Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta” Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta“ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (COM(2009)0588 – C7-0279/2009 – 2009/0163(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0588),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 181(a), skont liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0279/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona għall-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0003/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta“ Frar 2010 bil-ħsieb ta” l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta“ Qabel l-Adeżjoni (IPA)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma“ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 540/2010.)
L-Irkupru Internazzjonali ta“ Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta” Manteniment tal-Familja *
196k
32k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar l-Irkupru Internazzjonali ta” Manteniment għat-Tfal u Forom Oħrajn ta“ Manteniment tal-Familja (COM(2009)0373 – C7-0156/2009 – 2009/0100(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0373),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0156/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81(3) u 218(6)(b) tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0005/2010),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Konvenzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress (COM(2009)0340 – C7-0052/2009 – 2009/0091(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0340),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 129 u l-Artikolu 137(2)(a) tat-Trattat tal-KE, li skont dawn il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0052/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona għall-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 149 u l-Artikolu 153(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0049/2009),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;
2. Jinnota l-istqarrija tal-Kummisjoni hawn annessa;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta“ Frar 2010 bil-ħsieb ta” l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma“ l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 284/2010/UE.)
ANNESS
DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
Suġġett: Finanzjament tal-istrument ta“ mikrofinanzjament Ewropew
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit tal-Unjoni għall-istrument ta“ mikrofinanzjament għall-perijodu mill-1 ta” Jannar 2010 sal-31 ta“ Diċembru 2013 ġiet stabbilita għal EUR 100 miljun; din ser tkun parzjalment finanzjata permezz ta” tnaqqis ta“ EUR 60 miljun mill-baġit allokat għall-programm Progress.
Fil-proġett tal-baġit tagħha, il-Kummissjoni ser tipprovdi, marġini mhux allokat suffiċjenti fil-limiti massimi tan-nefqa stabbilita għas-subintestatura 1a biex tippermetti lill-awtorita tal-baġit, jiġifieri l-Kunsill u l-Parlament, biex iżżid b'massimu ta“ EUR 20 miljun il-baġit iddedikat għall-programm Progress għall-perijodu 2011-2013, f'konformita mal-punt 37 tal-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta” Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba.
Ftehim bejn l-UE u l-Stati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta“ Data ta” Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu ***
206k
35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta” Data ta“ Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (05305/1/2010 REV 1 – C7-0004/2010 – 2009/0190(NLE))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0703 u 05305/1/2010 REV 1),
– wara li kkunsidra t-test tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta“ Data ta” Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea lejn l-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (16110/2009),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta“ Settembru 2009 dwar il-ftehim internazzjonali previst biex id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu data minn messaġġi ta” pagamenti finanzjarji għall-fini tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-finanzjament tat-terroriżmu(1),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6)(a) flimkien mal-Artikoli 82(1)(d) u 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0004/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0013/2010),
1. Ma japprovax il-konklużjoni tal-Ftehim;
2. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta immedjatament rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill bil-ħsieb ta“ ftehim għal żmien fit-tul mal-Istati Uniti dwar il-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu; ifakkar li kwalunkwe ftehim ġdid f'dan il-qasam għandu josserva l-qafas ġuridiku l-ġdid stabbilit mit-Trattat ta” Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li issa hija vinkolanti, u jġedded it-talbiet espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta“ Settembru 2009, b'mod partikulari fil-paragrafi 7 sa 13;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.
Ftehim Kwadru għall-prevenzjoni kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet u fis-settur tal-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU
219k
