjonali fl-implimentazzjoni tas-CITES;
23. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-inklużjoni ta" lingwaġġ addizzjonali aktar qawwi, propost mill-Ġermanja, f'Dok. 32 tal-CoP 15 (Il-Kummerċ Elettroniku ta" Eżemplari ta" Speċi Elenkati fis-CITES) u biex jappoġġjaw il-proposta riveduta;
24. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-proposti tas-Segretarjat għal parteċipazzjoni fl-iżvilupp ta" objettivi ta" bijodiversità wara l-2010, is-Sħubija ta" Indikaturi ta" Bijodiversità (BIP) tal-2010 u l-Pjattaforma Intergovernattiva dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES), inkluż b'relazzjoni mat-tibdil fil-klima (CoP 15 Dok. 10.1);
25. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-proposta Dok. 10.4 tal-CoP 15 tal-President tal-Kumitat dwar il-Pjanti għal kollaborazzjoni ulterjuri mal-Istrateġija Globali għall-Konservazzjoni tal-Pjanti tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD);
26. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw azzjoni ulterjuri biex jiġi eliminat il-kummerċ illeċitu tal-antilopi Tibetani bi qbil mal-proposta tas-Segretarjat Dok. 46 tal-CoP 15;
27. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-proposta tas-Segretarjat Dok. 47 tal-CoP 15, bl-intenzjoni li l-istati fejn jinsabu l-antilopi saiga (Saiga tatarica tatarica) jikkonformaw, biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni kif suppost tal-Pjan ta" Azzjoni dwar is-Saiga u l-konformità mad-deċiżjonijiet relevanti. Qed jiġi propost ukoll li l-Partijiet tas-CITES jinkuraġġixxu lill-industriji li jikkunsmaw il-qarn tas-saiga biex jikkontribwixxu għal attivitajiet ta" konservazzjoni fuq il-post immirati biex jiġu riġenerati l-popolazzjonijiet tal-annimali slavaġ;
28. Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw azzjoni ulterjuri biex jiġi miġġieled il-kummerċ illegali tax-xadini kbar bla denb, bi qbil mal-proposti tas-Segretarjat kif stipulati fid-Dok. 42 tal-CoP 15;
29. Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw l-isforzi fi ħdan is-CITES biex jiġi indirizzat is-sajd illegali, mhux regolat u mhux irrappurtat ta" Cheilinus undulates;
30. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Unjoni Ewropea hija wieħed mill-ikbar swieq għall-kummerċ illegali tal-fawna u l-flora slavaġ u li l-konformità tvarja bejn l-Istati Membri, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-koordinazzjoni tal-isforzi tagħhom biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kummerċ ta' fawna u flora slavaġ;
o o o
31. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-firmatarji tas-CITES u lis-Segretarjat tas-CITES.
Ir-rapport ta" progress tal-2009 dwar il-Kroazja
317k
81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar ir-rapport ta" progress tal-2009 dwar il-Kroazja
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Ottubru 2005 sabiex jinfetħu n-negozjati għall-adeżjoni mal-Kroazja,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2009 dwar ir-rapport ta' progress tal-Kroazja għall-2008(1),
– wara li kkunsidra r-rapport ta" Progress tal-Kroazja għall-2009, ippubblikat mill-Kummissjoni fl-14 ta" Ottubru 2009 (SEC(2009)1333),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-10 Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Kroazja, adottati fis-26 ta' Novembru 2009 fi Strażburgu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Parlament Ewropew li għadu kemm ġie elett huwa impenjat biex jippromwovi l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea,
B. billi s-suċċess tal-adeżjoni tal-Kroazja jagħti spinta pożittiva lill-proċess tal-integrazzjoni Ewropea fil-bqija tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent u billi, għaldaqstant, il-prospettiva ta' adeżjoni mal-UE tirrappreżenta inċentiv b'saħħtu għar-riformi politiċi u ekonomiċi u għat-tisħiħ tal-paċi u tal-istabilità;
C. billi l-Kroazja kompliet tagħmel progress fi kważi kull qasam minkejja d-disa' xhur ta" staġnar fin-negozjati għall-adeżjoni u fid-dawl tal-kriżi ekonomika dinjija,
D. billi n-negozjati għall-adeżjoni ħadu iktar żmien minn kif kien ippjanat minħabba t-tilwima dwar il-fruntieri mas-Slovenja u ma setax jiġi rispettat il-pjan ta" direzzjoni indikattiv tal-Kummissjoni għall-konklużjoni tan-negozjati ta' natura teknika sa tmiem l-2009,
E. billi l-ftehim milħuq fil-11 ta' Settembru 2009 bejn il-Prim Ministri tas-Slovenja u tal-Kroazja dwar il-modalitajiet biex tissolva t-tilwima tal-fruntieri ta' bejniethom ta spinta biex jinfetħu l-kapitoli li kien baqa' u biex in-negozjati għall-adeżjoni jitkomplew b'ritmu mgħaġġel,
F. billi l-ftehim ta' arbitraġġ bejn is-Slovenja u l-Kroazja, iffirmat fil-preżenza tal-Presidenza tal-UE fl-4 ta' Novembru 2009, ħejja s-sisien għas-soluzzjoni totali tat-tilwima tal-fruntieri ta' bejniethom fi klima ta' fiduċja reċiproka ladarba titlesta l-proċedura ta' ratifikazzjoni ,
G. billi n-negozjati mal-Kroazja jistgħu jiġu konklużi fl-2010 sakemm il-Kroazja tiżgura l-impenn tagħha rigward l-isforzi biex, fost affarijiet oħra, issaħħaħ l-amministrazzjoni pubblika, tkompli r-riforma ġudizzjarja b'aktar riżolutezza, tiġġieled vigorożament il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, tiżgura s-sostenibilità tar-ritorn tar-rifuġjati u tikkoopera bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) biex tippermettilha li jkollha aċċess għad-dokumenti rikjesti għall-użu fil-proċessi għal delitti tal-gwerra,
H. billi fis-7 ta' Lulju 2009 nħatar Prim Ministru ġdid li huwa determinat li jżomm l-impenn tal-Kroazja fir-rigward tal-adeżjoni mal-UE u l-programm ta' riformi tagħha inkluża r-riforma ekonomika u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni; billi l-Viċi Prim Ministru inkarigat mill-politika ekonomika rriżenja; billi, barra dan, l-immunità tal-ex Ministru tad-Difiża tneħħiet bħala sinjal tal-impenn politiku tal-gvern biex jittratta kull akkuża ta' korruzzjoni b'mod trasparenti,
Osservazzjonijiet ġenerali
1. Ifaħħar lill-Kroazja għall-progress kontinwu tagħha biex tissodisfa l-kriterji li jirregolaw l-adeżjoni mal-Unjoni kif ukoll l-obbligi ta' sħubija; jinnota l-isforzi kkoordinati li għamlet il-Kroazja fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa, it-traspożizzjoni tal-acquis u t-twettiq tar-riformi;
2. Jilqa" l-fatt li reġgħu bdew in-negozjati bejn l-UE u l-Kroazja fit-2 ta' Ottubru 2009, wara iżjed minn disa' xhur ta' waqfien; iqis li n-negozjati jridu jipproċedu bla problemi bil-għan li jintemmu sa nofs l-2010, sakemm il-Kroazja tissodisfa l-parametri kollha li qed jinfetħu u jingħalqu;
3. Jinsab fiduċjuż li l-Kroazja se tilqa' u tegħleb l-isfidi konsiderevoli li fadal għal dak li għandu x'jaqsam mal-parametri stabbiliti fil-kapitoli tan-negozjati; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-pajjiż qed ikompli l-isforzi tiegħu għar-riformi, partikolarment ir-riforma ġudizzjarja u fl-amministrazzjoni pubblika, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi inkluż ir-ritorn tar-rifuġjati, it-tkomplija tal-proċessi għal delitti tal-gwerra u l-aċċess għat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja għal dokumenti; iqis li l-Kroazja għandha wkoll tagħmel aktar sforzi sostanzjali għat-tlestija tar-ristrutturar tat-tarzni;
4. Jinsab imħasseb li, minkejja l-appoġġ estiż għall-adeżjoni mal-UE li jeżisti fost il-partiti politiċi, l-appoġġ pubbliku għall-adeżjoni mal-UE qiegħed jonqos; jinnota li l-istħarriġiet jissuġġerixxu li l-opinjoni pubblika Kroata turi inqas entużjażmu dwar l-UE billi jindikaw li terz biss tal-popolazzjoni tqis l-adeżjoni mal-UE bħala ħaġa ta" benefiċċju; iħeġġeġ lill-awtoritajiet u s-soċjetà ċivili Kroati biex jagħtu bidu għal aktar diskussjonijiet pubbliċi dwar l-adeżjoni mal-UE u l-konsegwenzi li joħorġu minnha; jistieden lill-Gvern u s-soċjetà ċivili biex jingħaqdu ħalli jtejbu r-riformi soċjali u jimplimentaw iżjed malajr ir-riformi fl-oqsma tal-ġudikatura, tal-amministrazzjoni pubblika, tal-ambjent u tal-politika ekonomika;
5. Jieħu nota tal-ħidma tal-President li se jispiċċa mill-kariga, Stjepan Mesić, u tal-elezzjoni tal-President il-ġdid, Ivo Josipović
Kriterji politiċi
6. Jilqa' l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-programm ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika għall-perjodu 2008-2011 u fit-tkomplija tal-isforzi b'impenn ċar min-naħa tal-gvern;
7. Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Kroazja f'operazzjonijiet u missjonijiet tal-Politika Ewropea tas-Sigurtà u tad-Difiża (ESDP) kif ukoll l-allinjament tagħha mad-dikjarazzjonijiet, il-pożizzjonijiet komuni u l-istqarrijiet tal-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u tas-Sigurtà (CFSP) kull meta tkun mistiedna biex tingħaqad magħhom;
8. Jenfasizza, madankollu, li għad fadal punti dgħajfa ħafna fil-proċeduri amministrattivi kif ukoll fil-kapaċitajiet ta' ġestjoni u amministrattivi tal-istituzzjonijiet rilevanti; iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni politika ġenerali lit-tisħiħ tas-servizz pubbliku; jinnota li l-proċess ta' depolitiċizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika għadu f'fażi bikrija u li l-qafas ġuridiku biex jiġi stabbilit servizz pubbliku professjonali u effiċjenti għadu mhux kompletat; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tinħtieġ sistema salarjali ġdida u li hemm bżonn ta' iktar delega ta' responsabilitajiet ta' teħid tad-deċiżjonijiet mil-livell maniġerjali għal dak tal-impjegati ċivili;
