Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2010 - Strasburgu
Il-kontijiet annwali ta“ ċerti tipi ta” kumpaniji fir-rigward ta“ mikroentitajiet ***I
 UE 2020 - Segwitu tal-Kunsill Ewropew informali tal-11 ta“ Frar 2010
 L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta“ Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina
 Is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-minoranzi nazzjonali fil-Bjelorussja
 It-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu
 L-implimentazzjoni taż-Żona Unika ta“ Pagamenti bl-Euro (SEPA)
 Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA)
 Regolament li japplika skema ta“ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
 Rapport annwali 2008 dwar il-PESK
 L-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta“ Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP
 It-Trattat tan-Nonproliferazzjoni

Il-kontijiet annwali ta“ ċerti tipi ta” kumpaniji fir-rigward ta“ mikroentitajiet ***I
PDF 316kWORD 60k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta” ċerti tipi ta“ kumpaniji fir-rigward ta” mikroentitajiet (COM(2009)0083 – C6-0074/2009 – 2009/0035(COD))
P7_TA(2010)0052A7-0011/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0083),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 44(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0074/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta“ Lulju 2009(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0011/2010),

1.  Jaddotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawn taħt;

2.  Jitlob li ssir reviżjoni ġenerali tar-Raba“ u s-Seba” Direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji fl-2010;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata tal-ewwel qari tal-10 ta“ Marzu 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2010/.../ UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta” ċerti tipi ta“ kumpaniji fir-rigward ta” mikroentitajiet

P7_TC1-COD(2009)0035


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA“ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 50(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Il-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta“ Marzu 2007 fil-konklużjonijiet tiegħu saħaq li t-tnaqqis tal-piż amministrattiv huwa importanti għat-tqawwija tal-ekonomija Ewropea u li jinħtieġ sforz konġunt f'saħħtu biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fi ħdan l-UE.

(2)  Il-kontabbiltà ġiet identifikata bħala wieħed mill-oqsma ewlenin għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji fi ħdan l-Unjoni.

(3)  Il-Komunikazzjoni tagħha dwar ambjent ta“ negozju simplifikat għall-kumpaniji fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-kontabbiltà u l-verifika il-Kummissjoni identifikat emendi possibbli għar-Raba” Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta“ ċerti tipi ta” kumpaniji(4), inkluż fakultà għall-Istati Membri biex jeżentaw il-mikroentitajiet mill-obbligu li jfasslu l-kontijiet annwali skont dik id-Direttiva.

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE(5) tiddefenixxi mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta“ daqs medju. Madankollu, il-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri wrew li l-limiti massimi għall-mikroimpriżi f'dik ir-Rakkomandazzjoni jistgħu jkunu wisq għolja għall-finijiet tal-kontabbiltà. Għalhekk, sottogrupp ta” mikroimpriżi, hekk imsejħa mikroentitajiet, għandu jiġi introdott biex ikopri kumpaniji b'total tal-karta tal-bilanċ u fatturat nett aktar baxx mil-limiti stipulati għall-mikroimpriżi.

(5)  Il-mikroentitajiet bosta drabi joperaw f'negozju fil-livell lokali jew reġjonali bi ftit, jew xejn, attività transkonfinali u għandhom riżorsi limitati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji impenjattivi. Barra minn hekk, il-mikroentitajiet huma importanti għall-ħolqien ta“ impjiegi ġodda, it-trawwim tar-riċerka u l-iżvilupp u l-ħolqien ta” attivitajiet ekonomiċi ġodda.

(6)  Il-mikroentitajiet madankollu spiss ikunu soġġetti għall-istess regoli tar-rappurtar bħall-kumpaniji akbar. Dawk ir-regoli kienu ta“ piż għalihom li ma hux proporzjonat mad-daqs tagħhom u għalhekk huwa sproporzjonat għall-iżgħar impriżi meta mqabbla mal-impriżi akbar. Għalhekk għandu jkun possibli li jiġu eżentati l-mikroentitajiet mill-obbligu li jfasslu l-kontijiet annwali, anki jekk tali kontijiet jipprovdu sors ta” informazzjoni statistika. Madankollu, il-mikroentitajiet xorta jridu jkunu soġġetti għall-obbligu li jżommu reġistri li juru t-tranżazzjonijiet kummerċjali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija bħala standard minimu li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jżidu obbligi oħra miegħu.

(7)  Il-Grupp ta“ Livell Għoli ta” Partijiet Konċernati Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi fl-opinjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2008 appella għal-leġiżlar rapidu tal-fakultà għall-Istati Membri sabiex jeżentaw il-mikroentitajiet mill-obbligu li jfasslu l-kontijiet annwali skont id-Direttiva 78/660/KEE.

(8)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar ir-rekwiżiti tal-kontabbiltà fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta“ daqs medju(6), partikolarment il-mikroentitajiet, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li tagħti l-fakultà lill-Istati Membri biex jeżentaw lill-mikroentitajiet mill-ambitu tad-Direttiva 78/660/KEE.

(9)  Peress li l-valuri minimi stipulati f'din id-Direttiva se japplikaw għal numru ta“ impriżi li se jvarja ħafna bejn Stat Membru u ieħor, u billi l-attivitajiet tal-mikroentitajiet ma jħallux impatt fuq il-kummerċ transkonfinali u fuq it-tħaddim tas-suq intern, l-Istati Membri għandhom iqisu din id-differenza fl-impatt ta” dawn il-valuri meta jimplimentaw din id-Direttiva fil-livell nazzjonali.

(10)  Filwaqt li huwa importanti ħafna li tiġi żgurata t-trasparenza għall-mikroentitajiet ukoll, sabiex ikun żgurat li jkunu miftuħa u li jkollhom aċċess għas-swieq finanzjarji, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet speċifiċi tas-suq tagħhom meta jkunu qed jimplimentaw id-Direttiva 78/660/KEE.

(11)  Billi l-għan ta“ din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-mirkoentitajiet, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, u jista” għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista“ tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(12)  Għalhekk, id-Direttiva 78/660/KEE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 78/660/KEE

Fid-Direttiva 78/660/KEE jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 1a

1.  Filwaqt li jżommu l-obbligu li jinżammu reġistri li juru t-tranżazzjonijiet kummerċjali u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija, L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni mill-obbligi skont din id-Direttiva għall-kumpaniji li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jkunux jeċċedu l-limiti ta‘ tnejn mit-tliet kriterji li ġejiin:

   (a) total tal-karta tal-bilanċ: EUR 500 000;
   (b) fatturat nett: EUR 1 000 000;
   (c) l-għadd medju ta‘ impjegati matul is-sena finanzjarja: 10.

2.  Fejn fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħha, kumpanija taqbeż il-limiti ta‘ tnejn mit-tliet kriterji stipulati fil-paragrafu 1 f'sentejn finanzjarji konsekuttivi dik il-kumpanija ma tkunx tista’ tgawdi aktar mill-eżenzjoni msemmija f'dak il-paragrafu.

Fejn fid-data tal-karta tal-bilanċ tagħha, kumpanija ma tibqax taqbeż il-limiti ta‘ tnejn mit-tliet kriterji stipulati fil-paragrafu 1, tkun tista’ tgawdi mill-eżenzjoni msemmija f'dak il-paragrafu sakemm ma tkunx qabżet dawk il-limiti għal sentejn konsekuttivi.

3.  Fil-każ ta‘ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont li fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat billi tintuża r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe Direttiva li tistabbilixxi dawk l-ammonti.

4.  It-total tal-karta tal-bilanċi msemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jikkonsisti jew fl-attivi msemmija fil-punti A sa E taħt ‘Assi’ fl-Artikolu 9 jew l-attivi msemmija fil-punti A sa E fl-Artikolu 10.

"

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma“ din id-Direttiva fejn u meta jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-fakultà prevista fl-Artikolu 1a tad-Direttiva 78/660/KEE, filwaqt li jqisu b'mod partikulari l-qagħda fil-livell nazzjonali fir-rigward tan-numru ta” impriżi koperti mill-valuri minimi stipulati f'dak l-Artikolu. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta“ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta” korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 67.
(2) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 67.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010.
(4) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
(5) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(6) ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 58.


UE 2020 - Segwitu tal-Kunsill Ewropew informali tal-11 ta“ Frar 2010
PDF 312kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar l-UE 2020
P7_TA(2010)0053RC-B7-0151/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew informali tal-11 ta“ Frar 2010,

–   wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Kummissjoni dwar l-UE 2020, u l-eżitu tagħha (SEC(2010)0116),

–   wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija ta“ Lisbona (SEC(2010)0114),

–   wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill Ewropew bl-isem “Seven steps to deliver on the European strategy for growth and jobs” (Seba“ passi għat-twettiq tal-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi l-istrateġija UE 2020 għandha taqdi t-tkabbir ekonomiku u toħloq l-impjiegi, ġaladarba t-tnaqqis ta“ 4% fil-PGD, rata anqas tal-produzzjoni industrijali u total ta” aktar minn 23 miljun persuna qiegħda tirrappreżenta diżastru uman u ekonomiku,

B.   billi l-Istrateġija ta“ Lisbona ma tatx prestazzjoni tajba, minħabba struttura ta” governanza dgħajfa, nuqqas ta“ responsabbiltà, objettiv kumpless ħafna b'wisq miri, għanijiet ambizzjużi ż-żejjed u nuqqas ta” ċarezza, fokus u trasparenza, u billi għaldaqstant jilqa“ l-proposta tal-Kummissjoni għall-istrateġija UE 2020 u l-miri u l-qafas li jmorru magħha,

Kummenti ġenerali

1.  Jemmen li l-istrateġija UE 2020 jeħtiġilha tipprovdi risposta effikaċi għall-kriżi ekonomika u finanzjarja, u tagħti ambizzjoni ġdida lill-koerenza Ewropea u lill-proċess ta“ rkupru tal-UE, bili timmobilizza u tikkoordina strumenti nazzjonali u Ewropej;

2.  Jilqa“, ġaladarba wisq mill-miri Ewropej ma ntlaħqux taħt l-Istrateġija preċedenti ta” Lisbona, id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jiddefinixxi anqas objettivi, imma li jagħmilhom aktar ċari, realistiċi u kwantifikabbli;

Ekonomija tas-suq soċjali

3.  Jemmenli impjiegi sostenibbli, li jkopru l-popolazzjoi kollha u ta“ kwalita għolja, sew għall-irġirl kif ukoll għan-nisa, jirrappreżentaw mira importanti għall-UE, li tista” tintlaħaq biss jekk l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jimplimentaw ir-riformi meħtieġa;

4.  Jinnota li l-qgħad huwa kwistjoni tal-qofol fid-diskussjoni attwali fil-kuntest tal-kriżi; jemmen li, biex tindirizza l-qgħad għoli u li qed jikber, l-UE jeħtiġilha timplimenta aġenda soċjali ambizzjuża, inklużi sforzi biex tippromwovi ħajjiet itwal u aktar b'saħħithom, tiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, tgħin lill-ħaddiema jikkombinaw l-impjieg mar-responsabbiltajiet tagħhom ta“ kura, tnaqqas ir-rata ta” tluq bikri mill-iskola, trawwem it-tagħlim tul il-ħajja u tiġġieled kontra d-diskriminazzjni u tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sess, l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tal-ħaddiema u kundizzjonijiet tajba tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-qgħad billi joħolqu aktar opportunitajiet ta“ taħriġ u perjodi qosra ta” xogħol fl-impriżi għaż-żgħażagħ, filwaqt li jitħarsu minn prattiki xejn ġusti ta“ tħaddim;

5.  Jenfasizza li, biex tindirizza qgħad għoli u li qed jikber, l-UE jeħtiġilha timplimenta aġenda soċjali ambizzjuża, flimkien ma“ strateġija qawwija ta” ugwaljanza bejn is-sessi u politika ta“ integrazzjoni;

6.  Jemmen li l-UE jeħtiġilha toħloq swieq inklussivi u kompetittivi tax-xogħol permezz tar-ristrutturar tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-provvista ta“ aktar flessibbiltà għal min iħaddem, flimkien ma” benefiċċji adegwati għal żminijiet qosra tal-qgħad u appoġġ għall-kapaċità li dak li jkun jerġa“ jsib impjieg;

7.  Jistieden lill-UE biex tiffaċilita l-moviment ħieles taċ-ċittadini kollha, inklużi l-ħaddiema; il-professjonisti, in-nies tan-negozju, ir-riċerkaturi, l-istudenti u l-persuni rtirati;

8.  Iħeġġeġ lill-UE biex tesplora l-possibbiltà ta“ skemi Ewropej maħsuba biex jiffaċilitaw il-migrazzjoni tal-għarfien u jipprevjenu ”ħrib tal-imħuħ“ mill-Ewropa, jippromwovu l-eċċellenza u jiżviluppaw netwerk ta” universitajiet ewlenin fil-livell internazzjonali; jemmen li l-ħolqien tal-“ħames libertà” tal-għarfien għandu jikkontribwixxi għal dan il-għan;

9.  Jiddispjaċih li ma ssemma xejn dwar is-settur agrikolu fil-proposti oriġinali għall-istrateġija UE 2020, minkejja l-potenzjal li għandha l-agrikoltura li tikkontribwixxi attivament għall-ilħliq tal-isfidi prinċipali quddiemna; huwa konvint li, bil-qafas ta“ politika korrett u b'riżorsi baġitarji adegwati, l-agrikoltura u l-forestrija jistgħu jkollhom rwol importanti fl-istrateġija komprensiva Ewropeamaħsuba biex tilħaq irkupru ekonomiku u l-miri klimatiċi, filwaqt li fl-istess waqt tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel tal-UE u tad-dinja, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

Governanza Ewropea qawwija għal Strateġija 2020 li tirnexxi

10.  Jemmen li l-istrateġija UE 2020 għandha tipprovdi approċċ ambizzjuż, aktar koerenti u bbażat fuq il-miri għal-kriżi ekonomika, b'tali mod li jiżgura aktar koerenza bejn strateġiji li jirkbu waħda fuq l-oħra, bħall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Patt ta“ Stabbiltà u Tkabbir (SGP), biex jgħin ħalli tinbena Ewropa ġusta, sostenibbli u prospera;

11.  Huwa tal-fehma li l-Istrateġija ta“ Lisbona ma rnexxietx minħabba nuqqas ta” impenn u nuqqas ta“ sens ta” sjieda mill-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni ta“ pjanijiet ta” azzjoni maqbula, flimkien mal-assenza ta“ inċentivi effikaċi u strumenti vinkolanti fil-livell tal-UE;

12.  Iħeġġeġ lil-Kunsill Ewropew biex jabbanduna “l-metodu ta” koordinament miftuħ“, ibbażat fuq ”l-iskambju tal-aqwa prattiki“ u ”l-pressjoni tal-pari“ fil-qasam tal-politika ekonomika; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tuża d-dispożizzjonijiet kollha disponibbli fit-Trattat ta” Lisbona, bħall-Artikoli 121, 122, 136, 172, 173 u 194, biex tikkoordina r-riformi ekonomiċi u l-pjanijiet ta“ azzjoni tal-Istati Membri;

