Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0085(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0176/2010

Testi mressqa :

A7-0176/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/06/2010 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0215

Testi adottati
PDF 200kWORD 33k
L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju 2010 - Strasburgu
Konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) ***
P7_TA(2010)0215A7-0176/2010

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010 – C7-0109/2010 – 2009/0085(NLE))

(Approvazzjoni - referenza mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0326),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2009(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa’ (COM(2009)0665 u COM(2010)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 194(2), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni talbet l-approvazzjoni tal-Parlament (C7-0109/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59(3), 81, u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0176/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Istatut;

2.  Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2009)0030.

Avviż legali - Politika tal-privatezza