9. Jinnota li, minkejja li teżisti r-rieda politika għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha u li l-qafas ġuridiku għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni huwa stabbilit, din tal-aħħar għadha mifruxa u l-kapaċitajiet amministrattivi tal-entitajiet statali, fosthom il-pulizija u l-awtoritajiet inkarigati mill-infurzar tal-liġijiet, għadhom mhux biżżejjed; iħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti biex jindirizzaw il-każijiet ta' korruzzjoni billi dawn jinvolvu kważi l-oqsma kollha tas-soċjetà, tal-ekonomija u tal-gvern, inkluża rabta bejn istituzzjonijiet li joperaw primarjament fl-oqsma tal-assistenza sanitarja, tas-sistema ġudizzjarja, tal-gvern lokali tal-ippjanar urban u s-settur tal-kostruzzjoni u tan-negozju; jinsab imħasseb partikolarment dwar il-każijiet ta' influwenza politika mhux xierqa fis-sistema ġudizzjarja; jinnota bi pjaċir li l-Prim Ministru u l-gvern saħħew l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'kumpaniji ta' proprjetà statali, iżda jqis li għandhom isiru iktar sforzi għall-promozzjoni ta' kultura ta' responsabilità politika fir-rigward tal-korruzzjoni tal-politiċi;
10. Jilqa' l-bidliet leġiżlattivi u istituzzjonali sinifikanti introdotti għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u jinsab sodisfatt bil-miżuri ġodda kontra l-mafja li jqawwu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà; jesprimi sodisfazzjon partikolari dwar il-kooperazzjoni tajba ħafna mal-awtoritajiet Bosnijaċi u Serbi inkarigati mill-infurzar tal-liġi;
11. Jinsab kuntent bil-miżuri leġiżlattivi u bl-azzjonijiet għall-bini tal-istituzzjonijiet meħuda fil-qasam kruċjali tar-riforma ġudizzjarja u jinnota b'sodisfazzjon it-titjib fl-effiċjenza u fit-trasparenza fi ħdan il-ġudikatura kif ukoll it-tnaqqis tal-għadd ta' kawżi pendenti;
12. Jiġbed, madankollu, l-attenzjoni lejn il-fatt li, minkejja l-progress li sar, huma meħtieġa aktar interventi inċiżivi biex tiġi riformata s-sistema ġudizzjarja li għadha tħabbat wiċċha, fost affarijiet oħra, ma' akkumulu mdaqqas ta' kawżi pendenti u tul ta' żmien eċċessiv ta' proċedimenti tal-qrati; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li għad fadal xogħol sinifikanti xi jsir f'dak li għandu x'jaqsam mat-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura, il-ħolqien ta' proċedura ta' selezzjoni iktar trasparenti għall-imħallfin u għall-prosekuturi u infurzar iktar effiċjenti tas-sentenzi tal-qrati; iqis li aktar sforzi huma meħtieġa biex jintlaqgħu dawn l-isfidi, bil-għan ukoll li jiġi evitat li tmajna l-fiduċja taċ-ċittadini fil-funzjonament tal-ġudikatura u tal-istat tad-dritt; jappoġġa l-inizjattivi leġiżlattivi tal-Ministeru tal-Ġustizzja mmirati lejn it-titjib tal-ħatra, is-selezzjoni u l-promozzjoni tal-imħallfin skont il-kwalifika u l-mertu;
13. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni li għamel il-Prosekutur tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-3 ta' Diċembru 2009 u jħeġġeġ lill-Kroazja biex tikkoopera bis-sħiħ ma" dan it-Tribunal; jenfasizza li, fid-dikjarazzjoni tiegħu, il-Prosekutur, filwaqt li rrikonoxxa li l-Kroazja kompliet twieġeb b'mod adegwat għall-maġġoranza tat-talbiet għal assistenza mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, tenna li preokkupazzjoni waħda baqgħet mhux solvuta, jiġifieri l-progress fit-tfittxija tad-dokumenti militari ewlenin neqsin relatati mal-Operazzjoni Storm fl-1995, li għandhom jintużaw fil-proċessi kontra xi ġenerali; jixtieq kull suċċess lit-Task Force bejn l-Aġenziji li għadu kif inħoloq, li hu magħmul minn rappreżentanti ta' istituzzjonijiet u aġenziji statali varji, fit-twettiq ta' dawn l-investigazzjonijiet; hu tal-fehma li, jekk meħtieġa, terza parti tista' tagħti iktar spinta lill-investigazzjonijiet; jistieden lill-Kunsill biex jiddeċiedi malajr kemm jista" jkun dwar il-ftuħ tal-Kapitolu 23 dar il-Ġudikatura u d-Drittijiet Fundamentali; iħeġġeġ lill-Kroazja biex issolvi l-kwistjoni tal-impunità ta' dawk li jkunu responsabbli għad-delitti tal-gwerra u biex isir progress ulterjuri fit-twaqqif tal-imparzjalità waqt il-proċessi fil-pajjiż għad-delitti tal-gwerra;
14. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kroazja qiegħda tkompli tagħmel progress f'dak li għandu x'jaqsam mal-prosekuzzjoni bbilanċjata u ekwa tad-delitti tal-gwerra u li matul is-sena saru bosta akkużi u proċessi ta' ċittadini Kroati akkużati li kkommettew delitti tal-gwerra; jilqa' l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw id-delitti tal-gwerra maħruġa mill-Prosekutur Statali Kap lill-uffiċċji kollha, maħsuba biex jiggarantixxu prassi uniformi indipendentement mill-oriġini nazzjonali tas-suspettat; jinnota, madankollu, li bosta imputati pproċessati matul is-sena għal delitti tal-gwerra ġew ipproċessati in absentia u għad hemm tħassib inkluż fir-rigward tat-tmexxija tal-proċedimenti fil-kawżi individwali; jisħaq fuq każ li fih kriminal tal-gwerra famuż li nstab ħati, li huwa wkoll membru tal-Parlament Kroat, irnexxielu jaħrab u jsib refuġju f'wieħed mill-pajjiżi ġirien;
15. Jinnota li r-radd lura ta' proprjetà maqbuda matul it-Tieni Gwerra Dinjija u taħt ir-reġim Komunista baqa" problema filwaqt li jirrikonoxxi li sar progress biex il-proprjetajiet privati okkupati jinraddu lura lis-sidien leġittimi tagħhom, partikolarment fir-rigward tal-art agrikola okkupata;
16. Jinsab sodisfatt bis-sitwazzjoni tal-libertà tal-istampa iżda jinnota wkoll li xi influwenza politika u kummerċjali għadha qed tiġi eżerċitata fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kroati biex jieħdu miżuri inċiżivi kontra t-theddid lill-ġurnalisti li jittrattaw każijiet ta' delitti tal-gwerra, korruzzjoni u kriminalità organizzata, billi kien hemm episodji ta' intimidazzjoni ta' ġurnalisti;
17. Jinsab kuntent li l-frekwenza u l-gravità tal-inċidenti vjolenti kontra s-Serbi etniċi naqsu, li tjiebu l-investigazzjonijiet tal-pulizija u li l-proċess ta" rikonċiljazzjoni bejn il-Kroati etniċi u s-Serbi etniċi qed ikollu suċċess; jilqa' l-fatt li l-modifiki proposti tal-Kostituzzjoni huma mistennija li jirrikonoxxu l-gruppi minoritarji kollha fil-Kroazja u li sar titjib f'dawk li huma d-drittijiet tal-minoranzi fil-qasam tal-edukazzjoni; jinnota b'sodisfazzjon il-progress li nkiseb fl-edukazzjoni inklussiva tar-Roma; jistieden, madankollu, lill-awtoritajiet Kroati biex ikomplu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra r-Roma u s-Serbi etniċi, primarjament fis-sistema ġudizzjarja, l-aċċess għall-impjiegi kif ukoll għad-djar; iħeġġeġ iktar lill-Kroazja biex tkompli taġixxi fi spirtu ta' tolleranza u biex tieħu miżuri xierqa biex tipproteġi lil dawk li aktarx għadhom suġġetti għal theddid jew għal atti ta' intimidazzjoni;
18. Iħeġġeġ lill-Kroazja biex tkompli l-isforzi tagħha biex tippromwovi d-diversità kulturali;
19. Jilqa' l-progress globali miksub fil-qasam tar-ritorn ta' rifuġjati u jisħaq fuq l-importanza estrema tar-ritorn u l-integrazzjoni mill-ġdid tar-refuġjati, inklużi r-rikostruzzjoni u r-ripussess tad-djar, l-implimentazzjoni impenjattiva tal-programmi tad-djar għal dawk li kellhom id-drittijiet tal-kerrej u l-passi li jridu jittieħdu biex tissolva l-kwistjoni tal-validazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni; jinnota l-fatt li l-implimentazzjoni tal-programm tad-djar tal-2009 tal-Kroazja għadu fi stadju bikri minħabba l-effetti tal-kriżi ekonomika globali u r-restrizzjonijiet tal-baġit, u li l-programm se jkollu bżonn ikompli fl-2010 u probabilment anki wara, u jeħtieġ impenn kontinwu min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti; jisħaq fuq l-importanza estrema li jinħolqu kundizzjonijiet għas-sostenibilità fl-oqsma tar-ritorn; jistieden lill-Gvern Kroat biex jallinja l-politiki tal-immigrazzjoni u tal-ażil tiegħu mal-istandards tal-UE;
20. Jitlob lill-Gvern biex jipprovdi taħriġ għall-ġudikatura dwar l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (GEL) u l-Liġi kontra d-Diskriminazzjoni; jinnota li s'issa, l-ebda waħda mid-deċiżjonijiet ġuridiċi ma kienet ibbażata fuq waħda minn dawn il-liġijiet; jilqa" l-ħatra ta" mara bħala prim ministru, u fl-istess ħin jitlob li jkun hemm promozzjoni iżjed attiva tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika, filwaqt li jinnota li l-proporzjon ta' nisa naqas fil-korpi kollha tal-gvern lokali fl-elezzjonijiet lokali ta' din is-sena (pereżempju, l-għadd ta' nisa "zupans" naqas minn tlieta għal waħda); jenfasizza l-bżonn li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu appoġġjati l-vittmi tal-vjolenza fil-familji; Jinnota l-progress li sar fil-Kroazja fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar ir-reati ta' mibegħda u jħeġġeġ lill-gvern biex jagħmel iktar sforzi biex jiżgura li jkun hemm qafas legali xieraq fis-seħħ, kif ukoll biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi fir-rigward tas-sessi, inkluża investigazzjoni dettaljata tar-reati ta' mibegħda u t-theddid;
21. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riżentiment għall-minoranza tal-LGBT fil-Kroazja, li dan l-aħħar deher b'mod ċar fl-attakki omofobiċi fuq il-parteċipanti tal-parata tal-'Gay Pride' f'Żagreb; iħeġġeġ l-awtoritajiet Kroati biex jikkundannaw u jipproċessaw il-mibegħda politika u l-vjolenza kontra kwalunkwe minoranza; jistieden lill-gvern Kroat biex jimplimenta u jinfurza l-Liġi kontra d-Diskriminazzjoni;
22. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fir-rigward tal-persuni b'diżabilità, partikolarment billi jimtlew il-lakuni eżistenti fil-leġiżlazzjoni, it-tfassil ta' politiki u tas-servizzi offruti lill-persuni b'diżabilità, speċjalment dawk li jbatu minn diżabilitajiet mentali;
Kriterji ekonomiċi
23. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kroazja qiegħda tirkupra bil-mod mill-kriżi ekonomika u li t-tbassir ekonomiku relatat magħha huwa relattivament pożittiv minkejja ż-żieda fil-qgħad; jinnota li nżammet l-istabilità makroekonomika, li llum qed jitbassar żbilanċ iżgħar fil-kont kurrenti, li naqsu l-iżbilanċi esterni u li s-settur bankarju baqa' sod; jinnota wkoll li l-prospettiva ta' adeżjoni mal-UE għenet lill-investituri jibqgħu fiduċjużi fl-ekonomija Kroata u, fil-perjodu turbolenti riċenti, serviet ta' appoġġ għall-politiki ekonomiċi;