51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Kwadru għall-prevenzjoni kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet u fis-settur tal-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU (COM(2009)0577)
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill li timplimenta l-Ftehim Kwadru għall-prevenzjoni kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet u fis-settur tal-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU (COM(2009)0577),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 153(1)(a) u 155 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tagħha,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta“ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta” miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/655/KEE tat-30 ta“ Novembru 1989 li tirrigwarda l-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/656/KEE tat-30 ta“ Novembru 1989 dwar il-ħtiġiet minimi ta” sigurtà u ta“ saħħa għall-użu ta” tagħmir ta“ protezzjoni personali mill-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (it-tielet Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)(3),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta“ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba” direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)(4),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Kwadru għall-prevenzjoni kontra korrimenti kkawżati minn oġġetti li jaqtgħu fl-isptarijiet u fis-settur tal-kura tas-saħħa li ġie konkluż mill-HOSPEEM u l-EPSU,
– wara li kkunsidra l-fatt li l-Ftehim Kwadru kien jinkludi talba konġunta lill-Kummissjoni biex din timplimenta l-Ftehim b'deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta“ Frar 2005 dwar il-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta“ Lulju 2006 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-ħarsien tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa Ewropej minn infezzjonijiet ġejjin mid-demm minħabba korrimenti li jirriżultaw minn labar tas-siringi(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta“ Jannar 2008 dwar l-istrateġija Komunitarja 2007-2012 għas-saħħa u s-sigurta? fuq il-post tax-xogħol(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 84(3) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
A. billi l-korrimenti li jirriżultaw minn labar tas-siringi jistgħu jwasslu għat-tixrid ta“ iktar minn 20 tip ta” vajrus li jistgħu jwasslu għall-mewt, inklużi l-Epatite B, l-Epatite Ċ, u l-HIV/Aids, u għalhekk jippreżentaw problema serja tas-saħħa,
B. billi l-korrimenti bil-labar tas-siringi u korrimenti oħra kkawżati minn strumenti mediċi li jaqtgħu jirrappreżentaw wieħed mill-aktar riskji komuni u serji għall-ħaddiema tas-saħħa fl-Ewropa kollha kemm hi; meta wieħed iqis li l-persunal tal-isptar u l-professjonisti tas-saħħa spiss jirriskjaw il-possibilità ta“ infezzjonijiet ikkawżati minn korrimenti bil-labar tas-siringi jew strumenti oħra li jaqtgħu,
C. billi studji indipendenti wrew li l-biċċa l-kbira tal-korrimenti li jirriżultaw minn labar tas-siringi jistgħu jiġu evitati b'taħriġ aħjar, kondizzjonijiet aħjar fuq il-post tax-xogħol, u l-użu ġenerali ta“ strumenti mediċi aktar sikuri bl-inkorporazzjoni ta” mekkaniżmi għall-protezzjoni mill-oġġetti li jaqtgħu,
D. billi l-esperti jikkalkulaw li kull sena, fl-Unjoni Ewropea, ikun hemm iktar minn miljun korriment li jirriżultaw minn labar tas-siringi,
E. billi l-impatt psikoloġiku u emozzjonali wara korriment b'labar tas-siringi jew korrimenti oħra b'oġġetti li jaqtgħu jista“ jkun enormi, saħansitra meta ma tirriżulta l-ebda infezzjoni, minħabba li l-ħaddiema u l-familji tagħhom jistgħu jistennew għal xhur fl-inċertezza rigward l-eżitu tas-saħħa wara l-korriment,
F. billi l-inizjattiva li tiġi pprovduta soluzzjoni leġiżlattiva biex il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa Ewropej jiġu protetti b'mod xieraq minn infezzjonijiet li jinxterdu bid-demm li jistgħu ikunu fatali kkawżati minn korrimenti bil-labar tas-siringi u strumenti oħra li jaqtgħu nbdiet fir-riżoluzzjoni tas-6 ta“ Lulju 2006 msemmija hawn fuq,
G. billi hemm nuqqas kbir ta“ persunal tal-kura tas-saħħa, u l-istudji jindikaw li r-riskji serji għas-saħħa li wieħed jiffaċja ta” kuljum huma waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-fatt li karriera fis-settur tal-kura tas-saħħa ma titqiesx bħala waħda attraenti; billi r-Rapport dwar il-Kompetittività Ewropea tal-2004 jagħraf dan in-nuqqas dejjem jikber ta“ ħaddiema fis-settur tas-saħħa bħala kwistjoni ta” tħassib partikolari għall-Unjoni Ewropea,
H. billi d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Kwadru se jkun ta“ kontribut importanti għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema attivi fl-isptarijiet u s-settur tal-kura tas-saħħa,
I. billi jeħtieġ jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta“ sikurezza tal-ambjent tax-xogħol fl-isptarijiet u kull fejn isiru attivitajiet ta” kura tas-saħħa,
J. billi l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet soċjali għandha tevita li timponi limitazzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali li jistgħu ixekklu l-iżvilupp tal-impriżi żgħar u ta“ daqs medju,
1. Jilqa“ l-fatt li l-Kummissjoni talbet l-opinjoni tal-Parlament, partikolarment minħabba li din hija kwistjoni li ngħatat attenzjoni konsiderevoli mill-Parlament fuq perjodu ta” bosta snin;
2. Jirrikonoxxi li d-direttiva proposta mill-Kunsill tinkorpora l-aktar riżultati sinjifikanti tar-riżoluzzjoni tiegħu imsemmija hawn fuq, tas-6 ta“ Lulju 2006;
3. Jilqa“ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Ftehim Kwadru ġie żviluppat fuq bażi indaqs b'koperazzjoni mal-Assoċjazzjoni għall-Impjegati Ewropej fl-Isptarijiet u fil-Kura tas-Saħħa (HOSPEEM) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Unjins tas-Servizz Pubbliku (EPSU), li huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala msieħba soċjali Ewropej fis-sistema tal-isptarijiet u tal-kura tas-saħħa;
4. Jilqa“ l-fatt li l-Ftehim Kwadru jinkludi klawżola dwar ”standards minimi“ bla ħsara għad-dispożizzjonijiet eżistenti u ġejjiena, kemm nazzjonali kif ukoll Komunitarji, li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema. Ifakkar li l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom ikunu liberi u jiġu mħeġġa biex jadottaw miżuri addizzjonali li huma iktar favorevoli għall-ħaddiema fil-qasam ikkonċernat;
5. Jirrakkomanda li l-miżuri definiti fid-direttiva proposta jiġu adottati u implimentati b'urġenza, minħabba li l-ħaddiema kkonċernati diġà ilhom jistennew iktar minn ħames snin minn meta l-attenzjoni tal-Kummissjoni nġibdet għal din il-kwistjoni serja;
6. Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal u toħroġ linji gwida biex jakkumpanjaw il-ftehim u b'dan il-mod jgħinu fl-implimentazzjoni mingħajr problemi fl-Istati Membri kollha;
7. Jistieden lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-proċess ta“ applikazzjoni tal-Ftehim u biex tinforma, b'mod regolari, lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-imsieħba soċjali li huma involuti fil-Ftehim Kwadru.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, u b'mod partikolari, ir-riżoluzzjonijiet tas-7 ta“ Mejju 2009, tat-23 ta” Ottubru 2008 u tal-24 ta“ Mejju 2007,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
A. billi l-kunċett tal-libertà u tal-indipendenza tal-midja huwa komponent essenzjali tad-dritt fundamentali tal-libertà tal-espressjoni mħaddan fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
B. billi l-libertà tal-midja hi ta“ importanza primarja għad-demokrazija u għar-rispett tal-libertajiet fundamentali, minħabba r-rwol essenzjali tagħha li tiggarantixxi l-espressjoni ħielsa tal-opinjonijiet u l-ideat, bir-rispett dovut tad-drittijiet tal-minoranzi, inklużi l-oppożizzjonijiet politiċi, u li tikkontribwixxi għall-parteċipazzjoni effettiva tan-nies fil-proċessi demokratiċi, filwaqt li tippermetti elezzjonijiet ħielsa u ġusti,
C. billi d-dritt tal-pubbliku li jirċievi informazzjoni minn sorsi pluralistiċi hu fundamentali għal kwalunkwe soċjetà demokratika u għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja politika u soċjali ta“ pajjiż,
D. billi l-obbligu impost permezz tal-Liġi dwar ir-Responsabilità Soċjali fir-Radju u fit-Televiżjoni fuq il-midja kollha sabiex ixxandar id-diskorsi kollha sħaħ tal-Kap tal-Istat ma jirrispettax tali prinċipji ta“ pluraliżmu,
E. billi l-Artikoli 57 u 58 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela jiggarantixxu l-libertà tal-espressjoni, tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni,
F. billi l-midja trid tobdi d-dispożizzjonijiet tal-liġi; billi l-għeluq ta“ kwalunkwe mezz tal-midja għandu jsir biss meta ma jkun hemm l-ebda għażla oħra u għandu jkun miżura li tiġi implimentata biss wara li jkunu ngħataw il-garanziji kollha ta” proċess ġust, inkluż id-dritt li jitressqu difiża u appell f'qorti tal-ġustizzja indipendenti,
G. billi f'Mejju 2007 s-sinjal miftuħ tar-“Radio Caracas Televisión” ġie sospiż mill-President Hugo Chávez u l-istazzjon ġie mġiegħel isir internazzjonali biex ikun jista“ jitrażmetti sinjal permezz tat-televiżjoni bil-kejbil,
H. billi l-ewwel protesti mill-moviment tal-istudenti bdew b'riżultat tas-sospensjoni tat-trażmissjonijiet tal-istazzjon,
I. billi fl-1 ta“ Awwissu 2009, il-gvern ta” Hugo Chávez ordna l-għeluq ta“ 34 stazzjon tar-radju billi rrifjuta li jġedded il-liċenzji tagħhom,
J. billi f'Jannar 2010 l-President Chavez ordna lill-“RCTV International (RCTV-I)” u ħames stazzjonijiet oħra tat-televiżjoni bil-kejbil u bis-satellita (“TV Chile”, “Ritmo Son”, “Momentum”, “America TV” u “American Network”) biex jieqfu jxandru wara li dawn naqsu milli jxandru d-diskors Presidenzjali uffiċjali fl-okkażjoni tat-52 anniversarju tal-waqgħa mill-poter ta“ Perez Jimenez; u billi tnejn minn dawn l-istazzjonijiet – ”America TV u RCTV-I – għadhom bla permess li jxandru,
K. billi dan il-waqfien mix-xandir ipprovoka mewġa oħra ta“ protesti tal-istudenti, li ġew soppressi bil-qawwa mill-pulizija f'ħafna mill-istati u l-bliet tal-pajjiż, u li b'riżultat ta” dawn l-avvenimenti, żewġ studenti żgħażagħ sfaw mejta fil-belt ta“ Mérida, u ndarbu għexieren ta” persuni midruba,
L. billi dawn il-miżuri kienu mfassla biex jiksbu l-kontroll tal-midja u jagħmlulha sarima, jekk mhux biex jillimitaw id-drittijiet demokratiċi tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni,
M. billi l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, permezz tal-Kummissjoni Inter-Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem, wissiet li din il-mossa l-ġdida li biha l-istazzjonijiet twaqqfu milli jxandru għandha riperkussjonijiet serji f'termini tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni,
N. billi l-President Chávez riċentement iddikjara li l-użu ta“ siti ta” netwerking soċjali bħal “Twitter”, l-Internet, u l-messaġġi bil-mowbajls biex jikkritikaw jew jopponu r-reġim tiegħu “huwa terroriżmu”,
O. billi r-riforma tal-liġi dwar ix-xjenza u t-teknoloġija li qed tiġi diskussa bħalissa mill-Assemblea Nazzjonali tal-Venezwela għandha l-għan li tirregola “in-netwerk tal-informatika” b'mod li jista“ jwassal għal ċensura tal-Internet,
P. billi l-Venezwela ffirmat il-Konvenzjoni Internazzjonali tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, kif ukoll il-Konvenzjoni Amerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem,
Q. billi l-Venezwela għandha l-ikbar riżervi tal-enerġija fl-Amerika Latina, u billi miżuri bħall-konfiska u l-esproprjazzjoni arbitrarja, li wħud minnhom jolqtu l-interessi tal-UE, idgħajfu d-drittijiet soċjali u ekonomiċi bażiċi taċ-ċittadini,
R. billi xi mexxejja qrib tal-President Chávez, bħas-Sur Ramón Carrizález, Viċi President u Ministru tad-Difiża, is-Sra Yubiri Ortega, Ministru tal-Ambjent, u s-Sur Eugenio Vázquez Orellana, President tal-Bank Ċentrali, riċentement taw ir-riżenja tagħhom,
S. billi skont ir-rapport tal-2009 tal-organizzazzjoni Transparency International, il-Venezwela hi waħda mill-aktar pajjiżi korrotti tad-dinja,
T. billi l-klima latenti ta“ nuqqas ta” sigurtà u l-livelli ta“ kriminalità u vjolenza, li jagħmlu lill-Venezwela u l-kapital tagħha, Caracas, wieħed mill-postijiet l-aktar perikolużi tad-dinja, qed jikkawżaw tħassib fost il-poplu tal-Venezwela,
U. billi l-bosta insulti, theddid u attakki immirati kontra mexxejja nazzjonali u internazzjonali mill-President Chávez ħolqu skumdità u ħafna tensjonijiet bla bżonn, li f'xi każijiet saħansitra wasslu għal ordni ta“ mobilizzazzjoni tat-truppi bil-ħsieb ta” gwerra possibbli mal-Kolombja,
1. Jinsab ixxukkjat bil-mewt taż-żewġ studenti żgħażagħ, Yonisio Carrillo u Marcos Rosales, waqt il-protesti f'Mérida, u jitlob lill-awtoritajiet iwettqu investigazzjoni għar-raġunijiet għalfejn inqatlu dawn iż-żewġ ġuvintur u jitlob li l-persuni ħatja jiġu proċessati permezz tas-sistema tal-ġustizzja;
2. Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-gvern li ma jħallix lil dawn l-istazzjonijiet ixandru fil-Venezwela, u jitlob li jitħallew jerġgħu jibdew ixandru;
3. Jitlob lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex jirrevedu din id-deċiżjoni, kif ukoll l-obbligu li l-midja jxandru d-diskorsi sħaħ tal-Kap tal-Istat;
4. Ifakkar lill-Gvern tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fl-obbligu tiegħu li jirrispetta l-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni u l-liberta tal-istampa, kif huwa obbligat li jagħmel skont il-Kostituzzjoni tiegħu u skont id-diversi Konvenzjonijiet u Karti internazzjonali u reġjonali li hija firmatarja tagħhom;
5. Jitlob lill-Gvern tal-Venezwela sabiex, f'isem il-prinċipju ta“ imparzjalità tal-Istat, jiggarantixxi trattament ġuridiku indaqs għall-midja kollha, inkluż l-Internet, kemm pubbliċi u kemm privati, u indipendentement minn kwalunkwe konsiderazzjoni politika jew ideoloġika;
6. Jemmen li l-midja tal-Venezwela għandha tiggarantixxi trattament pluralist tal-ħajja politika u soċjali tal-Venezwela;
7. Jemmen li “l-Kummissjoni Nazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet” għandha turi li hija independenti mill-awtoritajiet politiċi u ekonomiċi u tiżgura pluraliżmu ġust;
8. Jistieden lill-Gvern tal-Venezwela sabiex jimpenja ruħu favur il-valuri tal-istat tad-dritt, u biex jippromwovi, jipproteġi u jirrispetta d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, anke fuq l-Internet, u l-libertà tal-għaqda;
9. Jiġbed l-attenzjoni li, skont il-Karta Demokratika Inter-Amerikana tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, f'demokrazija, barra mil-leġittimità ċara tal-oriġini, fondata u miksuba fl-elezzjonijiet, jeħtieġ ikun hemm ukoll konformità mal-leġittimità tal-eżerċizzju tal-poter, li għandha tkun imsejsa fuq ir-rispett tal-pluraliżmu, tar-regoli stabbiliti, tal-kostituzzjoni, tal-liġijiet u tal-istat tad-dritt bħala garanzija ta“ demokrazija li tiffunzjona bis-sħiħ, u dan jeħtieġ jinkludi r-rispett għal oppożizzjoni politika paċifika u demokratika, b'mod speċjali meta l-oppożizzjoni tkun ġiet eletta u tgawdi mandat popolari;
10. Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-gvern tal-President Chávez qed jimxi lejn sistema awtoritarja, u li l-azzjonijiet tiegħu huma maħsuba biex idgħajfu l-oppożizzjoni demokratika tiddgħajjef u jillimitaw id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini;
11. Jitlob lill-Gvern tal-Venezwela, fil-prospettiva tal-elezzjonijiet parlamentari tas-26 ta“ Settembru 2010, biex jirrispetta r-regoli tad-demokrazija u l-prinċipji tal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni u tal-elezzjoni;
12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, lill-Gvern u l-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latina-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.
