Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0144(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0169/2010

Testi mressqa :

A7-0169/2010

Dibattiti :

PV 06/07/2010 - 11
CRE 06/07/2010 - 11

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2010 - 8.6
CRE 07/07/2010 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 22/09/2010 - 5.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0270
P7_TA(2010)0339

Testi adottati
PDF 809kWORD 509k
L-Erbgħa, 7 ta' Lulju 2010 - Strasburgu
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ***I
P7_TA(2010)0270A7-0169/2010
Test
 Test konsolidat

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2009)0503 – C7-0167/2009 – 2009/0144(COD))
EMENDI TAL-PARLAMENT(2)
għall-proposta komuni tal-Kummissjoni

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Din il-proposta giet emendata fis-7 ta' Lulju 2010 kif ġej(1):

(1)1 Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0169/2010).
(2)* Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.


REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(1)  Il-kriżi finanzjarja fl-2007/2008 kixfet nuqqasijiet importanti fis-superviżjoni finanzjarja, kemm f'każijiet partikolari kif ukoll b'rabta mas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Il-mudelli superviżorji bbażati nazzjonalment waqgħu lura mqabbla mal-globalizzazzjoni finanzjarja u mar-realtà integrata u interkonnessa tas-swieq finanzjarji Ewropej, li fihom bosta kumpaniji finanzjarji joperaw lil hinn mill-fruntieri. Il-kriżi kixfet nuqqasijiet fil-qasam tal-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni, l-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-Unjoni u l-fiduċja bejn is-superviżuri nazzjonali.

(1a)  Minn ħafna qabel il-kriżi finanzjarja, il-Parlament Ewropew kien diġà talab b'mod regolari t-tisħiħ ta' kundizzjonijiet verament ugwali għall-atturi kollha fil-livell tal-Unjoni filwaqt li ġibed l-attenzjoni għan-nuqqasijiet sinifikanti fis-superviżjoni tal-Unjoni ta' swieq finanzjarji dejjem iżjed integrati (fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni(5) , tal-21 ta' Novembru 2002 dwar ir-regoli ta' superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea(6) , u tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005–2010) – White Paper(7), tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-hedge funds u l-ekwità privata(8), tad-9 ta' Ottubru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza(9), tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u t-tkomplija tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Rijassigurazzjoni (Solvibbiltà II)(10) u tat-23 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu(11)).

(2)  Rapport mitlub mill-Kummissjoni u ppubblikat fil-25 ta' Frar 2009 minn grupp ta' esperti ta' livell għoli ppresedut minn J. de Larosière (ir-Rapport de Larosière) ikkonkluda li l-qafas superviżorju kien jeħtieġlu li jissaħħaħ sabiex jitnaqqas ir-riskju u l-gravità ta' kriżijiet finanzjarji futuri. Huwa rrakkomanda ▌ riformi fl-istruttura tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Unjoni. Dak il-grupp ta' esperti kkonkluda wkoll li għandha tinħoloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, waħda għas-settur bankarju, waħda għas-settur tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u waħda għas-settur tat-titoli, u l-ħolqien ta' Kunsill Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport irrappreżentaw l-aktar livell baxx ta' bidla li l-esperti kkwalifikaw bħala meħtieġ biex jiġi evitat li jerġa' jkun hemm kriżi bħal din fil-ġejjieni.

(3)  ▌ Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta' Marzu 2009 bit-titlu “Nixprunaw l-Irkupru Ewropew”, il-Kummissjoni pproponiet li tressaq abbozz ta' leġiżlazzjoni li toħloq Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji u Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), u fil-Komunikazzjoni tagħha tas-27 ta' Mejju 2009 bit-titlu “Superviżjoni Finanzjarja Ewropea” ipprovdiet iżjed dettalji dwar l-arkitettura possibbli ta' tali qafas superviżorju ġdid iżda ma inkludietx ir-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula fir-Rapport de Larosière.

(4)  Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2009, irrakkomanda li tiġi stabbilita Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji, li tkun tinkludi tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda. Il-mira tas-sistema għandha tkun li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tas-superviżjoni nazzjonali, issaħħaħ is-superviżjoni ta' gruppi transkonfinali u tistabbilixxi ġabra Ewropea unika tar-regoli applikabbli għall-parteċipanti kollha fis-swieq finanzjarji fis-Suq Uniku. Huwa enfasizza li l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għandu jkollhom ukoll setgħat superviżorji għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u talab lill-Kummissjoni sabiex tħejji proposti konkreti dwar kif is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji jista' jkollha rwol b'saħħtu f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, filwaqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq) (l-Awtorità) għandha wkoll tkun is-superviżur għar-Repożitorji tal-Kummerċ. Il-Kummissjoni hija mitluba tipproponi soluzzjoni għas-superviżjoni tal-Kontropartijiet Ċentrali mill-Awtorità, imfassla fuq soluzzjoni misjuba fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-Aġenziji ta' Klassifikazzjoni tal-Kreditu(12).

(4a)  Ir-rapport FMI intitolat “Kontribut Ġust u Sustanzjali mis-Settur Finanzjarju” tas-16 ta' April 2010, miktub fuq talba tas-summit tal-G20 ta' Pittsburgh, stipula li “l-ispiża tal-fallimenti tas-settur finanzjarju għandha tkun limitata u koperta minn Kontribuzzjoni Finanzjarja għall-Istabilità (FSC) b'rabta ma' mekkaniżmu ta' soluzzjoni kredibbli u effettiv. Jekk ikunu definiti sew, il-mekkaniżmi ta' soluzzjoni jevitaw li fil-ġejjieni l-gvernijiet ikollhom isalvaw lil istituzzjonijiet importanti wisq, kbar wisq jew interkonnessi wisq biex ifallu”.

(4b)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 intitolata “Ewropa 2020” iddikjarat ukoll li prijorità kruċjali għall-futur qrib tkun li “nimpedixxu, u jekk ikun meħtieġ nikkontrollaw, kriżijiet finanzjarji li jistgħu jseħħu, u li - b'kunsiderazzjoni tar-responsabbiltà speċifika tas-settur finanzjarju fil-kriżi attwali - ser tesplora wkoll il-possibilità ta' kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju”.

(4c)  Il-Kunsill Ewropew, fil-25 ta' Marzu 2010 qal biċ-ċar li “l-progress huwa meħtieġ b'mod partikolari rigward kwistjonijiet bħal... istituzzjonijiet sistemiċi, strumenti ta' finanzjament għall-ġestjoni tal-kriżi.”“

(4d)  Il-Kunsill Ewropew, fis-17 ta' Ġunju 2010 fl-aħħar qal li “'l-Istati membri għandhom jintroduċu sistemi ta' tariffi għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżguraw qsim ġust tal-piżijiet u biex jiffissaw inċentivi biex ikun limitat ir-riskju sistemiku. Tariffi bħal dawn għandhom ikunu parti minn qafas ta' riżoluzzjoni kredibbli'”.

(5)  Il-kriżi finanzjarja u ekonomika ħolqot riskji reali u serji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-restawr u ż-żamma ta' sistema finanzjarja stabbli u affidabbli huma prerekwiżit assolut sabiex tinżamm il-fiduċja u l-koerenza fis-suq intern, u għalhekk biex jiġu ppreservati u jittejbu l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta' suq intern kompletament integrat u funzjonali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Barra minn hekk, swieq finanzjarji integrati aktar u fil-fond joffru opportunitajiet aħjar għall-iffinanzjar u għad-diversifikazzjoni tar-riskji, u għalhekk jgħinu biex titjieb il-kapaċità tal-ekonomiji biex jassorbu x-xokkijiet.

(6)  L-Unjoni laħqet il-limiti ta' x'jista' jsir permezz tal-istat attwali tal-Kumitati tas-Superviżuri Ewropej ▌. L-Unjoni ma tistax tibqa' f'sitwazzjoni fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu li jiżgura li s-superviżuri nazzjonali jaslu għall-aqwa deċiżjoni superviżorja possibbli dwar istituzzjonijiet transkonfinali; fejn hemm kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni insuffiċjenti fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali; fejn azzjoni konġunta mill-awtoritajiet nazzjonali teħtieġ arranġamenti kkumplikati biex titqies il-frammentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u superviżorji; fejn ikun hemm interpretazzjonijiet diverġenti għall-istess test legali f'każijiet fejn soluzzjonijiet nazzjonali spiss ikunu l-unika alternattiva fattibbli b'reazzjoni għal problemi Ewropej. Is-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) għandha titfassal biex tegħleb dawn in-nuqqasijiet u tipprovdi sistema konformi mal-objettiv ta' suq finanzjarju tal-Unjoni uniku u stabbli għas-servizzi finanzjarji, li tgħaqqad is-superviżuri nazzjonali f'netwerk tal-Unjoni b'saħħtu.

(7)  L-SESF għandha tkun netwerk integrat ta' awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-Unjoni, li tħalli s-superviżjoni ta' kuljum tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal-livell nazzjonali ▌. L-Awtorità għandu jkollha rwol ewlieni fil-kulleġġ ta' superviżuri li jissorveljaw il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali, u għalihom għandhom jiġu definiti normi ċari ta' superviżjoni. L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jistgħu jippreżentaw riskju sistemiku peress li n-nuqqas tagħhom jista' jipperikola l-istabilità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, fejn awtorità nazzjonali naqset milli jeżerċita s-setgħat tagħha. Għandu jkun hemm ukoll armonizzazzjoni akbar u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli għall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji madwar l-Unjoni. Apparti l-Awtorità ▌, għandhom jitwaqqfu Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) kif ukoll Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt). Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandu jkun parti mill-SESF.

(8)  L-Awtorità Superviżorja Ewropea għandha tissostitwixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(13), il-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE(14) u l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej li kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(15), u jassumu l-kompiti u l-kompetenzi kollha ta' dawk il-kumitati inkluż, fejn addatt, it-tkomplija tal-ħidma u l-proġetti li għaddejjin bħalissa. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-attività ta' kull Awtorità għandu jiġi ddefinit b'mod ċar ▌. Meta raġunijiet istituzzjonali u r-responsabbiltajiet assenjati fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jeħtieġu dan, il-Kummissjoni għandha tifforma wkoll parti min-netwerk ta' attivitajiet superviżorji.

(9)  L- ▌Awtorità ▌ għandha taġixxi bil-għan li jittejjeb l-operat tas-suq intern, inkluż b'mod partikolari billi jkun żgurat livell għoli, effikaċi u konsistenti ta' regolazzjoni u superviżjoni filwaqt li jitqiesu l-interessi varji tal-Istati Membri kollha, u n-natura differenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. L-Awtorità għandha tipproteġi valuri pubbliċi bħall-istabilità tas-sistema finanzjarja, is-solvenza u l-likwidità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, it-trasparenza tas-swieq u tal-prodotti finanzjarji u l-ħarsien tad-depożitaturi u tal-investituri. L-Awtorità għandha tipprevjeni wkoll l-arbitraġġ regolatorju u tiggarantixxi kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, u ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, għall-benefiċċju tal-ekonomija b'mod ġenerali, inklużi l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u partijiet interessati oħrajn, il-klijenti u l-impjegati. Il-kompiti tagħha għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-konverġenza superviżorja u l-għoti ta' konsulenza lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-oqsma tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tat-titoli u s-swieq kif ukoll kwistjonijiet relatati tal-governanza korporattiva u r-rapportar finanzjarju. L-Awtorità għandha tkun ukoll fdata b'responsabilità ta' superviżjoni ġenerali għal prodotti finanzjarji / tipi ta' tranżazzjonijiet ġodda.

(9a)  L-Awtorità għandha tqis l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fi ħdan is-suq intern, il-kompetittività globali tal-Unjoni, l-inklużjoni finanzjarja u l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni għall-impjiegi u t-tkabbir.

(9b)  Sabiex tissodisfa l-objettivi tagħha l-Awtorità għandu jkollha personalità legali kif ukoll awtonomija amministrattiva u finanzjarja. L-Awtorità għandha tingħata “'setgħat biex tittratta l-konformità mal-liġijiet, partikolarment dawk marbuta mar-riskju sistemiku u mar-riskji transkonfinali” (Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja).

(9c)  Ir-riskju sistemiku huwa definit mill-awtoritajiet internazzjonali (IMF, FSB, BIS) bħala “riskju ta' taqlib fis-servizzi finanzjarji li (i) huwa kkawżat minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' parti minnha u (ii) għandu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali. Kull tip ta' intermedjarju, suq u infrastruttura finanzjarji għandhom il-potenzjal li jkunu sistemikament importanti sa ċertu punt”.

(9d)  Ir-riskju transkonfinali, skont dawk l-istituzzjonijiet, jinkludi r-riskji kollha kkawżati minn żbilanċi ekonomiċi jew fallimenti finanzjarji fl-Unjoni kollha jew f'partijiet minnha li għandhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għat-tranżazzjonijiet bejn l-operaturi ekonomiċi ta' żewġ Stati Membri jew aktar, għall-funzjonament tas-suq intern, jew għall-finanzi pubbliċi tal-Unjoni jew ta' wieħed mill-Istati Membri tagħha.

(10)  Fis-sentenza tagħha tat-2 ta' Mejju 2006 ▌(Renju Unit/Parlament Ewropew u l-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet li: “xejn fil-kliem tal-Artikolu 95 TKE [issa l-Artikolu 114 tat-TFUE] ma jippermetti li jiġi konkluż li l-miżuri adottati mil-leġiżlatur Komunitarju għandhom ikunu limitati, fir-rigward tad-destinatarji tagħhom, għall-Istati Membri biss. Fil-fatt, jista” jkun neċessarju li jiġi pprovdut, skont evalwazzjoni magħmula mill-imsemmi leġiżlatur, it-twaqqif ta' korp Komunitarju li huwa responsabbli li jikkontribwixxi għar-realizzazzjoni ta' proċess ta' armonizzazzjoni f'ċirkustanzi fejn, sabiex tiġi ffaċilitata l-implementazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tal-atti bbażati fuq l-imsemmija dispożizzjoni, tidher xierqa l-adozzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament u ta' qafas li ma jorbtux(16). L-għan u l-kompiti tal-Awtorità - li tassisti lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni u tikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja meħtieġa għall-integrazzjoni finanzjarja - huma marbutin mill-qrib mal-objettivi tal-acquis tal-Unjoni rigward is-suq intern għas-servizzi finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiġi stabbilita abbażi tal-Artikolu 114 TFUE.

(11)  L-atti legali li jistabbilixxu l-kompiti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fosthom li jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni, huma dawn: Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur(17), id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement ta' pagamenti u titoli(18) , id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u dwar informazzjoni li għandha tkun ippibblikata fuq dawk it-titoli(19), id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali(20), id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta'l-investiment f'konglomerat finanzjarju(21), id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)(22), id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE(23), id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar tentattivi ta' xiri(24), id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar on is-swieq fl-istrumenti finanzjarji(25), id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma annessi għall-kummerċ f'suq irregolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE(26), id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu(27), id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi(28), id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpanniji tal-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu (riformulazzjoni)(29), mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Awtorità Ewropea Bankarja, safejn jirrigwarda s-superviżjoni prudenzjali, id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar Impriżi ta' Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli(30), id-Direttiva … (id-Direttiva AIFM futura), u r-Regolament … (ir-Regolament CRA futur), inkluż id-Direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni bbażati fuq dawn l-atti, u ta' kwalunke att ieħor tal-Unjoni Ewropea li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

(12)  It-terminu “parteċipanti fis-swieq finanzjarji” għandhom ikopru firxa varjata ta' parteċipanti li huma soġġetti għall-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam. Jista' jinkludi kemm persuni legali kif ukoll naturali. Jista' jinkludi pereżempju ditti ta' investiment, UCITS u l-kumpaniji ta' maniġment tagħhom, maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv, operaturi kummerċjali, stabbilimenti tar-rilaxx, sistemi tas-saldu, aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, emittenti, offerenti, investituri, persuni li jikkontrollaw jew li jkollhom interess f'parteċipanti, persuni involuti fl-immaniġġjar ta' parteċipanti kif ukoll persuni oħra b'rabta ma' dawk li għalihom japplika xi rekwiżit leġiżlattiv. Għandu jinkludi wkoll l-istituzzjonijiet finanzjarji bħalma huma l-istituzzjonijiet ta' kreditu u kumpaniji tal-assigurazzjoni meta jidħlu f'attivitajiet koperti mill-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam. L-awtoritajiet kompetenti fl-UE u ta' pajjiżi terzi kif ukoll il-Kummissjoni ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni.

(13)  Huwa mixtieq li l-Awtorità tippromwovi approċċ konsistenti fil-qasam tal-iskemi ta' garanzija tal-investitur biex ikun żgurat kuntest ekwu u trattament ġust tal-investituri madwar l-Unjoni. Billi l-iskemi ta' kumpens tal-investituri huma suġġetti għal superviżjoni fl-Istati Membri tagħhom pjuttost milli għal superviżjoni regolatorja, huwa xieraq illi l-Awtorità tkun tista' teżerċita s-setgħat tagħha skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-iskema tal-kumpens tal-investituri nnifisha u l-operatur tagħha ▌. Ir-rwol tal-Awtorità għandu jiġi rivedut hekk kif jitwaqqaf Fond Ewropew ta' Garanzija tal-Investituri.