24. Jistieden lill-Gvern, madankollu, biex jindirizza d-dgħufijiet strutturali eżistenti fl-ekonomija, li jeħtieġu riformi strutturali aktar profondi u rapidi bħala prekundizzjoni għal tkabbir ekonomiku sostenibbli; iħeġġeġ lill-Istat biex inaqqas l-irwol ridistributtiv qawwi tiegħu u jkompli jillimita l-intervent statali fl-ekonomija, biex jistimola l-impjiegi billi jagħti ħajja mill-ġdid lis-suq tax-xogħol pjuttost riġidu, biex jneħħi l-ostakli amministrattivi għall-impriżi u biex inaqqas s-sussidji għall-industriji li qed jirreġistraw telf;
Assunzjoni tal-obbligi ta' sħubija mal-UE
25. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kroazja tejbet il-kapaċità tagħha li tassumi l-obbligi ta' sħubija mal-UE, b'livell tajjeb ta' allinjament mal-acquis communautaire fil-maġġoranza tas-setturi; iħeġġeġ, madankollu, lill-awtoritajiet Kroati biex ikomplu jsaħħu l-istrutturi amministrattivi u l-kapaċitajiet istituzzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni korretta tal-acquis, sabiex il-pajjiż ikun jista' jieħu vantaġġ massimu mis-sħubija mal-UE wara l-adeżjoni;
26. Iħeġġeġ lill-Kroazja biex tkompli bil-privatizzazzjoni, biex tlesti l-programm tal-privatizzazzjoni tal-impriżi ż-żgħar, inkluż fis-settur tat-turiżmu, biex tipproċedi bir-ristrutturar fis-setturi sensittivi bħall-agrikoltura, u biex tippromwovi l-parteċipazzjoni tas-settur privat fl-infrastruttura fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;
27. Jinnota l-progress miksub, fost affarijiet oħra, fir-rigward tal-appalt tat-tarzni f'diffikultà filwaqt li jistieden lill-awtoritajiet Kroati biex jibqgħu jagħmlu l-isforzi meħtieġa sabiex ilestu r-ristrutturar tal-industrija tat-tarzni;
28. Jinsab sodisfatt li ġiet stabbilita l-istruttura istituzzjonali neċessarja fil-qasam tal-akkwist pubbliku biex b'hekk il-ġestjoni tal-politika tal-akkwist pubbliku ssir iktar koerenti u kkoordinata; iħeġġeġ, madankollu, lill-awtoritajiet Kroati biex ikomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tal-entitajiet li jappaltaw sabiex japplikaw il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku b'mod effiċjenti u trasparenti u biex jitnaqqas konsiderevolment ir-riskju tal-irregolaritajiet, fosthom il-frodi, peress l-proċeduri ta' akkwist pubbliku jibqgħu sors ta' korruzzjoni kbir; jistieden lill-awtoritajiet Kroati biex jieħdu passi biex itejbu l-iskrutinju tat-tħejjija u tal-eżekuzzjoni proprja tal-kuntratti;
29. Jinnota b'sodisfazzjon il-progress ġeneralment tajjeb miksub fil-qasam tal-kontroll finanzjarju, partikolarment fir-rigward tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-kontroll finanzjarju intern, filwaqt li jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jsir aktar progress fil-qasam tal-verifika esterna billi, fost affarijiet oħra, jissaħħaħ il-qafas ġuridiku meħtieġ għall-indipendenza tal-Uffiċċju Statali tal-Verifika; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li t-trasparenza tal-finanzi pubbliċi hija ta' importanza kruċjali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u għat-titjib tal-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi, peress li din tiffaċilita l-kontroll fuq l-awtoritajiet pubbliċi li, min-naħa tiegħu, għandu impatt pożittiv fuq ir-responsabilità tagħhom fil-konfront taċ-ċittadini;
30. Jilqa' l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-komponenti IPA (Strument ta' Assistenza għal qabel l-Adeżjoni) li jippreparaw lill-pajjiż biex jamministraw il-Fondi Strutturali; jistieden, madankollu, lill-awtoritajiet Kroati biex iżidu sostanzjalment il-kapaċitajiet amministrattivi fl-istrutturi tal-IPA eżistenti biex b'hekk jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji u operattivi tal-politika ta' koeżjoni tal-UE u jiggarantixxu l-kapaċità tagħha li tassorbi l-fondi, partikolarment permezz tal-programmazzjoni tal-Qafas Strateġiku Nazzjonali ta' Referenza u tal-Programmi Operattivi għall-Fondi Strutturali;
31. Jistieden lill-awtoritajiet Kroati biex jiżviluppaw proġetti ta' kooperazzjoni transkonfinali mfassla biex ikun hemm koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u biex jgħollu l-livell ta' għajxien tan-nies li jkunu qed jgħixu f'reġjuni mal-fruntieri;
32. Jinsab sodisfatt bil-kisbiet u l-progress li saru fil-qasam tal-ambjent, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tal-arja, mat-tibdil fil-klima, mal-kontroll tat-tniġġis industrijali u mal-ġestjoni tar-riskji; iħeġġeġ lill-Kroazja biex issaħħaħ il-kapaċitajiet amministrattivi tagħha fil-livell nazzjonali u lokali; jappella mhux biss għal traspożizzjoni formali iżda wkoll għall-applikazzjoni korretta tal-acquis tal-UE fir-rigward tal-ħarsien tan-natura u l-ġestjoni tal-ilma;
33. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jiġi promoss investiment fl-infrastruttura tal-enerġija sabiex jitjiebu s-sigurtà u d-diversità tal-provvista u tal-effiċjenza enerġetiċi; jisħaq fuq il-potenzjal kbir tal-pajjiż fir-rigward tas-sorsi li jiġġeddu u, b'mod partikolari, l-enerġija solari, u f'dan ir-rigward jitlob lill-awtoritajiet Kroati biex idaħħlu leġiżlazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tas-suq għall-enerġija li tiġġedded;
Kooperazzjoni reġjonali
34. Iħeġġeġ lill-Kroazja biex tkompli l-isforzi biex tikseb u żżomm relazzjonijiet tajba mal-ġirien, biex tibqa' promotur importanti u proattiv tal-kooperazzjoni reġjonali fil-livelli kollha u tiex ikollha rwol pożittiv fir-reġjun; iħeġġeġ, madankollu, lill-Gvern Kroat u lill-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien biex jintensifikaw id-djalogu bejniethom bil-għan li jsibu soluzzjonijiet definittivi għal għadd ta' kwistjonijiet bilaterali pendenti, partikolarment fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-fruntieri, tal-persuni nieqsa, tar-radd lura ta' proprjetà u tar-rifuġjati kif ukoll tal-estradizzjoni ta' ċittadini f'każijiet ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità;
35. Jiftakar fil-ftehim ta' arbitraġġ milħuq bejn il-Prim Ministri tas-Slovenja u tal-Kroazja bil-għan li tissolva t-tilwima tal-fruntieri ta' bejniethom; jilqa' r-ratifika tal-ftehim min-naħa tal-Parlament Kroat u jittama li l-Parlament Sloven jagħmel l-istess fil-futur kemm jista' jkun qarib; jitlob, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi lista ta' membri tat-tribunal ta' arbitraġġ, magħmul esklussivament minn professjonisti bi kwalifiki għolja li ġejjin mill-kamp ġuridiku u, sa kemm ikun possibbli, b'esperjenza fl-arbitraġġ;
36. Jitlob lill-gvern Kroat u lill-forzi politiċi Kroati kollha biex jaġixxu b'mod kostruttiv sabiex isaħħu s-sovranità Bosnjakka u biex jiffaċilitaw il-proċess ta' riforma kostituzzjonali li għaddej;
37. Jistieden lill-gvern Kroat biex jerġa' jikkunsidra l-politika tiegħu dwar iċ-ċittadinanza doppja, speċjalment fir-rigward taċ-ċittadini Kroati b'residenza permanenti fil-Bosnja-Ħerzegovina; jistieden lill-Gvern Kroat biex isib soluzzjoni ġusta u sostenibbli għal dawn iċ-ċittadini;
38. Jenfasizza l-ħtieġa, konformement ma' prijorità ewlenija tas-Sħubija għall-Adeżjoni, li jiżdiedu l-isforzi biex jissolvew il-kwistjonijiet pendenti kollha li jirrigwardaw il-fruntieri tal-Kroazja mal-pajjiżi ġirien; jilqa", f'dan ir-rigward, il-progress li sar fin-negozjati mal-Montenegro u jħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Kroazja, tas-Serbja u tal-Bosnja-Ħerzegovina biex ikomplu t-taħdidiet bilaterali tagħhom dwar id-delimitazzjoni tal-fruntieri;
o o o
39. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Parlament tal-Kroazja.
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza li ħarġu mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, fejn saret il-wegħda lill-istati kollha tal-Balkani tal-punent li dawn jissieħbu mal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2005 biex jagħti lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja l-istatus ta' pajjiż kandidat għas-sħubija fl-UE u l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsilli Ewropej tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2006 u tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interim tal-1995 bejn ir-Repubblika tal-Greċja u l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja;
– wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress tal-2009 tal-Kummissjoni dwar l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru bl-isem 'Strateġija tat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2009-2010'(1),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-sitt laqgħa tal-Kunsill dwar l-Istabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tas-27 ta' Lulju 2009,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Parlamentari Konġunt tal-UE u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tal-31 ta' Marzu 2009,
– wara li kkunsidra l-ftehim dwar l-ammissjoni mill-ġdid tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tat-18 ta' Settembru 2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta' Novembru 2009(2), adottat fl-1 ta' Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta" Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn din il-ħtieġa,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/212/KE tat-18 ta' Frar 2008(3) dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija ta' Adeżjoni mal-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsilli tal-Affarijiet Ġenerali u l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-proċess tat-tkabbir huwa ta' benefiċċju kemm għall-pajjiżi li jkunu fi triqithom lejn l-adeżjoni kif ukoll għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi,
B. billi l-proċess ta' integrazzjoni fl-UE jkompli jkollu influwenza pożittiva fuq ir-riformi fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, u jgħin biex dan jilħaq aktar stabbiltà, sliem u prosperità,
C. billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi kwalunkwe pajjiż li jixtieq jissieħeb fl-UE hija prijorità importanti fuq l-aġenda tal-adeżjoni mal-UE,
D. billi l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja qed tkompli fil-proċess ta' riforma u se taderixxi mal-Unjoni Ewropea hekk kif il-pajjiż ikun issodisfa l-kriterji kollha ta' Kopenħagen.
