Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0004(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0190/2010

Testi mressqa :

A7-0190/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/06/2010 - 7.7
CRE 15/06/2010 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0202

Testi adottati
PDF 287kWORD 37k
It-Tlieta, 15 ta' Ġunju 2010 - Strasburgu
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) ***I
P7_TA(2010)0202A7-0190/2010
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) (COM(2010)0012 – C7-0024/2010 – 2010/0004(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 175 u 352(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0024/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet raġunati mibgħuta lill-President tiegħu mill-parlamenti nazzjonali relatati mal-konformità tal-abbozz ta' att mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2010(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0190/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)
P7_TC1-COD(2010)0004

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1232/2010.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza