Testi mressqa :
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Att Kostituttiv tal-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE tat-29 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. Iddeċieda li jwaqqaf Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari CARIFORUM-UE;
2. Iddeċieda li l-għadd ta' membri tad-delegazzjoni għandu jkun ta' 15-il membru uffiċjali;
3. Iddeċieda li disa’ membri għandhom jintgħażlu mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u sitta mill-Kumitat għall-Iżvilupp;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bħala informazzjoni.