1. Jifraħ lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-progress li wettqet mill-aħħar rapport ta' progress; jinnota b'sodisfazzjon li, fuq il-bażi ta' dan il-progress, il-Kummissjoni rrakkomandat li jinbdew in-negozjati tal-adeżjoni; jistieden lill-Kunsill biex mingħajr aktar dewmien jikkonferma r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fis-samit ta' Marzu 2010, konformement mal-konklużjonijiet tal-Kunsilli "Affarijiet Ġenerali" u "Affarijiet Barranin" tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2009; jistenna li n-negozjati jibdew fil-futur qarib;
2. Jenfasizza li l-prospett ċar, tanġibbli u f'waqtu ta' sħubija fl-UE għadu l-forza mexxejja ewlenija għall-proċess ta' riforma fil-pajjiżi tar-reġjun u tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja b'mod partikulari; ifakkar, barra minn hekk, li l-progress bla xkiel lejn is-sħubija fl-UE hu importanti ħafna għall-iżgurar tal-istabilità politika, li hija għan komuni li jaqsmu bejniethom l-atturi politiċi u l-gruppi etniċi fil-pajjiż;
Żviluppi politiċi
3. Jilqa' b'sodisfazzjon il-kunsens wiesa' bejn il-partiti tal-gvern u l-oppożizzjoni dwar il-vokazzjoni Ewropea tal-pajjiż; jinnota b'sodisfazzjon li dan il-kunsens u d-djalogu politiku mtejjeb wasslu għal aċċellerazzjoni fl-adozzjoni ta' liġijiet dwar l-integrazzjoni mal-UE; madankollu, jisħaq dwar l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva ta' tali liġijiet; jilqa' l-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-popolazzjoni tappoġġja l-proċess ta' adeżjoni mal-UE u għaldaqstant hija impenjata li tappoġġja r-riformi meħtieġa;
4. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress tajjeb li għamel il-pajjiż fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u b'mod partikulari l-adozzjoni tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi; jinnota, madankollu, li għadha prevalenti l-korruzzjoni, problema komuni fil-pajjiżi tar-reġjun, u li jeħtieġ li jsiru aktar sforzi enerġiċi biex tinqered;
5. Ifakkar li parlamenti effiċjenti, li jaqdu r-rwol tagħhom ta' leġiżlaturi u jeżerċitaw poteri ta' sorveljanza fuq l-attivitajiet tal-gvernijiet, huma pedament tad-demokrazija; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-liġi dwar il-parlament tal-pajjiż, li ttejjeb konsiderevolment il-funzjonament tiegħu; jinnota li hemm il-ħtieġa biex il-funzjonament tal-parlament ikompli jittejjeb u jissaħħaħ ir-rwol tal-oppożizzjoni, billi r-regoli ta' proċedura tal-parlament jiġu emendati skont l-aqwa prattiki Ewropej; jiddeplora d-deċiżjoni riċenti ta' partit politiku li jirtira mill-attività parlamentari u jħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha biex ifittxu soluzzjoni aċċettata b'mod ġenerali li tkun twassal għan- normalizzazzjoni tal-ħidma parlamentari;
6. Jifraħ lill-awtoritajiet għal kif tmexxew l-elezzjonijiet presidenzjali u lokali, li kienu jikkostitwixxu progress tajjeb meta mqabbla mal-elezzjonijiet parlamentari li saru fl-2008; jinnota b'sodisfazzjon li l-elezzjonijiet laħqu l-parti l-kbira tal-istandards internazzjonali, u jistieden lill-gvern biex ikompli bl-implimentazzjoni tiegħu tal-bqija tar-rakkomandazzjonijiet tal-OSCE/ODIHR, b'mod partikulari permezz tal-aġġornament tal-lista tal-votanti, billi jiġi żgurat li l-partijiet politiċi u l-kandidati għandhom aċċess ugwali għall-mezzi tax-xandir u billi d-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament tal-kampanja jiġu implimentati bis-sħiħ; jenfasizza għadd ta' każijiet rappurtati fejn votanti, b'mod partikolari membri taċ-ċivil, ġarrbu pressjoni u intimidazzjoni, każijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li ttieħdu passi bil-ġustizzja kontra xi wħud minn dawk li wettqu l-irregolaritajiet, u jistenna li l-irregolaritajiet li fadal jiġu investigati u li min wettaqhom jittella' quddiem il-qrati;
7. Jisħaq fuq l-importanza massima għal titjib fir-relazzjonijiet interetniċi, inkluża l-garanzija tad-drittijiet tal-bniedem minn kull bażi etnika, billi jkompli jiġi implimentat il-Qafas tal-Ftehim ta' Ohrid, li huwa l-ġebla tax-xewka tar-relazzjonijiet interetniċi fil-pajjiż; jistieden lill-komunitajiet kollha u l-mexxejja tagħhom biex jirrispettaw is-sensibilitajiet tal-gruppi l-oħra, u b'mod partikulari biex joqogħdu lura milli jużaw lingwaġġ xewwiexi u simboliżmu provokanti li jnawwar ir-rwol ta' gruppi etniċi oħra; barra minn hekk, jisħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni fil-proċess ta' integrazzjoni, u f'dan ir-rigward jistieden lill-awtoritajiet biex gradwalment iwarrbu l-prattika ta' xiftijiet etnikament separati fl-iskejjel;
8. Jiġbed l-attenzjoni b'mod partikulari għall-proċess dejjem għaddej ta' deċentralizzazzjoni, li huwa pass importanti biex il-pajjiż jiffunzjona aħjar, u għat-titjib tar-relazzjonijiet interetniċi; jenfasizza li, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess ta' dan il-proċess, il-muniċipalitajiet jeħtieġ li jingħatawlhom biżżejjed fondi biex jaqdu l-kompiti l-ġodda u li għandhom jiġu mtejba l-kapaċitajiet tagħhom biex twettaq il-kompetenzi mogħtija;
9. Jisħaq fuq il-fatt li l-aċċess taċ-ċittadini għall-ġustizzja huwa element vitali fl-istat ta' dritt; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, il-progress li sar fil-qasam tal-ġudikatura u l-impenn tal-gvern li jissokta bir-riformi, kif juri, fost l-oħrajn, permezz tal-finanzjament miżjud tal-qrati u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku; jenfasizza l-importanza tal-liġijiet li jimplimentaw u jistieden lill-awtoritajiet biex ikomplu jsaħħu l-indipendenza tal-ġudikanti u biex jiżguraw l-imparzjalità tagħhom; jinnota li naqas l-għadd ta' kawżi pendenti u jħeġġeġ lill-awtoritajiet biex ikomplu jtejbu l-effiċjenza tas-sistema, filwaqt li jkompli jissaħħaħ ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-investigazzjoni u l-proċeduri legali; jistieden, barra minn hekk, biex bla dewmien tiġi adottata l-liġi dwar l-assistenza legali;
10. Jinnota l-progress li sar fir-riforma tal-funzjonament tal-amministrazzjoni pubblika b'mod ġenerali, u l-adozzjoni tal-liġi dwar il-membri taċ-ċivil b'mod partikulari; jistieden lill-awtoritajiet biex jiżguraw il-konformità mal-liġi billi jtemmu l-prattiki ta' promozzjonijiet illegali u l-għoti ta' impjiegi temporanji lil hinn mill-ambitu tal-liġi;
11. Jilqa' l-progress miksub fir-riforma tal-pulizija u l-ħolqien tas-sistema l-ġdida għall-avvanz fil-karriera, li tikkontribwixxi għall-proċess tad-dipolitiċizzazzjoni tagħha; jistieden lill-awtoritajiet sabiex ikomplu bir-riformi, sabiex jiżguraw mekkaniżmi effiċjenti u demokratiċi għas-sorveljanza tal-pulizija u sabiex tiġi evitata l-imġiba ħażina u l-abbuż ta' poter min-naħa tal-pulizija;
12. Jistieden lill-awtoritajiet biex jippromwovu aktar l-iżvilupp ta' midja indipendenti u mħallta, ħielsa minn indħil politiku; jenfasizza l-ħtieġa li b'mod kontinwu tissaħħaħ il-libertà tal-midja billi jiġu applikati standards Ewropej u titjieb it-trasparenza;
13. Jistieden lill-awtoritajiet biex jiżviluppaw strateġija kontra d-diskriminazzjoni (li tiżgura l-ugwaljanza tan-nies kollha, indipendentement mill-oriġini etnika, is-sess, l-età, ir-reliġjon jew l-orjentazzjoni sesswali jew id-diżabilità) u biex jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa għal dan il-għan; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sforzi enerġiċi biex tittejjeb il-qagħda tan-nisa u t-tfal, u biex jitħarsu mill-vjolenza domestika;
14. Jiddispjaċih li l-abbozz għal liġi komprensiva kontra d-diskriminazzjoni li tipproteġi liċ-ċittadini mid-diskriminazzjoni fl-oqsma tal-impjieg, l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, l-edukazzjoni, l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-ħajja privata, propost mill-Gvern tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fit-28 ta" Jannar 2010, ma jagħrafx l-orjentazzjoni sesswali bħala raġuni għal diskriminazzjoni; jinnota li dispożizzjonijiet bħal dawn kienu ġew inklużi f'abbozzi preċedenti tal-leġiżlazzjoni li qrat il-Kummissjoni u kienu msemmija f'rapport imressaq mill-Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali; jistieden lill-gvern fi Skopje biex jara li l-abbozz jiġi konformi mad-Direttiva ta" Qafas għall-Impjieg (2000/78/KE) u d-direttiva proposta dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426);
15. Jistieden lill-gvern biex jagħmel aktar sforzi biex iżid il-parteċipazzjoni attwalment limitata tan-nisa fil-ħajja politika; jilqa' l-miżuri pożittivi meħudha, li wasslu għal żieda fil-proporzjon ta' nisa fil-parlament nazzjonali; iqis madankollu li huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika fil-livell tal-gvern lokali;
16. Jilqa' b'sodisfazzjon il-qafas istituzzjonali l-ġdid ta' kumitati għall-opportunitajiet indaqs li nħolqu u jittama li dawn il-kumitati se jiġu provduti b'riżorsi adegwati u jingħataw mandati ċari;
17. Jinnota li, minkejja li ġiet adottata politika biex tiġi miġġielda l-vjolenza domestika, din it-tip ta' vjolenza għadha, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, kwistjoni li tqajjem tħassib; għandu l-pjaċir jinnota li d-definizzjoni ta' stupru fid-dritt kriminali twessgħet, u dan ifisser aktar ħarsien għan-nisa;
18. Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-muniċipalitajiet kollha sabiex jiffirmaw il-memorandum ta' koperazzjoni għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-inklużjoni tar-Roma 2005 u 2015, flimkien mal-Istrateġija għar-Roma, sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet tar-Roma lokalment b'koperazzjoni mal-istituzzjonijiet governattivi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex iżidu l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Operazzjonali fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar in-nisa Roma;
19. Jenfasizza r-rwol li għandhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-trasformazzjoni dejjiema tal-pajjiż, fir-rigward mhux biss tal-proċess ta' riforma u l-ġlieda kontra l-korruzjoni iżda wkoll, tal-istess importanza, ir-relazzjonijiet interetniċi u l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li tali attivitajiet għandhom jiġu appoġġjati kif xieraq permezz tal-Istrument ta' Għajnuna ta' qabel l-Adeżjoni, f'Skopje u l-bqija tal-pajjiż;
Koeżjoni ekonomika u soċjali
20. Ifaħħar lill-gvern għall-politiki makro-ekonomiċi adottati biex ipattu għall-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija; huwa mħasseb li l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq il-pajjiż sejjer ikompli jħażżen il-livell għoli tal-qgħad u jtellef l-isforzi biex il-qgħad jitbaxxa; jenfasizza li l-awtoritajiet għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex kemm jista' jkun jiddefendu l-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà mill-effetti tal-kriżi;
21. Jifraħ lill-pajjiż għat-titjib fil-klassifika li dehret fl-aħħar rapport tal-Bank Dinji "Doing Business 2009"; madankollu, jinnota li l-proċeduri għar-reġistrazzjoni tal-azjendi għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-sjieda għadhom ma ttejbux biżżejjed, u li s-sistema tal-edukazzjoni m'għandhiex biżżejjed riżorsi biex tipproduċi r-riżorsi umani meħtieġa ħalli l-ekonomija tiżviluppa;
22. Jieħu nota tal-protest ta' dan l-aħħar min-naħa tal-unjins kontra t-tibdil li l-gvern ippropona fil-Liġi tax-Xogħol, li lill-ħaddiema jista' jnaqqsilhom id-drittijiet u l-libertajiet; jesprimi tħassib serju dwar l-istatus tal-ħaddiema, b'mod partikulari ħaddiema nisa fil-fabbriki tat-tessuti; jinnota li t-trattament indaqs għan-nisa u l-opportunitajiet ta' impjieg indaqs huma element ewlieni ta' ekonomija b'saħħitha u kompetittiva;
23. Iqis li, minkejja li l-allinjament tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ambjent diġà jinsab moderatament avvanzat, l-implimentazzjoni tagħha fil-livell lokali jeħtiġilha tittejjeb konsiderevolment; itenni l-istedina tiegħu għal monitoraġġ effikaċi tal-kwalità u l-livell tal-ilma fil-lagi Ohrid, Prespa u Dojran mal-fruntiera u x-xmara Vardar; jitlob għall-kooperazzjoni transkonfinali aktar mill-qrib dwar kwistjonijiet ambjentali, fuq il-bażi tal-istandards tal-UE, u jilqa' f'dan ir-rigward l-inizjattivi fil-livell reġjonali, bħal-laqgħa riċenti bejn il-Prim Ministri tal-Ġreċja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Albanija;
24. Jitlob, filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza ta' dawn l-ekosistemi, sabiex jittieħdu passi effettivi biex fuq il-bażi tal-iżvilupp sostenibbli, jitrażżan l-impatt negattiv tal-attivitajiet umani u ekonomiċi fuq tali ekosistemi, wara li kkunsidra b'mod partikulari l-ispeċi fil-periklu u s-saħħa b'mod ġenerali tal-abitati fraġli; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li d-dewmien fil-bini ta' impjanti għat-trattament tad-drenaġġ fil-bliet prinċipali, fil-bliet iżgħar u fl-impjanti industrijali hu kwistjoni ta' tħassib;
25. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jibdew jinvestu fil-manutenzjoni u l-aġġornament tax-xibka ferrovjarja li sew mil-lat ekoloġiku kif ukoll minn dak ekonomiku, hi alternattiva vijabbli għas-sistema tat-toroq u kruċjali biex terġa' tinbeda kooperazzjoni reġjonali soda; iħeġġeġ lill-pajjiż biex jintegra aħjar is-sistema tat-trasport tiegħu mal-pajjiżi ġirien kollha rigward, b'mod partikulari, is-settur pubbliku, u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-għajnuna teknika u finanzjarja meħtieġa fil-qafas tal-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni;
26. Ifaħħar lill-Gvern tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-progress li għamel fil-preparamenti tiegħu biex jieħu f'idejħ il-fondi tal-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni; jinnota b'sodisfazzjon l-akkreditazzjoni ta' awtoritajiet nazzjonali għall-komponenti tal-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni dwar l-iżvilupp reġjonali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani, l-iżvilupp rurali; jistieden lill-gvern tal-pajjiż u lill-Kummissjoni biex iħaffu ix-xogħol meħtieġ bil-għan li l-ġestjoni tal-komponenti tal-IPA jiġu trasferiti fuq l-assistenza ta' tranżizzjoni u l-bini tal-istituzzjonijiet kif ukoll fuq il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri; jenfasizza l-importanza tal-IPA bħala għodda importanti ddiżinjata biex tgħin lill-pajjiż jipprepara għas-sħubija ġejjiena fl-UE;
Kwistjonijiet reġjonali
27. Jifraħ lill-pajjiż talli laħaq in-normi kollha għall-iskema tal-liberalizzazzjoni tal-viżi, li wassal għal regolament tal-Kunsill 1244/2009 li jagħtih sistema ħielsa mill-viżi mid-19 ta' Diċembru 2009; jifraħ lill-gvern talli wera responsabbiltà reġjonali billi offra lill-Bosnja-Ħerzegovina l-għarfien espert tal-kap negozjatur fin-negozjati dwar il-viżi;
28. Jilqa' bil-ferħ il-parteċipazzjoni tal-pajjiż fil-missjonijiet ċivili u militari tal-UE, kif ukoll l-allinjament tiegħu mal-parti l-kbira tad-dikjarazzjonijiet u pożizzjonjiet komuni tal-UE; jinnota l-istabbiliment riċenti ta' relazzjonijiet diplomatiċi mal-Kosovo, kif ukoll il-konklużjoni tal-ftehim dwar id-demarkazzjoni fiżika tal-fruntiera, bħala kontribuzzjoni vitali għall-istabilità tar-reġjun;
29. Ifakkar li, b'konformità mal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta" Ġunju 2008 u dawk tal-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tas-7 u t-8 ta' Diċembru 2008 u tat-8 ta' Diċembru 2009, iż-żamma ta" relazzjonijiet tajbin mal-ġirien, inkluża soluzzjoni negozjata u reċiprokament aċċettabbli fuq il-kwistjoni tal-isem, tibqa' element essenzjali;
30. Jilqa', għal dan il-għan, il-klima ġdida, aktar pożittiva, bejn il-gvernijiet tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Greċja, wara l-elezzjonijiet reċenti fil-Greċja, u b'mod partikulari l-laqgħat reċenti bejn iż-żewġ prim ministri ta" dawn il-pajjiżi; iħeġġeġ liż-żewġ pajjiżi biex jagħtu spinta ġdida fl-ogħla livell, speċjalment fil-qafas ta' negozjati tan-NU, bil-għan li tinstab soluzzjoni reċiprokament aċċettata għall-kwistjoni tal-isem, taħt l-awspiċi tan-Nazzjoni Uniti, u jisħaq li l-Unjoni Ewropea għandha tkun lesta biex tgħin fil-proċess tan-negozjati; jinnota, filwaqt li jitħasseb, dwar l-użu ta' argumenti storiċi fid-dibattitu li jinsab għaddej, inkluż il-fenomenu reċenti ta' dik magħrufa bħala "antikwiżazzjoni", li hemm is-sogru li tqawwi t-tensjonijiet mal-ġirien u toħloq qasmiet interni ġodda;
31. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva l-ġdida tal-Gvern Grieg talli ssuġġerixxa l-2014 bħala d-data simbolika u d-data ta' mira għall-adeżjoni tal-pajjiżi Balkani tal-Punent mal-UE; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-gvernijiet tal-pajjiżi f'dan ir-reġjun biex jagħmlu kontribut sinċier sabiex jilħqu dan l-għan nobbli;
32. Jenfasizza l-importanza tar-rikonċiljazzjoni u l-ftehim fir-reġjun, li jikkostitwixxu parti essenzjali tal-valuri u l-prinċipji Ewropej, u jinkoraġġixxi l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-pajjiżi ġirien tagħha biex jieħdu sehem b'mod attiv fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri li jsawru kunfidenzi fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri u billi jkun hemm ftehim dwar għarfien komuni tal-istorja; jistieden lill-awtoritajiet tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-pajjiżi ġirien biex jevitaw azzjonijiet jew stqarrijiet li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv tali sforzi; jinnota li l-ċelebrazzjonijiet konġunti ta' avvenimenti storiċi komuni mal-Istati Membri ġirien tal-UE jikkontribwixxu għal ftehim aħjar tal-istorja u ż-żamma ta' relazzjonijiet tajba mal-ġirien;
33. Jistieden lill-awtoritajiet tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiskoraġġixxu "diskors ta' mibegħda" rigward l-Istati Membri ġirien tal-UE fil-midja u dikjarazzjonijiet simili fil-kotba tal-iskola;
34. Jistieden lill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u lill-pajjiżi ġirien biex jikkontribwixxu għal kultura politika bbażata fuq ir-rispett u l-ftehim reċiproku, il-fiduċja u t-tolleranza; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-responsabbiltà ewlenija tal-politiċi u tal-midja;
35. Jenfasizza r-responsabilità prinċipali tal-gvernijiet fir-reġjun għall-paċi, is-sigurtà u l-istabilità, kif ukoll ir-rwol importanti għal dak il-għan tal-istituzzjonijiet tal-UE, u jħeġġiġhom biex iqisu bir-reqqa l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom; jinnota bi tħassib, f'dan ir-rigward, il-posponiment min-naħa tal-Kunsill tad-deċiżjoni dwar passi ulterjuri fil-proċess ta' tkabbir rigward l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li jġorr miegħu r-riskju kemm li jaggrava t-tensjonijiet politiċi interetniċi fil-pajjiż u kemm li jkollu konsegwenzi negattivi għall-istabilità fir-reġjun;
o o o
36. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u l-Parlament tal-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja.