(14)  Hemm bżonn li jiddaħħal strument effikaċi sabiex jistabbilixxi standards tekniċi armonizzati regolatorji fis-servizzi finanzjarji biex jiġu żgurati, anki permezz ta' ktieb tar-regoli waħdieni, ambjent ekwu u protezzjoni adegwata għad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Bħala entità b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u adatt li, f'oqsma ddefiniti mil-liġi tal-Unjoni, l-Awtorità tiġi fdata sabiex telabora abbozz ta' standards regolatorji li ma jinvolvux għażliet politiċi. Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-istandards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. ▌

(15)  Il-Kummissjoni għandha tapprova dawk l-abbozzi ta' standards regolatorji tekniċi sabiex tagħtihom effett legali vinkolanti. Dawn għandhom ikunu suġġetti għall-emenda biss f'ċirkostanzi ristretti ħafna u straordinarji, sakemm l-Awtorità tkun dik f'kuntatt mill-qrib mas-swieq finanzjarji u li tirrikonoxxi l-ħidma tagħhom ta' kuljum . Dawn ikunu soġġetti għall-emendar fejn, pereżempju, l-abbozz tal-istandards regolatorji jkun inkompatibbli mal-Liġi tal-Unjoni, ma jħarisx il-prinċipju tal-proporzjonalità jew ikun imur kontra l-prinċipju fundamentali tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif rifless fl-acquis tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar is-servizzi finanzjarji. Il-Kummissjoni m'għandhiex tbiddel il-kontenut tal-istandards tekniċi mħejjija mill-Awtorità mingħajr ma tikkoordina minn qabel mal-Awtorità. Sabiex jiġi żgurat proċess ta' adozzjoni mgħaġġel u bla intoppi għal dawk l-istandards, il-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal limitu ta' żmien għad-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni.

(15a)  Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa li timplimenta atti legali kif stabbilit fl-Artikolu 291 TFUE.

(15b)  L-istandards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni għandhom iqisu l-prinċipju ta' proporzjonalità, jiġifieri, il-ħtiġiet stabbiliti fl-dawn l-istandards għandhom ikunu proporzjonati għan-natura, il-kobor u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata.

(16)  F'oqsma mhux koperti minn standards tekniċi regolatorji, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li toħroġ ▌ linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tissaħħaħ l-osservanza ta' dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu obbligati li jippubblikaw ir-raġunijiet tagħhom meta ma jikkonformawx ma' dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata trasparenza sħiħa fir-rigward tal-parteċipanti tas-swieq.

(17)  Li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa u korretta tal-liġi tal-Unjoni huwa prerekwiżit fundamentali għall-integrità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-operat xieraq tas-swieq finanzjarji, l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u għall-kundizzjonijiet newtrali ta' kompetizzjoni għall-istituzzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni. Għalhekk għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Awtorità tindirizza każijiet ta' nuqqas ta' applikazzjoni jew applikazzjoni inkorretta, li jikkostitwixxu ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika f'oqsma fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja tiddefinixxi obbligi ċari u mingħajr kundizzjonijiet.

(18)  Biex ikun hemm rispons proporzjonat għal każijiet ta' applikazzjoni inkorretta jew insuffiċjenti tal-liġi Komunitarja, għandu japplika mekkaniżmu fi tliet passi. Fl-ewwel livell, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa li tinvestiga l-applikazzjoni allegata inkorretta jew insuffiċjenti tal-obbligi tal-liġi Komunitarja mill-awtoritajiet nazzjonali fil-prattika superviżorja tagħhom, konkluża b'▌rakkomandazzjoni. Fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma ssegwix ir-rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li toħroġ opinjoni formali filwaqt li tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, li titlob li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni .

(19)  Fejn l-awtorità nazzjonali ma tikkonformax mar-rakkomandazzjonijiet fi żmien skadenza stipulata mill-Awtorità, l-Awtorità għandha ▌ tindirizza Deċiżjoni mingħajr dewmien lill-awtorità superviżorja nazzjonali konċernata sabiex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni, billi toħloq effetti legali diretti li jistgħu jiġu invokati quddiem il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali u infurzati skont l-Artikolu 258 TFUE.

(20)  Sabiex jingħelbu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' nuqqas ta' azzjoni persistenti mill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità għandha tingħata s-setgħa, bħala l-aħħar alternattiva, li tadotta deċiżjonijiet indirizzati lejn istituzzjonijiet finanzjarji individwali. Is-setgħa għandha tkun limitata għal ċirkostanzi fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali indirizzata lilha u li fihom il-liġi tal-Unjoni tkun tapplika direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta' Regolamenti tal-UE eżistenti(31) jew futuri. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistennew bil-ħerqa l-implimentazzjoni tal-programm tal-Kummissjoni għall-2010, b'mod partikolari rigward il-proposta dwar ir-riforma tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital.

(21)  Theddidiet serji għall-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu rispons malajr u komuni fil-livell tal-Unjoni. L-Awtorità għalhekk għandha tkun tista' titlob lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex jieħdu azzjonijiet speċifiċi sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni ta' emerġenza. Meta titqies is-sensittività tal-kwistjoni, is-setgħa li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza ▌għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-BERS jew tal-Awtorità. Fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (ESA) iqisu li l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza aktarx li tinħoloq, huma għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni. F'dan il-proċess, l-attenzjoni dovuta ta' kunfidenzjalità hija ta' importanza estrema. Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza, għandha tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill kif dovut.

(22)  Sabiex tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u effikaċi u konsiderazzjoni bilanċjata tal-pożizzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi nuqqas ta' qbil bejn dawn l-awtoritajiet kompetenti b'effett vinkolanti, inkluż fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri. Għandha tiġi pprovduta fażi ta' konċiljazzjoni, li matulha l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jilħqu ftehim. Meta ftehim bħal dan ma jintlaħaqx, l-Awtorità għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jieħdu azzjoni speċifika jew iżommu lura minn azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. F'każ ta' nuqqas ta' azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali konċernati, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħa li tadotta, bħala l-aħħar alternattiva, deċiżjonijiet indirizzati direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji f'oqsma tal-liġi tal-Unjoni li japplikaw direttament għalihom.

(22a)  Il-kriżi wriet li l-kooperazzjoni sempliċi bejn l-awtoritajiet nazzjonali li l-ġuriżdizzjoni tagħhom tintemm fuq il-fruntiera nazzjonali hija kjarament insuffiċjenti biex jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw b'mod transkonfinali.

(22b)  Barra minn hekk, “l-arranġamenti attwali, li jgħaqqdu flimkien id-drittijiet ta' aġir permezz ta' fergħat f'pajjiżi oħrajn (passporting rights), superviżjoni fil-pajjiż ta' domiċilju u assigurazzjoni purament għal depożiti nazzjonali mhumiex bażi soda għar-regolazzjoni tal-futur u s-superviżjoni ta' banek minuri Ewropej transkonfinali” (Reviżjoni Turner).

(22c)  Kif jikkonkludi t-Turner Review, “arranġamenti aktar sodi jeżiġu jew aktar setgħat nazzjonali, li jimplika suq uniku anqas miftuħ, jew inkella livell akbar ta' integrazzjoni Ewropea”.

(22d)  Is-soluzzjoni “nazzjonali” timplika li l-pajjiż ospitanti jingħata d-dritt li jobbliga lill-istituzzjonijiet barranin joperaw biss permezz ta' sussidjarji tagħhom u mhux permezz ta' fergħat, u jissorvelja l-kapital u l-likwidità tal-banek li joperaw fil-pajjiż, li jkun ifisser aktar protezzjoniżmu.

(22e)  Is-soluzzjoni “Ewropea” titlob għal rinforz tal-Awtorità fl-Kulleġġ ta' Superviżuri u għal tisħiħ fis-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji li huma ta' riskju sistemiku.

(23)  Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom rwol importanti fis-superviżjoni effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw bejn il-fruntieri. L-Awtorità għandu jkollha rwol prinċipali u drittijiet sħaħ ta' parteċipazzjoni fil-kulleġġi tas-superviżuri bil-għan li ttejjeb l-operat u l-proċess ta' skambju tal-informazzjoni fil-kulleġġi u biex tippromwovi l-konverġenza u l-konsistenza bejn il-kulleġġi fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Kif jgħid ir-Rapport de Larosière, “it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u l-arbitraġġ regolatorju li jirriżultaw minn prattiki ta' superviżjoni differenti għandhom jiġu evitati, għax dawn għandhom il-potenzjal li jxekklu l-istabbiltà finanzjarja – inter alia billi jinkuraġġixxu t-trasferiment ta' attività finanzjarja lejn pajjiżi b'superviżjoni laxka. Is-sistema superviżorja trid tinħass li tkun ġusta u bbilanċjata.”

(23a)  L-Awtorità u s-superviżuri nazzjonali għandhom isaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jissodisfaw il-kriterji tar-riskju sistemiku peress li n-nuqqas tagħhom jista' jipperikola l-istabbiltà tas-Sistema Finanzjarja tal-Unjoni u jista' jagħmel ħsara lill-ekonomija reali.

(23b)  Il-kriterji ta' riskju sistemiku għandhom ikunu identifikati, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni u l-G-20. L-interkonnettività, is-sostituttività u ż-żmien opportun huma l-kriterji l-iktar użati għall-identifikazzjoni tar-riskju sistemiku.

(23c)  Għandu jitwaqqaf qafas li jittratta istituzzjonijiet li jinsabu f'diffikultà sabiex dawn jiġu stabilizzati jew jingħalqu peress li “intwera biċ-ċar li r-riskju fi kriżi bankarja huma għoljin għall-gvern u għas-soċjetà in ġenerali minħabba li sitwazzjoni bħal din għandha l-potenzjal li tipperikola l-istabilità finanzjarja u l-ekonomija reali'”(Rapport de Larosière). Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proposti adegwati għat-twaqqif ta' qafas ġdid għall-ġestjoni ta' kriżijiet finanzjarji. L-elementi ewlenin tal-immaniġġjar ta' kriżi huma sett komuni ta' regoli u strumenti ta' riżoluzzjoni finanzjarja (eżekuzzjoni u finanzjament biex tkun ittrattata l-kriżi ta' istituzzjonijiet kbar, transkonfinali u/jew interkonnessi).

(23d)  Fond Ewropew ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jiġi stabbilit biex tiġi żgurata r-responsabilità konġunta ta' istituzzjonijiet finanzjarji transkonfinali, jiġu protetti l-interessi tad-depożituri tal-Unjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż ta' kriżi finanzjarja sistemika għal dawk li jħallsu t-taxxi.. Fond fil-livell tal-UE jidher li huwa l-mod l-aktar effikaċi biex jiġu protetti l-interessi tad-depożituri u l-aħjar difiża kontra t-tgħawwwiġ fil-kompetizzjoni. Huwa madankollu ovvju li l-approċċi tal-UE huma iktar kumplessi u oħrajn jixtiequ jżommu l-iskemi nazzjonali tagħhom. Mill-inqas, għalhekk, l-Awtorità għandha tarmonizza l-iktar fatturi ewlenin tal-iskema nazzjonali. Tista' wkoll tiżgura li l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu mitluba jħallsu biss fi skema waħda.

(23e)  Il-Fond Ewropew ta' Stabbiltà tat-Titoli u s-Swieq għandu jiffinanzja interventi opportuni ta' likwidazzjoni jew ta' salvataġġ ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu qed jaffaċċjaw diffikultajiet meta dawk ikunu jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet xierqa mis-settur finanzjarju. Il-kontribuzzjonijiet lill-Fond għandhom jissostitwixxu dawk li saru lill-fondi nazzjonali ta' natura simili.

(24)  Id-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tista' tkun strument utli fl-operat tan-netwerk tas-superviżuri sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni tal-kompiti superviżorji, tiġi promossa l-kooperazzjoni u b'hekk jitħaffef il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji, partikolarment għal dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li m'għandhomx dimensjoni tal-Unjoni. Ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi bażi legali ċara għal tali delega. Id-delega tal-kompiti tfisser li l-kompiti jitwettqu minn awtorità superviżorja oħra minflok mill-awtorità responsabbli, filwaqt li r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet superviżorji tibqa' f'idejn l-awtorità li tiddelega. Bid-delega tar-responsabbiltajiet, awtorità superviżorja nazzjonali waħda, id-delegata, għandha tkun tista' tiddeċiedi dwar ċerta kwistjoni superviżorja f'isimha stess minflok l-Awtorità jew minflok awtorità superviżorja nazzjonali oħra. Id-delegi għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju li l-kompetenza superviżorja għandha tiġi allokata lil superviżur li jkun f'pożizzjoni tajba biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni. Allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet tkun f'waqtha pereżempju għal raġunijiet ta' ekonomiji ta' skala jew ambitu, ta' koerenza fis-superviżjoni tal-grupp, u tal-aħjar użu tal-kompetenza teknika fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni tista' tispeċifika ulterjorment il-prinċipji għall-allokazzjoni mill-ġdid tar-responsabbiltajiet skont ftehim. L-Awtorità għandha tiffaċilita u tissorvelja ftehimiet ta' delega bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali b'kull mezz xieraq. Hija għandha tiġi infurmata minn qabel dwar ftehimiet ta' delega maħsuba sabiex tkun tista' tesprimi opinjoni fejn ikun adatt. Hija għandha tiċċentralizza l-pubblikazzjoni ta' tali ftehimiet sabiex tiżgura informazzjoni f'waqtha, trasparenti u faċilment aċċessibbli għall-partijiet kollha konċernati. Fl-aħħar għandha tidentifika u xxerred prattiki tajba fir-rigward tad-delega u ftehimiet ta' delega.

(25)  L-Awtorità għandha tippromwovi attivament konverġenza superviżorja fl-Unjoni Ewropea kollha bil-għan li tistabbilixxi kultura superviżorja komuni.

(26)  L-evalwazzjonijiet orizzontali huma strument effiċjenti u effikaċi biex tiġi promossa l-konsistenza fin-netwerk tas-superviżuri finanzjarji. Għalhekk, l-Awtorità għandha tiżviluppa l-qafas metodoloġiku għal tali evalwazzjonijiet u tagħmilhom fuq bażi regolari. L-evalwazzjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-konverġenza tal-prattiċi superviżorji iżda wkoll fuq il-kapaċità tas-superviżuri li jiksbu riżultati superviżorji ta' kwalità għolja kif ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti. Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet minn pari għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu identifikati l-aħjar prattiki li wkoll għandhom jiġu ppubblikati.

(27)  L-Awtorità għandha tippromwovi attivament rispons superviżorju koordinat tal-Unjoni, b'mod partikolari sabiex tiżgura l-operat adatt u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea. Minbarra s-setgħat tagħha għal azzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, hija għandha għalhekk tiġi fdata b'funzjoni ġenerali ta' koordinazzjoni fi ħdan is-SESF. Il-fluss mingħajr problemi tal-informazzjoni kollha rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ċentru partikolari tal-attenzjoni tal-azzjonijiet tal-Awtorità.

(28)  Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja huwa neċessarju li jiġu identifikati, kmieni, ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet li joħorġu mil-livell mikroprudenzjali, bejn il-fruntieri u bejn is-setturi. L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta tali żviluppi fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn u lill-BERS fuq bażi regolari u, skont il-ħtieġa, fuq bażi ad hoc. L-Awtorità għandha tagħti bidu għal u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista' jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet. Sabiex taqdi sewwa l-funzjonijiet tagħha, l-Awtorità għandha twettaq analiżi ekonomika tas-swieq u l-impatt tal-iżviluuppi potenzjali tas-suq.

(29)  Minħabba l-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u l-importanza dejjem akbar tal-istandards internazzjonali, l-Awtorità għandha tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma' superviżuri f'pajjiżi terzi.

(30)  L-Awtorità għandha sservi bħala entità konsultattiva indipendenti għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill, u l-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Hija għandha tkun tista' tipprovdi l-opinjoni tagħha dwar il-valutazzjoni prudenzjali tal-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet skont id-Direttiva 2004/39/KE, emendata minn 2007/44/KE(32).

(31)  Sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha b'mod effikaċi, l-Awtorità għandu jkollha d-dritt li titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-obbligi ta' rapportar għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, dik l-informazzjoni normalment għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jkunu l-eqreb għas-swieq u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tieħu kont tal-istatistika li diġà teżisti. Madankollu, bħala l-aħħar rimedju, l-Awtorità għandha tkun tista' tindirizza talba għall-informazzjoni li tkun ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut, direttament lil parteċipant fis-suq finanzjarju fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tipprovdix jew ma tistax tipprovdi din l-informazzjoni f'waqtha. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jassistu lill-Awtorità fl-infurzar ta' dawn it-talbiet diretti. F'dan il-kuntest, hi essenzjali ħidma dwar formats komuni ta' rappurtar.

(31a)  Il-miżuri għall-ġbir ta' informazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-qafas legali tas-Sistema Statistika Ewropea (SSE) u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-qasam tal-istatistika. Dan ir-Regolament għandu għalhekk ikun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea(33) u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew(34).

(32)  Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku hija essenzjali sabiex tingħata effikaċja sħiħa lill-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u s-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorità u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku għandhom jaqsmu l-informazzjoni importanti kollha bejniethom. Data marbuta ma' impriżi individwali għandha tingħata biss fuq talba motivata. Malli tirċievi twissijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku lill-Awtorità jew lil awtorità superviżorja nazzjonali, l-Awtorità għandha ▌tiżgura s-segwitu.

(33)  ▌L-Awtorità għandha tikkonsulta ma' partijiet interessati dwar standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet u tipprovdi opportunità raġonevoli sabiex jikkummentaw dwar il-miżuri proposti. Qabel ma jiġu adottati abbozz ta' standards regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet, l-Awtorità għandha tagħmel studju dwar l-impatt. Għal raġunijiet ta' effiċjenza, għandu jitwaqqaf Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati għal dak l-iskop, li jkun jirrappreżenta b'mod proporzjonat lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji tal-Unjoni (li jirrappreżentaw id-diversi mudelli u daqsijiet tal-istituzzjonijiet u n-negozji finanzjarji), fosthom kif xieraq l-investituri istituzzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra li huma stess jużaw is-servizzi finanzjarji), lis-SMEs, lit-trade unions, lill-akkademiċi u lill-konsumaturi u utenti oħra tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-SMEs. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jaħdem attivament bħala interkonnessjoni ma' gruppi ta' utenti oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji stabbiliti bil-leġislazzjoni tal-Kummissjoni jew tal-Unjoni.

