Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0195(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0137/2010

Testi mressqa :

A7-0137/2010

Dibattiti :

PV 15/06/2010 - 4
CRE 15/06/2010 - 4

Votazzjonijiet :

PV 16/06/2010 - 8.10
CRE 16/06/2010 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0221

Testi adottati
PDF 202kWORD 33k
L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju 2010 - Strasburgu
L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I
P7_TA(2010)0221A7-0137/2010

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (COM(2008)0650 – C6-0354/2008 – 2008/0195(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0650),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 71 u 137(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0354/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 91 u 153(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0137/2010),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kumissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u tieħu l-passi meħtieġa mal-Parlament sabiex tressaq proposta ġdida;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 78.

Avviż legali - Politika tal-privatezza