Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta' Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri (COM(2009)0610 – C7-0263/2009 – 2009/0169(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0610),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 169 u 172(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0263/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 185 u 188(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2010(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0164/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Konġunt ta' Riċerka u Żvilupp tal-Baħar Baltiku (BONUS) li huma impenjati fih diversi Stati Membri