(33a)  L-organizzazzjonijiet bla skopijiet ta' profitt għandhom rwol marġinali fid-dibattitu dwar il-futur tas-servizzi finanzjarji u fil-proċess korrispondenti ta' teħid tad-deċiżjonijiet meta mqabbla ma' rappreżentanti tal-industrija li jirċievu finanzi tajbin u li għandhom konnessjonijiet tajbin, Dak l-iżvantaġġ għandu jiġi kkumpensat permezz ta' finanzjament adegwat tar-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.

(34)  L-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċentrali sabiex jiżguraw ġestjoni kkoordinata ta' kriżi u jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, b'mod partikolari biex jiġu stabbilizzati u riżolti parteċipanti fis-swieq finanzjarji individwali batuti. L-azzjonijiet tagħhom għandhom ikunu kkoordinati mill-qrib mal-qafas u l-prinċipji tal-UEM. Il-miżuri mill-Awtorità f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza jew ta' saldu li jaffettwaw l-istabbiltà ta' istituzzjoni finanzjarja ma għandhomx jaffettwaw b'mod sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu li bih l-Istati Membri jkunu jistgħu jinvokaw din is-salvagwardja u finalment iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kunsill għal deċiżjoni. Huwa adatt li l-Kunsill jingħata rwol f'din il-kwistjoni minħabba r-responsabbiltajiet partikolari tal-Istati Membri f'dan ir-rigward.

(34a)  Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi dan il-mekkaniżmu, għandha tiġi stipulata, fil-livell tal-Unjoni mill-Kummissjoni abbażi tal-esperjenza miksuba, gwida ċara u korretta dwar meta l-klawsola ta' salvagwardja tiġi applikata mill-Istati Membri. L-użu tal-klawsola ta' salvagwardja mill-Istati Membri għandu jiġi vvalutat abbażi ta' dik il-gwida.

(34b)  Bla ħsara għar-responsabbiltajiet partikulari ta' Stat Membru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, jekk Stat Membru jagħżel li jitlob is-salvagwardja, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat fl-istess żmien meta jiġu infurmati l-Awtorità, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu jispjega r-raġunijiet tiegħu għaliex talab is-salvagwardja. L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi l-passi li jkun imisshom jittieħdu.

(35)  Fil-proċeduri tagħha għat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Awtorità għandha tkun marbuta bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Komunità dwar il-proċess u t-trasparenza dovuti. Id-dritt li jinstemgħu d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandu jiġi rrispettat b'mod sħiħ. L-atti tal-Awtorità jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Unjoni.

(36)  Bord tas-Superviżuri magħmul mill-kapijiet tal-awtorità kompetenti rilevanti f'kull Stat Membru, u mmexxi mill-President tal-Awtorità, għandu jkun l-entità prinċipali li tieħu d-deċiżjonijiet tal-Awtorità. Rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u l-▌Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Bankarja Ewropea għandhom jipparteċipaw bħala osservaturi. Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u biss fl-interess tal-Unjoni. Għal atti ta' natura ġenerali, fosthom dawk marbuta mal-adozzjoni ta' standards tekniċi regolatorji, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa xieraq li r-regoli jiġu applikati b'maġġoranza kwalifikata kif stipulat fl-Artikolu 16 TFUE, filwaqt li għad-deċiżjonijiet l-oħrajn kollha għandha tapplika maġġoranza sempliċi tal-membri. Każijiet li jirrigwardaw ir-risoluzzjoni ta' nuqqasijiet ta' qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panil ristrett.

(36a)  Bħala regola ġenerali, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta' bniedem wieħed vot wieħed. Madankollu, għal atti marbutin mal-adozzjoni ta' standards tekniċi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet kif ukoll kwistjonijiet baġitarji, huwa adatt li r-regoli dwar maġġoranza kwalifikata jiġu applikati kif stipulat fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat TFUE u fil-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji mehmuż magħhom. Każijiet li jirrigwardaw ir-riżoluzzjoni ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu eżaminati minn panel ristrett, objettiv, magħmul minn membri li mhumiex rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li huma partijiet għan-nuqqas ta' qbil, u lanqas ma għandhom interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. L-għamla tal-panel għandha tkun ibbilanċjata b'mod adatt. Id-deċiżjoni meħuda mill-panel għandha tiġi approvata mill-Bord tas-Superviżuri b'maġġoranza sempliċi skont il-prinċipju ta' vot wieħed għal kull membru. Madankollu, fir-rigward ta' deċiżjonijiet li jittieħdu mis-superviżur għall-konsolidazzjoni, id-deċiżjoni proposta mill-panel tista' tiġi rrifjutata minn membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 36 dwar dispożizzjonijiet tranżitorji annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE.

(37)  Bord Maniġerjali magħmul mill-President tal-Awtorità, rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jingħata s-setgħat meħtieġa biex, fost l-oħrajn, jipproponi l-programm ta' ħidma annwali u multiannwali, jeżerċita ċerti setgħat baġitarji, jadotta l-pjan ta' politika tal-Awtorità dwar il-persunal, jadotta dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti u jadotta r-rapport annwali.

(38)  President b'impjieg sħiħ, magħżul mill-Parlament Ewropew permezz ta' kompetizzjoni miftuħa, immaniġġjata mill-Kummissjoni, u t-tfassil sussegwenti ta' lista qasira tal-għażla għall-Kummissjoni, għandu jirrappreżenta lill-Awtorità. It-tmexxija tal-Awtorità għandha tkun fdata lil Direttur Eżekuttiv, li għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord ta' Tmexxija mingħajr id-dritt li jivvota.

(39)  Sabiex tkun żgurata konsistenza transsettorjali fl-attivitajiet tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkoordinaw mill-qrib permezz tal-Awtorità Superviżorji Ewropea (Kumitat Konġunt) (il-“Kumitat Konġunt”) u fejn ikun xieraq jaslu għal pożizzjonijiet komuni. Il-Kumitat Konġunt għandu jikkoordina l-funzjonijiet tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej f'dak li għandu x'jaqsam mal-konglomerati finanzjarji. Fejn ikun rilevanti, atti li jaqgħu wkoll fil-qasam ta' kompetenza tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Settur Bankarju) għandhom jiġu adottati b'mod parallel mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej konċernati. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun presedut b'rotazzjoni kull sena mill-Presidenti tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Il-President tal-Kumitat Konġunt għandu jkun wieħed mill-Viċi Presidenti tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu segretarjat permanenti, b'persunal issekondat mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, sabiex ikun jista' jsir il-qsim informali tal-informazzjoni u l-iżvilupp ta' approċċ kulturali komuni fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

(40)  Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet adottati mill-Awtorità jkunu jistgħu jeżerċitaw ir-rimedji neċessarji. Sabiex jitħarsu b'mod effikaċi id-drittijiet tal-partijiet u għal raġunijiet ta' ekonomija proċedurali, fejn l-Awtorità jkollha setgħat li tieħu d-deċiżjonijiet, il-partijiet għandhom jingħataw id-dritt li jappellaw quddiem Bord tal-Appell. Għal raġunijiet ta' effikaċja u konsistenza, il-Bord tal-Appell għandu jkun entità konġunta tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, indipendenti mill-istrutturi amministrattivi u regolatorji tagħhom. Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell għandha tkun soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

(41)  Sabiex tiġi ggarantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa tagħha, l-Awtorità għandha tingħata baġit awtonomu bi dħul prinċipalment minn kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz ta' intestatura baġitarja separata fih. Il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni għandu jkun suġġett għal ftehim mill-awtorità baġitarja kif stabbilit fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, tas-17 ta' Mejju 2006, dwar id-dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba tagħha(35)(IIA). Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-verifika tal-kontijiet għandha titwettaq mill-Qorti tal-Awdituri. Il-baġit globali huwa suġġett għall-proċedura ta' kwittanza.

(42)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(36) għandu japplika għall-Awtorità. L-Awtorità għandha taderixxi wkoll mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(37).

(43)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet miftuħa u trasparenti ta' impjieg u trattament ugwali tal-persunal, ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej(38) għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

(44)  Huwa importanti li s-sigrieti tan-negozju u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu protetti. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tkun tqiegħdet għad-disponibbiltà tal-Awtorità u skambjata f'netwerk għandha tkun soġġetta għal regoli stretti u effettivi dwar il-kunfidenzjalità.

(45)  Il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali hija rregolata mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(39) u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data(40), li japplikaw b'mod sħiħ għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(46)  Sabiex tiġi żgurata l-ħidma trasparenti tal-Awtorità, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(41) għandu japplika għall-Awtorità.

(47)  Pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jitħallew jipparteċipaw fil-ħidma tal-Awtorità skont ftehimiet xierqa li għandhom jiġu konklużi mill-Unjoni.

(48)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fl-operat tas-suq intern bl-iżgurar ta' livell għoli, effikaċi u konsistenti ta' regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali, il-ħarsien tad-depożituri u l-investituri, il-ħarsien tal-integrità, l-effikaċja u l-funzjonament ordnat tas-swieq finanzjarji, iż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membru u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(49)  L-Awtorità tassumi l-kompiti u s-setgħat preżenti kollha tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE tat-23 ta' Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli għalhekk għandha tiġi rrevokata, u d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li tistabbilixxi programm Komunitarju sabiex isostni attivitajiet speċifiċi fil-kamp tas-servizzi finanzjarji, ir-rapportar u l-awditjar finanzjarju(42), għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

(50)  Tajjeb li jiġi ffissat limitu taż-żmien għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li l-Awtorità tkun imħejjija sewwa biex tibda l-operazzjonijiet u biex tiġi żgurata bidla mingħajr problemi mill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

STABBILIMENT U STATUS LEGALI

Artikolu 1

Stabbiliment u Ambitu ta' applikazzjoni tal-azzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (“l-Awtorità”).

2.  L-Awtorità għandha taġixxi fi ħdan is-setgħat ta' dan ir-Regolament u fl-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE, id-Direttiva 98/26/KE, id-Direttiva 2001/34/KE, id-Direttiva 2002/47/KE, id-Direttiva 2002/87/KE, id-Direttiva 2003/6/KE, id-Direttiva 2003/71/KE, ▌ id-Direttiva 2004/39/KE, id-Direttiva 2004/109/KE, ▌ id-Direttiva 2009/65/KE, u tad-Direttiva 2006/49/KE, ▌ bla ħsara għall-kompetenzi tal-AwtoritàSuperviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) f'termini ta' superviżjoni prudenzjali ▌, id-Direttiva ... [id-Direttiva AIFM futura], u r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u fil-partijiet rilevanti tad-Direttiva 2005/60/KE and 2002/65/KE, safejn japplikaw għal kumpanniji li jipprovdu servizzi ta' investiment jew għall-impriżi ta' investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom, inklużi d-direttivi, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet kollha bbażati fuq dawn l-atti, u ta' kwalunkwe att ieħor leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea li jikkonferixxi kompiti fuq l-Awtorità.

2a.  L-Awtorità għandha taġixxi wkoll fil-qasam tal-attivitajiet koperti mil-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż kwistjonijiet dwar governanza korporattiva, awditjar, rappurtar finanzjarju, dment li tali azzjonijiet mill-Awtorità huma neċessarji għall-iżgurar tal-applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

3.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, b'mod partikolari skont l-Artikolu 258 TFUE sabiex tiġi żgurata konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea.

4.  L-għan tal-Awtorità għandu jkun li tipproteġi l-interess pubbliku billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-effettività fuq żmien qasir, medju u twil tas-sistema finanzjarja, għall-ekonomija tal-Unjoni, iċ-ċittadini u n-negozji tagħha. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex: (i) jitjieb l-operat tas-suq intern, inkluż b'mod partikolari livell sod, effikaċi u konsistenti ta' regolamentazzjoni u superviżjoni, ▌ (iii) jiġu żgurati l-integrità, it-trasparenza,l-effikaċja u l-operat sewwa tas-swieq finanzjarji, (iv) ▌ tissaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali (v) jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u jingħata kontribut għal kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni, (vi) jiġi żgurat li t-teħid ta' investiment u riskji oħra jkun regolat u sorveljat kif sewwa, u (vii) jingħata kontribut biex jittejjeb il-ħarsien tal-konsumatur. Għal dawk l-għanijiet, l-Awtorità għandha tikkontribwixxi sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea msemmija fil-paragrafu 2, tippromwovi l-konverġenza superviżorja u tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni u tagħmel analiżijiet ekonomiċi tas-swieq sabiex tippromwovi l-ilħiq tal-objettiv tal-Awtorità.

Fl-eżerċizzju tal-kompiti konferiti lilha permezz ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kull riskju sistemiku maħluq minn parteċipanti fis-swieq, li n-nuqqas tagħhom jista' jxekkel l-operat tas-sistema finanzjarja jew l-ekonomija reali.

Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Awtorità għandha taġixxi indipendentement u oġġettivament fl-interess uniku tal-Unjoni.

Artikolu 1a

Is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja

1.  L-Awtorità għandha tkun parti minn Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF). L-għan ewlieni tas-SESF għandu jkun li tiżgura li r-regoli applikabbli għas-settur finanzjarju jiġu implimentati adegwatament sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja u tiġi żgurata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi, bi protezzjoni suffiċjenti għall-klijenti tas-servizzi finanzjarji.

2.  Is-SEFS għandha tinkludi dawn li ġejjin:

   (a) il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, bħall-iskopijiet tal-kompiti kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru .../2010 (BERS) u dan ir-Regolament;
   (b) l-Awtorità;
   (c) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS];
   (d) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) imwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AEAPX];
   (e) l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Kumitat Konġunt) għall-iskopijiet tat-twettiq tal-kompiti kif speċifikat fl-Artikoli 40 u 43 (il-“Kumitat Konġunt”);;
   (f) l-awtoritajiet fl-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru .../2010 [AETS], ir-Regolament (UE) Nru …/2010 [AEAPX] u r-Regolament (UE) Nru …/2010 [ABE];
   (g) il-Kummissjoni, għall-għanijiet tat-twettieq tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7 u 9.

3.  L-Awtorità għandha tikkoopera b'mod regolari u mill-qrib mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku kif ukoll mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (settur Bankarju) permezz tal-Kumitat Konġunt, tiżgura l-konsistenza transsettorjali tax-xogħol u tasal għal pożizzjonijiet konġunti fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji u fuq kwistjonijiet transsetorjali oħra.

4.  Skont il-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partijiet għas-SESF għandhom jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari sabiex jiżguraw il-flussi ta' informazzjoni adegwata u affidabbli bejniethom.

5.  Dawk l-awtoritajiet superviżorji li huma parti għas-SESF għandhom ikunu obbligati li jissorveljaw istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fl-Unjoni skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 1b

L-Awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 1a(2) għandhom ikunu responsabbli lejn il-Parlament Ewropew.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (1) “parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser kwalunkwe persuna li għalih japplika rekwiżit fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew liġi nazzjonali li timplimenta tali leġiżlazzjoni;
   (2) “awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti u/jew awtoritajiet superviżorji kif iddefinit fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dawk id-Direttivi minn kumpanniji li jipprovdu servizzi ta' investiment u impriżi ta' investiment kollettiv li jikkumerċjalizzaw l-unitajiet u l-ishma tagħhom. F'dak li jirrigwarda l-iskemi ta' garanzija tal-investitur, l-awtoritajiet kompetenti tfisser korpi li jamministraw skemi nazzjonali ta' kumpens u skont id-Direttiva 97/9/KE, jew fil-każ fejn l-operat tal-iskema ta' kumpens għall-investitur hi amministrata minn kumpannija privata, l-awtorità pubblika li tissorvelja dawn l-iskemi, skont dik id-Direttiva.

Article 3

Status legali

1.  L-Awtorità għandha tkun entità tal-Unjoni b'personalità legali.

2.  F'kull Stat Membru, l-Awtorità għandha tgawdi l-iżjed kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni legali skont il-liġi nazzjonali. Hija tista“, b'mod partikolari, takkwista jew tneħħi proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

3.  L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata mill-President tagħha.

Artikolu 4

Kompożizzjoni

L-Awtorità għandha tinkludi dawn li ġejjin:

   (1) Bord tas-Superviżuri, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 28;
   (2) Bord ta' Tmexxija, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 32;
   (3) President, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 33;
   (4) Direttur Eżekuttiv, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 38;
   (5) Bord tal-Appell, kif imsemmi fl-Artikolu 44, li għandu jwettaq il-kompiti mniżżlin fl-Artikolu 46.

Artikolu 5

Sede

L-Awtorità għandu jkollha s-sede tagħha fi Frankfurt.

Għandu jkollha rappreżentazzjonijiet fl-iktar ċentri finanzjarji importanti fl-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU II

KOMPITI U SETGĦAT TAL-AWTORITÀ

Artikolu 6

Kompiti u Setgħat tal-Awtorità

1.  L-Awtorità għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

   (a) tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' standards u prattiċi regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, b'mod partikolari billi tipprovdi opinjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u billi tiżviluppa linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi implimentattivi li għandhom ikunu bbażati fuq l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2);
   (b) tikkontribwixxi għal applikazzjoni konsistenti tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, b'mod partikolari billi tikkontribwixxi lejn kultura superviżorja komuni, tiżgura applikazzjoni konsistenti, effiċjenti u effikaċi tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), timpedixxi l-arbitraġġ regolatorju, billi timmedja u ssolvi nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, tiżgura superviżjoni effettiva u konsistenti tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tiżgura funzjonament koerenti tal-kulleġġi tas-superviżuri u tieħu azzjonijiet, inter alia, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;
   (c) tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali;
   (d) tikkoopera mill-qrib mal-BERS, b'mod partikolari billi tipprovdi lill-BERS l-informazzjoni meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu u billi tiżgura segwitu adatt għat-twissijiet u għar-rakkomandazzjonijiet tal-BERS;
   (e) torganizza u twettaq analiżi tal-evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-ħruġ ta' pariri, sabiex tissaħħaħ il-konsistenza f'eżiti superviżorji;
   (f) timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha;
   (fa) twettaq analiżijiet ekonomiċi tas-swieq biex tinforma t-twettiq tal-funzjonijiet tal-Awtorità;
   (fb) tippromwovi l-ħarsien ta' min jiddepożita u ta' min jinvesti;
   (fc) tgħin biex timmaniġġja l-kriżijiet ta' istituzzjonijiet transkonfinali li għandhom il-potenzjal li jippreżentaw riskju sistemiku kif imsemmi fl-Artikolu 12b, waqt li tmexxi u tesegwixxi l-intervenzjonijiet bikrija, proċeduri ta' riżoluzzjoni jew insolvenza għal istituzzjonijiet bħal dawn permezz tal-Unità ta' Riżoluzzjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 12c;
   (g) twettaq kwalunkwe kompitu speċifiku ieħor stipulat f'dan ir-Regolament jew fl-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2);
   (ga) tissorvelja dawk il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li mhumiex soġġetti għas-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti;
   (gb) tippubblika fis-sit tal-Internet u taġġorna b'mod regolari l-informazzjoni relatata mal-qasam tal-attivitajiet tagħha, b “mod partikolari fi ħdan il-kompetenzi tagħha, dwar parteċipanti reġistrati fis-swieq finanzjarji, sabiex tiżgura l-informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-pubbliku.
   (gc) tieħu r-responsabbiltà, kif adatt, tal-kompiti kollha eżistenti u li għaddejjin bħalissa mill-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej.

2.  Biex taqdi il-kompiti mniżżlin fil-paragrafu 1, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat imniżżlin f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari ▌li:

   (a) tiżviluppa abbozzi ta' standards regolatorji tekniċi fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7;
   (aa) tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta implimentazzjoni fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7e;
   (b) toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet, kif stipulat fl-Artikolu 8;
   (c) toħroġ rakkomandazzjonijiet f'każijiet speċifiċi, kif imsemmija fl-Artikolu 9(3);
   (d) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 10 u 11;
   (e) tieħu deċiżjonijiet individwali indirizzati lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, fil-każijiet speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 11(4);
   (f) toħroġ opinjonijiet għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill, jew għall-Kummissjoni kif ipprovdut fl-Artikolu 19;
   (fa) tiġbor l-informazzjoni neċessarja rigward il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif ipprovdut fl-Artikolu 20;
   (fb) jiġu żviluppati metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tal-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċessi tad-distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u fuq il-protezzjoni tal-konsumatur;
   (fc) tipprovdi database tal-parteċipanti reġistrati fis-swieq finanzjarji fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni li jirreferi għaliha l-Artikolu 1(2), f'livell ċentrali;
   (fd) tiżviluppa standard regolatorju li jistabbilixxi l-informazzjoni minima li għandha tkun disponibbli lill-Awtorità dwar it-tranżazzjonijiet u l-parteċipanti fis-suq u kif għandu jsir il-koordinament tal-ġbir u kif id-databases nazzjonali eżistenti għandhom ikunu konnessi sabiex ikun żgurat li l-Awtorità dejjem ikollha aċċess għall-informazzjoni rilevanti u neċessarja dwar it-tranżazzjonijiet u s-suq.

3.  L-Awtorità għandha teżerċita kwalunkwe setgħa superviżorja esklussiva fuq entitajiet b'kopertura fl-Unjoni kollha jew attivitajiet ekonomiċi b'kopertura fl-Unjoni kollha fdati f'idejha fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3a.  Bil-għan li teżerċità s-setgħat superviżorji esklussivi tagħha skont il-paragrafu 3, l-Awtorità għandu jkollha setgħat xierqa ta' investigazzjoni u infurzar kif speċifikat fil-leġislazzjoni rilevanti, kif ukoll il-possibbiltà li titlob tariffi. L-Awtorità għandha taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti u tibni fuq il-kompetenza, il-faċilitajiet u s-setgħat tagħhom biex twettaq il-kompiti tagħha.

Artikolu 6a

Ħarsien tal-konsumatur u attività finanzjarja

1.  L-Awtorità, sabiex trawwem il-ħarsien tad-depożituri u tal-investituri, għandu jkollha rwol minn ta' quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq uniku kollu, inkluż permezz ta':

   (i) ġbir, analiżi u rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi,
   (ii) reviżjoni u koordinazzjoni ta' inizjattivi finanzjarji litterati u edukattivi,
   (iii) żvilupp ta' standards tat-taħriġ għall-industrija,
   (iv) kontribut fl-iżvilupp ta' regoli komuni ta' żvelar, u
   (v) valutazzjoni, b'mod partikolari, tal-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-ispiża tal-kreditu għad-djar u l-intrapriżi, b'mod partikolari għall-SMEs.

2.  L-Awtorità għandha tissorvelja attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista' tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet bl-għan li tippromwovi s-sigurtà u s-saħħa tas-swieq u l-konverġenza tal-prassi regolatorja.

3.  L-Awtorità tista' wkoll toħroġ avviżi f'każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-objettivi mniżżla fl-Artikolu 1(4).

4.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha stess, Kumitat għall-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor fih l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti rilevanti kollha bl-għan li jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta' attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u biex jipprovdi pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.

5.  L-Awtorità tista, b'mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta' attivitajiet finanzjarji li jkunu ta' theddida għall-operat adatt u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' parti minnha fl-Unjoni, f'każijiet speċifikati u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew jekk ikun meħtieġ f'każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza bi qbil ma' u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10.

L-Awtorità għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli regolari u xierqa.

L-Awtorità tista' wkoll tevalwa l-bżonn ta' projbizzjoni jew restrizzjoni ta' ċerti tipi ta' attivitajiet finanzjarji u, meta jkun jeħtieġ, tinforma lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta' kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni.

Artikolu 7

Standards tekniċi u regolatorji

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddelegaw setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fl-oqsma mniżżlin speċifikament fil- ▌leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). Dawn l-istandards għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinvolvu deċiżjonijiet strateġiċi jew għażliet politiċi u l-kontenut tagħhom għandu jkun delimitat mill-atti leġiżlattivi li fuqhom huma bbażati. Abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji għandhom ikunu żviluppati mill-Awtorità u mressqa lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien skadenzi mniżżla fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni tista' tadotta standard tekniku regolatorju.

1a.  Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha ▌ twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi regolatorji u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, dment li dawn il-konsultazzjonijiet u analiżijiet ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-kamp ta' applikazzjoni u mal-impatt tal-istandards tekniċi regolatorji kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni qabel ma tressaqhom lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha wkoll titlob l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 22.

1b.  Malli tiriċievi l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji mill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tibgathom minnufih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perijodu b'xahar. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozz ta' standards parzjalment biss jew bl-emendi fejn l-interess tal-Unjoni jirrikjedi dan.

Artikolu 7a

Nonapprovazzjoni jew emenda tal-abbozz ta' standards regolatorji

1.  Fejn il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax l-istandards tekniċi regolatorji jew li tapprovahom parzjalment jew b'emendi, hi għandha tibgħat l-abbozz tal-istandards lura lill-Awtorità, filwaqt li tipproponi emendi raġunati.

2.  Fi żmien perjodu ta' 6 ġimgħat, l-Awtorità tista' temenda l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji fuq il-bażi tal-emendi proposti mill-Kummissjoni u terġa' tressqu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. L-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha.

3.  Meta l-Awtorità ma tkunx taqbel mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta jew temenda l-proposti inizjali tagħha, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu isejħu lill-Kummissarju responsabbli, flimkien mal-President tal-Awtorità, fi żmien xahar għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, biex jippreżentaw u jispjegaw id-differenzi tagħhom.

Artikolu 7b

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħat li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 7 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 4 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mill-inqas 6 xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' 4 snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex bi qbil mal-Artikolu 7c.

2.  Hekk kif tadotta standard tekniku regolatorju, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President tal-Awtorità għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istandards regolatorji li ġew approvati u li l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux ikkonformaw magħom.

Artikolu 7c

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal standard tekniku regolatorju fi żmien perjodu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika mill-Kummissjoni. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu jista' jiġi estiż bi tliet xhur.

2.  L-istandards tekniku regolatorju għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. Jekk, ladarba jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-istandard tekniku regolatorju, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, malli l-abbozz ikun intbagħat lill-Kummissjoni, jistgħu jadottaw dikjarazzjoni antiċipata u kundizzjonata ta' nuqqas ta' oġġezzjoni li għandha tidħol fis-seħħ meta l-Kummissjoni tadotta l-istandard regolatorju mingħajr ma timmodifika l-abbozz.

4.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal standard tekniku regolatorju, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. Bi qbil mal-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tagħti r-raġunijiet tagħha għall-oġġezzjoni għall-att delegat.

Artikolu 7d

Revoka tad-delega

1.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista' tiġi revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  Id-deċiżjoni ta' revoka għanda ttemm id-delega.

3.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat fuq standards tekniċi reglatorji li jistgħu jkunu suġġetti għar-revoka.

Artikolu 7e

Standards tekniċi ta' implimentazzjoni

1.  Meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fejn ikunu jenħtieġu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' atti tal-Unjoni vinkolanti fl-oqsma speċifikament imniżżla fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), japplika dan li ġej:

   (a) meta bi qbil mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, l-Awtorità tfassal standards tekniċi ta' implimentazzjoni għat-tressiq lill-Kummissjoni, dawn l-istandards għandhom ikunu tekniċi, ma għandhomx jinkludu għażliet politiċi u għandhom ikunu limitati għad-determinazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni ta' dik il-leġislazzjoni;
   (b) meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza mniżżla fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2), jew meta l-Awtorità ma tressaqx abbozz lill-Kummissjoni fi żmien l-iskadenza mniżżla fil-leġiżlazzjoni msemmija f'talba indirizzata lill-Awtorità mill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 19, il-Kummissjoni tista' tadotta standards tekniku ta' implimentazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

2.  Qabel ma tippreżentahom lill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati, dment li dawn il-konsultazzjonijiet u l-analiżi ma jkunux sproporzjonati fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt tal-istandards tekniċi kkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni.

L-Awtorità għandha wkoll titlob l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmi fl-Artikolu 22.

3.  L-Awtorità għandha tressaq l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni tagħha lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u, fl-istess żmien, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.  Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovax l-abbozz tal-istandards ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tista' ttawwal dak il-perijodu b'xahar. Il-Kummissjoni tista' tapprova l-abbozz ta' standards parzjalment biss jew bl-emendi fejn l-interess tal-Unjoni jirrikjedi dan.

F'kull każ, meta l-Kummissjoni tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jemendaw l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni mressqa mill-Awtorità, hija għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  L-istandards għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' Regolamenti jew Deċiżjonijiet u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Linji gwida u rakkomandazzjonijiet

1.  L-Awtorita għandha, bil-ħsieb li tistabbilixxi prattiċi superviżorji konsistenti, effiċjenti u effikaċi fi ħdan is-SESF, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea, toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-parteċipanti fis-suq finanzjarju.

1a.  L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar il-linjigwida u r-rakkomandazzjonijiet u tanalizza l-benefiċċji u l-ispejjeż potenzjali relatati magħhom. L-Awtorità, meta jkun xieraq, għandha titlob ukoll l-opinjoni jew il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq imsemmija fl-Artikolu 22. Dawk il-konsultazzjonijiet, analiżijiet, opinjonijiet u pariri għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma' dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet.

Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta' linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk hijiex biħsiebha tikkonforma ma' dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le. F'każ li awtorità kompetenti ma tkunx biħsiebha tikkonforma, għandha tinforma lill-Awtorità u tagħti r-raġunijiet tagħha. L-Awtorità għandha tippubblika dawn ir-raġunijiet.

Meta Awtorità kompetenti ma tapplikax linja gwida jew rakkomandazzjoni, l-Awtorità għandha tagħmel din l-informazzjoni pubblika.

L-Awtorità tista' tiddeċiedi, skont il-każ, li tippubblika r-raġunijiet provduti minn awtorità kompetenti għaliex din ma tikkonformax ma' linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tirċievi notifika bil-quddiem dwar pubblikazzjoni bħal din.

Jekk ikun meħtieġ minn din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jirrappurtaw, b'mod ċar u dettaljat, jekk jikkonformawx ma' din il-linja gwida jew rakkomandazzjoni jew le.

2a.  Fir-rapport msemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet kollha li jinħarġu, u tindika liema awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat magħhom u tiddeskrivi kif l-Awtorità biħsiebha tiżgura li fil-ġejjieni l-awtorità kompetenti ssegwi r-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha.

Artikolu 9

Ksur tal-liġi tal-Unjoni

1.  Fejn awtorità kompetenti ma tkunx ▌applikat jew tkun applikat l-atti leġiżlattiv imsemmija fl-Artikolu 1(2) b'mod li jidher li jkun jikser il-liġi tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni bi qbil mal-Artikoli 7 u 7e, b'mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarji jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dik il-leġiżlazzjoni, l-Awtorità għandu jkollha s-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta' dan l-Artikolu.

2.  Fuq talba ta' awtorità kompetenti waħda jew aktar, tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq, jew fuq inizjattiva tagħha stess u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti konċernata, l-Awtorità tista' tinvestiga l-allegat ksur jew in-nuqqas ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea.

2a.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat imniżżlin fl-Artikolu 20, l-awtorità kompetenti għandha , mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità l-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha ▌.

3.  L-Awtorità tista“, fi żmien mhux aktar minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza lill-awtorità kompetenti konċernata, rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mill-irċevuta tar-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja.

4.  Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista“, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur minn meta tiġi adottata r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista” testendi dan il-perijodu b'xahar.

L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5.  Fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma mal-opinjoni formali tal-Kummissjoni.

6.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ▌fil-perijodu ta' żmien speċifikat fiha, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f'ħin opportun għan-nuqqas ta' konformità ▌sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-kundizzjonijiet newtrali ta' kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-operat sewwa u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista“, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) japplikaw direttament għall-parteċipanti fis-suq finanzjarju skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil parteċipanti fis-swieq finanzjarji li tkun teħtieġ l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, fosthom il-waqfien ta' kwalunkwe prattika.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f'konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

7.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 6 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Meta tittieħed azzjoni ▌fir-rigward ta' kwistjonijiet li huma soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew deċiżjoni skont il-paragrafu ▌ 6 l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew mad-deċiżjoni, skont il-każ.

7a.  Fir-Rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali u mad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 u 6.

Artikolu 10

Azzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza

1.  Fil-każ ta' żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità għandha tiffaċilita b'mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti rilevanti.

Bil-għan li tkun tista' twettaq dan ir-rwol ta' faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatriċi fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.

1a.  Il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-BERS jew l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, fejn tiddetermina l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandu jirrevedi din id-deċiżjoni kull xahar u tal-inqas darba fix-xahar u jiddikjara l-waqfien tas-sitwazzjoni ta' emerġenza malajr kemm jista' jkun.

Jekk il-Kummissjoni tiddetermina l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' emerġenza, għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien.

2.  Fejn il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 1a, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet nazzjonali tkun meħtieġa bħala rispons għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni Ewropea, l-Awtorità, tista' tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont il-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw dawn l-iżviluppi bħal dan billi jiżguraw li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dik il-leġislazzjoni.

3.  Bla ħsara għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 2 sal-perjodu stipulat fiha, l-Awtorità għandha, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ikunu applikabbli direttament għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil parteċipant fis-swieq finanzjarji sabiex titlobha tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dik il-leġiżlazzjoni, inkluż it-twaqqif ta' kwalunkwe prattika.

4.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma' dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 11

Riżoluzzjoni ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.  Bla ħsara għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 9, meta awtorità kompetenti ma taqbilx fuq il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni minn awtorità kompetenti oħra f'oqsma fejn l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) jeħtieġu kooperazzjoni, koordinazzjoni jew teħid konġunt tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti minn iżjed minn Stat Membru wieħed, l-Awtorità, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' waħda jew aktar mill-awtoritajiet kompetenti konċernati, għandha tieħu t-tmexxija fl-għajnuna lill-awtoritajiet biex jilħqu ftehim skont il-proċedura stipulata fil-paragrafi 2 u 4.

2.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi limitu taż-żmien għal konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F'dak l-istadju l-Awtorità għandha taġixxi bħala medjatur.

3.  Jekk, fl-aħħar tal-fażi ta' konċiljazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti konċernati ma jkunux laħqu ftehim, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tieħu deċiżjoni biex jissolva n-nuqqas ta' ftehim u biex jintalbu jieħdu azzjoni speċifika f'konformità mal-liġi tal-Unjoni b'effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

4.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità, u b'hekk tonqos milli tiżgura li parteċipant fis-swieq finanzjarji tikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għaliha bis-saħħa tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lejn parteċipant fis-swieq finanzjarji sabiex teħtiġilha tieħu l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta' kwalunkwe prattika.

4a.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma' dawk id-deċiżjonijiet.

4b.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 35(2), il-President għandu jistipula n-nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehim milħuq u d-deċiżjoni meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta' qbil.

Artikolu 11a

Soluzzjoni ta' każijiet ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti fi kwistjonijiet transettorjali

Il-Kumitat Konġunt, bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 11 u 42, għandu jsolvi nuqqas ta' qbil transsettorjali li jista' jinħoloq bejn awtoritajiet kompetenti hekk kif definit fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru .../2010 [ABE] u fir-Regolament (UE) Nru .../2010 [AEAPX].

Artikolu 12

Kulleġġi tas-Superviżuri

1.  L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex tippromwovi u tissorvelja l-operat effiċjenti u effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija fid-Direttiva 2006/48/KE u tinkoraġġixxi l-koerenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni bejn il-kulleġġi. Il-persunal tal-awtorità għandu jkun kapaċi jieħdu sehem fi kwalunkwe attività, inkluż fl-eżamijiet fuq il-post, li jsiru b'mod konġunt minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar.

2.  L-Awtorità għandha tmexxi l-kulleġġi tas-superviżuri kif tħoss xieraq. Għal dak il-għan, hija għandha titqies bħala “awtorità kompetenti” skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni rilevanti Għandha, tal-inqas:

   (a) tiġbor u taqsam l-informazzjoni rilevanti kollha f'negozji kurrenti u f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-kulleġġi tas-superviżuri u tistabbilixxi u tmexxi sistema ċentrali biex tagħmel din l-informazzjoni aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti fil-kulleġġi tas-superviżuri;
   (b) tniedi u tikkoordina wkoll testijiet tat-tensjoni fl-Unjoni kollha sabiex tivvaluta r-reżistenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikulari ta' dawk identifikati fl-Artikolu 12b, għal żviluppi avversi tas-suq, billi tiżgura li tiġi applikata metodoloġija kemm jista' jkun konsistenti fil-livell nazzjonali għal dawn it-testijiet;
   (c) tippjana u tmexxi attivitajiet superviżorji f'negozji kurrenti kif ukoll f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji li l-istituzzjonijiet finanzjarji huma jew jistgħu jkunu esposti għalihom; kif ukoll
   (d) tissorvelja l-kompiti mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

3a.  L-Awtorità tista' toħroġ standards regolatorji u implimentattivi, linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7, 7e u 8 sabiex tarmonizza l-funzjonament superviżorju u l-aħjar prattiki adottati mill-kulleġġi tas-superviżuri. L-awtoritajiet għandhom japprovaw bil-miktub l-arranġamenti għall-funzjonament ta' kull kulleġġ sabiex jiżguraw il-funzjonament konverġenti ta' bejniethom kollha.

3b.  Rwol ta' medjazzjoni legalment vinkolanti għandu jippermetti lill-Awtorità li ssolvi tilwim bejn awtoritajiet kompetenti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11. Meta ma jkun jista jintlaħaq l-ebda ftehim fi ħdan il-kulleġġ rilevanti tas-superviżuri, l-Awtorità tista' tieħu deċiżjonijiet superviżorji li jkunu direttament applikabbli għall-istituzzjoni kkonċernata.

Artikolu 12a

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  L-Awtorità għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-riskji ta' ħsara fis-servizzi finanzjarji li tkun (i) ikkawżata minn indeboliment tas-sistema finanzjarja kollha jew ta' partijiet minnha u (ii) ikollu l-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji fuq is-suq intern u fuq l-ekonomija reali (riskju sistemiku). It-tipi kollha ta' intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu potenzjalment ikunu importanti b'mod sistematiku sa ċertu grad.

2.  L-Awtorità, b'kollaborazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, għandha tiżviluppa sett komuni ta' indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (risk dashboard), li għandhom iservu bħala l-bażi biex tiġi assenjata klassifikazzjoni superviżorja għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali identifikati fl-Artikolu 12b. Dik il-klassifikazzjoni għandha tkun riveduta fuq bażi regolari, sabiex jitqiesu l-bidliet materjali tal-profil ta' riskju ta' istituzzjoni. Il-klassifikazzjoni superviżorja għandha tkun element kritiku biex id-deċiżjoni tissorvelja jew tintervjeni direttament f'istituzzjoni batuta.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tipproponi, kif meħtieġ, abbozz addizzjonali ta' standards regolatorji u implimentattivi kif ukoll linji gwida u rakkomandazzjonijiet għall-istituzzjonijiet identifikati fl-Artikolu 12b.

4.  L-Awtorità għandha teżerċita superviżjoni fuq istituzzjonijiet transkonfinali li jistgħu jirrappreżentaw riskju sistemiku kif stabbilit fl-Artikolu 12b. F'dawk il-każi, l-Awtorità għandha taġixxi permezz tal-awtoritajiet kompetenti.

5.  L-Awtorità għandha tistabbilixxi Unità ta' Riżoluzzjoni b'mandat li timplimenta l-governanza u l-modus operandi iddefiniti b'mod ċar tal-ġestjoni tal-kriżijiet, mill-intervent bikri sar-riżoluzzjoni u l-falliment, u tmexxi dawn il-proċeduri.

Artikolu 12b

L-identifikazzjoni ta' parteċipanti fis-swieq finanzjarji li potenzjalment jistgħu joħolqu riskju sistemiku

1.  Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-BERS, jista“, b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29(1), jidentifika l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali li, minħabba r-riskju sistemiku li jistgħu joħolqu, ikun jeħtieġ li jiġu soġġetti għal superviżjoni diretta mill-Awtorità jew imqiegħda taħt l-Unità ta' Riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 12c.

2.  Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' parteċipanti fis-swieq finanzjarji bħal dawn għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji stabbiliti mill-FSB, l-FMI u l-BIS.

Artikolu 12c

Unità ta' Riżoluzzjoni

1.  L-Unità ta' Riżoluzzjoni għandha tippriżerva l-istabbiltà finanzjarja u tnaqqas kemm jista' jkun l-effett kontaġju li istituzzjonijiet f'diffikultà identifikati fl-Artikolu 12b jista' jkollhom fuq il-bqija tas-sistema u fuq l-ekonomija inġenerali, u tillimita l-ispiża ta' min iħallas it-taxxa billi tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ġerarkija tal-kredituri u tiggarantixxi trattament ugwali bejn il-fruntieri.

2.  L-Unità ta' Riżoluzzjoni għandha tkun awtorizzata twettaq il-kompiti stipulati fil-paragrafu 1, sabiex tirrijabilita istituzzjonijiet f'diffikultà jew biex tiddeċiedi fuq l-istralċ ta' istituzzjonijiet mhux vijabbli (moral hazard). Fost azzjonijiet oħra tista' tesiġi aġġustamenti fil-kapital jew fil-likwidità, tadatta l-kompożizzjoni tan-negozju, ittejjeb il-proċessi, taħtar jew tibdel il-ġestjoni, tirrakkomanda garanziji, self u assistenza ta' likwidità, bejgħ totali jew parzjali, toħloq good bank/bad bank jew bridge bank, tpartat id-dejn f'kapital (b'haircuts xierqa) jew tieħu l-istituzzjoni fi sjieda pubblika temporanja.

3.  L-Unità ta' Riżoluzzjoni għandha tinkludi esperti maħtura mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità b'għarfien u kompetenza fir-ristrutturar, salvataġġ u likwidazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 12d

Sistema Ewropea ta' Skemi ta' Garanzija tal-Investituri

1.  L-Awtorità għandha tikkontribwixxi biex issaħħaħ l-Iskemi nazzjonali ta' Kumpens lill-Investituri (ICS) billi tiżgura li jkunu ffinanzjati b'mod adegwat permezz tal-kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż minn parteċipanti fis-swieq li jinsabu f'pajjiżi terzi, u tipprovdi livell għoli ta' ħarsien għall-investituri kollha f'qafas armonizzat madwar l-Unjoni, li ma jmissx ir-rwol ta' salvagwardja stabbilizzanti tal-iskemi ta' garanzija reċiproka, sakemm ikunu konformi mal-istandards tal-Unjoni.

2.  L-Artikolu 8 dwar is-setgħat tal-Awtorità li tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet għandu japplika għall-iskemi ta' garanzija tal-investituri.

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni hekk kif speċifikat fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikoli 7 sa 7d ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12e

Sistema Ewropea ta' arranġamenti ta' riżoluzzjoni u ta' finanzjamenti

1.  Fond Ewropew għall-Istabbiltà tat-Titoli u s-Swieq għandu jiġi stabbilit sabiex tissaħħaħ l-internalizzazzjoni tal-ispiża tas-sistema finanzjarja u sabiex jgħin fir-riżoluzzjoni ta' kriżijiet ta' parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali batuti. Parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw fi Stat Membru wieħed ikollhom l-għażla li jingħaqdu mal-Fond. Il-Fond Ewropew għall-Istabbiltà għat-Titoli u s-Swieq għandu jaddotta miżuri xierqa sabiex jevita li d-disponibilità ta' assistenza tiġġenera periklu morali.

2.  Il-Fond Ewropew għall-Istabilità għat-Titoli u s-Swieq għandu jkun iffinanzjat permezz tal-kontribuzjonijiet diretti mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji transkonfinali kollha skont fl-Artikolu 12b u minn dawk li għażlu li jipparteċipaw f'dik is-sistema skont l-ewwel paragarfu. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati għal-livell ta' riskju li jġib miegħu kull wieħed mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. L-eżiġenzi tal-livelli tal-kontribuzzjonijiet għandhom jikkunsidraw kundizzjonijiet ekonomiċi usa“, pereżempju l-kapaċità ta' self lill-industrija u lill-SMEs u l-ħtieġa li parteċipanti fis-swieq finanzjarji jżommu kapital għal eżiġenzi regolatorji u kummerċjali oħrajn.

3.  Il-Fond Ewropew għall-Istabilità għandu jkun immaniġġjat minn Bord maħtur mill-Awtorità għal perjodu ta' ħames snin. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu magħżula minn fost persunal propost mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-Fond għandu joħloq ukoll Bord Konsultattiv li jkun magħmul minn rappreżentanza bla vot tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jieħdu sehem fil-Fond. Il-Bord tal-Fond jista' jipproponi li l-Awtorità testernalizza l-ġestjoni tal-likwidità tagħha lill-istituzzjonijiet ta' fama tajba (bħall-BEI). Dawn il-fondi għandhom jiġu investiti fi strumenti sikuri u likwidi.

Artikolu 13

Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet

1.  L-awtoritajiet kompetneti jistgħu, bil-kunsens tal-awtorità li tingħata d-delega, jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lill-Awtorità jew lil awtoritajiet kompetenti oħrajn skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi fir-rigward tad-delega tar-responsabbiltajiet li magħhom irid ikun hemm konformità qabel ma l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jidħlu f'dawn il-ftehimiet u jistgħu jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tad-delega għal dak li hu meħtieġ għal superviżjoni effettiva tal-parteċipanti jew il-gruppi transkonfinali fis-swieq finanzjarji.

2.  L-Awtorità għandha tistimula u tiffaċilita d-delega ta' kompiti u responsabbiltajiet bejn awtoritajiet kompetenti billi tidentifika dawk il-kompiti u responsabbiltajiet li jistgħu jiġu ddelegati jew jitwettqu flimkien u billi tippromwovi l-aħjar prattiċi.

2a.  Id-delega tar-responsabbiltajiet għandha tirriżulta fl-allokazzjoni mill-ġdid tal-kompetenzi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-liġi tal-awtorità li tkun ingħatat id-delega għandha tirregola l-proċedura, l-infurzar u l-istħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju relatat mar-responsabbiltajiet li jkunu ġew delegati.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Awtorità bil-ftehimiet ta' delega li jkunu biħsiebhom jagħmlu. Huma għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux qabel xahar li jkunu infurmaw lill-Awtorità.

L-Awtorità tista' tagħti opinjoni dwar il-ftehim intenzjonat fi żmien xahar li tiġi infurmata.

L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe ftehim ta' delega kif konkluż mill-awtoritajiet kompetenti bil-mezzi xierqa, sabiex tiżgura li l-partijiet kollha konċernati jkunu infurmati sewwa.

Artikolu 14

Kultura superviżorja komuni

1.  L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta' kultura superviżorja komuni Ewropea u prattiċi superviżorji konsistenti, u biex jiġu żgurati proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea u, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:

   (a) tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;
   (b) tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effikaċi ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data pprovduti fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti;
   (c) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' standards superviżorji uniformi u ta' kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar, u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(2a);
   (d) tanalizza l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u implimentattivi rilevanti adottati mill-Kummissjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn meħtieġ;
   (e) tistabbilixxi programmi ta' taħriġ settorjali u transsettorjali, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta' skemi tal-issekondar u strumenti oħra.

2.  L-Awtorità tista“, kif ikun adatt, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta' konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiċi superviżorji komuni.

Artikolu 15

Evalwazzjoni orizzontali tal-awtoritajiet kompetenti

1.  Minn żmien għall-ieħor l-Awtorità għandha torganizza u twettaq evalwazzjoni tal-evalwazzjonijiet orizzontali ta' xi wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, sabiex tiżdied aktar il-konsistenza fir-riżultati superviżorji. Għal dan il-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex tkun tista' tagħmel valutazzjoni u tqabbil oġġettiv bejn l-awtoritajiet analizzati. Fit-twettiq ta' evalwazzjonijiet orizzontali, għandu jittieħed kont tal-informazzjoni eżistenti u tal-evalwazzjonijiet li jkunu diġà saru fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata.

2.  L-evalwazzjoni orizzontali għandha tinkludi valutazzjoni ta', iżda mhux limitata għal:

   (a) l-adegwatezza tal-arranġamenti dwar ir-riżorsi u l-governanza ▌tal-awtorità kompetenti, b'attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effikaċi tal-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi msemmija fl-Artikoli 7 sa 7e u tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi fis-suq;
   (b) il-livell ta' konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards regolatorji tekniċi u implimentattivi, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 7 u 8, u kemm il-prattika superviżorja qiegħda tilħaq l-għanijiet imniżżlin fil-liġi tal-Unjoni;
   (c) prattiki tajba żviluppati minn xi awtoritajiet kompetenti li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jadottawhom;
   (d) l-effikaċja u l-grad ta' konverġenza miksuba fir-rigwad tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-miżuri amministrattivi u s-sanzjonijiet imposti kontra persuni responsabbli fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx rispettati.

3.  Abbażi tal-evalwazzjoni orizzontali, l-Awtorità tista' tagħti linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 8 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti ▌. L-Awtorità għandha tqis l-eżitu tal-evalwazzjoni orizzontali hija u tiżviluppa abbozzi ta' standards regolatorji tekniċi jew implimentattivi skont l-Artikoli 7 sa 7e. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex isegwu l-parir mogħti mill-Awtorità. Fejn awtorità kompetenti ma ssegwix dan il-parir, hija għandha tinforma lill-Awtorità bir-raġunijiet tagħha.

L-Awtorità għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-aħjar prattiki li jistgħu jiġu identifikati minn dawk l-evalwazzjonijiet orizzontali. Barra minn hekk, ir-riżultati l-oħra kollha tal-evalwazzjonijiet orizzontali jistgħu jiġu żvelati b'mod pubbliku, sakemmt il-ftehim tal-awtorità kompetenti ikun is-suġġett tal-evalwazzjoni orizzontali.

Artikolu 16

Funzjoni ta' koordinament

L-Awtorità għandha taqdi rwol ġenerali ta' koordinament bejn l-awtoritajiet kompetenti, anke fejn żviluppi avversi jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni.

L-Awtorità għandha tippromwovi rispons tal-Unjoni koordinat, fost l-oħrajn billi:

   (1) tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;
   (2) tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni u, fejn ikun possibbli u adatt, tivverifika l-affidabbiltà tal-informazzjoni li għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kollha;
   (3) bla ħsara għall-Artikolu 11, twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess;
   (4) tinnotifika mingħajr dewmien lill-BERS dwar sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza;
   (4a) tieħu l-miżuri kollha adatti f'każ ta' żviluppi li jistgħu jipperikolaw il-funzjonament tas-swieq finanzjarji bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-koordinament ta' azzjonijiet imwettqin mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;
   (4b) tiċċentralizza l-informazzjoni li tasal mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 12 u 20 bħala riżultat tal-obbligi ta' rapportar regolatorju għall-istituzzjonijiet attivi f'aktar minn Stat Membru wiehed. L-Aworità għandha taqsam dik l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra.

Artikolu 17

Valutazzjoni tal-iżviluppi fis-suq

1.  L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-AEAPX, lill-ESMA, lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi ekonomika tas-swieq li fihom joperaw il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, u valutazzjoni tal-impatt li l-iżviluppi potenzjali tas-swieq jista' jkollhom fuqhom.

1a.  ▌L-Awtorità għandha, f'kooperazzjoni mal-BERS, tagħti bidu u tikkoordina valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha dwar ir-reżistenza tal-parteċipanti ▌fis-swieq finanzjarji għall-iżviluppi avversi tas-suq. Għal dak il-għan, hija għandha tiżviluppa dawn li ġejjin, biex jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti:

   (a) metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta' xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjonijiet finanzjarji tal-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji;
   (b) approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta' dawn il-valutazzjonijiet tar-reżistenza tal-parteċipanti ▌fis-swieq finanzjarji;
   (ba) metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta' prodotti partikulari jew tal-proċessi ta' distribuzzjoni fuq il-qagħda finanzjarja ta' parteċipant fis-swieq u fuq l-informazzjoni tad-depożituri, tal-investituri u tal-konsumaturi.

2.  Bla ħsara għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (KE) Nru …/2010 (BERS), l-Awtorità għandha, mill-anqas darba fis-sena, u aktar ta' spiss skont il-ħtieġa, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha.

L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f'dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta' prevenzjoni jew ta' rimedju.

3.  L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, riskji u vulnerabbiltajiet fis-setturi kollha billi tikkoopera mill-qrib mal-AEAPX u mal-ESMA permezz tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 18

Relazzjonijiet internazzjonali

1.  Bla ħsara għall-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri, l-Awtorità tista' tiżviluppa kuntatti u tidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, lanqas ma għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma' pajjiżi terzi.

2.  L-Awtorità għandha tassisti fit-tħejjija ta' deċiżjonijiet ta' ekwivalenza fir-rigward ta' reġimi superviżorji f'pajjiżi terzi skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

3.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 28(4a), l-Awtorità għandha tistipula l-arranġamenti amministrattivi miftiehma ma' organizzazzjonijiet jew amministrazzjonijiet internazzjonali f'pajjiżi terzi u l-assistenza provduta fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet ta' ekwivalenza.

Artikolu 19

Kompiti oħrajn

1.  L-Awtorità tista“, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta' kompetenza tagħha.

1a.  Fil-każijiet fejn l-Awtorità ma ppreżentatx abbozz ta' standard tekniku regolatorju jew implimentattiv fit-terminu ta' żmien stabbilit fil-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew meta l-ebda terminu ta' żmien ma jkun ġie stabbilit, il-Kummissjoni tista' titlob it-tali abbozz u tistabbilixxi terminu ta' żmien għall-preżentazzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni tista“, minħabba l-urġenza tal-każ, titlob li abbozz ta' standard tekniku regolatorju jew implimentattiv jiġi ppreżentat qabel it-terminu ta' żmien stabbilit fil-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2). F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tiddikjara ġustifikazzjoni adegwata.

2.  Fir-rigward tal-valutazzjonijiet prudenzjali tal-amalgamazzjonijiet u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/44/KE u li skont dik id-Direttiva, jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista“, ▌fuq applikazzjoni ta' waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali, minbarra fir-rigward ta' kriterju fl-Artikolu 19a(1)(e) tad-Direttiva 2006/48/KE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u fi kwalunkwe każ qabel it-tmiem tal-perijodu ta' valutazzjoni skont id-Direttiva 2007/44/KE. L-Artikolu 20 għandu japplika għall-oqsma li l-Awtorità tista” toħroġ opinjoni dwarhom.

Artikolu 20

Ġbir ta' informazzjoni

1.  Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti ▌tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, dment li d-destinatarju jkollu aċċess legali għad-data rilevanti, u bil-kundizzjoni li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa meta mqabbla man-natura tad-dmir inkwistjoni.

1a.  L-Awtorità tista' titlob ukoll sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti. Dawk it-talbiet għandhom, fejn possibbli, jużaw formati komuni ta' rappurtar.

1b.  Fuq talba debitament ġustifikata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, l-Awtorità tista' tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun metħieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dmirijietha skont l-obbligi tas-sigriet professjonali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali u fl-Artikolu 56.

1c.  Qabel ma titlob informazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu u bil-għan li jiġi evitat l-irduppjar tal-obbligu ta' rapportar, l-Awtorità għandha l-ewwel tieħu kont ta' kull statistika eżistenti prodotta, disseminata u żviluppata mis-Sistema Statistika Ewropea u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali.

2.  Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax fil-ħin mill-awtoritajiet kompetenti ▌, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut lill-awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-Ministru tal-Finanzi fejn dan tal-aħħar ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.

2a.  Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma titqiegħedx għad-dispożizzjoni skont il-paragrafi 1, 1a, 1b, 1c jew 2 f'waqtha, l-Awtorità tista' tindirizza talba ġġustifikata u rraġunata b'mod dovut direttament lill-parteċipanti fas-swieq finanzjarji rilevanti. It-talba rraġunata għandha tispjega għaliex hi meħtieġa d-data dwar il-parteċipant individwali rispettiv fis-swieq finanzjarji.

L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f'konformità mal-paragrafi 2 u 2a.

Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti ▌għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir ta' din l-informazzjoni.

3.  L-Awtorità tista' tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Relazzjoni mal-BERS

2.  L-Awtorità ▌għandha tikkoopera mill-qrib u b'mod regolari mal-BERS.

L-Awtorità għandha tipprovdi lill-BERS b'informazzjoni regolari u aġġornata li hija meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha. Kwalunkwe informazzjoni neċessarja biex twettaq il-kompiti tagħha, li ma tkunx f'format fil-qosor jew kollettiv, għandha tiġi pprovduta mingħajr dewmien lill-BERS wara talba motivata, kif speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru …./2010 (BERS). L-Awtorità, f'kooperazzjoni mal-BERS, għandha tistabbilixxi proċeduri interni adegwati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, partikolarment fir-rigward tal-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji.

3.  B'konformità mal-paragrafi 4 u 5, l-Awtorità għandha tiżgura segwitu xieraq għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS).

4.  Malli tasal twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lill-Awtorità, hija għandha ssejjaħ laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr dewmien u tivvaluta l-implikazzjonijiet ta' tali twissija jew rakkomandazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Hija għandha tiddeċiedi, permezz tal-proċedura rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, dwar kwalunkwe azzjoni li għandha tittieħed f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha b'dan ir-Regolament biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati fit-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet.

Jekk l-Awtorità ma taġixxix wara li tingħata rakkomandazzjoni, hija għandha tispjega lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS ir-raġunijiet tagħha għaliex ma għamlitx dan.

5.  Mal-irċevuta ta' twissija jew rakkomandazzjoni mill-BERS indirizzata lil awtorità superviżorja nazzjonali kompetenti, l-Awtorità għandha, fejn ikun rilevanti, tuża s-setgħat ikkonferiti lilha b'dan ir-Regolament sabiex tiżgura segwitu f'waqtu.

Meta d-destinatarju ma jkunx biħsiebu jsegwi r-rakkomandazzjoni tal-BERS, hu għandu jinforma u jiddiskuti mal-Bord tas-Superviżuri r-raġunijiet tiegħu għan-nuqqas ta' azzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont dovut tal-opinjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri meta tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru …/2010 (BERS).

6.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha stipulati f'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħti l-akbar konsiderazzjoni għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS.

Artikolu 22

Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq

1.  Biex jgħin fil-faċilitazzjoni ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati f'oqsma rilevanti għall-kompiti tal-Awtorità, l-Awtorità għandha tistabbilixxi Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq. Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun ikkonsultat dwar azzjonijiet meħuda f'konformità mal-Artikolu 7 dwar l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi implimentattivi, u, sal-punt li dawn ma jikkonċernawx lill-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, l-Artikolu 8 dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Jekk ikunu jridu jittieħedu azzjonijiet b'mod urġenti u l-konsultazzjoni ssir impossibbli, il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiġi mgħarraf kemm jista' jkun malajr.

Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jiltaqa' mill-anqas erba' darbiet fis-sena.

2.  Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jkun magħmul minn 30 membru, li jirrappreżentaw, fi proporzjonijiet ibbilanċjati l-istituzzjonijiet tal-investiment u tal-kreditu li joperaw fl-Unjoni, ir-rappreżentanti impjegati tagħhom kif ukoll il-konsumaturi, ▌l-utenti tas-servizzi finanzjarji u r-rappreżentanti tal-SMEs. Tal-anqas ħamsa mill-membri tiegħu għandhom ikunu akkademiċi indipendenti tal-ogħla livell. L-għadd ta' membri li jirrappreżentaw lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji m'għandux ikun aktar minn għaxra.

3.  Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom jinħatru mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità, wara proposti mill-partijiet interessati rilevanti.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tas-Superviżuri għandu, safejn ikun possibbli, jiżgura bilanċ u rappreżentanza ġeografika u tas-sessi xierqa tal-partijiet interessati fl-Unjoni Ewropea kollha.

4.  L-Awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa u tiżgura appoġġ segretarjali adegwat għall-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.

Għandu jiġi pprovdut kumpens adegwat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-membri tal-grupp tal-partijiet interessati li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' lukru. Il-Grupp jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet tekniċi. Il-membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandhom iservu għal perjodu ta' sentejn u nofs, li warajh issir proċedura ġdida tal-għażla.

Il-membri jistgħu jservu żewġ termini wara xulxin.

5.  Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq jista' jissottometti opinjonijiet u pariri lill-Awtorità dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompiti tal-Awtorità b'attenzjoni partikolari fuq il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 7e u fl-Artikoli 8, 14, 15 u 17.

6.  Il-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu fuq il-bażi tal-qbil ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri.

7.  L-Awtorità għandha tippubblika l-opinjonijiet u l-pariri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 23

Salvagwardji

1.  ▌ Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 11 taffettwa b'mod dirett u sinifikanti r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa għandu jinnotifika lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti. Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jiġġustifika għaliex u għandu jipprovdi valutazzjoni tal-impatt dwar kemm id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

2.  ▌Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha.

Fejn l-Awtorità żżomm jew temenda d-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjonidwar jekk id-deċiżjoni tal-Awtorità ġietx miżmuma jew revokata. Id-deċiżjoni biex tinżamm id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b'maġġoranza sempliċi tal-membri. Id-deċiżjoni biex tiġi revokata d-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tittieħed b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tagħha. Fl-ebda wieħed minn dawn il-każi ma għandu jitqies il-vot tal-Membri kkonċernati.

3.  ▌Fejn il-Kunsill ma jiħux deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol fil-każ tal-Artikolu 10 u fi żmien xahar fil-każ tal-Artikolu 11, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha titqies li tkun inżammet.

3a.  Jekk deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 10 twassal għall-użu tal-fondi stabbiliti skont l-Artikolu 12d jew 12e, l-Istati Membri ma jistgħux jitlobu li l-Kunsill iżomm jew jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-Awtorità.

Artikolu 24

Proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet

1.  Qabel tieħu d-deċiżjonijiet previsti f'dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tinforma lil kwalunkwe destinatarju msemmi bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni, filwaqt li tistabbilixxi limitu taż-żmien li fih id-destinatarju jista' jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni. Dan japplika mutatis mutandis għar-rakkomandazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9(4).

2.  Id-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.

3.  Id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità għandhom jiġu infurmati bir-rimedji legali disponibbli skont dan ir-Regolament.

4.  Fejn l-Awtorità tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 10(2) jew (3), hija għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa.

5.  Id-deċiżjonijiet li l-Awtorità tieħu skont l-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom isiru pubbliċi u hija għandha tiddikjara l-identità tal-awtorità kompetenti jew tal-parteċipant tas-swieq finanzjarji kkonċernat u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, dment li din il-pubblikazzjoni ma tkunx f'kunflitt mal-interess leġittimu tal-parteċipanti tas-swieq finanzjarji fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom jew li ma tkunx tista' tipperikola b'mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni Ewropea jew ta' parti minnha.

KAPITOLU III

ORGANIZZAZZJONI

Taqsima 1

BORD TA' SUPERVIŻURI

Artikolu 25

Kompożizzjoni

1.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jkun magħmul minn:

   (a) il-President, li ma jkollux vot;
   (b) il-Kapijiet tal-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f'kull Stat Membru, li għandhom jiltaqgħu wiċċ imbwiċċ tal-inqas darbtejn fis-sena;
   (c) rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni li ma jkollux vot;
   (d) rappreżentant wieħed tal-BERS li ma jkollux vot;
   (e) rappreżentant wieħed ta' kull waħda miż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn li ma jkollhomx vot.

1a.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jlaqqa' laqgħat mal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq regolarment, tal-anqas darbtejn fis-sena.

2.  Kull awtorità kompetenti ▌għandha tkun responsabbli biex tinnomina membru supplenti ta' livell għoli mill-awtorità tagħha ▌, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), f'każ li din il-persuna ma tkunx tista' tattendi.

2a.  Fi Stati Membri fejn ikun hemm aktar minn awtorità responsabbli waħda għas-supervizjoni skont dan ir-Regolament, dawk l-awtoritajiet għandhom jaqblu dwar rappreżentant komuni. Madankollu, meta punt li jrid ikun diskuss mill-Bord tas-Superviżuri ma jkunx jaqa' fi ħdan il-kompetenza tal-awtorità nazzjonali li tkun qiegħda tiġi rrappreżentata mill-membru msemmi fil-paragrafu 1(b), dak il-membru jista' jieħu rappreżentant mill-awtorità nazzjonali rilevanti, li ma għandux ikollu vot.

3.  Għall-fini li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva 97/9/KE, il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-paragrafu 1(b), fejn xieraq, jista' jkun akkumpanjat minn rappreżentant mill-korpi rilevanti li jamministraw l-iskemi ta' garanzija tal-investituri f'kull Stat Membru, li ma jkollux vot.

4.  Il-Bord tas-Superviżuri jista' jiddeċiedi li jdaħħal osservaturi.

Id-Direttur Eżekuttiv jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota.

Artikolu 26

Kumitati interni u Panels

1.  Il-Bord tas-Superviżuri jista' jistabbilixxi kumitati interni jew panels għal kompiti speċifiċi attribwiti lill-Bord tas-Superviżuri, u jista' jipprovdi għad-delega ta' ċerti kompiti u deċiżjonijiet iddefiniti b'mod ċar lil kumitati jew panels interni, lill-Bord ta' Tmexxija jew lill-President.

2.  Għall-finijiet tal-Artikolu 11, il-Bord tas-Superviżuri għandu jsejjaħ panel indipendenti li jkollu kompożizzjoni ta' membri bbilanċjata sabiex jiffaċilita riżoluzzjoni imparzjali tan-nuqqas ta' qbil, li jkun jikkonsisti mill-President u tnejn mill-membri tiegħu, li la jkunu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu partijiet għan-nuqqas ta' qbil u lanqas ma jkollhom interess fil-kunflitt jew rabtiet diretti mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

2a.  Soġġett għall-Artikolu 11(2), il-panel għandu jipproponi deċiżjoni għall-adozzjoni finali mill-Bord tas-Superviżuri, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 29(1).

2b.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta regoli ta' proċedura għall-panel imsemmi fil-paragrafu 2.

Artikolu 27

Indipendenza

Fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-President u l-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u ma għandhomx ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew entitajiet tal-Unjoni, minn Gvern ta' xi Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor ma għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw il-membri tal-Bord tas-Superviżuri fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 28

Kompiti

1.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida lill-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu II.

2.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, u d-deċiżjonijiet, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II.

3.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jaħtar lill-President.

4.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta' Settembru ta' kull sena, abbażi ta' proposta mill-Bord ta' Tmexxija, il-programm ta' ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

4a.  Il-Bord tas-Superviżuri, wara konsultazzjoni mal-Bord Maniġerjali, għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, fosthom dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta' rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta' Ġunju kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

5.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta' ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Il-programm ta' ħidma multiannwali għandu jiġi adottat bla ħsara għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.

6.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadottal-baġit f'konformità mal-Artikolu 49.

7.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv u jista' jneħħihom mill-kariga skont l-Artikolu 33(5) jew l-Artikolu 36(5) rispettivament.

Artikolu 29

Teħid ta' deċiżjonijiet

1.  Id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, skont il-prinċipju ta' vot wieħed għal kull membru.

Fir-rigward tal-atti speċifikati fl-Artikoli 7 u 8 u l-miżuri u d-deċiżjonijiet adottati skont il-Kapitolu VI u b'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri għandu jieħu deċiżjonijiet abbażi ta' maġġoranza kkwalifikata tal-membri tiegħu, kif definit fl-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji annessi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-Artikolu 11(3), għal deċiżjonijiet li ttieħdu mis-superviżur għall-konsolidazzjoni, id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha titqies bħala adottata, jekk approvata b'maġġoranza sempliċi, sakemm ma tiġix irrifjutata mill-membri li jirrappreżentaw minoranza tal-voti li timblokka kif imfisser fl-Artikolu 16(4) TFUE u fl-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 36) dwar miżuri tranistorji annessi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-TFUE.

Għad-deċiżjonijiet l-oħra kollha f'konformità mal-Artikolu 11(3), id-deċiżjoni proposta mill-panel għandha tkun adottata permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord ta' Superviżuri skont il-prinċipju ta' bniedem wieħed vot wieħed.

2.  Il-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri għandhom jissejħu mill-President fuq l-inizjattiva personali jew fuq talba minn terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

3.  Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

4.  Ir-regoli proċedurali għandhom jistabbilixxu fid-dettall l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, anke, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Il-membri mhux votanti u l-osservaturi, bl-eċċezzjoni tal-President u d-Direttur Eżekuttiv, ma għandhom jattendu ebda diskussjoni fi ħdan il-Bord tas-Superviżuri dwar parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 61 jew fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Taqsima 2

BORD TA' TMEXXIJA

Artikolu 30

Kompożizzjoni

1.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul mill-President,u sitt membri oħrajn tal-Bord tas-Superviżuri, eletti mill-membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri minn fosthom stess.

Kull membru ħlief il-President għandu jkollu sostitut, li jista' jissostitwixxi lill-membru tal-Bord ta' Tmexxija jekk dik il-persuna ma tkunx tista' tattendi.

Il-mandat tal-membri eletti mill-Bord tas-Superviżuri għandu jkun ta' sentejn u nofs. Dan jista' jiġi estiż darba. Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Tmexxija għandha tkun ibbilanċjata u proporzjonata u tirrifletti l-Unjoni Ewropea kollha. Il-mandati għandhom ikunu sovrastanti u għandu jiġi applikat arranġament adatt ta' rotazzjoni.

2.  Id-deċiżjonijiet mill-Bord ta' Tmexxija għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' maġġoranza tal-membri preżenti. Kull membru għandu jkollu vot wieħed.

Id-Direttur Eżekuttiv u rappreżentant tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija mingħajr id-dritt li jivvotaw.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jkollu d-dritt li jivvota dwar kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 49.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

3.  Il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jissejħu mill-President fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu, u għandhom jitmexxew mill-President.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiltaqa' qabel kull laqgħa tal-Bord tas-Superviżuri u kulmeta jidhirlu li hu neċessarju. Huwa għandu jiltaqa' mill-inqas ħames darbiet f'sena f'sessjoni ▌.

4.  Bla ħsara għar-regoli proċedurali, il-membri tal-Bord ta' Tmexxija jistgħu jkunu megħjunin minn konsulenti jew minn esperti. Bl-eċċezzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-membri mingħajr vot ma għandhom jattendu l-ebda diskussjoni mal-Bord Maniġerjali fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali.

Artikolu 31

Indipendenza

Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew minn korpi tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor.

L-ebda Stat Membru, istituzzjoni jew korpi tal-Unjoni, jew xi korp ieħor pubbliku jew privat ma għandu jipprova jinfluwenza l-membri tal-Bord ta' Tmexxija.

Artikolu 32

Kompiti

1.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiżgura li l-Awtorità taqdi l-missjoni tagħha u twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipproponi, għall-adozzjoni mill-Bord tas-Superviżuri, programm ta' ħidma annwali u multiannwali.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeżerċita s-setgħat baġitarji tiegħu skont l-Artikoli 49 u 50.

4.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta l-pjan politiku tal-Awtorità dwar il-persunal u, skont l-Artikolu 54(2), il-miżuri implimentattivi meħtieġa tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (“ir-Regolamenti dwar il-Persunal”).

5.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta d-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti tal-Awtorità, skont l-Artikolu 58.

6.  Il-Bord ta' Tmexxija ▌għandu jipproponi rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, fosthom dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, fuq il-bażi tal-abbozz ta' rapport imsemmi fl-Artikolu 38(7) ▌lill-Bord tas-Superviżuri għall-preżentazzjoni lill-Parlament Ewropew u għall-approvazzjoni tiegħu ▌.

7.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.

8.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jaħtar u jneħħi l-membri tal-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 44(3) u 44(5).

Taqsima 3

PRESIDENT

Artikolu 33

Ħatra u kompiti

1.  L-Awtorità għandha tkun irrappreżentata minn President, li għandu jkun professjonist indipendenti b'impjieg sħiħ.

Il-President għandu jkun responsabbli sabiex iħejji x-xogħol tal-Bord tas-Superviżuri u għandu jmexxi l-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord ta' Tmexxija.

2.  Il-President għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa tal-għażla organizzata u mmexxija mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista ta' tliet kandidati lill-Parlament Ewropew. Wara li jmexxi s-seduti ta' smigħ ta' dawk il-kandidati, il-Parlament Ewropew għandu jagħżel wieħed minn dawk il-kandidati. Il-kandidat li jintgħażel b'dan il-mod għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri.

Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeleġġi wkoll sostitut minn fost il-membri tiegħu li għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-President fin-nuqqas tiegħu. Dak is-sostitut m'għandux ikun membru tal-Bord ta' Tmexxija.

3.  Il-mandat tal-President għandu jkun ta' ħames snin u jista' jiġi estiż darba.

4.  Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta' ħames snin tal-President, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta:

   (a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;
   (b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta' wara.

Fid-dawl tal-valutazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tal-President, soġġett għal konferma mill-Parlament Ewropew.

5.  Il-President jista' jitneħħa mill-kariga biss ▌mill-Parlament Ewropew wara deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri ▌.

Il-President ma jistax jimpedixxi lill-Bord tas-Superviżuri milli jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-President, b'mod partikolari l-ħtieġa għat-tneħħija tiegħu u ma għandux ikun involut f'deliberazzjonijiet dwar tali kwistjoni.

Artikolu 34

Indipendenza

Bla ħsara għar-rwol tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tal-President, il-President la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand istituzzjonijiet jew korpi Komunitarji, minn xi gvern ta' Stat Membru jew mingħand xi entità pubblika jew privata oħra.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kull korp pubbliku jew privat ieħor m'għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lill-President fil-qadi ta' dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-President għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 35

Rapport

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jistiednu lill-President jew lis-sostitut tiegħu , filwaqt li jirrispettaw b'mod sħiħ l-indipendenza tiegħu ▌ biex jagħmel dikjarazzjoni. Il-President għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jwieġeb kwalunkwe mistoqsija mressqa mill-membri tiegħu, kull meta dan ikun meħtieġ.

2.  Il-President għandu jippreżenta rapport bil-miktub dwar l-attivitajiet ewlenin tal-Awtorità lill-Parlament Ewropew meta jintalab jagħmel dan u mill-inqas 15-il jum qabel jagħmel id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2a.  Barra mill-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 7a sa 7e, 8, 9, 10, 11a u 18, ir-Rapport għandu jinkludi wkoll kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Parlament Ewropew fuq bażi ad hoc.

Taqsima 4

DIRETTUR EŻEKUTTIV

Artikolu 36

Ħatra

1.  L-Awtorità għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jkun professjonista indipendenti b'impjieg sħiħ.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tas-Superviżuri fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u s-swieq, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolazzjoni finanzjarja u l-esperjenza maniġerjali, wara proċedura miftuħa tal-għażla wara l-konferma tal-Parlament Ewropew.

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin u jista' jiġi estiż darba.

4.  Matul id-disa' xhur li jippreċedu t-tmiem tal-mandat ta' ħames snin tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tas-Superviżuri għandu jwettaq evalwazzjoni.

F'dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri għandu jivvaluta b'mod partikolari:

   (a) ir-riżultati miksuba fl-ewwel mandat u kif inkisbu;
   (b) id-dmirijiet u l-ħtiġijiet tal-Awtorità fis-snin ta' wara.

Fid-dawl ta' dik l-evalwazzjoni, il-Bord tas-Superviżuri jista' jestendi għal darba l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'Deċiżjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Artikolu 37

Indipendenza

Bla ħsara għar-rwoli rispettivi tal-Bord ta' Tmexxija u tal-Bord tas-Superviżuri fir-rigward tal-kompiti tad-Direttur Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-Awtorità.

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor m'għandhomx jippruvaw jinfluwenzaw lid-Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta' dmirijietu.

F'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal imsemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

Artikolu 38

Kompiti

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija tal-Awtorità u għandu jipprepara x-xogħol tal-Bord ta' Tmexxija.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli biex jimplimenta l-programm ta' ħidma annwali tal-Awtorità taħt il-gwida tal-Bord tas-Superviżuri u taħt il-kontroll tal-Bord ta' Tmexxija.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu l-miżuri neċessarji, b'mod partikolari l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-operat tal-Awtorità, skont dan ir-Regolament.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta' ħidma multiannwali, kif imsemmi l-Artikolu 32(2).

5.  Kull sena sat-30 ta' Ġunju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji programm ta' ħidma multiannwali, kif imsemmi fl-Artikolu 32(2).

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' baġit preliminari tal-Awtorità skont l-Artikolu 49 u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità skont l-Artikolu 50.

7.  Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta' rapport ▌b'taqsima dwar l-attivitajiet regolatorji u superviżorji tal-Awtorità u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita s-setgħat stipulati fl-Artikolu 54 fir-rigward tal-persunal tal-Awtorità u jimmaniġġja l-affarijiet tal-persunal.

KAPITOLU IV

SISTEMA EWROPEA TAS-SUPERVIŻURI FINANZJARJI

Taqsima 1

▌AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ (KUMITAT KONĠUNT)

Artikolu 40

Stabbiliment

1.  ▌Il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huwa bil-preżenti stabbilit.

2.  Il-Kumitat Konġunt għandu jservi bħala forum li fih, l-Awtorità tikkoopera regolarment u mill-qrib u għandha tiżgura konsistenza transsettorjali mal-ESAs l-oħrajn, b'mod partikolari dwar:

   konglomerati finanzjarji;
   kontabilità u verifika;
   l-analiżi mikroprudenzjali ta' żviluppi transsettorjali, riskji u vulnerabbiltajiet għall-istabilità finanzjarja;
   prodotti tal-investiment għall-konsumaturi;
   il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus; kif ukoll
   skambju ta' informazzjoni mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-żvilupp tar-relazzjoni bejn il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

3.  Il-Kumitat Konġunt għandu jkollu persunal apposta pprovdut mit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej li għandu jaqdi d-dmirijiet ta' segretarjat. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi riżorsi adegwati għal ▌spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operazzjonali.

Artikolu 40a

Superviżjoni

F'każ li istituzzjoni finanzjarja tkopri diversi setturi, il-Kumitat Konġunt għandu jsolvi n-nuqqas ta' qbil skont l-Artikolu 42.

Artikolu 41

Kompożizzjoni

1.  Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul ▌mill-Presidenti tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, u, fejn applikabbli, mill-President ta' Sottokumitat stabbilit skont l-Artikolu 43.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv, rappreżentant tal-Kummissjoni u l-BERS għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ▌kif ukoll tas-Sottokumitati msemmija fl-Artikolu 43 bħala osservaturi.

3.  Il-President tal-Kumitat Konġunt ▌għandu jinħatar fuq bażi ta' rotazzjoni annwali minn fost il-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq. Il-President tal-Kumitat Konġunt maħtur f'konformità mal-paragrafu 3 għandu jinħatar ukoll Viċi President tal-BERS.

4.  Il-Kumitat Konġunt ▌għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu stess Ir-regoli jistgħu jispeċifikaw aktar parteċipanti tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt.

Il-Kumitat Konġunt ▌għandu jiltaqa' tal-anqas darba kull xahrejn.

Artikolu 42

Pożizzjonijiet konġunti u atti komuni

Fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fil-Kapitolu II, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE, fejn relevanti, l-Awtorità għandha tasal għal pożizzjonijiet konġunti mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banking) kif xieraq.

Atti skont l-Artikoli 7, 9, 10, jew 11 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE u ta' kwalunkwe atti leġiżlattivi oħra msemmija fl-Artikolu 1(2) li taqa' wkoll fi ħdan il-qasam ta' kompetenza ▌ tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banking) għandhom jiġu adottati mill-Awtorità, ▌ l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Assigurazzjoni u Pensjonijiet tax-Xogħol), u mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Banking), kif xieraq, b'mod parallel.

Artikolu 43

Sottokumitati

1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 42, għandu jiġi stabbilit Sottokumitat fuq il-Konglomerati Finanzjarji għall-Kumitat Konġunt ▌.

2.  Dak is-Sottokumitat għandu jkun magħmul mill-individwi msemmija fl-Artikolu 41(1), u minn rappreżentant wieħed ta' livell għoli mill-persunal attwali tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat Membru.

3.  Is-Sottokumitat għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu, li għandu jkun membru wkoll tal-Kumitat Konġunt ▌.

4.  Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi aktar Sottokumitati.

Taqsima 3

BORD TAL-APPELL

Artikolu 44

Kompożizzjoni

1.  Il-Bord tal-Appell għandu jkun korp konġunt tat-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

2.  Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn sitt membri u sitt membri supplenti, li għandhom ikunu individwi ta' reputazzjoni tajba b'rekord ippruvat ta' għarfien rilevanti u esperjenza professjonali, anke dik superviżorja, fuq livell għoli biżżejjed fil-qasam tas-swieq bankarji, tal-assigurazzjoni u dawk tat-titoli jew servizzi finanzjarji oħrajn, għajr il-persunal attwali tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn involuti fl-attivitajiet tal-Awtorità. Numru konsiderevoli ta' membri tal-Bord tal-Appell għandu jkollu għarfien espert fil-qasam ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta dwar il-legalità tal-eżerċizzu min-naħa tal-Awtorità tal-poteri tagħha.

Il-Bord tal-Appell jaħtar il-President tiegħu.

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' maġġoranza ta' mill-inqas erbgħa mis-sitt membri tiegħu. Fejn id-deċiżjoni soġġetta għall-appell taqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, din il-maġġoranza ta' erba' membri għandha tinkludi tal-inqas wieħed miż-żewġ membri tal-Bord tal-Appell maħtur mill-Awtorità.

Il-Bord tal-Appell għandu jitlaqqa' mill-President tiegħu meta jkun hemm bżonn.

3.  Żewġ membri tal-Bord tal-Appell u żewġ sostituti għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija tal-Awtorità minn lista mqassra proposta mill-Kummissjoni, wara sejħa pubblika għal turija ta' interess ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara konsultazzjoni tal-Bord tas-Superviżuri.

Il-Membri l-oħra għandhom jinħatru skont ir-Regolament (UE) Nru .../2010 (AEAPX) u r-Regolament (UE) Nru .../2010 (AETS).

4.  Il-mandat tal-membri tal-Bord tal-Appell għandu jkun ta' ħames snin. Dan il-mandat jista' jiġi estiż darba.

5.  Membru tal-Bord tal-Appell, li jkun inħatar mill-Bord ta' Tmexxija tal-Awtorità, ma jistax jitneħħa matul il-mandat tiegħu, sakemm ma jkunx instab ħati ta' kondotta ħażina serja, u l-Bord ta' Tmexxija jieħu deċiżjoni għal dak il-għan wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tas-Superviżuti.

6.  ▌L-Awtorità Bankarja Ewropea, ▌l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq għandhom jiżguraw appoġġ operattiv u segretarjali adegwat għall-Bord tal-Appell permezz tal-Kumitat Konġunt.

Artikolu 45

Indipendenza u imparzjalità

1.  Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Ma għandhom ikunu marbutin b'ebda struzzjoni. Ma jistgħu jwettqu ebda dmir ieħor fl-Awtorità, fil-Bord ta' Tmexxija tagħha jew fil-Bord ta' Superviżuri tagħha.

2.  Membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħu jieħdu sehem f'ebda proċedura ta' appell jekk ikollhom xi interess personali fiha, jew jekk qabel kienu involuti bħala rappreżentanti ta' waħda mill-partijiet fil-proċedura, jew jekk kienu pparteċipaw fid-deċiżjoni taħt appell.

3.  Jekk, għal waħda mir-raġunijet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 jew għal xi raġuni oħra, membru tal-Bord tal-Appell iqis li membru sieħeb ma għandux jieħu sehem f'xi proċedura ta' appell, il-membru għandu jinforma lill-Bord tal-Appell b'dan.

4.  Kwalunkwe parti fil-proċeduri tal-appell tista' toġġezzjona għall-parteċipazzjoni ta' membru tal-Bord tal-Appell għal kwalunkwe raġuni minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u 2, jew jekk tkun suspettata b'favoreġġamenti.

Oġġezzjoni ma tistax tkun ibbażata fuq in-nazzjonalità tal-membri u lanqas ma għandha tkun ammissibbli jekk, filwaqt li tkun konxja ta' raġuni għall-oġġezzjoni, il-parti fil-proċeduri tal-appell tkun xorta waħda ħadet pass proċedurali għajr dak li toġġezzjona għall-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell.

5.  Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-azzjoni li għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat.

Għall-għanijiet li tittieħed dik id-deċiżjoni, il-membru konċernat għandu jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appell mis-sostitut tiegħu, sakemm s-sostitut innifsu ma jsibx ruħu f'sitwazzjoni simili. Jekk dan ikun il-każ, il-President għandu jaħtar sostitut minn fost s-sostituti disponibbli.

6.  Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

Għal dak il-għan, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta' kwalunkwe interess li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom jew ta' interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom.

Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi, annwalment u bil-miktub.

KAPITOLU V

RIMEDJI

Artikolu 46

Appelli

1.  Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inkluż awtoritajiet kompetenti, tista' tappella kontra deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 11 jew kontra kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda mill-Awtorità skont l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) li tkun indirizzata lil dik il-persuna, jew kontra deċiżjoni li, għalkemm fil-forma ta' deċiżjoni indirizzata lil persuna oħra, tirrigwarda direttament u individwalment lil dik il-persuna.

2.  L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tiegħu, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Awtorità fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-persuna konċernata, jew, fin-nuqqas tagħha, mill-jum li fih l-Awtorità tkun ippubblikat id-deċiżjoni tagħha.

Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi fuq l-appell fi żmien xahrejn minn meta l-appell ikun ġie ppreżentat.

3.  Appell li jiġi ppreżentat skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett suspensiv.

Madankollu, il-Bord tal-Appell jista“, jekk iqis li ċ-ċirkustanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

4.  Jekk l-appell ikun wieħed ammissibbli, il-Bord tal-Appell għandu jeżamina jekk dan ikollux bażi tajba. Għandu jistieden ▌lill-partijiet fil-proċeduri tal-appell sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet dwar notifikazzjonijiet maħruġa minnu stess jew dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn fil-proċeduri tal-appell, fi ħdan il-limiti taż-żmien speċifikati. Il-partijiet fil-proċeduri tal-appell għandhom ikunu intitolati jagħmlu preżentazzjoni orali.

5.  Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-korp kompetenti tal-Awtorità, jew ▌jirreferi l-każ lill-korp kompetenti tal-Awtorità. Dak il-korp għandu jintrabat bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u dak il-korp għandu jadotta deċiżjoni emendata fir-rigward tal-każ ikkonċernat.

6.  Il-Bord tal-Appell għandu jadotta r-regoli proċedurali tiegħu u jagħmilhom pubbliċi.

7.  Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu motivati u magħmulin pubbliċi mill-Awtorità.

Artikolu 47

Kawżi mressqin quddiem il-Qorti Ġenerali ▌u l-Qorti tal-Ġustizzja

1.  Tista' titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 263 TFUE, kawża li tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, f'każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-Awtorità.

1a.  L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jressqu appell dirett quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjonijiet tal-Awtorità, f'konformità mal-Artikolu 263 TFUE.

2.  Fil-każ li l-Awtorità jkollha obbligu li taġixxi u tonqos milli tieħu deċiżjoni, il-proċeduri għan-nuqqas ta' azzjoni jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Ġenerali jew il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 265 TFUE.

3.  L-Awtorità għandha tkun meħtieġa tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew tal-Qorti tal-Ġustizzja.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 48

Baġit tal-Awtorità

1.  Id-dħul tal-Awtorità, korp Ewropew skont l-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn xi waħda minn dawn il-kombinazzjonijiet:

   (a) kontribuzzjonijiet obbligatorji ▌mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji; li għandhom isiru konformement ma' formola bbażata fuq il-piż tal-voti stabbilit fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transizzjonali anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-TFUE;
   (b) sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-Taqsima tal-Kummissjoni); il-finanzjament tal-Awtorità mill-Unjoni hu suġġett għal ftehim tal-awtorità baġitarja kif previst fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba;
   (c) kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti relevanti tal-liġi tal-Unjoni.

2.  In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, għall-inqas, spejjeż fuq il-persunal, remunerazzjoni, spejjeż amministrattivi, infrastrutturali, ta' taħriġ professjonali u operazzjonali.

3.  Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw.

4.  L-istimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità.

Artikolu 49

Stabbiliment tal-baġit

1.  Sal-15 ta' Frar ta' kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja ta' wara, u għandu jgħaddi dan l-abbozz ta' baġit preliminari lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Bord tas-Superviżuri, flimkien mal-pjan ta' stabbiliment. Kull sena, il-Bord tas-Superviżuri għandu, abbażi tal-abbozz preliminari mfassal mid-Direttur Eżekuttiv u approvat mill-Bord ta' Tmexxija, jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Awtorità għas-sena finanzjarja ta' wara. Dik id-dikjarazzjoni tal-istimi, inkluż abbozz ta' pjan ta' stabbiliment, għandha tiġi ppreżentata mill-Bord ta' Superviżuri lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu. Qabel l-adozzjoni tad-dikjarazzjoni tal-estimi, l-abbozz imħejji mid-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi approvat mill-Bord ta' Tmexxija.

2.  Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-“awtorità baġitarja”), flimkien mal-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.  Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis li jkun hemm bżonn fir-rigward tal-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 313 u 314 TFUE.

4.  L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Awtorità. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Awtorità.

5.  Il-baġit tal-Awtorità għandu jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri. Għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm bżonn, dan għandu jiġi aġġustat skont dan.

6.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu, mingħajr telf ta' żmien, jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b'mod partikolari kwalunwke proġett li jkollu x'jaqsam ma' proprjetà bħall-kiri jew xiri ta' bini. Għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Jekk xi fergħa jew oħra tal-awtorità baġitarja jkollha l-ħsieb li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tirċievi l-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Awtorità bl-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni bħal din. Fin-nuqqas ta' tweġiba, l-Awtorità tista' tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata.

6a.  Għall-ewwel sena ta' ħidma tal-Awtorità, li tispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2011, il-baġit għandu jkun approvat mill-Membri tal-Kumitat Livell 3, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mbagħad għandu jiġi trażmess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-approvazzjoni tagħhom.

Artikolu 50

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit tal-Awtorità.

2.  Sal-1 ta' Marzu wara li tintemm kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jippreżenta lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, il-kontijiet provviżorji, akkompanjati mir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju matul is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll ir-rapport dwar l-immaniġġjar baġitarju u finanzjarju lill-membri tal-Bord ta' Superviżuri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

Imbagħad, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 128 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(43), (minn hawn “il quddiem ir-”Regolament Finanzjarju“).

3.  Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv, huwa u jaġixxi fil-kapaċità tiegħu, għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità u jibgħathom, għal opinjoni, lill-Bord ta' Tmexxija.

4.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Awtorità.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat dawk il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta' Tmexxija, sal-1 ta' Lulju wara li tintemm is-sena finanzjarja, lill-Membri tal-Bord ta' Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

6.  Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati.

7.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta' dan tal-aħħar sat-30 ta' Settembru. Huwa għandu jibgħat wkoll kopja ta' din it-tweġiba lill-Bord ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar u hekk kif hemm provdut fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla intoppi tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja msemmija.

9.  Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N + 2, jagħti l-kwittanza lill-Awtorità sabiex timplimenta l-baġit (inklużi l-ispejjeż kollha u d-dħul kollu tal-Awtorità) għas-sena finanzjarja N.

Artikolu 51

Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Awtorità għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Dawk ir-regoli ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(44) sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi għall-funzjonament tal-Awtorità ma jkunux jirrikjedu u dan biss bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.

Artikolu 52

Miżuri kontra l-frodi

1.  Bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandhom japplikaw għall-Awtorità mingħajr ebda restrizzjoni.

2.  L-Awtorità għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)(45) u għandha tadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal tal-Awtorità.

3.  Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti implimentattivi li jirriżultaw minnhom, għandhom jistipulaw b'mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm il-bżonn, iwettqu kontrolli fuq il-post fuq il-benefiċjarji ta' flus li jintnefqu mill-Awtorità kif ukoll fuq il-persunal responsabbli għall-allokazzjoni ta' dawn il-flus.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 53

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Awtorità u għall-persunal tagħha.

Artikolu 54

Persunal

1.  Ir-Regolamenti dwar il-Persunal, il-Kundizzjonijiet tal-impjiegi ta' impjegati oħrajn u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-fini li dawn jiġu applikati, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Awtorità, anke għad-Direttur Eżekuttiv tagħha u l-President tagħha.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa, skont l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti dwar il-Persunal.

3.  Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Awtorità għandha teżerċita s-setgħat ikkonferiti fuq l-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti dwar il-Persunal u fuq l-awtorità intitolata sabiex tikkonkludi kuntratti skont il-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' persunal ieħor.

4.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta dispożizzjonijiet sabiex jippermetti li esperti nazzjonali minn Stati Membri jiġu ssekondati lill-Awtorità.

Artikolu 55

Responsabbiltà tal-Awtorità

1.  Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Awtorità għandha, skont il-prinċìpji ġenerali komuni tal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima fuq ir-rimedju ta' ħsara bħal din.

2.  Ir-responsabbiltà finanzjarja personali u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-persunal tal-Awtorità lejn l-Awtorità għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet relevanti li japplikaw għall-persunal tal-Awtorità.

Artikolu 56

Obbligu tas-Segretezza Professjonali

1.  Membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, u membri tal-persunal tal-Awtorità inklużi uffiċjali li jiġu ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja u l-persuni l-oħra kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.

B'konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 54, wara li jitlaq mis-servizz, il-persunal għandu jibqa' marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

L-ebda Stat Membru, istituzzjoni jew korp tal-Unjoni, jew xi korp pubbliku jew privat ma għandu jipprova jinfluwenza l-membri tal-persunal tal-Awtorità.

2.  Bla ħsara għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta' dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f'forma mqassra jew miġbura, b'tali mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.

Barra minn hekk, l-obbligu skont il-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux jimpedixxi lill-Awtorità u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali milli jagħmlu użu mill-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), u b'mod partikolari għal proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jimpedixxu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan ir-Regolament u skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra applikabbli għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 57

Protezzjoni tad-data

Dan ir-regolament għandu jkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE jew l-obbligi tal-Awtorità relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 waqt il-qadi tar-responsabbiltajiet tagħha.

Artikolu 58

Aċċess għad-dokumenti

1.  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jadotta miżuri prattiċi għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sal-31 ta' Mejju 2011.

3.  Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Awtorità skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta' ilment lill-Ombudsman jew ta' proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara appell lill-Bord tal-Appell, kif xieraq, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.

Artikolu 59

Arranġamenti lingwistiċi

1.  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1(46) għandhom japplikaw għall-Awtorità.

2.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jiddeċiedi fuq l-arranġamenti lingwistiċi interni għall-Awtorità.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar tal-Awtorità għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 60

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali

L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għall-Awtorità fl-Istat Membru fejn tkun tinsab is-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli f'dak l-Istat Membru għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri tal-Bord ta' Tmexxija, għall-persunal tal-Awtorità u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn l-Awtorità u dak l-Istat Membru konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija.

Dak l-Istat Membru għandu jipprovdi l-aqwa kondizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament xieraq tal-Awtorità, inkluża skola multilingwi, b'orjentazzjoni Ewropea u l-konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 61

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

1.  Il-parteċipazzjoni fix-xogħol tal-Awtorità għandha tkun miftuħa għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea u li jkunu kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħhom, huma adottaw u qegħdin japplikaw il-liġi tal-Unjoni fil-qasam ta' kompetenza tal-Awtorità kif hemm referenza għal dan fl-Artikolu 1(2).

1a.  L-Awtorità tista' tippermetti l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li japplikaw leġiżlazzjoni li ġiet rikonoxxuta bħala ekwivalenti fl-oqsma ta' kompetenza tal-Awtorità msemmija fl-Artikolu 1(2), kif jiddisponu l-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni b'konformità mal-Artikolu 216 TFUE.

2.  Skont id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dawn il-ftehimiet, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b'mod partikolari, in-natura, l-iskop u l-aspetti proċedurali tal-involviment ta' dawn il-pajjiżi fix-xogħol tal-Awtorità, inklużi dispożizzjonijiet relatati mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji u mal-persunal. Jistgħu jipprevedu rappreżentanza, bħala osservatur, fuq il-Bord tas-Superviżuri, iżda għandhom jiżguraw li dawn il-pajjiżi ma jattendux għal xi diskussjonijiet relatati mal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, għajr fejn ikun hemm interess dirett.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 62

Azzjonijiet preparatorji

-1.  Matul il-perijodu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u qabel l-istabbiliment tal-Awtorità, il-KESB għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni fit-tħejjija għas-sostituzzjoni tal-KESB mill-Awtorità.

1.  Ladarba l-Awtorità tkun ġiet stabbilita, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment amministrattiv u l-operat amministrattiv inizjali tal-Awtorità sakemm l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva sabiex timplimenta l-baġit tagħha stess.

Għal dak il-għan, sakemm id-Direttur Eżekuttiv jassumi d-doveri tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 36, il-Kummissjoni tista' tassenja uffiċjal wieħed fuq bażi interim sabiex iwettaq il-funzjonijiet tad-Diretturi Eżekuttivi. Dan il-perijodu għandu jkun limitat sa meta l-Awtorità jkollha l-kapaċità operattiva li timplimenta l-baġit tagħha stess.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv interim jista' jawtorizza l-pagamenti kollha koperti bi krediti previsti fil-baġit tal-Awtorità, ladarba jiġu approvati mill-Bord ta' Tmexxija u jista' jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti ta' persunal, wara l-adozzjoni tal-pjan ta' stabbiliment tal-Awtorità.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 huma bla ħsara għas-setgħat tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord ta' Tmexxija.

3a.  L-Awtorità għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-KESB. L-attiv u l-passiv kollu u l-operati kollha pendenti tal-KESB jistgħu jkunu trasferiti lill-Awtorità. Awditur indipendenti għandu jistabbilixxi dikjarazzjoni li turi s-sitwazzjoni fl-għeluq tal-attiv u l-passiv tal-KESB. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun ivverifikata u approvata mill-membri tal-KESB u mill-Kummissjoni qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment tal-atttiv jew tal-passiv.

Artikolu 63

Dispożizzjonijiet transitorji dwar il-Persunal

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 54, il-kuntratti ta' impjieg u l-ftehimiet dwar l-issekondar kollha konklużi mill-KESB jew is-Segretarjat tiegħu u fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu onorati sad-data ta' skadenza tagħhom. Ma jistgħux jiġu estiżi.

3.  Il-membri kollha tal-persunal taħt kuntratti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu offruti l-possibbiltà li jikkonkludu kuntratti ta' aġenti temporanji skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħrajn fil-gradi varji, hekk kif stabbilit fil-pjan ta' stabbiliment tal-Awtorità.

Għandha ssir għażla interna limitata għal persunal tal-KESB jew tas-Segretarjat tiegħu, imsemmi fil-paragrafu 1, wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi kuntratti sabiex tiġi ċċekkjata l-abbiltà, l-effiċjenza u l-integrità ta' dawk li jkunu sejrin jiġu reklutati. Il-proċedura ta' għażla interna għandha tqis bis-sħiħ il-ħiliet u l-esperjenza murija mill-prestazzjoni tal-individwu qabel ir-reklutaġġ.

Skont it-tip u l-livell ta' funzjonijiet li għandhom jitwettqu, l-applikanti li jintgħażlu jiġu offruti kuntratti ta' aġenti temporanji applikabbli għal tul ta' żmien li għall-inqas jikkorrespondi għaż-żmien li jkun għad baqa' skont il-kuntratt preċedenti.

4.  Il-liġi nazzjonali relevanti relatata mal-kuntratti tax-xogħol u ma' strumenti relevanti oħrajn għandha tkompli tapplika għal membri tal-persunal b'kuntratti preċedenti li jagħżlu li ma japplikawx għal kuntratti ta' aġenti temporanji jew li ma jiġux offruti kuntratti ta' aġenti temporanji skont il-paragrafu 2.

Artikolu 63a

Dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disposizzjonijiet kif adatt biex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 64

Emendi

Id-Deċiżjoni ▌Nru 716/2009/KE hija bil-preżenti emendata billi l-KESB qiegħed jitneħħa mil-lista ta' benefiċjarji stabbilita fit-Taqsima B tal-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 65

Revoka

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE, li tistabbilixxi l-KESB, qiegħda bil-preżenti titħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2011.

Artikolu 66

Klawsola ta' reviżjoni

-1.  Sa mhux aktar tard minn ...(47), il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill il-proposti meħtieġa biex issaħħu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet li jafu joħolqu riskju sistemiku msemmi fl-Artikolu 12b u l-istabbiliment ta' qafas ġdid għall-ġestjoni tal-kriżi finanzjarja inklużi arranġamenti relatati mal-finanzjamenti.

1.  Sa mhux aktar tard minn ...(48)* u kull tliet snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ġenerali dwar l-esperjenza miksuba bħala riżultat tal-operat tal-Awtorità u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Dak ir-rapport għandu jevalwa ▌, fost affarijiet oħra:

   (a) il-konverġenza fil-prattiki superviżorji miksuba mill-awtoritajiet kompetenti;
   (b) il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri;
   (c) il-progress li nkiseb fit-triq għall-konverġenza fl-oqsma tal-prevenzjoni, ġestjoni u riżoluzzjoni tal-kriżijiet, inklużi mekkaniżmi relatati mal-mekkaniżmi ta' finanzjament Ewropej;
   (d) jekk, partikolarment fid-dawl tal-progress li nkiseb fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-punt (c), ir-rwol tal-Awtorità fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li joħolqu riskju sistemiku potenzjali għandux jissaħħaħ u jekk għandhiex teżerċita setgħat superviżorji msaħħa fuq dawk l-istituzzjonijiet;
   (e) l-applikazzjoni tal-klawsola ta' slavagwardja stabbilita fl-Artikolu 23 u b'mod partikolari jekk din il-klawsola tista twaqqaf lill-Awtorità milli tissodisfa l-irwol tagħha kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

1a.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżamina wkoll jekk:

   ( a) huwiex xieraq li l-Awtoritajiet ikunu kollha f'sede waħda sabiex jittejjeb il-koordinament bejniethom;
   (b) huwiex xieraq li titkompla s-superviżjoni separata tas-settur banjarju, tal-assigurazzjoni, tal-pensjonijiet okkupazzjonali, tat-titoli u tas-swieq finanzjarji;
   (c) huwiex xieraq li jiġu ssorveljati s-superviżjoni prudenti u t-twettiq tan-negozju separatament jew mill-istess superviżur;
   (d) huwiex xieraq li tiġi ssimplifikata u rinforzata l-istruttura tal-SESF sabiex tiżdied il-koerenza bejn il-livelli makro u mikro u bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej;
   (e) l-evoluzzjoni tal-SESF tkunx konsistenti mal-evoluzzjoni globali;
   (f) hemmx diversità suffiċjenti u eċċellenza fi ħdan l-SESF;
   (g) il-kontabilità u t-trasparenza rigward ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni humiex xierqa;
   (h) huwiex xieraq li s-sede tal-Awtorità tibqa' fi Frankfurt;
   (i) biex jiġi stabbilit Fond ta' Stabilità għas-Swieq u t-Titoli f'livell tal-UE bħala l-aqwa difiża kontra t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni u bħala l-aktar mod effiċjenti biex jiġi ġestit il-falliment ta' parteċipant fis-swieq finanzjarji transkonfinali.

2.  Ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif adatt, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 67

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2011, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 62 u l-Artikolu 63(1) u (2), li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Awtorità għandha tkun stabbilita fid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Opinjoni tat-22 ta' Jannar 2010 (għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C, , p. .
(3) ĠU C 13, 20.1.2010, p. 1.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ....
(5) ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.
(6) ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.
(7) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 392.
(8) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 26.
(9) ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 48.
(10) Testi adottati, P6_TA(2009)0251.
(11) Testi adottati, P6_TA(2009)0279.
(12) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.
(13) ĠU L 25, 29.1.2009, p. 23.
(14) ĠU L 25, 29.1.2009, p. 28.
(15) ĠU L 25, 29.1.2009, p. 18.
(16) Fil-punt 44: Għadha mhijiex ippublikata fil-ġabra ta' Rapporti tal-Qorti Ewropej.
(17) ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22.
(18) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
(19) ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1.
(20) ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43.
(21) ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1.
(22) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(23) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(24) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.
(25) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(26) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(27) ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.
(28) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
(29) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.
(30) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.
(31) Dawn li ġejjin huma r-Regolamenti eżistenti fl-ambitu tal-attivitajiet tal-Aworità: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta' Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva, ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami, ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta' Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tad-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skond id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.
(32) ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1.
(33) ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.
(34) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(35) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(36) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(37) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(38) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(39) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(40) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(41) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
(42) ĠU L 253, 25.9.2009, p. 8.
(43) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(44) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(45) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(46) ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58.
(47)* Sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(48)** Tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Avviż legali - Politika tal-privatezza