– wara li kkunsidra r-rapport 2009 tal-Kummissjoni dwar il-progress tat-Turkija (SEC(2009)1334),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-27 ta' Settembru 2006 dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni(1), tal-24 ta' Ottubru 2007 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija(2), tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ir-rapport tal-progress tat-Turkija għall-2007(3), u tat-12 ta' Marzu 2009 dwar ir-rapport ta' segwitu tal-2008 dwar it-Turkija(4),
– wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta" Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kundizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija tal-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija(5) ( "ls-Sħubija tal-Adeżjoni"), kif ukoll għad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill dwar is-Sħubija tal-Adeżjoni tal-2001, l-2003 u l-2006,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta" Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi n-negozjati għall-adeżjoni mat-Turkija nfetħu fit-3 ta' Ottubru 2005 wara l-approvazzjoni mill-Kunsill tal-Qafas tal-Innegozjar, u billi l-ftuħ ta' dawn in-negozjati kien il-punt ta' tluq ta' proċess dewwiemi u li m'għandux limitu ta' żmien,
B. billi t-Turkija impenjat ruħha li twettaq riformi u li tfittex relazzjonijiet tajba mal-ġirien u l-allinjament progressiv mal-UE, u billi dawn l-isforzi għandhom jitqiesu bħala opportunità għat-Turkija stess biex timmodernizza ruħha,
C. billi l-konformità sħiħa mal-kriterji kollha ta' Kopenħagen u l-kapaċità ta' integrazzjoni tal-UE, skont il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2006, għadhom il-bażi għall-adeżjoni fl-UE, li hija komunità bbażata fuq valuri komuni,
D. billi l-Kummissjoni kkonkludiet li fl-2009 ftit sar progress konkret rigward ir-riformi politiċi,
E. billi t-Turkija, għar-raba' sena konsekuttiva, għadha ma implimentatx id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija u l-Protokoll Addizzjonali tagħha,
F. billi fir-Rapport tagħha tal-2009 dwar il-Progress tat-Turkija, il-Kummissjoni qieset u elaborat kwistjonijiet enfasizzati mill-Parlament fl-aħħar riżoluzzjoni tiegħu dwar il-progress tat-Turkija,
1. Jilqa' d-dibattitu pubbliku wiesa' dwar firxa ta' kwistjonijiet tradizzjonalment sensittivi bħar-rwol tal-ġudikatura, id-drittijiet taċ-ċittadini ta' oriġini Kurda, id-drittijiet tal-komunità Alevi, ir-rwol tal-militar u r-relazzjonijiet tat-Turkija mal-ġirien tagħha; ifaħħar lill-Gvern Tork għall-approċċ kostruttiv tiegħu u r-rwol li ħa biex jingħata bidu għal dak id-dibattitu;
2. Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-polarizzazzjoni li għadha għaddejja fis-soċjetà Torka u bejn il-partiti politiċi, u jħeġġeġ lill-Gvern kif ukoll lill-partiti parlamentari kollha biex jiżviluppaw bilanċ xieraq bejn il-kompetizzjoni politika u l-koperazzjoni pragmatika, biex tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni fis-soċjetà Torka u biex ir-riformi ewlenin ikun jistgħu jidħlu fis-seħħ, b'mod partikulari dik tal-Kostituzzjoni;
3. Jinnota li l-progress f'termini ta' riformi konkreti baqa' limitat fl-2009, u jħeġġeġ lill-Gvern sabiex isarraf l-inizjattivi politiċi tiegħu f'emendi konkreti fil-leġiżlazzjoni u fl-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom;
4. Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-kriterji politiċi ta' Kopenħagen li tinsab fis-seħħ għadha mhix qed tkun implimentata biżżejjed; iħeġġeġ lill-Gvern, b'mod partikulari, biex jintensifika l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tad-drittijiet tan-nisa, tan-nondiskriminazzjoni, tal-libertà tar-reliġjon, tal-ħsieb u tat-twemmin, tal-libertà tal-kelma u tal-espressjoni, tat-tolleranza żero tat-tortura u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
5. Jistieden lit-Turkija biex tkompli u tintensifika l-isforzi tagħha biex tissodisfa bis-sħiħ il-kriterji ta' Kopenħagen u biex tgħaqqad lis-soċjetà Torka fl-appoġġ għar-riformi meħtieġa, billi tgħaqqadha fuq il-bażi tal-ugwaljanza tal-bnedmin kollha jkunu xi jkunu l-oriġini etnika, it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom;
L-issodisfar tal-kriterji politiċi ta' Kopenħagen Id-demokrazija u l-istat ta" dritt
6. Jiġbed l-attenzjoni mill-ġdid dwar l-importanza kruċjali ta' riforma komplessiva u sustantiva tal-kostituzzjoni li tqiegħed il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali bħala l-pern tal-Istat Tork u tas-soċjetà tiegħu; jinkuraġġixxi lill-Gvern Tork ikompli x-xogħol fuq dik ir-riforma u jitlob il-koperazzjoni mill-partiti politiċi kollha u l-involviment mis-soċjetà ċivili u l-minoranzi kollha;
7. Jappella mill-ġdid, kif għamel fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu fl-2006 u l-2007, għar-riforma tas-sistema elettorali billi jitnaqqas ir-rekwiżit ta' minimu ta' 10%, biex b'hekk jiġi żgurat il-pluraliżmu tal-partiti, speċjalment sabiex il-partiti li twaqqfu reċentement jitħallew ikollhom l-aċċess għall-proċess politiku, kif ukoll għal rappreżentanza ikbar tal-forzi politiċi u tal-minoranzi fil-Gran Assemblea Nazzjonali;
8. Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni mill-Qorti Kostituzzjonali li tagħlaq il-Partit għal Soċjetà Demokratika (DTP) u li tissospendi mill-attività politika għadd ta' rappreżentanti tiegħu li kienu eletti b'mod demokratiku; jiddispjaċih ukoll dwar l-arresti li saru dan l-aħħar ta' membri tad-DTP; itenni mill-ġdid il-kundanna tiegħu għall-vjolenza u t-terroriżmu u jħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha biex ifittxu r-rikonċiljazzjoni permezz ta' mezzi paċifiċi u biex jgħaqqdu lis-soċjetà Torka fuq il-bażi ta" drittijiet indaqs għal kull ċittadin; jenfasizza li r-rappreżentanti politiċi tal-popolazzjoni Kurda għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ f'dan il-proċess; jiġbed l-attenzjoni dwar l-opinjoni mogħtija mill-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa f'Marzu 2009, li kkonkludiet li l-leġiżlazzjoni Torka li tirregola l-għeluq tal-partiti politiċi mhix kompatibbli mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR), u jħeġġeġ lill-Gvern biex jagħmel proposti għar-riformi meħtieġa b'rispett għall-istandards Ewropej;
9. Huwa tal-fehma li riforma komplessiva u rapida tal-ġudikatura hija vitali għas-suċċess tal-proċess ta' modernizzazzjoni fit-Turkija; jilqa' l-approvazzjoni tal-Gvern tal-istrateġija għar-riforma tal-ġudikatura u jinnota b'sodisfazzjon il-proċess konsultattiv wiesa' li nbniet fuqu; jinkoraġġixxi lill-Gvern biex jimplimenta l-istrateġija mingħajr dewmien, b'attenzjoni partikulari għall-miżuri sistematiċi li jsaħħu l-imparzjalità u l-professjonalità tal-ġudikatura, kif ukoll il-konformità tagħha mal-istandards tal-ECHR; f'dan il-kuntest, jistieden lill-Gvern Tork biex joħroġ gwida għall-prosekuturi dwar il-liġijiet li jintużaw spiss biex jillimitaw il-libertà ta' espressjoni; iħeġġeġ ukoll lill-Gvern biex jirristruttura l-Kunsill Għoli tal-Imħallfin u l-Prosekuturi sabiex jiżgura li dan ikun rappreżentattiv, oġġettiv, imparzjali u trasparenti;
10. Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li tannulla l-leġiżlazzjoni li tillimita l-ġurisdizzjoni tal-qrati militari u jqisha bħala daqqa ta' ħarta serja fl-isforzi riformatorji tat-Turkija, u jistieden lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka biex tistabbilixxi konsensus favur ir-riforma kostituzzjonali; huwa mħasseb dwar it-tkomplija tal-involviment tal-militar fil-politika interna u barranija Torka, u jtenni li f'soċjetà demokratika l-militar għandu jkun suġġett bis-sħiħ għas-sorveljanza ċivili; b'mod partikulari jistieden lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka biex ittejjeb il-monitoraġġ tagħha fuq il-baġit u l-infiq militari u biex tinvolvi ruħha fl-iżvilupp tal-politiki tas-sigurtà u tad-difiża;
11. Huwa mħasseb dwar l-allegat kobor tan-netwerk kriminali Ergenekon u dwar il-Pjan Sledgehammer;; iħeġġeġ lill-gvern u lill-ġudikatura biex jiżguraw li l-proċedimenti kollha jkun konformi bis-sħiħ mal-applikazzjoni ġusta tal-liġi u li d-drittijiet tal-imputati kollha jkunu rispettati; jaqbel mal-fehma tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-Turkija għandha tgħodd dan il-każ b'opportunità biex issaħħaħ il-fiduċja fil-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet demokratiċi u fl-istat tad-dritt tagħha; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex ma jisfruttax il-proċedimenti legali bħala skuża biex jitfa' pressjoni żejda fuq ġurnalisti, persuni akkademiċi jew politiċi tal-oppożizzjoni;
12. Jiddispjaċih li ma sar l-ebda progress dwar it-twaqqif tal-kariga ta" Ombudsman; iħeġġeġ lill-Gvern biex jintroduċi, u lill-partiti parlamentari kollha biex jappoġġjaw, il-leġiżlazzjoni meħtieġa li tistabbilixxi mekkaniżmu effettiv u indipendenti relatat ma' sistema tat-tressiq tal-ilmenti li jkun kapaċi jinvestiga allegazzjonijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
Id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għall-minoranzi u l-ħarsien tagħhom
13. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi meħuda mill-Gvern Tork biex jgħaqqad liċ-ċittadini Torok u biex jippermetti li ċ-ċittadini kollha, huma x'inhuma l-oriġini razzjali u etnika, ir-reliġjon, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, igawdu drittijiet indaqs u jkollhom sehem attiv fis-soċjetà Torka; huwa konxju li dan huwa dibattitu storiku, iżda jħeġġeġ bil-qawwa lill-Gvern biex isarraf l-inizjattiva politika tiegħu f'riformi konkreti u jappella lill-partiti politiċi u lill-parteċipanti kollha involuti biex jappoġġjaw dan il-proċess filwaqt li jistinkaw ħalli jegħlbu s-sensittivitajiet li jista' jkollhom għal xulxin; jilqa', f'dan il-kuntest, il-pjan ippreżentat mill-Gvern lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka fit-13 ta' Novembru 2009 u jħeġġu biex jimplimentah, sabiex jiżgura li jkunu garantiti l-libertajiet taċ-ċittadini kollha;
14. Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tneħħi r-restrizzjonijiet kollha minn fuq ix-xandir bil-lingwa Kurda minn stazzjonijiet privati u pubbliċi fil-livelli lokali u nazzjonali, kif ukoll l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-użu tal-lingwa Kurda fil-ħabsijiet; iħeġġeġ lill-Gvern biex jieħu miżuri ulterjuri li jiżguraw opportunitajiet reali ta' tagħlim tal-Kurd fis-sistema skolastika pubblika u privata u li jippermettu li l-Kurd jintuża fil-ħajja politika u fl-aċċess għas-servizzi pubbliċi; jistieden lill-Gvern biex jiżgura li l-liġijiet kontra t-terroriżmu ma jintużawx b'mod abbużiv biex jirrestrinġu l-libertajiet fundamentali, b'mod partikulari l-libertà tal-espressjoni, u biex jabolixxi s-sistema tal-għassiesa tal-irħula fix-Xlokk tat-Turkija;
15. Jappoġġja l-intenzjoni tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka li tadotta dikment emendi għal-Liġi Kontra Terroriżmu sabiex jitħassru d-dispożizzjonijiet li jippermettu li tfal ta' bejn il-ħmistax-il sena u t-tmintax-il sena jiġu pproċessati bħall-adulti;
16. Jinkuraġġixxi lill-Gvern Tork biex jintensifika l-isforzi tiegħu ħalli jegħleb in-nuqqasijiet soċjali u ekonomiċi fix-xlokk tal-pajjiż; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta studju dwar il-konsegwenzi tal-Proġett Anatolja tax-Xlokk (GAP); jistieden lill-awtoritajiet Torok biex jippreservaw il-wirt kulturali u ambjentali involuti f'dan il-kuntest, b'referenza partikulari għas-siti arkeoloġiċi ta' Hasankeyf u Allianoi; huwa mħasseb dwar l-ispostament ta' eluf ta' nies ikkaġunat mill-kostruzzjoni tad-digi; iħeġġeġ lill-Gvern biex iwaqqaf ix-xogħol fuq il-proġett tad-diga Ilisu sakemm jitressaq l-istudju tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq;
17. Iħeġġeġ lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka biex tiżgura li l-immunità parlamentari li tkopri l-espressjoni ta' opinjonijiet politiċi tkun garantita lill-membri kollha tal-parlament, mingħajr l-ebda diskriminazzjoni;
18. Jikkundanna l-vjolenza kontinwa mwettqa mill-PKK u minn gruppi terroristiċi oħra fl-art Torka, u jħeġġeġ lill-PKK biex jirrispondi għall-inizjattiva politika tal-Gvern Tork billi jċedi l-armi tiegħu u jtemm il-vjolenza;
19. Jenfasizza l-libertà tar-reliġjon bħala valur fundamentali universali u jistieden lit-Turkija tipproteġih għal kulħadd; jilqa' b'sodisfazzjon id-djalogu li daħal għalih il-Gvern Tork ma' rappreżentanti tal-komunitajiet reliġjużi, fosthom l-Alevis, u jinkuraġġixxi lill-awtoritajiet biex jintensifikaw id-djalogu interreliġjuż, sabiex jistabbilixxu komunikazzjoni regolari u kostruttiva; itenni, mill-ġdid, madankollu, li kull pass u ġest pożittiv irid ikun segwit b'riformi sostanzjali fil-qafas legali, li għandhom jippermettu li dawn il-komunitajiet reliġjużi jiffunzjonaw mingħajr ristrizzjonijiet fiergħa, b'konformità mal-ECHR u mal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza b'mod partikulari l-ħtieġa li tingħata personalità legali lill-komunitajiet reliġjużi kollha;
20. Jilqa' b'sodisfazzjon l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar il-Fondazzjonijiet; jiddispjaċih, madankollu, li l-komunitajiet reliġjużi għadhom jiffaċċjaw problemi ta' proprjetà li mhumiex ittrattati minn dik il-liġi, rigward proprjetajiet maħtufa u mibjugħa lil partijiet terzi jew proprjetajiet ta' fondazzjonijiet kostitwiti qabel ġiet adottata l-leġiżlazzjoni l-ġdida; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jittratta din il-kwistjoni mingħajr dewmien;
21. Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-ostakli li jħabbat wiċċu magħhom il-Patrijarkat Ekumeniku dwar l-istatus legali tiegħu, it-taħriġ tal-kleru tiegħu, u l-elezzjonijiet tal-Patrijarka Ekumenika; itenni s-sejħa tiegħu biex jerġa' jinfetaħ minnufih is-seminarju Grieg Ortodoss ta' Halki u biex jittieħdu miżuri li jippermettu l-użu pubbliku tat-titolu ekkleżjastiku tal-Patrijarka Ekumeniku u b'mod aktar ġenerali biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għat-taħriġ bla xkiel tal-kleru tal-komunitajiet Insara fit-Turkija;
22. Jiddispjaċih li għadha tippersisti inċertezza dwar ir-rikonoxximent tad-djar Cem bħala postijiet ta' qima Aleviti u dwar l-edukazzjoni reliġjuża obbligatorja fl-iskejjel; jitlob lill-Gvern Tork biex jirrimedja b'mod sistematiku din is-sitwazzjoni;
23. Huwa mħasseb dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom is-Sirjaki fir-rigward tas-sjieda tal-proprjetà tagħhom; b'mod partikualri, jiġbed l-attenzjoni bi tħassib dwar il-każi tal-qorti dwar l-esproprjazzjoni fir-rigward tal-monasteru Sirjak Ortodoss Mor Gabriel;
24. Jiddeplora l-fatt li l-Gvern Tork għad għandu riżervi dwar id-drittijiet tal-minoranzi kif imħaddna fid-dritt internazzjonali, li għadu ma ffirmax il-konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa u li għadu ma bediex djalogu mal-Kummissarju Għoli dwar il-Minoranzi Nazzjonali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE); iħeġġeġ lill-Gvern biex jikkonforma l-politika tiegħu bis-sħiħ mal-istandards internazzjonali u mal-ECHR, u jistieden lill-partiti parlamentari kollha biex jappoġġjaw din il-linja; jinnota, f'dan ir-rigward, id-diffikultajiet amministrattivi li jiffaċċjaw l-iskejjel tal-minoranzi u s-sistema anakronistika ta' presidenza doppja; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Gvern biex irawwem attivament klima ta' rispett sħiħ lejn il-minoranzi, u biex jiżgura li każi ta' ostilità u vjolenza jitressqu quddiem il-qrati;
25. Jiddispjaċih li ma kien hemm l-ebda żvilupp promettenti mir-rapport dwar il-progress tat-Turkija 2008 rigward il-popolazzjoni Griega tal-gżejjer Gökçeada (Imvros) u Bozcaada (Tenedos), li għadha qed tiffaċċja diversi problemi rigward id-drittijiet tal-proprjetà u l-edukazzjoni; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex ifittex soluzzjonijiet ħalli jippreserva n-natura bikulturali ta' dawn il-gżejjer b'mod konformi mar-riżoluzzjoni tas-27 ta' Ġunju 2008 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) dwar dawn il-gżejjer;
26. Huwa mħasseb li l-qafas legali Tork għadu ma jipprovdix garanziji suffiċjenti fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u li ċerti liġijiet għadhom qed jintużaw ħażin sabiex tonqos dik il-libertà; jistieden lill-Gvern Tork biex jipproponi riforma komplessiva tal-qafas legali sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tagħha mal-ECHR u mal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; jinnota li r-reviżjoni tal-Artikolu 301 tal-Kodiċi Kriminali Tork wasslet għal tnaqqis sinifikanti fil-prosekuzzjonijiet apparagun mas-snin preċedenti; madankollu jibqa' tal-fehma li l-Artikoli 301 u 318 għandhom jiġu rrevokati;
27. Għadu mħasseb dwar in-nuqqas min-naħa tat-Turkija li tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni ta' kuxjenza għas-servizz militari obbligatorju u li l-ebda alternattiva ċivili mhija disponibbli; jikkundanna l-fatt li s-sentenza tal-2006 tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ Ülke vs it-Turkija, li titlob lit-Turkija biex temenda l-leġiżlazzjoni li tippermetti l-prosekuzzjoni u l-kundanna ripetuti tal-objetturi tal-kuxjenza, għadha ma ġietx implimentata, u jistieden lill-Gvern biex jimplimenta s-sentenza mingħajr dewmien;
28. Huwa mħasseb dwar ir-restrizzjonijiet kurrenti fuq il-libertà tal-istampa, b'mod partikulari rigward ir-rapportar dwar l-investigazzjonijiet tan-netwerk Ergenekon u fid-dawl tal-impożizzjoni ta' multa bla preċedent fuq grupp tal-midja u tal-projbizzjonijiet frekwenti fuq siti tal-internet; jenfasizza li l-kultivazzjoni tal-libertà tal-istampa hija sinjal importanti ta' kultura politika f'soċjetà pluralistika; jirrakkomanda li f'dan il-kuntest u fid-dawl tar-rabtiet xejn xierqa bejn il-midja, is-settur tan-negozju u l-politika, għandha tiġi adottata liġi tal-midja ġdida;
29. Jistieden lill-Gvern Tork biex jintensifika l-isforzi tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-politika ta' tolleranza zero tat-tortura, u sabiex jenfasizza l-kredibilità ta' dawk l-isforzi, biex jawtorizza l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa; għal darba oħra jħeġġeġ lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka biex tirratifika l-Protokoll Fakultattiv tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura tan-NU; iħeġġeġ ukoll lill-Gvern biex jistinka ħalli titnaqqas l-impunità għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari mill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi;
30. Iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jiddedika aktar attenzjoni għall-qerda tal-korruzzjoni, għaż-żieda fit-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti u l-kampanji elettorali u għall-promozzjoni tal-ftuħ tal-amministrazzjoni fil-livelli kollha;
31. Jinkoraġġixxi lill-Gvern biex iżid l-isforzi tiegħu sabiex l-ugwaljanza bejn is-sessi, kif iggarantita bil-liġi, issir realtà fil-prattika; b'mod partikulari, iqis li għandha titħejja strateġija għall-edukazzjoni u l-impjegar tan-nisa, sabiex jitnaqqas l-involviment tan-nisa fl-ekonomija moħbija; jistieden lill-Gvern biex japprofitta mill-potenzjal tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment biex titqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet tan-nisa, il-prevenzjoni tal-vjolenza u l-hekk imsejħa 'delitti tal-unur'; jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li l-Gvern u l-ġudikatura jiżguraw li l-każi kollha ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa jitressqu quddiem il-qrati u li dawk li jinstabu ħatja jiġu kkastigati, u li n-nisa u t-tfal li jkunu fil-periklu ta' vjolenza jew delitti tal-unur ikunu mħarsa u appoġġjati mill-awtoritajiet; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jibda kampanja ta' komunikazzjoni effettiva sabiex iżid il-kuxjenza dwar id-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż kollu;
32. Jirrikonoxxi li l-qafas ġuridiku li jittratta l-vjolenza domestika, l-omiċidji tal-unur u ż-żwiġijiet bikrija sfurzati qiegħed fis-seħħ, iżda jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm tħassib dwar l-implimentazzjoni; għalhekk, jistieden lill-awtoritajiet biex jipprovdu protezzjoni lill-vittmi billi jżidu n-numru ta" kenn u strutturi oħra jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-livell ta' impjieg tan-nisa fit-Turkija huwa l-iktar baxx fost il-pajjiżi kollha tal-OECD u li dan għandu jogħla sabiex ikunu promossi d-drittijiet ekonomiċi tan-nisa u l-indipendenza tagħhom;
33. Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' garanziji kontra d-diskriminazzjoni li ssir abbażi tal- orjentazzjoni sesswali; jistieden lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka biex tadotta liġi ġdida li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni diretta u indiretta għar-raġunijiet kollha u fl-oqsma kollha, u jistieden lill-Gvern Tork biex jintensifika l-isforzi tiegħu ħalli jrawwem kuxjenza pubblika dwar id-drittijiet individwali tal-bniedem u kontra d-diskriminazzjoni, sabiex jassigura li d-dispożizzjonijiet diskriminatorji jitneħħew mil-leġiżlazzjoni u li l-mibegħda u l-vjolenza bbażati fuq l-omofobija jkunu ikkastigati kif jixraq;
34. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress rigward id-drittijiet tat-trejdjunjins u jistieden mill-ġdid lill-Gvern, b'konsultazzjoni mas-sieħba soċjali, biex jippreżenta proposta ġdida lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka sabiex tiġi adottata, mingħajr iżjed dewmien, liġi ġdida dwar it-trejdjunjins li tkun konformi mal-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, fosthom il-protezzjoni tad-dritt għall-istrajk u għan-negozjar tal-ftehimiet kollettvi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-arrest reċenti (f'nofs Novembru tal-2009) ta' madwar 20 trejdjunjonist Tork, u jitlob li d-drittijiet soċjali tagħhom ikunu strettament irrispettati;
Il-kapaċità li tieħu l-obbligi tas-sħubija
35. Jiddeplora l-fatt li, għar-raba' sena konsekuttiva, il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija ma kienx implimentat mit-Turkija; jistieden lill-Gvern Tork biex jimplimentah bis-sħiħ mingħajr dewmien u b'mod mhux diskriminatorju, u jfakkar li n-nuqqas li jagħmel dan jista' jaffettwa b'mod aktar serju l-proċess tan-negozjati;
L-impenn għar-relazzjonijiet tajbin mal-viċinat
36. Itenni l-obbligu inekwivokabbli tat-Turkija li żżomm relazzjonijiet tajbin tal-viċinat kif previst mill-qafas tan-negozjati; jenfasizza l-impenn li ħadet flimkien mal-partijiet l-oħra kollha, li tappoġġja l-isforzi biex tinstab soluzzjoni komplessiva tal-problema ta' Ċipru u biex ikun solvut kwalunkwe tilwim transkonfinali pendenti mal-pajjiżi ġirien b'mod konformi mal-prinċipju tas-soluzzjoni paċifika tat-tilwim skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;
37. Jistieden lill-Gvern Tork u lill-partijiet kollha involuti sabiex jappoġġja b'mod attiv in-negozjati li għaddejjin, u biex jikkontribwixxi f'termini konkreti għas-soluzzjoni komplessiva tal-kwistjoni ta' Ċipru, ibbażata fuq federazzjoni biżonali u bikomunali, skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE; jistieden lit-Turkija biex tiffaċilita l-ħolqien ta' klima xierqa għan-negozjati billi tibda tirtira l-forzi tagħha minn Ċipru minnufih, billi tittratta l-kwistjoni tal-isettiljar taċ-ċittadini Torok fil-gżira u wkoll billi tippermetti r-radd lura tat-taqsima magħluqa ta' Famagusta lir-residenti legali tagħha b'mod konformi mar-Riżoluzzjoni 550(1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;
38. Jistieden lill-Gvern Tork biex ma jkomplix ixekkel lill-bastimenti ċivili li jkunu qed ifittxu ż-żejt f'isem ir-Repubblika ta' Ċipru fil-Mediterran tal-Lvant;
39. Iħeġġeġ lit-Turkija biex tiżgura li d-drittijiet tal-persuni spostati kollha f'Ċipru jkunu rrispettati, inklużi dawk tal-minoranzi reliġjużi, u li dawn jitħallew jeżerċitaw liberament id-drittijiet reliġjużi tagħhom; jenfasizza li fil-każ tal-Komunità Kattolika Maronita, għandhom ukoll jingħataw libertajiet lill-erba' rħula Maroniti kollha;
40. Jilqa' b'sodisfazzjon r-riattivazzjoni tal-Kumitat tal-Persuni Nieqsin (CMP) u jistieden lit-Turkija biex tieħu azzjoni xierqa dwar din il-kwistjoni umanitarja;
41. Ifaħħar l-isforzi diplomatiċi li saru sabiex ikunu nnormalizzati r-relazzjonijiet mal-Armenja, u jħeġġeġ lill-Gvern Tork biex jiftaħ il-fruntiera mal-Armenja; jistieden lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka u lill-Parlament tal-Armenja biex jirratifikaw il-protokolli rilevanti mingħajr dewmien u mingħajr ma jistabilixxu l-ebda kundizzjoni minn qabel, b'hekk iwittu t-triq għal iktar sigurtà u stabilità reġjonali fir-reġjun tal-Kawkasu tan-Nofsinhar;
42. Jinnota l-progress limitat miksub fit-titjib tar-relazzjonijiet bilaterali bejn il-Greċja u t-Turkija; jistieden lill-Gran Assemblea Nazzjonali Torka biex tirtira t-theddida tagħha ta' casus belli, u jistenna li l-Gvern Tork itemm il-vjolazzjonijiet kontinwi tal-ispazju tal-ajru Grieg;
43. Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib kontinwu tar-relazzjonijiet mal-Iraq u mal-gvern reġjonali Kurd; jenfasizza mill-ġdid l-appell tiegħu lill-Gvern Tork biex jiżgura li kwalunkwe operazzjoni kontra t-terroriżmu li jagħmel tkun tirrispetta bis-sħiħ l-integrità territorjali tal-Iraq, id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali, u li jevita l-qtil ta' ċittadini ċivili;
L-approfondiment tal-koperazzjoni bejn l-UE u t-Turkija
44. Jinnota l-bidu tan-negozjati dwar l-adeżjoni tat-Turkija mal-Komunità tal-Enerġija; jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar min-naħa tat-Turkija tal-Ftehim Intergovernattiv dwar is-sensiela ta' katusi taħt l-art tal-gass imsejħa Nabucco, li l-implimentazzjoni tagħha għadha waħda mill-ogħla prijoritajiet ta' sigurtà tal-enerġija tal-UE, u jitlob li jingħata bidu għall-kapitolu dwar l-enerġija fin-negozjati dwar l-adeżjoni; jinnota fl-istess ħin il-koperazzjoni bejn it-Turkija, ir-Russja u xi Stati Membri oħra tal-UE fuq il-proġett South Stream;
45. Jenfasizza l-importanza tat-Turkija bħala pajjiż ta' tranżitu u bħala destinazzjoni għall-migrazzjoni irregolari; jistieden lill-Gvern Tork biex jieħu passi urġenti ħalli jiżgura li d-drittijiet internazzjonali għall-protezzjoni u l-ilqugħ tal-migranti u ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil ikunu rispettati; jinnota li reġgħu bdew in-negozjati dwar ftehim ta' riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija, u jħeġġeġ lit-Turkija biex timplimenta bis-sħiħ, sadanittant, il-ftehimiet bilaterali eżistenti ta' riammissjoni mal-Istati Membri; jistieden lill-Gvern Tork biex iżid il-koperazzjoni tiegħu mal-UE dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali u t-traffikar tal-bnedmin; jinnota f'dan il-kuntest l-isforzi li qed tagħmel it-Turkija biex jiġi konkluż arranġament ta' ħidma mal-Frontex;
46. Jinnota l-politika barranija dejjem aktar attiva tat-Turkija u japprezza l-isforzi tagħha biex tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet f'diversi reġjuni li jinsabu fi kriżi; jistieden lill-Gvern Tork biex jintensifika l-koordinazzjoni tal-politika barranija tiegħu mal-UE, b'mod partikulari fir-rigward tal-Iran; jirrikonoxxi r-rwol tat-Turkija bħala sieħba importanti tal-UE fid-dawl tat-twettiq tal-miri tal-politika barranija tal-UE fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, fl-Asja Ċentrali u fil-Lvant Nofsani f'sens wiesa'; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jisfruttaw aħjar il-potenzjal ta' relazzjonijiet mill-qrib bejn l-UE u t-Turkija f'dawn ir-reġjuni;
47. Japprezza l-kontribut kontinwu tat-Turkija għall-Politika ta' Sigurtà u Difiża Ewropea u għall-operazzjonijiet tan-NATO; jiddispjaċih, madanakollu, li l-koperazzjoni strateġika bejn in-NATO u l-UE li testendi lil hinn mill-arranġamenti tal-"Berlin Plus" għadha qed tiġi mxekkla mill-oġġezzjonijiet tat-Turkija, u li dan qed ikollu konsegwenzi negattivi fuq il-ħarsien tal-persunal tal-UE li jkun fl-azzjoni, u jħeġġeġ lit-Turkija biex twarrab dawn l-oġġezzjonijiet kemm jista' jkun malajr;
48. Mill-ġdid jistieden lill-Gvern Tork biex jiffirma u jressaq għar-ratifika l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, biex b'hekk ikompli jkabbar il-kontribut u l-impenn tat-Turkija għas-sistema multilaterali globali;
49. Jitlob lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE biex janalizza s-sinerġiji bejn il-politiki barranin tal-UE u tat-Turkija u biex jużahom b'mod aktar intensiv sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà u l-istabilità fid-dinja;
50. Iħeġġeġ lit-Turkija biex taġixxi b'mod pragmatiku u tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura s-suċċess tan-negozjati bejn il-mexxejja Ċiprijotti Griegi u Torok li issa qed jaslu fi stadju kritiku; jinnota li din hija possibbilment l-aħħar opportunità biex tissolva d-diviżjoni twila tal-gżira jilqa' b'sodisfazzjon l-apprezzament imfisser mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti rigward l-isforzi determinati tal-mexxejja taż-żewġ komunitajiet f'Ċipru, is-Sur Christofias u s-Sur Talat, sabiex jintlaħaq ftehim komprensiv;
51. Jemmen li soluzzjoni għal kwistjoni ta' Ċipru għandha ġġib aktar stabilità, prosperità u sigurtà għall-Mediterran tal-Lvant u li għandha tippermetti t-titjib rapidu tar-relazzjonijiet bejn l-UE u n-NATO kif ukoll tiżblokka l-proċess tal-adeżjoni tat-Turkija nfisha mal-Unjoni Ewropea; jipproponi, għalhekk, li t-Turkija tissieħeb mas-setgħat garanti l-oħra, il-Greċja u r-Renju Unit, fl-impenn li tappoġġja kwalunkwe ftehim li jista' jintlaħaq mis-Sur Christofias u mis-Sur Talat għar-riunifikazzjoni ta' Ċipru li jkollu l-approvazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
52. Jieħu nota tar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 16/2009, li identifika sensiela ta' nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni lit-Turkija; madankollu jinnota li fil-valutazzjoni tal-Qorti, il-proġetti vverifikati tabilħaqq ipproduċew ir-riżultati mistennija u li dawn aktarx ser ikunu sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri meta tipprovdi għajnuna taħt l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni (IPA), b'mod partikulari biex tagħti prijorità lill-objettivi u proġetti b'mod konformi mal-kriterji ta' adeżjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tniedi, b'mod partikulari, valutazzjoni tal-programm sħiħ ta' qabel l-adeżjoni u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew;
o o o
53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lill-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija.