Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0125(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0232/2010

Testi mressqa :

A7-0232/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/09/2010 - 6.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0294

Testi adottati
PDF 283kWORD 47k
It-Tlieta, 7 ta' Settembru 2010 - Strasburgu
Sospensjoni temporanja tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal Madeira u l-Azores *
P7_TA(2010)0294A7-0232/2010

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores (09109/2010 – C7-0106/2010 – 2009/0125(CNS))

(Proċedura leġislattiva speċjali - konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (09109/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0370),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat għal darb'oħra mill-Kunsill (C7-0106/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0232/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda b'mod sustanzjali jew jibdel b'test ieħor il-proposta tal-Kummissjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Abbozz tal-Kunsill   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
Abbozz ta' regolament
Artikolu 6a – paragrafu 2
2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.
2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 2
Abbozz ta' regolament
Artikolu 6b – paragrafu 2
2.  Meta l-Kunsill ikun beda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat, huwa għandu jagħmel ħiltu sabiex jinforma lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li jindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.
2.  Meta l-Kunsill ikun beda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat, huwa għandu jagħmel ħiltu sabiex jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li jindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.
Emenda 3
Abbozz ta' regolament
Artikolu 6c – paragrafu 1
1.  Il-Kunsill jista' joġġezzjona għall-atti delegati fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika.
1.  Il-Kunsill jista' joġġezzjona għall-atti delegati fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. F'każ li biħsiebu joġġezzjona, il-Kunsill għandu jagħmel ħiltu sabiex jinforma lill-Parlament Ewropew fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, filwaqt li jindika l-atti delegati li fir-rigward tagħhom biħsiebu joġġezzjona u r-raġunijiet possibbli għall-oġġezzjoni tiegħu.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0002.

Avviż legali - Politika tal-privatezza