Il-Madagaskar
213k
50k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar is-sitwazzjoni fil-Madagaskar
– wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim ta“ Cotonou, rispettivament dwar id-djalogu politku u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP/UE f'Luanda tat-3 ta“ Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Madagaskar, u b'mod partikolari dik tas-7 ta“ Mejju 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Madagaskar,
– wara li kkunsidra s-sospensjoni tal-Madagaskar mill-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u mill-Unjoni Afrikana,
–wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Unjoni Afrikana li, fit-2 ta“ Frar 2010, talbet lir-”reġim illegali fil-Madagaskar biex jieqaf jipprova jimponi soluzzjonijiet unilaterali għall-kriżi“, u li reġa” tenna “l-ħtieġa li jkunu implimentati l-istituzzjonijiet tat-Tranżizzjoni konvenzjonali f'konformità mal-Karta ta” Maputa u l-Att Addizzjonali ta“ Addis Ababa”,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Organu ta“ Sigurtà u Difiża tal-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) tal-15 ta” Jannar 2010, li talab lill-komunità internazzjonali sabiex “ma taċċettax il-pjanijiet ta” Andy Rajoelina, li jrid imur lil hinn mill-ftehimiet ta“ qsim tal-poter u jsejjaħ elezzjonijiet leġiżlattivi f'Marzu”,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li ma jħallix lill-Madagaskar ikompli jgawdi mill-benefiċċji tal-AGOA (African Growth and Opportunity Act), minħabba l-qagħda politika tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta“ Maputo tat-8 u d-9 ta” Awwissu 2009 u l-Att Addizzjonali ta“ Addis Ababa tas-6 ta” Novembru 2009, iffirmati mill-erba“ kapijiet ewlenin tal-movimenti politiċi tal-Madagaskar,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
A. billi hemm instabilità politika persistenti wara l-kolp ta“ stat u li tefgħet lill-Madagaskar f'sitwazzjoni prekarja kemm fil-livell soċjoekonomiku, kif ukoll dak umanitarju;
B. billi fit-18 ta“ Diċembru 2009, il-mexxej tal-Madagaskar mirfud mill-armata, is-Sur Andry Rajoelina, irtira min-negozjati dwar il-qsim tal-poter mal-movimenti politiċi tal-Madagaskar;
C. billi fit-18 ta“ Diċembru 2009, is-Sur Rajoelina ħatar bħala Prim Ministru lill-Kurunell Albert Camille Vital, ex fizzjal tal-armata;
D. billi l-gruppi politiċi tal-oppożizzjoni, li jinkludu gruppi mmexxija mill-ex President Marc Ravalomanana, il-ħatra tal-Kurunell Albert Camille Vital bħala Prim Ministru kkundannawha bħala att illegali minn poter illegali;
E. billi seħħew il-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem, il-fastidju u l-arrest arbitrarji ta“ membri parlamentari, reliġjużi u membri tas-soċjetà ċivili, kif ukoll is-serq mill-knejjes u l-intimidazzjoni tal-istampa;
F. billi l-komunità internazzjonali hija favur soluzzjoni negozjata għall-kriżi li bħalissa tinsab imblukkata apposta filwaqt li r-reġim illegali attwali qed ikompli jisfida l-komunità internazzjonali;
G. billi t-Tnejn 6 ta“ Lulju 2009, l-Unjoni Ewropea bdiet proċess ta” konsultazzjoni mal-Madagaskar b'applikazzjoni tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta“ Cotonou, biex b'hekk fetħet djalogu bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet adegwati għall-problemi politiċi tal-pajjiż;
H. billi l-poplu tal-Madagaskar għandu bżonn u huwa kapaċi li jagħżel il-futur tiegħu u li jkun rajh f'idejh;
I. billi r-reġim illegali attwali qiegħed jimmonopolizza l-poteri eżekuttivi, leġiżlattivi, ġudizzjarji, kif ukoll il-midja;
J. billi s-Sur Rajoelina stqarr li jrid jorganizza unilateralment elezzjonijiet leġiżlattivi li jmorru kontra l-iskeda elettorali u b'nuqqas ta“ konsultazzjoni tal-poplu tal-Madagaskar, kif previst mill-Karta ta” Maputu u l-Att Addizzjonali ta“ Addis Ababa;
K. billi skont l-IMF, l-għajnuna tad-donaturi lill-Madagaskar irrappreżentat 50% tal-baġit nazzjonali u li l-Unjoni Ewropea ssuspendiet il-finanzjarjament tagħha għall-għajnuna u l-iżvilupp sakemm ma tinstabx soluzzjoni demokratika għall-kriżi attwali;
L. billi l-maggoranza tal-popolazzjoni tiddisponi minn anqas minn dollaru kuljum biex tgħix, 7 000 tifel u tifla jsofru minn malnutrizzjoni serja u s-sitwazzjoni marret għall-agħar minn mindu bdiet il-kriżi politika;
M. billi l-gvern ippubblika liġi li tillegalizza l-esportazzjoni ta“ njam mhux trattat u fil-periklu, b'theddida għall-bijodiversità tal-pajjiż, li tista” tintilef għal dejjem;
1. Jerġa“ jtenni bil-qawwa l-kundanna tiegħu għall-proċess ta” ħtif tal-poter fil-Madagaskar mis-Sur Rajoelina, bi ksur flagranti tad-dispożizzjoni tal-kostituzzjoni tal-Madagaskar, li fil-fatt jikkostitwxxi kolp ta“ stat pur u sempliċi;
2. Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tas-Sur Rajoelina li jħassar il-ħatra ta“ Eugene Mangalaza bħala Prim Ministru, li saret wara ftehim tal-qsim tal-poter bejn il-partiti politiċi kollha f'Ottubru 2009;
3. Jikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni tas-Sur Rajoelina li jibbojkottja t-tielet serje ta“ negozjati f'Maputo f'Diċembru u li jirtira mid-diskussjonijiet fuq il-qsim tal-poter;
4. Jitlob immedjatament l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet iffirmati f'Maputo u f'Addis Ababa sabiex jerġa“ jitwaqqaf gvern kostituzzjonali;
5. Jikkundanna r-repressjoni sistematika tal-oppożizzjoni, iċ-ċensura tal-midja u l-intimidazzjoni u l-arrest sistematiku tal-ġurnalisti, l-arrest u t-tortura ta“ nies ċivili, persuni politiċi u d-detenzjoni mingħajr akkuża u f'postijiet mhux magħrufa ta” bosta persuni; jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha u l-annullament tal-proċeduri legali kontriehom;
6. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-bosta mijiet ta“ persuni li għebu, fosthom xi mitt tifel u adolexxent;
7. jesiġi inkjesta indipendenti internazzjonali dwar il-każijiet kollha ta“ qtil politiku fil-Madagaskar, il-vjolazzjonijiet kollha tad-drittijiet tal-bniedem u l-atti kollha ta” ripressjoni mwettqa mill-forzi tas-sigurtà u mill-armata;
8. Jiddiżapprova kull tentativ tas-Sur Rajoelina sabiex jorganizza unilateralment elezzjonijiet f'Marzu 2010, u ma jagħtix l-appoġġ tiegħu għajr għal elezzjonijiet li jkunu ppreparati minn gvern li jkollu l-kunsens u jkun inklussiv kif previst fil-Karta ta“ Maputo u l-Att Addizzjonali ta” Addis Ababa, u konformi mal-iskedi elettorali u wara konsultazzjoni mal-poplu tal-Madagaskar; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex ma jibagħtux missjoni ta“ osservazzjoni tal-elezzjonijiet għajr fil-qafas definit mill-Ftehimiet ta” Maputo u ta“ Addis Ababa;
9. huwa konvint li l-ftehim ta“ Maputo u l-Atta Addizzjonali ta” Addis Ababa dwar il-Madagaskar huma l-qafas waħdieni possibbli għal soluzzjoni tal-kriżi politika fil-Madagaskar; iqis li d-djalogu kostruttiv huwa l-uniku mod vijabbli biex tintlaħaq soluzzjoni politika għall-kriżi;
10. Jitlob li jiġi implimentat malajr proċess ta“ diżarmament u x-xoljiment tal-milizji bl-iskop li terġa” titwaqqaf armata repubblikana;
11. Jitlob li fil-każ li ma jiġux rispettati l-impenji li saru f'Maputo u Addis Ababa, jittieħdu b'mod selettiv sanzjonijiet individwali u mmirati kontra d-dirġenti attwali tal-Awtorità Għolja ta“ Tranżizzjoni (HAT) li qed jagħmlu imblokk apposta;
12. Jitlob li jinbdew proċeduri legali kont dawk allegatament ħatja ta“ serq ta” proprjetà privata, ta“ proprjetà pubblika u tar-riżorsi naturali tal-Madagaskar; jitlob li l-ebda gvern intermedju tal-Madagaskar ma jiffirma xi ftehim jew kuntratt ma” pajjiżi jew intrapriżi oħrajn dwar ir-rikkezzi naturali u patrimonju nazzjonali, qabel ma jkunu saru elezzjonijiet u qabel ma l-poplu tal-Madagaskar ikun ta mandat leġittimu lil gvern ġdid;
13. Jitlob lill-komunità internazzjonali u lill-UE sabiex jagħtu l-għajnuna umanitarja tagħhom lill-poplu tal-Madagaskar; ifakkar li t-twaqqif mill-ġdid gradwali tal-programmi ta“ kooperazzjoni mal-Madagaskar jiddependi mill-implimentazzjoni tal-istituzzjonijiet ta” tranżizzjoni konvenzjonali ta“ gvern li kiseb kunsens u li jkun inklusiv f'konformità mal-Karta ta” Maputo u l-Att Addizzjonali ta“ Addis Ababa, u fir-rispett integrali tal-prinċipji demokratiċi u l-libertajiet fundamentali kollha;
14. jappoġġa l-isforzi f'dan il-proċess tal-ex President tar-Repubblika tal-Możambik, is-Sur Joachim Chissano, medjatur tal-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika; u jitlob lill-erba“ movimenti politiċi tal-Madagaskar biex minnufih jerġgħu lura għall-mejda tan-negozjati bil-għan li jaqblu fuq aġenda politika għal elezzjonijiet ġusti, demokratiċi u trasparenti fl-2010;
15. Jitlob lill-Unjoni Afrikana, lill-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika u lill-grupp internazzjonali ta“ kuntatt biex iwasslu l-proċess ta” tranżizzjoni għas-suċċess;
16. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħti rendikont lill-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi fil-proċess ta“ konsultazzjoni li qed isiru fil-Madagskar wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 96 tal-Ftehim ta” Cotonou;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma b'din r-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-ACP-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Komunità tal-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika, lill-President Joaquim Chissano u lill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana.
Il-Burma
216k
53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Frar 2010 dwar il-Burma
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Burma/Mjanmar tad-27 ta“ April 2009 u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Burma,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew – Dikjarazzjoni dwar il-Burma/Mjanmar tad-19 ta“ Ġunju 2009,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea tal-11 ta“ Ġunju 2009 dwar iċ-ċivili Karen li qegħdin jaħarbu mill-Burma/Mjanmar,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-UE tat-23 ta“ Frar 2009 li sejħet għal djalogu globali inklussiv bejn l-awtoritajiet u l-forzi demokratiċi fil-Burma/Mjanmar,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 64/238 tat-23 ta“ Diċembru 2009 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mjanmar,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea tal-14 ta“ Mejju 2009 dwar l-arrest ta” Daw Aung San Suu Kyi,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-ASEAN tal-11 ta“ Awwissu 2009 dwar il-Mjanmar,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Burma/Mjanmar,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
A. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Burma/Mjanmar kompliet tmur għall-agħar, ir-ripressjoni politika żdiedet aktar u l-libertajiet fundamentali tal-poplu tal-Burma qegħdin jinkisru b'mod sistematiku,
B. billi l-militar baqa“ jwettaq vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil extra-ġudizzjarju, xogħol furzat u vjolenza sesswali, kontra l-popolazzjonijiet ċivili f'żoni ta” kunflitti etniċi,
C. billi r-reġim tal-Burma qed ikompli r-reklutaġġ furzat mifrux u sistematiku ta“ tfal suldati,
D. billi skont ir-rapporti, fil-Burma hemm madwar 2 177 priġunier politiku, inkluż 14-il ġurnalista, u billi aktar minn 230 reliġjuż Buddista li ħadu sehem fil-protesti tal-2007 għadhom fil-ħabs,
E. billi fil-ħarifa tal-2010 il-Burma/Mjanmar hu mistenni jżomm l-ewwel elezzjonijiet parlamentari tiegħu fl-aħħar għoxrin sena,
F. billi l-elezzjonijiet se jkunu bbażati fuq kostituzzjoni mfassla mill-armata, li jeżistu dubji serji dwar il-leġittimità tagħha; billi din il-kostituzzjoni l-ġdida tipprevedi l-elezzjonijiet fl-2010 biex tiġġustifika ħamsin sena ta“ reġim militari u tagħti 25% tas-siġġijiet parlamentari lill-militar,
G. billi l-Kostituzzjoni l-ġdida tipprojbixxi lil Aung San Suu Kyi, Mexxejja tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) u Rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi, minn kariga pubblika; billi xi partiti tal-oppożizzjoni u gruppi etniċi ta“ minoranza ddikjaraw li se jibbojkottjaw l-elezzjonijiet, filwaqt li l-NLD mhijiex lesta taċċetta r-riżultat jekk qabel ma jkunx hemm djalogu għal reviżjoni kostituzzjonali,
H. billi fit-28 ta“ Jannar 2010 Ngwe Soe Lin ingħata sentenza ta” 13-il sena ħabs talli ħadem għall-aġenzija tal-aħbarijiet barranija, id-Democratic Voice of Burma, filwaqt li fit-30 ta“ Diċembru 2009 Hla Hla Win ingħata sentenza ta” 27 sena ħabs għal akkużi simili,
I. billi r-ripressjoni kontinwa fuq l-oppożizzjoni politika mhuwiex ħlief attentat mill-ġunta tal-Burma biex tistabbilixxi kontroll akbar fuq il-midja qabel l-elezzjonijiet nazzjonali ppjanati għal aktar tard din is-sena,
J. billi fil-11 ta“ Awwissu 2009, Daw Aung San Suu Kyi ngħatat sentenza ta” 3 snin ħabs, li aktar tard inbidlet mill-awtoritajiet tal-Burma fi 18-il xahar ta“ arrest domiċiljarju; billi l-avukati tagħha appellaw kontra s-sentenza quddiem il-Qorti Suprema tal-Burma; billi l-proċess u l-verdett mhux ġustifikat kontra Daw Aung San Suu Kyi ġie kkundannat bil-qawwi mill-komunità internazzjonali,
K. billi f'Mejju 2009, l-attakki mill-armata tal-Burma u mill-Armata Demokratika Buddista tal-Karen (DKBA) wasslu għaċ-ċaqliq ta“ eluf ta” ċivili u sfurzaw lil madwar 5 000 refuġjat jaħrab lejn it-Tajlandja; billi hemm riskju serju li kif ir-refuġjati Karen imorru lura dawn jiġu sottomessi għal vjolazzjonijiet ħorox tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż xogħol furzat u stupru mis-suldati tal-Armata tal-Burma,
L. billi hu stmat li hemm madwar nofs miljun refuġjat intern fil-Burma tal-Lvant u 140 000 refuġjat jinsabu f'disa“ kampijiet tul il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Burma kif ukoll ”il fuq minn 200 000 Rohingya qed jgħixu f'kampijiet tar-refuġjati jew jinsabu mifruxa max-xlokk tal-Bangladexx; billi miljuni ta“ migranti, refuġjati u dawk li qed ifittxu l-ażil mill-Burma qegħdin jgħixu fit-Tajlandja, l-Indja, il-Bangladexx u l-Malasja u xi kultant huma vittmi tat-traffikar,
M. billi mit-2 ta“ Jannar 2010 bdiet ripressjoni mingħajr preċedent mill-aġenziji għall-infurzar tal-liġi tal-Bangladexx kontra r-refuġjati Rohingya mhux reġistrati li kienu nġabru barra żewġ kampijiet uffiċjali tar-refuġjati fid-Distrett Bazar tal-Cox; billi minn dak iż-żmien ġew arrestati aktar minn 500 Rohingya; u wħud minn dawk arrestati ntbagħtu lura lil hinn mill-fruntiera tal-Burma, filwaqt li oħrajn ġew akkużati skont il-leġislazzjoni tal-immigrazzjoni u ntbagħtu l-ħabs,
N. billi aktar minn 5 000 Rohingya li ssetiljaw minn jeddhom fil-Bangladexx digà ħarbu minn djarhom u nġabru fil-kamp temporanju ta“ Kutupalong f'Ukhia biex ifittxu s-sigurtà; billi issa l-popolazzjoni tal-kamp żdiedet għal madwar 30 000 persuna, li ma jirċevux għajnuna f'ikel u bħalissa huma mċaħħda minn aċċess għall-għajxien, għaliex jekk iħallu l-kamp biex ifittxu x-xogħol jirriskjaw li jiġu arrestati,
1. Jikkundanna bil-qawwi l-vjolazzjonijiet sistematiċi u li għadhom għaddejjin tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet demokratiċi bażiċi tan-nies tal-Burma/Mjanmar;
2. Jesprimi tħassib serju dwar il-proċess, il-kundanna u l-għoti tas-sentenza reċenti ta“ Daw Aung San Suu Kyi u jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjoni tagħha; jitlob li tingħata d-dritt li toħroġ għall-elezzjonijiet li jmiss;
3. Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Gvern tal-Burma/Mjanmar li jżomm l-elezzjonijiet u jinsisti li skont il-kundizzjonijiet attwali dawn ma jistgħux jitqiesu ħielsa u demokratiċi; jikkritika b'mod partikolari l-projbizzjoni ta“ Aung San Suu Kyi milli toħroġ bħala kandidat;
4. Jitlob lill-Gvern tal-Burma/Mjanmar biex minnufih jibda djalogu ġenwin mal-NLD, ma“ kull partit tal-oppożizzjoni ieħor u mal-gruppi etniċi; jilqa” f'dan il-kuntest l-isforzi ta“ medjazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u tar-Rapporteur Speċjali tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Burma/Mjanmar;
5. Iħeġġeġ bil-qawwi lill-Gvern tal-Burma/Mjanmar sabiex mingħajr dewmien jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura proċess elettorali ħieles, ġust, trasparenti u inklussiv, skont standards internazzjonali, inkluż it-tnedija tal-liġijiet elettorali meħtieġa u li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-votanti kollha u tal-gruppi politiċi kollha fil-proċess elettorali u li jaċċetta l-preżenza ta“ osservaturi internazzjonali;
6. Jikkundanna l-akkużi arbitrarji wara l-arresti tal-oppożituri politiċi jew dissidenti tar-reġim tal-Burma, b'mod partikolari r-ripressjoni u l-intimidazzjoni kontinwa tar-reliġjużi Buddisti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Burma sabiex jieqfu milli jkomplu b'arresti ta“ motivazzjoni politika, biex jeħilsu kull priġunier ta” kuxjenza, inklużi r-reliġjużi, bla dewmien u mingħajr kundizzjonijiet u bl-għoti mill-ġdid tad-drittijiet politiċi tagħhom;
7. Jikkundanna r-restrizzjonijiet tal-libertà tal-assemblea, ta“ assoċjazzjoni, ta” moviment u ta“ espressjoni fil-Burma/Mjanmar; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Burma/Mjanmar sabiex ineħħu dawn ir-restrizzjonijiet, inklużi dawk imposti fuq il-medja ħielsa u indipendenti;
8. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-diskriminazzjoni kontinwa, il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, il-vjolenza, it-tkomplija tat-tħaddim tat-tfal u x-xogħol furzat, iċ-ċaqliq u r-ripressjonijiet differenti li qegħdin ibatu bosta minoritajiet etniċi u reliġjużi u jitlob lill-Gvern tal-Burma/Mjanmar sabiex jieħu azzjoni immedjata biex itejjeb is-sitwazzjonijiet rispettivi tagħhom;
9. Jesprimi tħassib serju għat-tkomplija ta“ prattiċi bħad-detenzjoni arbitrarja, għejbien furzat, stupru u forom oħra ta” vjolenza sesswali, tortura u trattament krudil, inuman u degradanti u jitlob bis-saħħa lill-Gvern tal-Burma/Mjanmar sabiex jiżgura investigazzjoni sħiħa, trasparenti, effettiva, imparzjali u indipendenti tar-rapporti kollha ta“ vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u sabiex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja sabiex tintemm l-impunità għal dawn id-delitti;
10. Jitlob bil-qawwa lill-ġunta militari tal-Burma sabiex twaqqaf minnufih ir-reklutaġġ kontinwu u l-użu tat-tfal suldati, sabiex tintensifika l-miżuri għall-garanzija tal-ħarsien tat-tfal mill-kunflitt armat u biex tkompli l-kollaborazzjoni tagħha mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-Tfal u l-Kunflitt Armat;
11. Jikkundanna bil-qawwa l-kampanji ta“ tindif etniku diretti mill-Gvern tal-Burma/Mjanmar kontra l-minoranzi, inkluż dawk li qegħdin ifittxu refuġju fil-pajjiżi ġirien;
12. Jitlob lill-gvern tar-Renju tat-Tajlandja biex ikompli jipprovdi kenn u protezzjoni lir-refuġjati Karen li qegħdin jaħarbu mill-abbużi fil-Burma/Mjanmar u sabiex ikompli jaħdem flimkien mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR), il-Konsorzju tal-Fruntiera tat-Tajlandja u l-Burma (TBBC) u l-komunità internazzjonali sabiex tinstab soluzzjoni alternattiva li tiżgura s-sigurtà tat-3 000 refuġjat Karen;
13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea, sabiex fid-dawl tal-kunflitt għaddej fuq il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Burma, tkompli tappoġġja l-għajnuna għar-refuġjati mill-Uffiċċju Umanitarju tal-KE (ECHO) f'dik iż-żona fl-2010;
14. Jilqa“ l-fatt li l-Gvern tal-Bangladexx ser iħalli missjoni ta” tiftix tal-fatti mid-delegazzjoni tal-Ażja tan-Nofsinhar tiegħu teżamina s-sitwazzjoni tal-populazzjoni Rohingya fid-Distretti ta“ Cox's Bazat u Bandarban il-ġimgħa d-dieħla, u jitlob lill-Gvern tal-Bangladexx sabiex jirrikonoxxi li r-Rohingya mhux reġistrati huma nies apolidi li qegħdin ifittxu l-ażil li ħarbu mill-persekuzzjoni fil-Burma/Mjanmar u għandhom bżonn ta” protezzjoni internazzjonali u sabiex jagħtihom protezzjoni xierqa, aċċess għall-għajxien u servizzi bażiċi oħra;
15. Iħeġġeġ lill-Gvernijiet taċ-Ċina, l-Indja u r-Russja sabiex jużaw is-saħħa ekonomika u politika tagħhom mal-awtoritajiet tal-Burma/Mjanmar sabiex iwasslu għal titjib sostanzjali fil-pajjiż u biex iwaqqfu l-provvista ta“ armamenti u ta” riżorsi strateġiċi oħra lir-reġim tal-Burma;
16. Jitlob lill-Kunsill sabiex ikompli b'miżuri restrittivi mmirati lejn ir-reġim tal-Burma sakemm ikun hemm progress tanġibbli ta“ demokratizzazzjoni; fl-istess ħin iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jivvaluta l-effettività ta'dawn il-miżuri restrittivi;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli u Viċi-President tal-Kummissjoni Catherine Ashton, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Burma, lill-Kunsill ta“ Paċi u ta” Żvilupp tal-Istat tal-Burma, lill-gvernijiet tal-ASEAN u lill-istati membri tal-ASEM, lill-gvernijiet tal-Bangladexx u tar-Russja, lis-Segretarjat tal-ASEM, lill-Caucus Interparlamentari tal-ASEAN dwar il-Mjanmar, lil Daw Aung San Suu Kyi, lin-NLD, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Burma/Mjanmar.