13.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tfassal tabella preċiża tal-ostakli u tipproponi azzjoni fuq dan l-elementi ewenin ta“ xkiel, bil-għan li tikkompleta s-suq intern;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, tressaq miżuri ġodda bħal regolamenti u direttivi, u sanzjonijiet possibbli għal dawk l-Istati Membri li ma jimplimentawx l-istrateġija UE 2020 u inċentivi għal dawk li jimplimentawha;

15.  Ifakkar li sew il-Kummissjoni kif ukoll il-Kunsill Ewropew enfasizzaw ir-rwol kruċjali tal-Parlament fl-istrateġija UE 2020, u li għaldaqstant għandhom jirrispettaw il-prerogattivi tiegħu billi jressqu rakkomandazzjonijiet annwali ta“ politika lill-Parlament qabel ma l-Kunsill Ewropew jieħu deċiżjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jirrikonoxxu r-rwol ewlieni tal-Parlament fl-implimentazzjoni tal-istrateġija UE 2020; huwa tal-feham li jeħtieġ li jitfassal ftehim interistituzzjonali biex tiġi definita u formalizzata triq demokratika u effikaċi li teħodna ”l quddiem, li għandu jinkludi impenn mill-Kunsill li, fis-snin li ġejjin, ma jaqbilx dwar tibdiliet fl-istrateġija mingħajr ma l-ewwel jikkonsulta mal-Parlament;

16.  Jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni aħjar mal-parlamenti nazzjonali u mas-soċjetà ċivili; huwa tal-fehma li l-involviment ta“ aktar atturi se jqawwi l-pressjoni fuq l-amministrazzjonijet nazzjonali biex irendu r-riżultati;

17.  Huwa tal-fehma li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandhom ifasslu pjanijiet ta“ azzjoni nazzjonali li jistipulaw valuri massimi u minimi għal ċerti aspetti makroekonomiċi tal-ekonomiji tagħhom;

18.   jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri ġibdet il-kritika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jidhirlu li, ladarba l-Istati Membri jimmaniġġjaw 80% tal-baġit tal-UE huma stess, il-Kummissjoni għandha tqegħidhom taħt aktar pressjoni biex jassumu r-responsabbiltà għall-infiq aktar korrett ta“ dawn il-fondi, u tikkunsidra penali finanzjarji jekk l-Istati Membri jirrifjutaw li jikkooperaw;

19.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom jindikaw kif ikunu użaw fondi tal-UE biex jilħqu d-diversi miri tal-UE 2020, u li l-finanzjament tal-UE għandu jkun kundizzjonali fuq ir-riżultati u l-kompatibbiltà mal-objettivi tal-istrateġija UE 2020;

Il-ħarsien tas-saħħa tal-euro bit-tisħiħ tas-sorveljanza finanzjarja

20.  Jenfasizza li l-konsolidazzjoni tal-baġit u l-politiki ekonomiċi jeħtieġ li jkunu koordinati mill-qrib biex jiżdied it-tkabbir, jinħolqu l-impjiegi u tiġi żgurata l-istabbiltà tal-euro fil-ġejjieni; huwa tal-fehma li l-Istati Membri jeħtiġilhom jikkonformaw mal-kriterji tal-Patt Ewropew ta“ Stabbiltà u Tkabbir (SGP), filwaqt li jilħqu bilanċ bejn it-tnaqqis tal-iżbilanċi nazzjonali, l-investimenti u l-ħtiġijiet soaċjali;

21.  Jemmen li l-fatt li bosta Stati Membri tal-UE fiż-żona tal-euro naqsu milli jirrispettaw l-SGP juri li jeħtieġ li l-pajjiżi fl-EMU jsaħħu l-koordinament ekonomiku bejniethom; jemmen li l-problemi fiż-żona tal-euro jirrikjedu soluzzjoni Ewropea, u jqis li mhuwiex tajjeb li m'hemm l-ebda mekkaniżmu biex jissalvagwardja l-istabbiltà tal-euro;

22.  Jinnota li attakki speulattivi fuq pajjiżi li qed jiffaċċaw diffikultajiet ekonomiċi jkomplu jgħarrqulhom il-problemi ekonomiċi u tassew jgħollilhom il-prezz li jeħtiġilhom iħallsu biex jissellfu l-flus;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa għal superviżur Ewropew biex jiżgura sorveljanza effikaċi tas-superviżjoni mikro- u makroprudenzjali, biex b'hekk jipprevjeni kriżijiet fil-ġejjieni; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata sistema bankarja Ewropea effiċjenti li tkun kapaċi tiffinanzja l-ekonomija reali u żżomm lill-Ewropa bħala ċentru finanzjarju u ekonomija fost l-aqwa fid-dinja; jenfasizza li s-superviżjoni ma tistax tibqa“ biss kwistjoni nazzjonali, minħabba li s-swieq huma internazzjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji joperaw ”l hinn mill-fruntieri;

Il-liberazzjoni tal-potenzjal tas-suq intern Ewropew

24.  Jinnota li s-suq uniku jagħti kontribut kbir għall-prosperità tal-Ewropa, u jilqa“ l-fatt li Mario Monti ingħata l-kompitu li jippropni ideat ġodda u bbilanċjati, bil-għan li jagħti spinta lis-suq komuni Ewropew; huwa tal-fehma li, ladarba s-suq intern huwa qasam ewlieni tal-istrateġija UE 2020, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom joħroġu bi proposti biex jikkompletaw is-suq intern;

25.  Jinnota li xi gvernijiet qed jipprattikaw il-protezzjoniżmu ekonomiku, u b'hekk qed jheddu li jħottu 50 sena ta“ integrazzjoni u solidarjetà ekonomika;

26.  Ifakkar lill-Istati Membri i jistgħ jużaw il-meotdu ta“ kooperazzjoi msaħħa fl-oqsma fejn in-negozjati ma jkunu sabu l-ebda żbokk;

27.  Jidhirlu li huwa essenzjali li s-suq intern tal-enerġija jiġi kkompletat biex niżguraw it-tkabbir ekonomiku, l-integrazzjoni ta“ enerġiji rinnovabbli u s-sigurtà tal-provvista; huwa tal-fehma li sorsi tal-enerġija sostenibbli u bi ftit karbonju għandhom jirrappreżentaw sehem sinifikanti tat-taħlita ta” enerġji tal-UE;

28.  Jemmen li l-industrija Ewropea għandha tieħu vantaġġ mir-rwol ewlieni tagħha fl-ekonomija sostenibbli u fit-teknoloġiji ħodor tal-mobbiltà billi tisfrutta l-potenzjal tagħha għall-esportazzjoni; jidhirlu li, fl-istess waqt, dan inaqqas id-dipendenza fuq ir-riżorsi u jagħmilha eħfef li nżommu mal-miri meħtieġa 20-20-20 dwar it-tibdil fil-klima; jisħaq, madankollu, li l-ekonomija tal-UE jeħtiġilha biżżejjed materja prima ta“ teknoloġija avvanzata biex tkun tista” tilħaq din il-mira;

Promozzjoni tal-SMEs u tal-impjiegi

29.  Jemmen li l-Kummissjoni kellha tenfasizza aktar il-promozzjoni tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) u l-appoġġ lejhom, minħabba li l-parti l-kbira tal-impjiegi jinħolqu f'dan is-settur u l-innovazzjoni u l-progerss teknoloġiku tiegħu għandhom rwol kruċjali biex jagħtu spinta lill-ekonomija tagħna; huwa tal-fehma li jeħtieġ li jsiru aktar proposti biex titnaqqas il-burokrazija u biex jinġiebu “l quddiem l-ideat innovattivi,

30.  Jenfasizza li Att Dwar in-Negozji ż-Żgħar huwa l-ewwel pass, imma li għandna nkomplu nibnu fuqu b'mod aktar ambizzjuż; jidhirlu li l-prijorità għandha tingħata lil-leġiżlazzjoni favur l-SMEs, li tinkoraġġixxi l-intraprenditorija u li ttejjeb l-aċċess għall-finanzjamrnt;

31.  Jenfasizza li Strateġija 2020 li tirnexxi għandha tiffoka fuq il-promozzjoni tal-SMEs u l-impjiegi mhux biss fis-setturi tal-kummerċ u tas-servizzi, iżda wkoll f'dawk tal-industrija u tal-agrikoltura, billi dawn huma vitali għall-ekonomika tagħna tal-ġejjieni;

32.  Huwa tal-fehma li popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ tirrikjedi politiki tal-edukazzjni tul il-ħajja u età tal-irtirar aktar flessibbli (fejn l-impjegati jagħmlu din l-għażla), b'tali mod li għadd kbir biżżejjed ta“ nies attivi jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u li tittejjeb l-inklużjoni soċjali tagħhom; jidhirlu li spiss jiġi ttraskurat il-potenzjal għall-impjiegi ta” nies akbar fl-età u ta“ persuni b'diżabbiltà, u jistenna proposti bil-għan li jtejbulhom il-potenzjal tagħhom; barra minn hekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq strateġija biex tiġġieled kontra l-qgħad taż-żgħażagħ;

Baġit li jirrifletti tkabbir intelliġenti, inklussiv u sostenibbli bħala l-prijorità tas-seklu 21

33.  Hu tal-fehma li l-baġit kurrenti ma jirriflettix biżżejjed il-ħtiġijiet finanzjarji assoċjati mal-indirizzar tal-isfidi tas-seklu 21; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq proposti ambizzjużi biex l-istrateġija UE 2020 tagħmilha suċċess;

34.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fl-istrateġija l-ġdida iżżomm il-mira li 3% tal-PDG jintefaq fuq l-R&D – kif stipulat fl-Istrateġija ta“ Lisbona – kemm għall-baġit tal-UE kif ukoll għal dawk nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposta biex ir-riċerka Ewropea tagħmilha aktar effiċjenti billi tissimplifika l-istrutturi eżistenti, taqta” l-burokrazija u toħloq klima aktar favur ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur pubbliku u f'dak privat; huwa tal-feham li, biex jintlaħaq trijangolu tal-għarfien li jaħdem, huwa essenzjali li l-edukazzjoni tittejjeb u li s-sistemi tal-innovazzjoni jsiru aktar strutturati u effiċjenti, filwaqt li fl-istess ħin jingħata appoġġ għat-teknoloġiji ewlenin ta“ aċċess; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mis-sinerġiji potenzjali bejn il-fondi tal-politika ta” koeżjoni u dawk tal-R&D;

35.  Jemmen li l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp għandu jkollhom rwol akbar fl-appoġġ tal-investiment infrastrutturali, tat-teknoloġiji l-ħodor, tal-innovazzjoni u tal-SMEs;

36.  Jisħaq li l-innovazzjoni tibda b'edukazzjoni aħjar, u jħeġġeġ lill-Kummisjsoni biex tinkoraġġixi sħubijiet ġodda bejn in-negozju, ix-xjenza u r-riċerka universitarja;

37.  Jappella għall-adozzjoni ta“ appoċċ estiż għall-politika futura tal-innovazzjoni tal-UE; huwa tal-feham li teknoloġiji ewlenin ta” aċċess għandhom jirċievu finanzjament adegwat biex f'dawn l-oqsma l-Ewropa tiġi minn ta“ quddiem nett fid-dinja;

38.  Iqis li s-settur tat-trasport huwa attur importanti fl-ilħiq tat-tkabbir sostenibbli previst fl-Istrateġija 2020 u li s-settur jikkontribwixxi b'mod notevoli għat-tkabbir ekonomiku meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-UE 2020; iqis li taħlita ta“ miżuri differenti bħat-taħlita tal-enerġiji, miżuri għall-formazzjoni tal-prezzijiet u approċċ realistiku għall-internalizzazzjoni ta” spejjeż esterni huma importanti f'dan il-kuntest, u li dawn il-miżuri għandhom ikunu akkumpanjati minn miri aktar ċari u realistiċi li għandhom jiġu riveduti regolarment;

39.  Ifakkar li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali hija pilastru ewlieni tal-proġett Ewropew li bħalissa jinsab fil-periklu minħabba l-effetti tal-kriżi ekonomika; huwa tal-fehma li strateġija 2020 hija opportunità storika biex tinżamm u tissaħħaħ il-koeżjoni Ewropea, primarjament permezz ta“ politika ta” koeżjoni trasparenti, simplifikata u intelliġenti li tkun protetta kontra li tiġi renazzjonalizzata, u pjan sostenibbli fit-tul għan-Netwerks Trans-Ewropej, għall-enerġija u għall-aċċess b'xejn u ekwu għall-ICT u l-broadband, biex in-nies – speċjalment iż-żgħażagħ – ikollhom kull lok jużaw it-teknoloġiji moderni tal-komunikazzjoni bil-faċilità kollha, filwaqt li fl-istess ħin jadottaw approċċ awtokritiku;

40.  Iqis li l-politika dwar l-industrija hija tassew importanti biex tiffaċilita t-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli; jidhirlu li l-UE għandha tippromwovi l-innovazzjoni bil-għan li tiżviluppa modi ta; produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u, fejn ikun meħtieġ, tippermetti kumpens temporanju għat-tħaddir tal-industrija Ewropea fil-kuntest tas-swieq globali;

41.  Jemmen li l-UE għandha tidħol għal proġetti ekonomiċi kbar, bħalma huma grid tal-enerġija verament Ewropea, l-ikkompletar sħiħ tal-proġett Galileou l-applikazzjoni wiesgħa tat-teknoloġija ħadra, inkluż it-tiġdid sistematiku tal-istokk tal-bini tal-UE, is-saħħa elettronika u t-titjib u l-aġġornament tal-infrastruttura tal-ICT;

42.  Jenfasizza li din ir-riżoluzzjoni jqisha bħala l-ewwel pass, u sejjer iressaq riżoluzzjoni aktar dettaljata dwar punti ta“ mblokk, problemi u proġetti ewlenin, fil-waqt għas-samit ta” Ġunju;

o
o   o

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.


L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta“ Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina
PDF 207kWORD 47k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina
P7_TA(2010)0054RC-B7-0136/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta“ Ġinevra,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani adottati fit-8 ta“ Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tiftix tal-Fatti dwar il-Kunflitt ta“ Gaża,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 64/10 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU,

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-5 ta“ Frar 2010 lill-Assemblea Ġenerali tan-NU,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-26 ta“ Frar 2010,

–   wara li kkunsidra l-fatt li l-Ħamas hija inkluża fil-lista tal-UE ta“ organizzazzjonijiet terroristiċi,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi l-kunflitt armat f'Gaża li beda fis-27 ta“ Diċembru 2008 u spiċċa fit-18 ta” Jannar 2009 ħalla aktar minn1 400 Palestinjan u 13-il Iżraeljan mejta, u wassal għall-qerda konsiderevoli tal-infrastruttura ċivili,

B.   billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU, fir-Riżoluzzjoni 64/10 tagħha tal-5 ta“ Novembru 2009, talbet li jsiru investigazzjonijiet miż-żewġ naħat li jkunu indipendenti, kredibbli u konformi mal-istandards internazzjonali,

C.   billi fit-3 ta“ Diċembru 2009 s-Segratarju Ġenerali tan-NU ġibed l-attenzjoni tal-partijiet kollha għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Riżoluzzjoni 64/10 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, u talab li tingħata informazzjoni bil-miktub fi żmien tliet xhur rigward kwalunkwe passi li ħadu jew li kienu qegħdin jieħdu,

D.   billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU, fid-dikjarazzjoni tiegħu tal-4 ta“ Frar 2010, stieden lill-partijiet kollha biex iwettqu investigazzjonijiet domestiċi kredibbli dwar il-kunflitt ta” Gaża,

E.   billi fir-riżoluzzjoni tagħha tas-26 ta“ Frar 2010 l-Assemblea Ġenerali tan-NU tenniet l-istedina tagħha kemm lill-Iżrael kif ukoll lin-naħa Palestinjana biex jagħmlu investigazzjonijiet kredibbli, u talbet aktar rapporti fi żmien ħames xhur,

F.   billi l-azzjoni tal-Unjoni dwar ix-xena internazzjonali jeħtiġilha tkun iggwidata minn rispett strett għall-prinċipji u l-objettivi tal-Karta tan-NU u għal-liġi internazzjonali; ifakkar li l-liġi internazzjonali timponi obbligi fuq l-Istati li għandhom jirrispettaw, jipproteġu u jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali umanitarja,

G.   billi l-Gvern tal-Iżrael jirrapporta li qiegħed jinvestiga 150 każ separat li ġraw matul l-operazzjoni f'Gaża,

H.   billi l-awtoritajiet Palestinjani stabbilixxew kummissjoni ta“ investigazzjoni indipendenti fil-25 ta” Jannar 2010,

I.   billi l-kriżi umanitarja fil-Medda ta“ Gaża kompliet marret għall-agħar bħala konsegwenza tal-imblokk, li jmur kontra l-liġi internazzjonali umanitarja,

1.  Jerġa“ jisħaq fuq l-importanza li tintlaħaq paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani, u b'mod partikulari bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jenfasizza li r-rispett għal-liġi internazzjonali umanitarja u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem mill-partijiet kollha u fi kwalunkwe ċirkustanza, kif ukoll il-bini tal-fiduċja bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, huma partijiet essenzjali minn proċess ta” paċi li jwassal għal żewġ stati li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà;

2.  Jerġa“ jtenni s-sejħa tiegħu biex il-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta” Sigurtà u l-Istati Membri jaħdmu biex tintlaħaq pożizzjoni komuni qawwija tal-UE dwar is-segwitu għar-rapport tal-missjoni għat-tiftix tal-fatti – immexxija mill-Imħallef Goldstone – dwar il-kunflitt f'Gaża u fin-Nofsinhar tal-Iżrael, u pubblikament jesiġi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha u r-responsabbiltà għal kull ksur tal-liġi internazzjonali, inklużi d-delitti tal-gwerra allegati;

3.  Iħeġġeġ liż-żewġ naħat biex iwettqu investigazzjonijiet fi żmien 5 xhur li jissodisfaw standards internazzjonali ta“ indipendenza, imparzjalità, trasparenza, prontezza u effikaċja, skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottati fil-5 ta” Novembru 2009 u fis-26 ta“ Frar 2010; jisħaq li r-rispett għal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali umanitarja, mill-partijiet kollha u fiċ-ċirkostanzi kollha, huwa prekondizzjoni essenzjali sabiex jintlaħaq paċi ġust u dejjiemi fil-Lvant Nofsani;

4.  Itenni t-talba tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentat Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà u lill-Istati Membri biex jissorveljaw attivament l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-Rapport Goldstone permezz ta” konsultazzjoni ma“ missjonijiet esterni tal-UE u ma” NGOs fil-post; jitlob li dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet relatati jiddaħħlu fid-djalogi tal-UE maż-żewġ naħat, kif ukoll f'fora multilaterali;

5.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà biex tivvaluta s-sejbiet tal-investigazzjonijiet mill-partijiet kollha, u biex tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew dwar dawn il-valutazzjonijiet;

6.  Jilqa“ b'sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-Assemblea Ġenerali tan-NU sabiex tkun żgurata r-responsabbiltà għall-vjolazzjonijiet kollha tal-liġi internazzjonali umanitarja u tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem matul il-kunflitt f'Gaża, u jħeġġiġha tissokta b'dawn l-isforzi;

7.  Jenfasizza li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa valur fundamentali sew fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħha ma“ pajjiżi u partijiet terzi; jenfasizza wkoll li r-responsabbiltà u l-kredibbiltà tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha jirrikjedu monitoraġġ bis-sħiħ ta” dawn l-investigazzjonijiet;

8.  Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex iqisu l-eżiti tal-investigazzjonijiet ta“ segwitu u tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Goldstone fir-rigward tal-partijiet kollha msemmija f'dak ir-rapport;

9.  Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet uffiċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-investigazzjonijiet ta“ segwitu u fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Goldstone mill-partijiet kollha; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-presssjoni fuq NGOs involuti fit-tħejjija tar-Rapport Goldstone u fl-investigazzjonijiet ta” segwitu, u jistieden lill-awtoritajiet ta“ kull naħa biex joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura restrittiva rigward l-attivitajiet ta” dawn l-organizzazzjonijiet;

10.  Jagħraf l-issuktar tal-qagħda mwegħra tal-poplu ta“ Gaża minħabba l-imblokk u jilqa” s-sejħa tal-Kunsill tat-8 ta“ Diċembru 2009 għal ftuħ immedjat, sostnut u mhux kundizzjonali tal-punti ta” qsim;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kwartett, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, lill-Gvern u l-Parlament tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.


Is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-minoranzi nazzjonali fil-Bjelorussja
PDF 289kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-minoranzi nazzjonali fil-Bjelorussja
P7_TA(2010)0055RC-B7-0134/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, b'mod partikolari dik tas-17 ta“ Diċembru 2009(1),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet dwar il-Bjelorussja milħuqa mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta“ Novembru 2009, li kienu jinvolvu sospensjoni ulterjuri tal-applikazzjoni tal-projbizzjoni tal-viża għal ċerti uffiċjali Bjelorussi, fosthom il-President Alexander Lukashenko, u l-estensjoni tal-miżuri restrittivi sa Ottubru 2010,

–   wara li kkunsidra l-eżitu tal-2996 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tat-22 ta“ Frar 2010 u d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli, Lady Ashton, dwar is-sitwazzjoni tal-Unjoni tal-Pollakki fil-Bjelorussja tas-16 ta” Frar 2010,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar is-Sħubija tal-Lvant maħruġa mill-Kunsill Ewropew fid-19 ta“ Marzu 2009 u d-Dikjarazzjoni Konġunta maħruġa fis-Samit tas-Sħubija tal-Lvant fi Praga fis-7 ta” Mejju 2009,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali tal-1 ta“ Frar 1995,

–   wara li kkunsidra l-prinċipji u l-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, b'mod partikolari dawk li jinsabu fil-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, bħall-Att Finali ta“ Ħelsinki tal-1 ta” Awwissu 1975 (Taqsima 1.VII), id-Dokument tal-laqgħa ta“ Kopenħagen dwar id-Dimensjoni Umana tad-29 ta” Ġunju 1990 u l-Karta ta“ Pariġi għal Ewropa Ġdida tal-21 ta” Novembru 1990,

–   wara li kkunsidra d-dibattitu tiegħu dwar il-Bjelorussja tal-24 ta“ Frar 2010 u l-missjoni tad-delegazzjoni ad hoc tal-Parlament Ewropew għall-Bjelorussja bejn il-25 u s-27 ta” Frar 2010 u l-konklużjonijiet tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi, fil-15 ta“ Frar 2010, 40 attivist, il-biċċa l-kbira membri tal-Unjoni tal-Pollakki fil-Bjelorussja, ġew arrestati fil-Bjelorussja, fosthom Angelika Borys (President tal-UPB), Igor Bancer (Kelliem tal-UPB), Mieczysław Jaśkiewicz (Viċi President), Andrzej Poczobut (President tal-Bord Superviżorju tal-UPB) u Anatol Lebedzka, il-mexxej tal-Partit Ċivili Magħqud fil-Bjelorussja fl-oppożizzjoni, biex dawn ma jitħallewx jipparteċipaw fil-proċess dwar il-Kamra Pollakka f'Ivyanets; billi sal-20 ta” Frar l-attivisti kollha nħelsu,

B.   billi l-UPB taħt il-Presidenza ta“ Angelika Borys, li ġiet eletta demokratikament darbtejn fl-2005 u fl-2009, mhijiex rikonoxxuta mill-awtoritajiet tal-istat u ilha tħabbat wiċċha ma” persekuzzjoni u fastidju regolari mill-2005 u billi l-membri tagħha qed jiġu akkużati ripetutament b'attivitajiet illegali u qed jaffaċċaw akkużi kriminali,

C.   billi l-awtoritajiet Bjelorussi użaw il-forzi tal-pulizija kontra membri tal-UPB fi Hrodna fl-2005 u f'Ivyanets fl-2010,

D.   billi l-awtoritajiet Bjelorussi ma ħallewx rappreżentanti tal-UPB, li ssejħu biex jidhru quddiem il-qorti bħala xhieda għas-Sinjura Teresa Sobol, President tal-fergħa lokali tal-UPB f'Ivyanets, jattendu għall-ġuri,

E.   billi d-diskriminazzjoni kontra l-Unjoni tal-Pollakki, l-ikbar NGO li topera fil-Bjelorussja, li hija mmexxija minn Abgelika Borys, hija sintomatika tat-trattament ġenerali tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja,

F.   billi l-“Polonica”, kumpanija bbażata fi Hrodna mmexxija minn Angelika Borys, l-uniku sors ta“ finanzjament tal-UPB, ġiet immultata 71 miljun rubil minħabba li allegatament kisret regolamenti fiskali u issa tinsab f'periklu ta” falliment,

G.   billi l-awtoritajiet Bjelorussi jqisu lil Stanislaw Siemaszko bħala l-mexxej leġittimu tal-Unjoni tal-Pollakki u ddikjaraw l-appoġġ tagħhom għall-organizzazzjoni taħt it-tmexxija tiegħu, meqjusa illeġittima mill-komunità Pollakka,

H.   billi r-rappreżentanti tal-Istituzzjonijiet Ewropej, fosthom is-Sur Jerzy Buzek, President tal-Parlament Ewropew, il-Barunissa Ashton, Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, u s-Sinjura Cecilia Malmström, Kummissarju għall-Affarijiet Interni, kif ukoll il-Parlament Pollakk u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Franċiż, esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-aħħar azzjonijiet tal-awtoritajiet Bjelorussi kontra l-UPB u kkundannaw l-użu tal-pulizija kontra l-membri tagħha,

I.   billi dawn l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Bjelorussi jmorru kontra l-istandards internazzjonali ta“ protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali stabbiliti, inter alia, fil-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali tal-1 ta” Frar 1995, filwaqt li l-Bjelorussja kompliet tintensifika l-azzjonijiet tagħha kontra l-membri ta“ din l-organizzazzjoni,

J.   billi d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit ta“ Praga dwar is-Sħubija tal-Lvant, iffirmata b'mod konġunt mill-Bjelorussja, tiddikjara fil-paragrafu 1 li: ”Il-parteċipanti tas-Samit ta“ Praga jaqblu li s-Sħubija tal-Lvant għandha tkun imsejsa fuq l-impenn għall-prinċipji tal-liġi internazzjonali u għall-valuri fundamentali, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali”,

K.   billi l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta“ Novembru 2009, irrikonoxxa li kienu nfetħu possibilitajiet ġodda għal djalogu u koperazzjoni aktar profonda bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja, bil-għan li jitkattar il-progress ġenwin lejn id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jirriafferma f'dan ir-rigward li kien lest isaħħaħ ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Bjelorussja, sakemm ikompli l-progress fid-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif ukoll li jgħin lill-pajjiż biex jintlaħqu dawn l-objettivi,

1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu fir-rigward tal-ksur riċenti tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Bjelorussja kontra membri tas-soċjetà ċivili, speċjalment membri tal-Unjoni tal-Pollakki, u jiddikjara s-solidarjetà tiegħu maċ-ċittadini li ma jistgħux igawdu d-drittijiet ċivili kollha tagħhom;

2.  Jikkundanna l-azzjoni legali u tal-pulizija kontra l-Unjoni tal-Pollakki u kwalunkwe tentattiv mill-awtoritajiet Bjelorussji biex jimponu tmexxija ġdida fuq il-komunità Pollakka; jitlob b'insistenza li l-awtoritajiet Bjelorussi jillegalizzaw mill-ġdid l-Unjoni tal-Pollakki fil-Bjelorussja (UPB) immexxija minn Angelika Borys, kif ukoll li jiżguraw li l-proprjetajiet tagħhom jintroddulhom fi żmien xieraq;

3.  Itenni li jinsab interessat fi djalogu miftuħ u strutturat mal-Bjelorussja, bil-kundizzjoni li d-demokratizzazzjoni tas-sistema politika fil-Bjelorussja twassal għal riżultati konkreti u tirrifletti r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

4.  Iħeġġeġ lill-Bjelorussja biex timxi skont l-impenji tal-OSKE u l-impenji internazzjonali tagħha f'termini ta“ protezzjoni u promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi tagħha; fl-istess ħin jistieden lill-awtoritajiet biex itejbu l-kundizzjonijiet għall-funzjonament tas-soċjetà ċivili, speċjalment fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u l-assemblea, is-sitwazzjoni tal-midja indipendenti, inkluż l-aċċess għall-internet, u r-reġistrazzjoni tal-NGOs, bil-għan li jitħejja u jitħalla jsir proċess elettorali ħieles u ġust għall-elezzjonijiet muniċipali fil-25 ta” April 2010;

5.  Itenni t-talba tiegħu f'riżoluzzjonijiet riċenti, b'mod partikolari dawk tal-15 ta“ Jannar u tas-17 ta” Diċembru 2009, għall-garanzija tal-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni u tal-libertà biex jitwaqqfu partiti politiċi bħad Demokrazija Kristjana Bjelorussa (BDC), il-libertà reliġjuża u l-ħolqien ta“ kundizzjonijiet li jwasslu għall-attività ta” entitajiet tas-soċjetà ċivili, NGOs (bħal “Viasna”) u l-midja indipendenti fil-Bjelorussja;

6.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Bjelorussi biex jeħilsu lil attivisti politiċi bħal Andrei Bandarenko u priġunieri tal-kuxjenza bħal Ivan Mikhailau u Aristyom Dubski, biex jirtiraw miżuri restrittivi kontra d-difensuri tas-soċjetà ċivili bħal Tatiana Shaputsko, parteċipanta fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar is-Sħubija tal-Lvant, u biex joqogħdu lura milli jieħdu miżuri bil-għan li jikkontrollaw il-kontenut tas-siti Bjelorussi tal-World Wide Web;

7.  Jenfasizza li d-djalogu tal-UE mal-Bjelorussja jista“ jkun ta” benefiċċju reċiproku u hu tal-fehma li l-Bjelorussja tista“ tiġi megħjuna biex tikseb l-aħjar benefiċċji mis-Sħubija tal-Lvant, b'mod partikolari fl-użu l-aktar effikaċi ta” fondi allokati b'dan il-programm għall-infrastruttura, l-enerġija u proġetti soċjali, kif ukoll bl-applikazzjoni ta“ strumenti u politiki oħrajn tal-UE, sakemm l-awtoritajiet Bjelorussi jimpenjaw ruħhom li jagħmlu tibdil tassew fl-oqsma tal-libertajiet, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali;

8.  Ifakkar li l-Unjoni Ewropea diġà wriet li lesta timpenja ruħha b'mod konsiderevoli mal-Bjelorussja, u dan intwera wkoll bl-inklużjoni tal-Bjelorussja fis-Sħubija tal-Lvant; ifakkar li s-suċċess ta“ dan l-impenn jiddependi minn passi favur id-demokratizzazzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, min-naħa tal-Gvern tal-Bjelorussja;

9.  Jiġbed l-attenzjoni li, jekk l-awtoritajiet Bjelorussi jaderixxu mal-kriterji marbuta mad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fundamentali, il-Bjelorussja tibbenefika mill-punti li ġejjin:

   il-konklużjoni u r-ratifika tal-Ftehim ta“ Sħubija u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Bjelorussja (FSK),
   l-utilizzazzjoni effikaċi tal-istrumenti finanzjarji tal-UE, bħall-istrumenti tal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija (ENPI),
   l-estensjoni tal-finanzjament tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) għal proġetti fil-Bjelorussja li jinvolvu entitajiet tal-istat,
   ir-restituzzjoni tas-Sistema Ġeneralizzata ta“ Preferenzi (GSP+) lill-Bjelorussja,
   il-kisba ta“ parti oħra tas-self għall-istabilità mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI),
   it-tkomplija tan-negozjati dwar l-adeżjoni tal-Bjelorussja mad-WTO,
   l-appoġġ għall-estensjoni tal-programm tal-OKŻE lill-Bjelorussja;

10.  Jagħti importanza kbira lil-liberalizzazzjoni tal-ħajja politika u ċivili fil-Bjelorussja u jenfasizza li jekk ikun hemm aktar każijiet ta“ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt fil-Bjelorussja, dan jista” jwassal għal reviżjoni tal-pożizzjoni tal-UE mal-Bjelorussja, fosthom l-impożizzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblej Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u tal-Kunsill tal-Ewropa, lis-Segretarjat tal-Commonwealth tal-Istati Indipendenti u lill-Parlament u l-Gvern tal-Bjelorussja.

(1) Testi adottati, P7_TA(2009)0117.


It-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu
PDF 216kWORD 51k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu
P7_TA(2010)0056B7-0133/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta“ April 2009 dwar il-Laqgħa Għolja tal-G20 ta” Londra tat-2 ta“ April 2009(1),

–   wara li kkunsidra l-Istqarrija tal-Mexxejja maħruġa wara l-Laqgħa Għolja ta“ Pittsburgh tal-Grupp tal-Għoxrin (G20) tal-24 u l-25 ta” Settembru 2009,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta“ Ottubru 2009 dwar il-Laqgħa Għolja tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta” Settembru 2009(2),

–   wara li kkunsidra l-komunikat tal-laqgħa tal-G20 f'St Andrews tal-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tas-7 ta“ Novembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta“ Diċembru 2009, u b'mod partikulari l-paragrafu 15 tagħhom,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President Barroso tal-15 ta“ Diċembru 2009 lill-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra tat-18 ta“ Jannar 2010 mill-Ministru tal-Finanzi Svediż lill-Presidenza tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta” tariffa ta“ stabilità fl-Istati Membri,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta“ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital(3),

–   wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta“ taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni (COM(2007)0747),

–   wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-24 ta“ Frar 2010 lill-Kummissjoni dwar it-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji – nagħmluhom jaħdmu (O-0025/2010 – B7-0019/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi l-Parlament laqa“ l-ħidma investigattiva mibdija fil-livell tal-G20, wara s-Samit ta” Pittsburgh f'Settembru 2009 fir-rigward ta“ qafas internazzjonali għal tassazzjoni tat-transazzjonijiet finanzjarji,

B.   billi l-Parlament talab progress rapidu biex jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b'mod ġust għall-irkupru ekonomiku u l-iżvilupp minħabba li hemm kostijiet u konsegwenzi sostanzjali li qed jinġarru mill-ekonomija reali, minn dawk li jħallsu t-taxxi, mill-konsumaturi, mis-servizzi pubbliċi u mis-soċjetà b'mod ġenerali,

C.   billi l-Kunsill Ewropew enfasizza l-importanza tat-tiġdid tal-kuntratt ekonomiku u soċjali bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-soċjetà li huma jservu u l-importanza li jiġi żgurat li l-pubbliku jibbenefika fi żminijiet tajbin u jkun protett mir-riskju; billi l-Kunsill Ewropew ħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-FMI biex fir-reviżjoni tiegħu jikkunsidra l-firxa sħiħa ta“ għażliet, li jinkludu fost affarijiet oħra imposta globali fuq it-transazzjonijiet finanzjarji; billi, f'dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jidentifikaw il-prinċipji ewlenin li l-arranġamenti globali l-ġodda jeħtieġu jirrispettaw,

D.   billi bosta Stati Membri talbu taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji,

E.   billi l-inizjattivi regolatorji l-ġodda, bħalma huma azzjoni kontra r-rifuġji fiskali, it-tneħħija ta“ lakuni li ma jkunux evidenti fuq il-karta tal-bilanċ, rekwiżiti għal negozjar fil-kambju u l-użu ta” repożitorji tal-kummerċ għar-reġistrazzjoni tad-derivattivi, biddlu b'mod ċar il-kuntest ta“ azzjoni politika f'dan il-qasam,

F.   billi l-Kummissjoni, wara l-kwistjonijiet li tqajmu fil-laqgħa bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kummissarju responsabbli għat-tassazzjoni fis-6 ta“ Ottubru 2009, u kif ikkonfermat mill-President Barroso fid-dikjarazzjoni tiegħu lill-Parlament fil-15 ta” Diċembru 2009, qiegħda taħdem fuq ideat għal “finanzi innovattivi” fil-kuntest tal-isfidi globali, inklużi taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, sabiex tressaq proposti fi żmien xieraq,

G.   billi l-FMI attwalment qed jiġbor opinjonijiet mill-pubbliku dwar il-kwistjoni tat-tassazzjoni tas-settur finanzjarju bħala parti mit-talba li saret mill-G20 fis-Samit ta“ Pittsburgh tal-24 u l-25 ta” Settembru 2009,

H.   billi t-taxxi u l-imposti fuq it-transazzjonijiet finanzjarji jeżistu f'forom differenti fl-Istati Membri; billi dawn it-taxxi u sisa nazzjonali normalment ikopru biss it-transazzjonijiet ta“ assi partikulari; billi l-Belġju u Franza adottaw leġiżlazzjoni dwar taxxa fuq transazzjonijiet ta” muniti fil-livell nazzjonali, iżda se jdaħħluha fis-seħħ biss jekk tkun implimentata fil-livel tal-UE,

I.   billi, b'differenza minn forom ta“ taxxi oħrajn, it-taxxi indiretti fuq il-ġbir ta” kapital, bħalma huma d-dazju kapitali, il-bolla fuq it-titoli u d-dazju fuq operazzjonijiet ta“ ristrutturar, joħolqu diskriminazzjoni, tassazzjoni doppja u diskrepanzi li jinterferixxu mal-moviment ħieles tal-kapital,

J.   billi kien hemm żieda kbira u rapida matul l-aħħar għaxar snin fil-volum ta“ transazzjonijiet finanzjarji meta mqabbel mal-volum ta” kummerċ ta“ prodotti u servizzi, u dan jista” jiġi spjegat, fost affarijiet oħrajn, bis-suq tad-derivattivi li qed jikber b'rata mgħaġġla ħafna,

K.   billi l-mexxejja tal-G20 għandhom responsabilità kollettiva biex jimmitigaw l-impatt soċjali tal-kriżi, kemm fl-istati membri tagħhom kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li ntlaqtu b'mod qawwi bl-effetti indiretti tal-kriżi; billi taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji tikkontribwixxi biex jiġu koperti l-kostijiet iġġenerati mill-kriżi,

1.  Huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha taqbel dwar pożizzjoni komuni fil-qafas internazzjonali tal-laqgħat tal-G20 fir-rigward tal-possibilitajiet dwar kif is-settur finanzjarju għandhu jikkontribwixxi b'mod ġust u sostanzjali sabiex iħallas għal kwalunkwe piż li kkawża lill-ekonomija reali jew li huwa assoċjat mal-intervenzjonijiet tal-gvernijiet biex is-sistema bankarja tistabbilizza ruħha; huwa tal-fehma li l-UE , b'mod parallel u konsistenti mal-ħidma tal-G20, għandha tiżviluppa l-istrateġija tagħha stess fir-rigward tal-firxa ta“ għażliet possibbli għal azzjoni;

2.  Iqis li, sabiex tintlaħaq pożizzjoni koerenti tal-UE bbażata fuq analiżi oġġettiva, il-Kummissjoni għandha telabora, biżżejjed minn qabel is-Samit tal-G20 li jmiss, valutazzjoni tal-impatt ta“ taxxa globali fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, filwaqt li tesplora kemm il-vantaġġi kif ukoll l-iżvantaġġi;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fil-valutazzjoni tagħha, tqis bir-reqqa dawn l-aspetti li ġejjin:

   (a) l-esperjenzi tal-passat fir-rigward tat-taxxi fuq it-transazzjonijiet, speċjalment f'termini ta“ tendenzi ta” evażjoni fiskali u migrazzjoni ta“ kapital jew forniment ta” servizz għal lokazzjonijiet alternattivi, speċjalment l-impatt ta“ dawn it-taxxi fuq l-investituri individwali u fuq l-SMEs;
   (b) il-benefiċċji u l-iżvaantaġġi tal-introduzzjoni ta“ taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji fl-Unjoni Ewropea biss, meta mqabbla mal-introduzzjoni tagħhom fil-livell globali u meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali;
   (c) il-potenzjal li jiġi ġġenerat biżżejjed dħul apparagun ta“ sorsi oħrajn ta” dħul fiskali, l-ispejjeż ta“ ġbir u d-distribuzzjoni tad-dħul bejn il-pajjiżi;
   (d) il-fatt li, fil-valutazzjoni tad-dħul potenzjali mit-taxxi fuq it-transazzjonijiet finanzjarji f'livell globali jew f'dak Ewropew, għandhom jitqiesu l-għażliet ta“ tfassil differenti, filwat li tiġi kkwantifikata ż-żieda fl-ispejjeż tat-transazzjonijiet fis-swieq kollha potenzjalment ikkonċernati (transazzjoni fuq kambju organizzat, tranżazzjonijiet direttament bejn żewġ partijiet (over-the-counter)) u għal transazzjonijiet bejn negozju u ieħor (B2B) u bejn in-negozji u l-konsumaturi (B2C);
   (e) il-fatt li l-valutazzjoni għandha tqis ukoll il-potenzjal tal-possibilitajiet differenti li jaffettwaw kemm il-livelli tal-prezzijiet u kemm l-istabilità fuq perjodu ta“ żmien qasir u anke fit-tul, kif ukoll il-likwidità u t-transazzjonijiet finanzjarji;
   (f) kif jeħtieġ li titfassal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji sabiex jiġu mitigati l-effetti sekondarji negattiva li normalment huma assoċjati mat-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital;
   (g) sa liema punt taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji f'termini tal-effetti tagħha fuq l-eċċessività ta“ kummerċ fuq perjodu ta” żmien qasir, l-ispekulazzjoni u fuq it-trasparenza;
   (h) jekk taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji tistax tevita kriżi finanzjarja futura billi tkun immirata lejn ċerti tipi ta“ transazzjonijiet ”mhux mixtieqa“; li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni;

4.  Jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni għandha imperattivament tevita li tnaqqas il-kompetittività tal-UE jew li xxekkell l-investiment sostenibbli, l-innovazzjoni u t-tkabbir, li huma ta“ benefiċċju għall-ekonomija reali u għas-soċjetà;

5.  Jenfasizza l-importanza li titqies in-neċessità li s-settur bankarju jibni kapital b'saħħtu, sabiex tiġi żgurata l-kapaċità tas-sistema bankarja fir-rigward tal-finanzjament tal-investimenti fl-ekonomija reali; u li jiġi evitat teħid ta“ riskju eċċessiv;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jivvalutaw il-potenzjal tal-kontribuzzjoni ta“ possibilitajiet differenti ta” taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-UE;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jivvalutaw sa liema punt il-possibilitajiet ikkunsidrati jistgħu jintużaw ukoll bħala mekkaniżmi finanzjarji innovattivi biex jiġi pprovdut appoġġ kemm għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni ta“ dan it-tibdil għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll għall-finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P6_TA(2009)0330.
(2) Testi adottati, P7_TA(2009)0028.
(3) ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11.


L-implimentazzjoni taż-Żona Unika ta“ Pagamenti bl-Euro (SEPA)
PDF 216kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni taż-Żona Unika ta” Pagamenti bl-Euro (SEPA)
P7_TA(2010)0057B7-0132/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta“ Mejju 2006 dwar iż-Żona Unika ta” Pagamenti bl-Euro,

–   wara li kkunsidra d-Dokument Speċjali Nru 71 t'Awwissu 2007 dwar l-impatt ekonomiku taż-Żona Unika ta“ Pagamenti bl-Euro, ppubblikat mill-Bank Ċentrali Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta“ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta” pagament fis-suq intern(1) (Direttiva dwar is-Servizzi ta“ Pagament),

–   wara liu kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta“ Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni taż-Żona Unika ta” Pagamenti bl-Euro (SEPA)(2),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta“ Marzu 2009, li tiċċara ċerti prinċipji sottostanti ta” mudell tan-negozju ġejjieni ta“ Debitu Dirett għas-SEPA (SEPA Direct Debit - SDD),

–   wara li kkunsidra t-tieni sondaġġ tal-Kummissjoni, tat-22 ta“ Lulju 2009, dwar kemm huma mħejjija l-amministrazzjonijiet pubbliċi fir-rigward tas-SEPA, u l-migrazzjoni għal din is-sistema,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta“ Settembru 2009: L-ikkompletar tas-SEPA: Pjan ta” Direzzjoni għall-2009 2012 (COM(2009)0471),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta“ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001(3),

–  Wara li kkonsidra d-Dokument ta“ Ħidma tal-Kummissjoni tat-30 ta” Ottubru 2009: l-Applikabilità tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE għall-pagamenti interbankarji multilaterali fid-Debiti Diretti tas-SEPA (SEC(2009)1472),

–   wara li kkunsidra t-tieni Rapport ta“ Progress annwali tal-Kummissjoni dwar il-Qagħda tal-Migrazzjoni għas-SEPA, tad-9 ta” Novembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 ta“ Diċembru 2009 dwar is-SEPA,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi ż-Żona Unika ta“ Pagamenti bl-Euro (SEPA) hija intiża bħala suq integrat għas-servizzi tal-pagament, li hu suġġett għal kompetizzjoni effettiva u fejn m'hemm l-ebda distinzjoni bejn pagamenti transkonfinali u nazzjonali bl-euro,

B.   billi s-SEPA mhix biss inizjattiva awtoregolatorja tal-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti, iżda wkoll inizjattiva ewlenija ta“ politika pubblika li ssaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja kif ukoll l-Istrateġija UE 2020 ġejjiena; billi s-SEPA hija appoġġata mid-Direttiva dwar is-Servizzi ta” Pagament, li tipprovdi l-qafas legali armonizzat meħtieġ; u billi s-suċċess tagħha huwa, għalhekk, ta“ interess partikolari għall-Parlament,

C.   billi l-proċess tat-teħid ta“ deċiżjonijiet tas-SEPA bħalissa qiegħed f'idejn il-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti, fejn il-banek biss jieħdu d-deċiżjonijiet dwar prodotti tas-SEPA filwaqt li jinjoraw it-talbiet tal-utenti finali,

D.   billi l-migrazzjoni għas-SEPA bdiet uffiċjalment fit-28 ta“ Jannar 2008 bit-tnedija tal-istrument tas-SEPA għat-trasferiment tal-krediti, filwaqt waqt li l-Qafas tas-SEPA dwar il-Pagamenti bil-Kards ilu fis-seħħ mill-1 ta” Jannar 2008, u l-iskema ta“ Debitu Dirett tas-SEPA bdiet fit-2 ta” Novembru 2009,

E.   billi l-konsumaturi sikwit esprimew li jeħtieġ li l-karatteristiċi tal-prodotti tas-SEPA jolqtu l-bżonnijiet tal-utenti finali eżistenti, notevolment billi jiġu ċċekkjati l-mandati ta“ debiti diretti, u billi hu mixtieq li jsir progress biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata,

F.   billi ma ġiet stipulata ebda data tat-tmiem vinkolanti għall-migrazzjoni lejn strumenti tas-SEPA, u billi l-maġġoranza kbira ta“ dawk li rrispondew il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni appoġġjaw l-idea li din id-data tat-tmiem tiġi stabbilita biex il-migrazzjoni lejn is-SEPA tingħata spinta,

G.   billi l-Kummissarju maħtur għas-Suq Intern u s-Servizzi iddikjara fit-tweġibiet bil-miktub tiegħu għall-kwestjonarju tal-Parlament Ewropew, li kellu l-ħsieb li jipproponi inizjattiva leġiżlattiva għall-adozzjoni mill-Kummissjoni bl-għan li tiġi stabbilita skadenza waħda jew iktar għall-migrazzjoni lejn prodotti tas-SEPA għal debiti diretti u għal trasferimenti tal-krediti, kif ukoll inizjattiva biex titjieb il-governanza,

H.   billi l-migrazzjoni lejn is-SEPA qed issir bil-mod wisq: f'Awwissu 2009, 4.5% biss tat-tranżazzjonijiet totali saru permezz tal-format tat-Trasferimenti tal-Kreditu SEPA, u billi l-iskadenza prevista oriġinarjament, jiġiferi l-migrazzjoni ta“ massa kritika għal Trasferimenti tal-Kreditu SEPA, Debiti Diretti tas-SEPA u pagamenti bil-kards sal-aħħar tal-2010, m'għadhiex realistika,

I.   billi l-migrazzjoni għall-istrumenti tas-SEPA min-naħa tal-amministrazzjonijiet pubbliċi miexja b'ritmu aktar bil-mod minn dak li stennew il-parti l-kbira tal-Istati Membri, għalkemm dawn l-entitajiet għandu jkollhom sehem katalitiku fil-ħolqien tal-massa kritika meħtieġa biex tiġi aċċellerata l-migrazzjoni lejn is-SEPA,

J.   billi huwa importanti li l-partijiet interessati rilevanti kollha – il-leġiżlaturi, l-industrija bankarja u l-utenti tas-servizzi tal-pagamenti – jkunu involuti fit-twettiq tas-SEPA,

K.   billi l-użu tal-istrumenti tas-SEPA sempliċement għal transazzjonijiet ta“ pagamenti transkonfinali ma jwasslux għas-suċċess tal-proġett tas-SEPA, minħabba li jkun għad hemm frammentazzjoni u l-benefiċċji mistennija għall-industrija bankarja kif ukoll għall-klijenti tagħha ma setgħux jiġu realizzati,

L.   billi r-Regolament (KE) Nru 924/2009 jipprevedi ċertezza legali rigward l-applikazzjoni ta“ tariffi għal skambji multilaterali tul perjodu tranżitorju sal-31 ta” Ottubru 2012, li tulu l-industrija għandha tiżviluppa u taqbel dwar mudell tan-negozju komuni u għal żmien twil għall-operat tad-Debitu Dirett tas-SEPA li għandu jkun konformi mal-liġi tal-Kompetizzjoni tal-KE u l-qafas regolatorju Komunitarju,

M.   billi f'Marzu 2009, il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew indikaw li donnu li ma kien hemm ebda raġuni ċara u konvinċenti biex ikompli jkun hemm tariffi għal skambji multilaterali għal kull tranżazzjoni wara l-31 ta“ Ottubru 2012, u billi l-kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar l-applikabilità tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE għall-pagamenti interbankarji multilaterali fid-Debiti Diretti tas-SEPA,

N.   billi għandha tiġi solvuta wkoll il-kwistjoni tal-applikazzjoni tat-tariffi għal skambji multilaterali fir-rigward tas-soluzzjoni ta“ kards tal-UE bbażata fuq il-Qafas tas-SEPA dwar il-pagamenti bil-kards,

O.   billi għandu jkun żgurat li se tinżamm il-validità legali ta“ mandati ta” debitu dirett eżistenti fl-Istati Membri kollha, minħabba li l-obbligu li jkunu ffirmati mandati ġodda meta wieħed jibdel minn skemi nazzjonali ta“ debitu dirett għall-iskema ta” Debitu Dirett tas-SEPA jkun ta“ piż; billi, madankollu, iż-żamma ta” dawn il-mandati ma tgħinx l-implimentazzjoni bikrija tal-iskema ta“ Debiti Diretti tas-SEPA sakemm ma tinstabx soluzzjoni għall-migrazzjoni tal-mandati eżistenti,

1.  Jenfasizza li se jkompli jappoġġa l-ħolqien tas-SEPA, li hi suġġetta għall-kompetizzjoni effettiva u fejn ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-ħlasijiet transkonfinali u nazzjonali bl-euro;

2.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li kważi l-ebda progress ma sar rigward il-kwistjoni msemmija fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni tas-SEPA tat-12 ta“ Marzu 2009 mill-adozzjoni tagħha sa llum, u jitlob li l-partijiet konċernati kollha jinvolvu ruħhom biex jippromwovu u jagħtu kontribut għat-twettiq tas-SEPA;

3.  Jilqa“ l-pjan ta” direzzjoni tas-SEPA adottat mill-Kummissjoni f'Settembru 2009, u jappoġġja bis-sħiħ l-azzjonijiet stipulati fih f'sitt oqsma ta“ prijorità (jiġifieri li titrawwem il-migrazzjoni; li titqajjem kuxjenza dwar is-SEPA u li jiġu promossi l-prodotti tas-SEPA; li jitfassal ambjent legali soda għas-SEPA u li tissaħħaħ il-konformità mas-SEPA; li tkun promossa l-innovazzjoni; li tkun żgurata l-istandardizzazzjoni, l-interoperabilità u s-sigurtà meħtieġa; li tiġi ċċarata u mtejba l-governanza tas-SEPA);

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffissa data tat-tmiem ċara, xierqa u vinkolanti, li m'għandhiex tkun iktar tard mill-31 ta“ Diċembru 2012, għall-migrazzjoni lejn l-istrumenti tas-SEPA, data li warajha l-ħlasijiet kollha bl-euro jkunu jridu jsiru skont l-istandards tas-SEPA;

5.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti biex iqis it-talbiet tal-utenti finali u sussegwentement jimmodifika r-regoli tiegħu;

6.  Jappoġġja bis-sħiħ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li trawwem il-proċess tal-migrazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi permezz tat-tfassil ta“ pjanijiet ta” migrazzjoni nazzjonali integrati u sinkronizzati; f'dan ir-rigward, jilqa“ l-isforzi tal-Kummissjoni li tistħarreġ u tippubblika l-livell ta” tħejjija tal-amministrazzjonijiet pubbliċi għas-SEPA u l-migrazzjoni tagħhom għal din is-sistema, u jistieden lill-Istati Membri jieħdu sehem f'dan l-istħarriġ;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara b'mod definit u sa mhux aktar tard mit-30 ta“ Settembru 2010, fuq il-bażi tar-riżultat tal-konsultazzjoni rispettiva, inklużi l-partijiet konċernati kollha, il-kwistjoni ta” mudell ekonomiku armonizzat għal żmien twil għad-debiti diretti tas-SEPA, li jrid ikun applikabbli fl-Ewropa kollha, effiċjenti għan-nefqa u konvenjenti għall-utent finali; jinsisti fuq il-ħtieġa li dan il-mudell jiġi żviluppat b'kooperazzjoni mill-qrib bejn is-settur tal-pagamenti u l-Kummissjoni u b'konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE u l-qafas regulatorju Komunitarju;

8.  Jistieden lill-partijiet interessati kollha biex jappoġġjaw it-twaqqif ta“ skema Ewropea ta” ħlas bil-kards, jew bħala skema ġdida komplimentarja, alleanza bejn l-iskemi eżistenti jew bħala espansjoni ta“ skema eżistenti; f'dan ir-rigward, jerġa” jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tiċċara l-kwistjoni ta“ tariffi għal skambji multilaterali għall-ħlasijiet bil-kards, u jistieden lill-industrija biex issib soluzzjonijiet xierqa, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, u f'konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE u l-qafas regolatorju Komunitarju;

9.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw il-validità legali kontinwa tal-mandati ta“ debiti diretti eżistenti fl-iskema ta” Debiti Diretti tas-SEPA; jenfasizza li t-tranżizzjoni mill-iskemi eżistenti ta“ debiti diretti għall-iskema ta” Debiti Diretti SEPA m'għandhiex toħloq aktar piż lill-konsumaturi;

10.  Jinsisti li l-konsumaturi għandhom ikunu informati b'mod ċar dwar id-differenzi bejn l-iskema ta“ qabel u l-iskema l-ġdida;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-migrazzjoni tal-istrumenti tas-SEPA u tiżgura li din ma tirriżultax f'sistema ta“ pagamenti iktar għalja għaċ-ċittadini tal-UE;

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.
(2) Testi adottati, P6_TA(2009)0139.
(3) ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11


Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA)
PDF 290kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar it-trasparenza u s-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tal-ACTA
P7_TA(2010)0058RC-B7-0154/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Trattat FUE),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta“ Frar 2010 dwar Ftehim ta” Qafas rivedut bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għall-perjodu leġiżlattiv li jmiss(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta“ Marzu 2009 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid), li għandha titqies bħala l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari (2) (COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD)),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta“ Diċembru 2008 dwar l-impatt tal-iffalsifikar fuq il-kummerċ internazzjonali(3),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-22 ta“ Frar 2010 dwar in-negozjati li qed isiru bħalissa mill-Unjoni Ewropea rigward Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Iffalsifikar (ACTA),

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta“ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta” Novembru 2009,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta“ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi fl-2008 l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi l-oħra tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) bdew in-negozjati dwar ftehim ġdid plurilaterali li jsaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet ta“ proprjetà intelletwali (IPR) u jiġġieled kontra l-iffalsifikar u l-piraterija (Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-iffalsifikar - ACTA) u ftehmu b'mod konġunt dwar klawsola ta” kunfidenzjalità,

B.   billi fir-rapport tiegħu tal-11 ta“ Marzu 2009, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex ”immedjatament tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti kollha relatati man-negozjati li għadhom għaddejjin dwar il-Ftehim kummerċjali dwar il-ġlieda kontra l-iffalsifikar (ACTA)“,

C.   billi fis-27 ta“ Jannar 2010, il-Kummissjoni tat assigurazzjonijiet dwar l-impenn tagħha għal assoċjazzjoni msaħħa mal-Parlament, b'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta” Frar 2010 dwar Ftehim ta“ Qafas rivedut mal-Kummissjoni li talab li jkun hemm ”l-għoti immedjat u sħiħ ta“ informazzjoni lill-Parlament f'kull stadju tan-negozjati dwar ftehimiet internazzjonali, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet ta” kummerċ u negozjati oħra li jinvolvu l-proċedura ta“ kunsens, (...) b'tali mod li jingħata effett sħiħ lill-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE”,

D.   billi rappreżentanti tal-Kunsill attendew rawnds ta“ negozjati tal-ACTA flimkien ma” rappreżentanti tal-Kummissjoni,

E.   billi l-Kummissjoni, bħala l-gwardjana tat-Trattati, hija obbligata li tara li jiġi osservat l-acquis communautaire meta jiġu nnegozjati ftehimiet internazzjonali li jaffettwaw il-leġiżlazzjoni fl-UE,

F.   billi, skont dokumenti li ġew żvelati, in-negozjati tal-ACTA jinkludu, fost affarijiet oħra, leġiżlazzjoni pendenti tal-UE dwar l-infurzar tal-IPR 2005/0127(COD) – Miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPRED-II)) u l-hekk imsejjaħ “Pakkett Telecom”, u dwar leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fir-rigward tal-kummerċ elettroniku u l-protezzjoni tad-data,

G.   billi l-isforzi li qed tagħmel bħalissa l-UE biex tarmonizza l-miżuri ta“ infurzar tal-IPRs m'għandhomx jiġu evitati minn negozjati kummerċjali li jaqgħu barra mill-ambitu tal-proċess normali tat-teħid ta” deċiżjonijiet tal-UE,

H.   billi huwa kruċjali li jkun żgurat li l-iżvilupp ta“ miżuri ta” infurzar tal-IPR iseħħ b'mod li ma jimpedixxix l-innovazzjoni jew il-kompetizzjoni, ma jdgħajjifx il-limitazzjonijiet tal-IPR u l-protezzjoni tad-data personali, ma jirrestrinġix il-fluss ħieles tal-informazzjoni u ma jtaqqalx bla bżonn il-kummerċ leġittimu,

I.   billi kwalunkwe ftehim li jintlaħaq mill-Unjoni Ewropea dwar l-ACTA għandu jkun konformi mal-obbligi legali imposti fuq l-UE fir-rigward tal-liġi tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data, kif stabbilit b'mod partikolari fid-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u fil-każistika stabbilita tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE),

J.   billi t-Trattat ta“ Lisbona ilu fis-seħħ mill-1 ta” Diċembru 2009,

K.   billi, b'riżultat tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona, il-Parlament se jkollu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-test tat-Trattat tal-ACTA, qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu fl-UE,

L.   billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi informazzjoni immedjata u sħiħa lill-Parlament f'kull stadju tan-negozjati dwar il-ftehimiet internazzjonali,

1.  Jinnota li, mill-1 ta“ Diċembru 2009, il-Kummissjoni kellha u għandha l-obbligu legali li immedjatament u bis-sħiħ tinforma lill-Parlament Ewropew fl-istadji kollha tan-negozjati internazzjonali;

2.  Jesprimi l-akbar tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta“ proċess trasparenti fit-twettiq tan-negozjati tal-ACTA, qagħda li tmur kontra sew it-test kif ukoll l-ispirtu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE; jinsab ferm imħasseb li ma ġiet stabbilita l-ebda bażi legali qabel il-bidu tan-negozjati tal-ACTA u li ma ntalbitx l-approvazzjoni parlamentari għall-mandat ta” negozjati;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jagħtu aċċess pubbliku u parlamentari għat-testi u s-sommarji tan-negozjati tal-ACTA, bi qbil mat-Trattat u mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta“ Mejju 2001 dwar l-aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu impenn proattiv mal-imsieħba fin-negozjati tal-ACTA biex jiġu eliminati negozjati ulterjuri kunfidenzjali b'mod awtomatiku, u biex jinfurmaw lill-Parlament bis-sħiħ u fi żmien utli dwar l-inizjattivi li jkunu se jittieħdu f'dan ir-rigward; jistenna li l-Kummissjoni tagħmel proposti qabel ir-rawnd li jmiss ta“ negozjati fi New Zealand f'April 2010, biex titlob li l-kwistjoni tat-trasparenza titqiegħed fuq l-aġenda ta” dik il-laqgħa u li l-Parlament jiġi infurmat dwar l-eżitu ta“ dan ir-rawnd immedjatament hekk kif jintemm;

5.  Jenfasizza li, sakemm il-Parlament ma jkunx mgħarraf immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tan-negozjati, jirriżerva d-dritt li jieħu azzjoni xierqa, inkluż li jressaq il-kwistjoni quddiem il-QĠUE bil-għan li jiġu salvagwardjati l-prerogattivi tiegħu;

6.  Jiddispjaċih dwar l-għażla kkalkulata tal-partijiet li ma jinnegozjawx permezz ta“ korpi internazzjonali stabbiliti sew, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li għandhom oqfsa stabbiliti ta” informazzjoni pubblika u konsultazzjonijiet;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni tal-impatt tal-implimentazzjoni tal-ACTA fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u tal-protezzjoni tad-data, tal-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiġu armonizzati l-miżuri ta“ infurzar tal-IPR u tal-kummerċ elettroniku, qabel ma jintlaħaq kwalunkwe ftehim tal-UE dwar test konsolidat tal-ACTA, u biex tikkonsulta mal-Parlament fi żmien utli dwar ir-riżultati ta” din l-evalwazzjoni;

8.  Jilqa“ l-affermazzjonijiet tal-Kummissjoni li kwalunkwe ftehim tal-ACTA se jkun limitat għall-infurzar tal-IPRs eżistenti, bla ebda preġudizzju għall-iżvilupp tal-liġi sostantiva dwar il-proprjetà intelletwali fl-Unjoni Ewropea;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tillimita n-negozjati dwar l-ACTA għas-sistema eżistenti ta“ infurzar tal-IPR kontra l-iffalsifikar; iqis li negozjati ulterjuri tal-ACTA għandhom jinkludu għadd ikbar ta” pajjiżi li qed jiżviluppaw u ta“ pajjiżi emerġenti, sabiex jintlaħaq livell multilaterali possibbli ta” negozjati;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-ACTA – speċjalment dawk dwar proċeduri ta“ infurzar tad-drittijiet tal-awtur fl-ambjent diġitali – ikun konformi għalkollox mal-acquis communautaire; jitlob li ma jitwettaq l-ebda tiftix ta” natura personali fil-fruntieri tal-UE u li tingħata kjarifika sħiħa ta“ kwalunkwe klawsola li tippermetti tiftix mingħajr mandat u konfiska ta” tagħmir ta“ ħażna tal-informazzjoni bħal kompjuters portabbli, telefowns ċellulari u MP3 plejers minn awtoritajiet tal-fruntieri u tad-dwana;

11.  Iqis li sabiex ikun hemm rispett tad-drittijiet fundamentali, bħad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u d-dritt għall-privatezza, filwaqt li jiġi osservat bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-ftehim propost m'għandux jagħmilha possibbli li jiġu imposti l-hekk imsejħa proċeduri tat-tliet daqqiet (“three-strikes” procedures), f'konformità sħiħa mad-deċiżjoni tal-Parlament dwar l-Artikolu 1.1b fid-Direttiva li temenda 2009/140/KE li titlob li jiddaħħal paragrafu 3a ġdid fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/21/KE dwar il-kwistjoni tal-politika tat-tliet daqqiet; iqis li kull ftehim għandu jkun jinkludi stipulazzjoni li l-għeluq ta“ aċċess għall-internet ta” individwu għandu jkun soġġett għal eżami preċedenti minn qorti;

12.  Jenfasizza li l-privatezza u l-protezzjoni tad-data huma valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea, rikonoxxuti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li għandhom jiġu rispettati fil-politiki u r-regoli kollha adottati mill-UE skont l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE;

13.  Jirrimarka li d-dispożizzjonijiet tal-ACTA, partikolarment il-miżuri bl-għan li jissaħħu s-setgħat għal spezzjonijiet transkonfinali u għall-konfiska tal-beni, m'għandhomx jaffettwaw l-aċċess globali għal prodotti mediċinali leġittimi, mhux għaljin u siguri – inklużi prodotti innovattivi u ġeneriċi – bl-iskuża tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-istati li huma partijiet fin-negozjati tal-ACTA.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0009.
(2) Testi adottati, P6_TA(2009)0114.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0634.


Regolament li japplika skema ta“ preferenzi tariffarji ġeneralizzati
PDF 208kWORD 43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar ir-Regolament li japplika skema ta” preferenzi ġeneralizzati ta“ tariffi
P7_TA(2010)0059RC-B7-0181/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b'mod partikolari l-klawsola awtorizzanti tal-1979,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-5 ta“ Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li japplika skema ta” preferenzi ġeneralizzati ta“ tariffi għall-perjodu mill-1 ta” Jannar 2009 sal-31 ta“ Diċembru 2011 (2007/0289(CNS)),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta“ Lulju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi l-“klawżola awtorizzanti” hija l-bażi legali tad-WTO għas-sistema ġeneralizzata ta“ preferenzi (GSP),

B.   billi sa mill-1971 il-Komunità kkonċediet preferenzi kummerċjali lill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, fi ħdan l-iskema tagħha ta“ preferenzi ġeneralizzati ta” tariffi,

C.   billi l-Parlament ġie kkonsultat dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill dwar il-GSP għall-perjodu mill-1 ta“ Jannar 2009 sal-31 ta” Diċembru 2011 (COM(2007)0857),

D.   billi t-Trattat ta“ Lisbona daħal fis-seħħ fl-1 ta” Diċembru 2009,

E.   billi, skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu V tat-TUE, l-azzjoni tal-UE fix-xena internazzjonali għandha tiġi ggwidata mill-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għandha trawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan prinċipali li teqred il-faqar,

F.   billi, skont l-Artikolu 207 tat-TFUE, il-Parlament u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta“ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (OLP), għandhom jadottaw il-miżuri li jiddefinixxu l-qafas għall-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni,

1.  Jagħraf l-importanza tal-GSP, li tippermetti lill-pajjiżi żviluppati biex joffru trattament preferenzjali mhux reċiproku fir-rigward tal-prodotti ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

2.  Jinnota li l-ħolqien tal-GSP mill-Komunità Ewoprea fl-1971 kien ġie ppreżentat bħala strument għas-sejba ta“ soluzzjoni tal-iżbilanċi tal-kummerċ bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw u kienet mistennija tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom; iqis li dan kien strument kummerċjali tal-KE u l-UE għall-assistenza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jiġġenera dħul permezz ta” kummerċ internazzjonali, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba tagħhom;

3.  Jinnota li r-regolament attwali tal-GSP se jiskadi fil-31 ta“ Diċembru 2011; għalhekk, filwaqt li jqis il-ħin meħtieġ għall-adozzjoni ta” regolament ġdid taħt l-OLP, jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi regolament tal-GSP rivedut lill-Parlament u lill-Kunsill sal-1 ta“ Ġunju 2010;

4.  Iqis li l-preferenzi mogħtija taħt il-GSP għandhom jiġu mmirati lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li l-iktar jeħtieġuhom, sabiex il-lista ġdida tal-pajjiżi benefiċjarji tkun tirrifletti s-sitwazzjoni ekonomika attwali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

5.  Jenfasizza li l-pajjiżi kollha li jibbenefikaw mill-iskema tal-GSP+ għandhom, skont l-Artikolu 15(1), mhux biss jirratifikaw iżda jimplimentaw ukoll b'mod effettiv is-27 konvenzjoni tal-ILO kif ukoll tan-NU mniżżla fl-Anness III tar-Regolament tal-GSP;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa għal iktar trasparenza u responsabbiltà demokratika għal kif jinbdew u jitwettqu l-proċessi ta“ investigazzjoni; għalhekk jitlob li jkun infurmat bi sħiħ u involut bix-xieraq mill-Kummissjoni fid-diversi stadji tal-proċeduri tal-GSP u l-GSP+, inkluż rigward il-proposta tal-Kunsill dwar il-listi tal-pajjiżi benefiċjarji;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka u jistieden lill-Gvern tas-Sri Lanka biex jirreaġixxi malajr biex iġib għan-normal is-sitwazzjoni fil-pajjiż qabel ma ssir l-implimentazzjoni attwali tas-sospensjoni tal-GSP+;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kolombja u biex tirrapporta lill-Parlament;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex issegwi politika koerenti dwar il-GSP+ (Sistema ta“ Preferenzi Ġeneralizzati +), b'mod partikolari meta tkun qed tindirizza l-possibilità tas-sospensjoni tal-iskema fil-każ ta” vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u biex tinvolvi għalkollox lill-Parlament Ewropew fil-proċess;

10.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – qabel ma r-Regolament attwali ma jibqax japplika u qabel ma tibda d-diskussjoni dwar ir-Regolament il-ġdid – b'rapport dwar l-istat ta“ ratifikazzjoni u implimentazzjoni tas-27 konvenzjoni abbażi ta” kull pajjiż li jibbenefika mill-arranġamenti ta“ inċentiva speċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi, fir-regolament tal-GSP rivedut tagħha, l-entitajiet ta” monitoraġġ li għandhom jirrakkomandaw jekk għandhomx jittieħdu passi addizzjonali għall-implimentazzjoni effettiva ta“ konvenzjoni minn pajjiż speċifiku; f'dak ir-rapport jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-effikaċja tal-arranġamenti ta” inċentiv speċjali biex jilħqu l-għan tagħhom jirrakkomanda, fejn ikun xieraq, ir-reviżjoni tal-Anness III;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, fir-regolament tal-GSP rivedut tagħha, tipprovdi għal valutazzjoni regolari, minn kull pajjiż benefiċjarju, tal-konformità mal-impenji tiegħu skont il-GSP+ u b'hekk jiżgura li ma tapplika l-ebda raġuni stipulata fl-Artikolu 15(1) u (2) u l-Artikolu 16(1) u (2) għall-irtirar temporanju tal-arranġamenti preferenzjali; jitlob li r-rapport annwali jintbagħat lill-Parlament u lill-Kunsill;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, qabel ma tirrevedi s-sistema, twettaq valutazzjoni tal-impatt tal-effetti tal-GSP fil-perjodu bejn l-1 ta“ Jannar 2006 u l-31 ta” Diċembru 2009 u biex tevalwa kif l-għanijiet inizjali ntlaħqu fir-rigward tal-indikaturi soċjoekonomiċi speċifiċi rilevanti għal kull pajjiż u, b'mod partikolari, it-tnaqqis tal-faqar; jiddikjara li, sussegwentement, l-istudju għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill; jiddikjara li l-proposta l-ġdida għal regolament tal-GSP rivedut għandha tqis bix-xieraq ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill- Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


Rapport annwali 2008 dwar il-PESK
PDF 479kWORD 154k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar ir-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta” Sigurtà Komuni (PESK) fl-2008, ippreżentat lill-Parlament Ewropew b'applikazzjoni tal-Parti II, Taqsima G, paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta“ Mejju 2006 (2009/2057(INI))
P7_TA(2010)0060A7-0023/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-Politika Estera u ta“ Sigurtà Komuni (PESK) fl-2008, ippreżentat lill-Parlament Ewropew b'applikazzjoni tal-Parti II, Taqsima G, Paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta” Mejju 2006(1),

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta“ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif emendat, bit-titolu ”Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u Dispożizzjonijiet Speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta“ Sigurtà Komuni”,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà (ESS) adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta“ Diċembru 2003 u r-Rapport dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà adottat fil-11 ta” Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali msemmi hawn fuq, tas-17 ta“ Mejju 2006, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti annwali tal-PESK tal-2006 u tal-2007, tal-5 ta“ Ġunju 2008(2) u d-19 ta“ Frar 2009(3) rispettivament,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta“ Ottubru 2009 dwar l-aspetti istituzzjonali tal-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Barranija(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 119(1) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0023/2010),

A.   billi r-rwol tal-Unjoni Ewropea bħala attur globali żdied tul dawn l-aħħar deċennji u billi jinħtieġu approċċ ġdid u aktar mezzi finanzjarji jekk l-UE għandha taġixxi b'mod kollettiv u taffronta l-isfidi globali b'mod demokratiku, koerenti, konsistenti u effiċjenti,

B.   billi l-Unjoni Ewropea, fir-relazzjonijiet tagħha fid-dinja usa“, għandha tiżviluppa aktar l-għanijiet tagħha tal-politika barranija, issostni u tippromwovi l-valuri u l-interessi tagħha, tikkontribwixxi għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħha u tavvanza dawn il-valuri madwar id-dinja bil-għan li jikkontribwixxu għall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta, is-solidarjetà u r-rispett reċiproku bejn il-popli, il-kummerċ ħieles u ġust, il-qerda tal-faqar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tat-tfal, kif ukoll l-osservanza stretta u l-iżvilupp tal-liġi internazzjonali, inkluż ir-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, billi l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, għandha tkun fiċ-ċentru tal-azzjoni esterna tal-UE u billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali issa hija vinkolanti fuq l-attivitajiet esterni tal-UE,

C.   billi t-Trattat ta“ Lisbona jintroduċi dimensjoni ġdida għall-azzjoni esterna tal-Unjoni kollha kemm hi, inkluża l-PESK, li flimkien mal-personalità legali tal-UE u l-innovazzjonijiet istituzzjonali relevanti, b'mod partikolari l-ħolqien tal-uffiċċju tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta” Sigurtà (“il-Viċi President/Rappreżentant Għoli”) u t-twaqqif tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), jista“ jkun fattur deċiżiv fil-koerenza, konsistenza u effikaċja tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u jista” jtejjeb b'mod sinifikanti s-setgħa ta“ tiswir tagħha fix-xena internazzjonali,

D.   billi jinħtieġu aktar sforzi sabiex titjieb it-tempestività tar-reazzjoni tal-UE għal kriżijiet politiċi u kunflitti reġjonali; billi l-mekkaniżmi attwali ta“ finanzjament u ta” teħid ta“ deċiżjonijiet jistgħu jfixklu reazzjonijiet komprensivi u tempestivi u billi jridu jinstabu modi kif tkun limitata aktar u kif tingħeleb ir-regola tal-unanimità,

E.   billi huwa essenzjali li jiġu identifikati korrettement, u li ssir azzjoni skont, l-interessi Ewropej komuni biex jintlaħqu l-objettivi tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni u b'mod partikolari dawk tal-Politika Estera u ta“ Sigurtà Komuni (PESK); billi huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-politiki kollha deċiżi u l-azzjonijiet meħuda jkunu skont il-liġi internazzjonali, inklużi l-prinċipji stipulati fil-Karta tan-NU,

F.   billi l-promozzjoni tal-paċi, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt fid-dinja kollha hija l-għan ċentrali tal-politiki esterni tal-UE,

G.   billi t-Trattat ta“ Lisbona jagħti mandat lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex tassisti lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw il-konsistenza bejn l-oqsma differenti ta” azzjoni esterna u bejn dawn u l-oqsma l-oħra tal-politika tal-Unjoni,

H.   billi sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona, l-Unjoni Ewropea teżerċita l-istess drittijiet u tassumi l-istess obbligi tal-Komunità Ewropea filwaqt li tkompli teżerċita d-drittijiet eżistenti u tassumi l-obbligi tal-UE,

I.   billi l-isfidi ġodda relatati mas-sigurtà jirrikjedu li ssir enfasi aktar b'saħħitha fuq it-tisħiħ, it-taħlit u l-ibbilanċjar ta“ strumenti differenti ċivili u militari fl-ispektrum kollu tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tas-soluzzjoni tal-kunflitti, tal-ġestjoni tal-kriżijiet u tal-attivitajiet għall-bini tal-paċi,

J.   billi xi 10 snin wara t-tnedija tal-Politika Ewropea ta“ Sigurtà u Difiża (PESD), li matulhom madwar 23 missjoni ntbagħtu f'żoni ta” kriżi, jeħtieġ li jitjiebu l-kapaċitajiet militari u ċivili u jiġu kkonsolidati l-istrutturi sabiex b'mod adegwat jirriflettu r-rwol tal-Politika Komuni ta“ Difiża u Sigurtà(PSDK) fl-appoġġ għall-PESK u għall-għoti tas-sigurtà internazzjonali,

Prinċipji tal-azzjoni esterna Ewropea

1.   Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u lis-servizzi tagħha sabiex jiżviluppaw – bil-għan li japprofondixxu l-ħsieb strateġiku kollettiv tal-Unjoni – strateġija koerenti għall-politika estera tal-UE msejsa fuq l-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat UE; huwa tal-fehma li strateġija bħal din għandha tidentifika b'mod ċar l-interessi tas-sigurtà komuni tal-UE u b'hekk isservi bħala qafas ta“ referenza għat-tfassil tal-politika kif ukoll għall-formulazzjoni, il-finanzjament, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-azzjoni esterna tal-UE; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għolja biex tassoċja b'mod sħiħ korpi rilevanti tal-Parlament Ewropew fi sforzi ta” dan it-tip; jemmen li l-kunċetti tas-Sigurtà tal-Bniedem kif definiti mir-Rapport Madrid tal-2007 tal-Grupp ta“ Studju dwar is-Sigurtà tal-Bniedem, u r-Responsabbiltà tal-Ħarsien, kif definita mid-Dokument ta” Eżitu tas-Samit Dinji tal-2005, għandhom isiru tnejn mill-prinċipji li jiggwidawha;

Ir-Rapport Annwali tal-Kunsill tal-2008 dwar il-PESK

2.  Jilqa“ b'sodisfazzjon l-ambizzjoni tal-Kunsill li jadotta approċċ aktar strateġiku, imsejjes fuq temi u razzjonalizzat għal kwistjonijiet ta” PESK meta jkun qed ifassal ir-rapport annwali tiegħu għall-2008; ifaħħar ukoll l-introduzzjoni mill-Kunsill ta“ struttura aktar trasparenti, b'kapitoli ewlenin dwar l-attivitajiet tal-passat u, b'mod partikolari, il-prospettivi ġejjiena fil-qasam tal-PESK; jinnota wkoll it-titjib fir-rapport rigward l-elaborazzjoni tal-kuntest reġjonali tal-azzjoni esterni;

3.   Jenfasizza għal darba oħra li l-kamp ta“ applikazzjoni tar-rapport m'għandux ikun limitat sempliċiment għal deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-PESK iżda għandu jipprovdi l-opportunità li jiġi stabbilit djalogu mal-Parlament Ewropew bil għan li jkun żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-PESK; jirrakkomanda li r-rapport annwali tal-PESK għandu jinbidel f'rapport annwali li jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-politika estera tal-UE, filwaqt li jevalwa l-effikaċja tagħha u jagħti stampa ġenerali tad-direzzjoni ġejjiena tagħha; jirrakkomanda barra minn hekk, li ssir aktar referenza għall-ħtiġijiet baġitarji u l-impatt finanzjarji tal-azzjoni esterni f'rappurtar ta” dan it-tip;

4.  Jemmen fil-valur miżjud ta“ strateġija aktar estensiva u komprensiva fil-kuntest tar-rapporti annwali tal-PESK u speċifikament il-kapitoli tagħhom dwar il-gruppi u l-imsieħba reġjonali kif ukoll dwar l-interkonnessjonijiet bejn il-missjonijiet tal-PESK/PSDK u strumenti oħra li jippromwovu r-rwol tal-UE bħala parteċipant globali; perspettiva bħal din għandha, fost affarijiet oħra, tagħti ħarsa ġenerali aħjar tal-kontribuzzjoni totali mill-baġit tal-UE f'reġjun partikolari;

5.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li, sabiex titjieb il-leġittimità demokratika tal-PESK, il-korpi kompetenti tal-Parlament għandhom jiġu kkonsultati dwar it-tnedija ta“ missjonijiet tal-PSDK u li d-deċiżjonijiet fejn ikun xieraq għandhom iqisu l-pożizzjonijiet adottati mill-Parlament u jinkludu referenzi għalihom; iqis li konsultazzjoni tali għandha tinkludi tagħrif dwar ir-raġunijiet tal-azzjonijiet meħuda u spjegazzjoni dwar kif il-missjoni tirrelata mal-azzjonijiet relevanti tal-UE u dawk internazzjonali, l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha u l-mod ta” kif tinteraġixxi mal-istrumenti l-oħra tal-UE;

Implikazzjonijiet tat-Trattat ta“ Lisbona

6.  Jilqa“ b'sodisfazzjon ir-ratifika u d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona, li jagħti lill-UE l-għodda sabiex tkompli ttejjeb l-irwol u l-viżibilità tagħha fix-xena internazzjonali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-irwol fundamentali ta“ kull Stat Membru, tal-Kunsill u tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli l-ġdida biex id-dispożizzjonijiet bil-miktub tat-Trattat jissarrfu f'fatti reali u azzjoni sostanzjali permezz tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet tal-UE mal-imsieħba strateġiċi tagħha u l-konsolidazzjoni tat-tmexxija tagħha fil-fora multilaterali; jenfasizza l-importanza tad-dispożizzjoni tat-Trattat li tgħid li l-kompetenza tal-Unjoni fil-qasam tal-PESK issa se jkopri l-oqsma kollha tal-politika barranija u l-kwistjonijiet kollha relatati mas-sigurtà tal-Unjoni, inkluż it-tfassil progressiv ta” politika tad-difiża komuni, li tista“ twassal għal difiża komuni;

7.  Jinnota li l-President tal-Kunsill Ewropew “fil-livell tiegħu u f'dik il-kapaċità, għandu jiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika barranija u ta” sigurtà tagħha“; madankollu, iwissi li dan għandu jsir bla ħsara għas-setgħat tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, u b'rikonoxximent sħiħ tal-irwol ewlieni tal-Kummissjoni, mhux biss fl-istabbiliment u ż-żamma tal-acquis communautaire fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni, iżda anke fl-iżgurar tar-rappreżentanza esterna tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-PESK;

8.  Jilqa“ b'sodisfazzjon ir-rwol tal-Viċi President/tar-Rappreżentant Għoli li tippresiedi l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin u l-fatt li r-rappreżnetant tagħha se jippresiedi l-Kumitat Politiku u ta” Sigurtà (KPS); jistenna li dawn il-funzjoniiet ġodda jikkonsolidaw il-kuntatti interkostituzzjonali u jrawmu djalogu aktar stabbli bejn l-istituzzjonijiet; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex tibni fuq l-esperjenza tal-preżenza perjodika tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni fil-Parlament waqt il-plenarja u fil-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, u fuq il-prattika ta“ laqgħat informali, sabiex jiżdiedu u jiġu żviluppati konsultazzjonijiet regolari, sistematiċi u sostantivi mal-Parlament u mal-korpi kompetenti tiegħu;

9.  Hu tal-fehma li l-fużjoni tal-pilastri intergovernattivi u dawk Komunitarji fil-kariga waħdanija tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, li hu suġġett għal vot ta“ kunsens kollettiv mill-Parlament Ewropew, tista” żżid il-leġittimità tal-attivitajiet tal-PESK sakemm jinħoloq djalogu strateġiku kontinwu bl-istess kundizzjonijiet bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-livelli kollha;

10.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Istati Membri għandhom jaħdmu fi spirtu ta“ solidarjetà politika reċiproka sabiex jinkiseb livell ta” konverġenza dejjem akbar tal-azzjonijiet fil-qasam tal-PESK;

11.  Itenni li, sabiex ikun possibbli għall-UE li jkollha sehem attiv fid-dinja, jeħtieġ li jkunu allokati biżżejjed fondi fil-baġit tal-UE; jiddispjaċih li l-baġit relevanti għad m'għandux fondi biżżejjed u jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-konsegwenzi tal-finanzjament insuffiċjenti għall-ħila tal-Unjoni li twettaq politika barranija kredibbli u proattiva; jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni tingħata l-mezzi finanzjarji meħtieġa għal reazzjoni konsistenti u adegwata għal sfidi dinjija mhux previsti u, f'dan is-sens, jistenna b'ħerqa li jiġi kkonsultat dwar il-proċeduri u li jiġi involut bis-sħiħ fil-proċeduri għall-għoti ta“ aċċess rapidu għal approprjazzjonijiet fil-baġit tal-Unjoni għal finanzjament urġenti tal-inizjattivi tal-PESK; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Gholi biex fl-istess ħin tiżviluppa strateġija ta” komunikazzjoni effettiva li tinforma aħjar liċ-ċittadini tal-UE dwar l-iskopijiet u l-merti tal-PESK u, f'dan ir-rigward, itenni bil-qawwa l-importanza tal-leġittimità demokratika u l-iskrutinju tal-politika barranija u ta“ sigurtà tal-Unjoni Ewropea;

12.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta“ trasparenza u informazzjoni fir-rigward tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-UE li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta” difiża, peress li l-mekkaniżmu Athena ma jippermettix, evidentement, li tinkiseb perspettiva ġenerali tal-implikazzjonijiet finanzjarji kollha tal-missjonijiet imwettqa taħt il-PESK; jilqa“ b'sodisfazzjon, għalhekk, it-twaqqif tal-fond ta” tnedija skont l-Artikolu 41(3) tat-Trattat UE u jitlob li jiġi kkonsultat dwar il-ġestjoni tiegħu, f'konformità mal-prerogattivi ġenerali tal-PE dwar il-PESK u l-PSDK kif definiti fl-Artikolu 36 tat-Trattat UE; jirrimarka li parteċipazzjoni akbar mill-Parlament fid-definizzjoni, il-monitoraġġ u s-segwitu tal-PESK tirriżulta kemm mill-interkonnessjoni bejn il-PESK u l-PSDK, kif enfasizzat fl-Artikolu 42 tat-Trattat UE, kif ukoll mill-iskrutinju parlamentari msaħħaħ fil-livell nazzjonali u Ewropew kif imniżżel fil-Protokoll Nru 1 tiegħu;

13.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jaħtfu l-opportunità offruta mit-twaqqif tal-SEAE biex tinħoloq politika barranija aktar koerenti, konsistenti u effettiva; f'dan ir-rigward, jistenna li l-valuri u l-objettivi bażiċi tal-politika barranija tal-Unjoni bħar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni ta“ dawn id-drittijiet, kif imħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li issa hija legalment vinkolanti, kif ukoll il-prijoritajiet tal-politika barranija tal-Unjoni bħall-immaniġġjar ta” kriżi u l-iżvilupp tal-paċi, jiġu riflessi kif xieraq fl-istruttura tal-SEAE, anke fil-qasam tar-riżorsi umani; itenni li t-twaqqif u l-operat tal-SEAE jrid jippreserva d-drittijiet ta“ skrutinju demokratiku u baġitarju tal-Parlament Ewropew;

14.  Jinnota li t-Trattat ta“ Lisbona għandu implikazzjonijiet sostanzjali għall-PESK billi jorganizza mill-ġdid ir-responsabbiltajiet amministrattivi, u għaldaqstant jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw li l-ekonomiji ta” skala f'termini ta“ strutturi ta” appoġġ iwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż amministrattivi;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita aktar ċarezza dwar il-kriterji għall-ħatra u l-evalwazzjoni tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE), filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu wkoll il-ħtieġa għal rappreżentanza biżżejjed taż-żewġ sessi; ifakkar li bħalissa l-Parlament m'għandu l-ebda mezz kif jikkontesta mandat individwali ta“ RSUE, peress li l-approprjazzjonijiet għall-eżerċizzju ta” mandat bħal dan huma inklużi fl-Artikolu 19 03 06, li jkopri l-mandati kollha tar-RSUE; jitlob, għalhekk, li jkun hemm skrutinju parlamentari akbar u kontroll fuq il-ħatriet tar-RSUE; iqis li r-RSUE relevanti għandhom b'mod gradwali jitneħħew filwaqt li l-funzjonijiet tagħhom jistgħu jitwettqu mill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE bbażati fil-pajjiżi filwaqt li r-RSUE b'responsabilitajiet reġjonali jridu jikkoordinaw u jipprovdu gwida politika lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE taħt l-awtorità tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli fil-pajjiżi konċernati sabiex tkun żgurata azzjoni esterna Ewropea koerenti u konsistenti; jinnota li mandat doppju (double-hatting) huwa, f'dan ir-rigward, l-ewwel – iżda mhux l-uniku – pass li hemm bżonn jittieħed sabiex jinħolqu ekonomiji ta“ skala u l-PESK issir aktar effiċjenti; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex tieħu passi bil-għan li tagħti lir-RSUE l-kompitu li jikkoordinaw u jipprovdu gwida politika anke rigward il-missjoni tal-PSDK fil-mandat tagħhom;

16.  Jitlob lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex tikkonsulta l-kumitat relevanti tal-Parlament dwar ħatriet li tagħmel għal karigi għolja fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), inklużi r-RSUE; huwa determinat li jistieden lil ċerti RSUE u Kapijiet ta“ Delegazzjoni jidhru quddiem il-kumitat wara li jinħatru;

17.  Jinnota li t-Trattat ta“ Lisbona jinkludi proċeduri finanzjarji ġodda għall-PESK, isaħħaħ id-djalogu bejn il-Kunsill u l-Parlament dwar il-PESK billi jintroduċi żewġ dibattiti annwali li għandhom isiru mal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, u jiddeskrivi r-rwol u r-responsabilitajiet tal-Parlament f'relazzjoni mal-PSDK; jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm reviżjoni tal-ftehimiet interistituzzjonali eżistenti, bl-involviment tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni bla skossi u effiċjenti tal-proċeduri baġitarji, konsultattivi u ta” sorveljanza għall-PESK u l-PSDK u sabiex jitjieb l-aċċess għal informazzjoni sensittiva; jiġbed attenzjoni partikulari, f'dan ir-rigward, għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta“ Mejju 2006, imsemmi hawn fuq, u għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta” Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal Informazzjoni Sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża(5); ifisser id-determinazzjoni tiegħu li jeżerċita s-setgħa baġitarja u l-iskrutinju demokratiku tiegħu fir-rigward tal-PESK b'rabta mal-innovazzjonijiet istituzzjonali kollha, inklużi l-arranġamenti ta“ finanzjament għall-SEAE;

18.  Jinnota li t-Trattat ta“ Lisbona jestendi l-proċedura ta” kunsens għall-ftehimiet kollha marbuta mal-oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jsaħħaħ id-dritt tal-Parlament li jinżamm informat kif xieraq mill-Kummissjoni dwar il-progress tan-negozjati ta“ ftehimiet internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 218 tat-Trattat FUE; għalhekk jikkunsidra li n-negozjar ta” Ftehim Interistituzzjonali ġdid mal-Parlament għandu jitqies sabiex il-Parlament jingħata definizzjoni sostantiva tal-involviment tiegħu f'kull stadju tan-negozjati li jwasslu għall-konklużjoni ta“ ftehim internazzjonali;

19.  Iħeġġeġ lill-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin biex jaġixxi permezz ta“ votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (QMV) kull meta t-Trattat jistipula li għandu jsir hekk;

20.  Hu tal-fehma li l-Artikoli 42(2) u (7) tat-Trattat UE flimkien mal-Artikolu 10 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, jinvalida l-funzjonijiet residwi tal-Unjoni Ewropea tal-Punent; għaldaqstant jistieden lill-Istati Membri konċernati tal-UE sabiex jaġixxu skont l-Artikolu XII tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea tal-Punent u sabiex jagħtu preavviż ta“ sena tal-intenzjoni tagħhom li joħorġu mit-Trattat; ifakkar li d-dritt ta” skrutinju parlamentari fuq attivitajiet tal-PESK u tal-PSDK hu tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE;

Kwistjonijiet tal-PESK ta“ natura tematika

21.  Għadu mħasseb dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-kriżijiet ripetuti tal-gass bħall-kriżi Russja-Ukraina ta“ Jannar 2009, li enfasizzat id-dipendenza dejjem akbar tal-UE f'termini ta” enerġija fuq is-sorsi tal-provvista u r-rotot ta“ tranżitu; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi evitata d-dipendenza enerġetika tal-UE fuq pajjiżi terżi, li ddgħajjef l-indipendenza tal-politika barranija tal-UE; ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-isfidi enerġetiċi permezz tal-implimentazzjoni ta” politika tal-enerġija esterna Ewropea komuni; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex issegwi b'determinazzjoni r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament għall-iżvilupp ta“ politika koerenti u koordinata, b'mod partikolari billi tippromwovi l-koeżjoni tal-UE fi djalogu kostruttiv mal-fornituri tal-enerġija, b'mod speċjali r-Russja u l-pajjiżi ta” tranżitu, tappoġġja l-prijoritajiet tal-UE rigward l-enerġija u tiddefendi l-interessi komuni tal-Istati Membri, billi tiżviluppa diplomazija enerġetika effettiva u mekkaniżmi aktar effiċjenti biex jirrispondu għal sitwazzjonijiet ta“ kriżi, u, fl-aħħar nett, billi tippromwovi d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, l-użu sostenibbli tal-enerġija u l-iżvilupp tas-sorsi ta” enerġija li tiġġedded; jisħaq fuq il-fatt li huwa biss approċċ komuni tal-UE li jista“ jipprevjeni kull nuqqas fil-ġejjieni fil-provvisti taż-żejt u tal-gass tal-Istati Membri u li jista” jżid is-sigurtà tal-UE kollha fir-rigward tal-enerġija;

22.  Jilqa“ b'sodisfazzjon l-iffirmar tal-ftehim dwar il-proġett Nabucco; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jagħmlu ħilithom sabiex dak il-ftehim ikun implimentat b'suċċess; jenfasizza l-importanza li tkun garantita s-sigurtà enerġetika tal-UE billi jiġi promoss passaġġ fin-Nofsinhar għall-provvista ta” żejt mhux raffinat lill-Ewropa, anke via l-pipeline taż-żejt pan-Ewropew Constanţa–Trieste;

23.  Jemmen li theddidiet u kunflitti potenzjali sinifikanti joħorġu mill-kompetizzjoni intensifikata għall-aċċess għar-riżorsi naturali u enerġetiċi u l-kontroll tagħhom, u konsegwentement li l-UE għandha tiżviluppa b'mod ulterjuri politiki ta“ mitigazzjoni, adattament konservazzjoni tal-enerġija bil-għan li jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà li joħolqu d-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima; jenfasizza f'dan is-sens li l-UE trid issaħħaħ il-pożizzjoni mexxejja tagħha fil-governanza globali tal-klima u tiżviluppa aktar djalogu ma” atturi ewlenin oħra bħall-ekonomiji emerġenti (iċ-Ċina, il-Brażil, ir-Russja, l-Indja), l-Istati Uniti u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, minħabba li t-tibdil fil-klima sar element kruċjali tar-relazzjonijiet internazzjonali;

24.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-fatt li l-Unjoni tibqa“ tikkontribwixxi b'mod attiv u effikaċi sabiex jinstab tarf ta” kwistjonijiet globali, anke permezz tat-tisħiħ tas-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u billi tingħata importanza speċjali lill-konsolidament tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

25.  Jikkummenta dwar l-importanza tal-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-kunflitti, inklużi r-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni ta“ wara l-kunflitti; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tiżviluppa aktar l-istrateġiji preventivi, ittejjeb it-twissija bikrija u ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma” organizzazzjonijiet reġjonali skont il-Karta tan-NU;

26.  Jenfasizza li d-dimensjoni esterna hija kruċjali għall-kisba b'suċċess ta“ Żona Ewropea ta” Libertà, Sigurtà u Ġustizzja; itenni l-importanza ta“ mmaniġġjar tal-immigrazzjoni b'ordni; meta jitqies dan kollu, jilqa” b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Programm ta“ Stokkolma mill-Kunsill Ewropew ta” Diċembru 2009; iqis li huwa essenzjali li tkun żgurata l-kooperazzjoni kemm tal-pajjiżi tal-oriġini kif ukoll tal-pajjiżi tat-tranżitu, kif ukoll li titħeġġeġ attitudni ta“ kooperazzjoni soċjali bl-applikazzjoni ta” politika ta“ kundizzjonalità pożittiva; isemmi l-ħtieġa li tiġi evitata l-immigrazzjoni illegali billi jiġi promoss l-iżvilupp lokali fil-pajjiżi ta” oriġini u jiġu miġġielda l-organizzazzjonijiet kriminali li jittraffikaw fil-persuni; jinsisti li d-dimensjoni esterna taż-Żona Ewropea ta“ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja trid titqies għalkollox fil-politika barranija Ewropea;

27.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet għal monitoraġġ aħjar tal-missjonijiet ċivili u militari tal-Unjoni u sabiex tippermetti li jinstiltu lezzjonijiet mill-mod ta“ kif jitwettqu, sabiex jitjieb l-ippjanar u l-ġestjoni ta” missjonijiet ġejjiena; f'dan ir-rigward, jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta“ approċċ aktar strateġiku għall-missjonijiet tal-PSDK; jissuġġerixxi li l-Laqgħat ta” Konsultazzjoni Konġunta regolari jkollhom ukoll l-għan li jevalwaw is-suċċessi u n-nuqqasijiet ta“ missjonijiet kompluti sabiex jgħinu biex tiġi żviluppata approċċ li jħares ”il quddiem għall-ħtiġijiet tal-futur u li jħaddan l-aspetti kollha (il-finanzi, l-implimentazzjoni, l-organizzazzjoni amministrattiva);

28.  Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jirranġaw l-iżbilanċ fil-kapaċitajiet ta“ ppjanar ċivili u militari fis-Segretarjat tal-Kunsill u biex jipprovdu għadd xieraq ta” staff fl-oqsma tal-ġustizzja, l-amministrazzjoni ċivili, id-dwana u l-medjazzjoni sabiex ikun żgurat li l-missjonijiet tal-PSDK jingħataw għarfien tekniku suffiċjenti u xieraq;

29.  F'dan ir-rigward, jitlob li l-komponent ċivili jkollu staff adegwat u jħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw l-opportunità kbira mogħtija mill-SEAE biex jiġbru flimkien ir-riżorsi disponibbli attwalment sabiex tinkiseb kapaċità ta“ ppjanar tal-immaniġġjar tal-kriżijiet li tkun effikaċi u effiċjenti;

30.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jirduppjaw l-isforzi tagħhom sabiex isibu u jiskjeraw għadd suffiċjenti ta“ persunal adattat, kwalifikat u bbilanċjat mil-lat ta” sessi biex jieħdu sehem fi sforzi ċivili u militari tal-PSDK fid-dinja kollha f'qafas koerenti u kkoordinat sew, anke f'żoni b'ħafna riskju, minħabba li s-suċċess tal-missjonijiet tal-PSDK jiddependi ħafna mill-ħiliet u mill-għarfien ta“ persunal imħarreġ tajjeb; f'dan ir-rigward, jitlob taħriġ komuni tal-persunal tal-missjonijiet tal-PSDK; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi li diġà saru f'termini tal-iżvilupp ta” linji gwida u l-iskambju tal-aħjar prattiki bil-ħsieb li jittejjeb it-taħriġ komuni għall-persunal; hu konvint li iżjed koerenza u koeżjoni fuq il-post fir-rigward tal-persunal se jsaħħu t-tmexxija tal-missjonijiet u jiffaċilitaw ukoll l-issekondar ta“ ċittadini tal-UE, li, minn perspettiva purament baġitarja, aħjar milli jintuża persunal internazzjonali b'kuntratt;

31.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni jintensifikaw sehem l-UE f'negozjati multilaterali sabiex titnaqqas l-importanza tal-armi nukleari;

32.  Itenni l-ħtieġa għad-diżarm u għal garanziji internazzjonali msaħħa ta“ nonproliferazzjoni; f'dan ir-rigward, jilqa” b'sodisfazzjon id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-4 ta“ Diċembru 2009 li biha l-President tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-President tal-Federazzjoni Russa impenjaw ruħhom li jibqgħu jaħdmu flimkien wara li ma jibqax jgħodd it-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START) u jistenna b'ħerqa li mill-aktar fis possibbli jiġi ffirmat u jidħol fis-seħħ patt ġdid dwar l-armi strateġiċi; fl-istess żmien, jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex isaħħu l-isforzi diplomatiċi tagħhom sabiex issir reviżjoni b'suċċess tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari f'Mejju 2010;

33.  Jenfasizza l-importanza tal-fatt li l-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba jkunu integrati b'mod sħiħ mal-ippjanar u mat-twettiq tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-PSDK, inklużi missjonijiet ta“ sejbien ta” fatti, għax il-kuxjenza u s-sensittività tas-sessi jikkontribwixxu għall-effikaċja operattiva u l-kuxjenza tas-sitwazzjoni; f'dan il-kuntest, jilqa“ l-ħatra ta” konsulent dwar kwistjonijiet tas-sessi fi kważi l-missjonijiet kollha tal-PSDK; jiddispjaċih li m'hemmx nisa fost il-11-ir RSUE; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex fid-djalogu politiku tal-UE u fid-diskussjonijiet ta“ politika mal-pajjiżi msieħba tinkludi sistematikament l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tar-rwol tan-nisa;

34.  Ifaħħar ir-rwol importanti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha; jilqa“ b'sodisfazzjon kbir il-fatt li l-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, fil-laqgħa tiegħu tat-8 ta” Diċembru 2009, fisser l-impenn tiegħu li jappoġġja lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, permezz ta“ laqgħat pubbliċi magħhom u billi jippubbliċizzaw l-attivitajiet tagħhom;

35.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinkludi l-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-governanza tajba fil-mandati tar-RSUE u sabiex jaħtru konsulenti dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar il-governanza tajba għal pożizzjonijiet tal-persunal tar-RSUE;

Prijoritajiet ewlenin fiż-żoni ġeografiċi

36.  Jirrakkomanda li l-UE għandha ssaħħaħ id-djalogu politiku tagħha ma“ pajjiżi u reġjuni terzi, b'mod partikulari ma” msieħba strateġiċi li magħhom tista“ tikkoordina pożizzjonijiet fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u tippromwovi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; f'dan ir-rigward, itenni r-rwol importanti tad-diplomazija parlamentari bħala għodda supplimentari fir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma” pajjiżi u reġjuni terzi; għaldaqstant hu tal-fehma li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli u s-servizzi tagħha inklużi r-RSUE għandhom jaħdmu mal-Parlament sabiex ifasslu strateġiji komuni lejn pajjiżi u reġjuni msieħba u għandhom ikunu disponibbli sabiex jassistu l-Parlament bil-fomm u bil-miktub rigward kwistjonijiet u żjajjar speċifiċi;

37.  Jitlob lill-Kunsill, l-Istati Membri u l-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex b'mod attiv ifittxu soluzzjonijiet paċifiċi għal kunflitti internazzjonali u biex isaħħu l-mekkaniżmi tal-prevenzjoni tal-kunflitti tal-UE;

Organizzazzjonijiet internazzjonali

38.  Jenfasizza li n-Nazzjonijiet Uniti hi l-garanti prinċipali tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali u l-aktar qafas komprensiv għall-kooperazzjoni multilaterali; huwa tal-fehma li t-tisħiħ tal-governanza globali, l-istituzzjonijiet internazzjonali u r-rispett għal-liġi internazzjonali huma ta“ importanza kbira għall-multilateraliżmu effettiv, u li għalhekk għandhom ikunu prijorità strateġika importanti għall-Unjoni; iqis li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom ikomplu bl-isforzi tagħhom biex japprofondixxu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma” msieħba strateġiċi b'influwenza dinjija, b'mod partikolari fin-Nazzjonijiet Uniti; f'dan is-sens, jisħaq fuq l-urġenza li jiġu indirizzati kwistjonijiet globali ta“ tħassib komuni għall-istabilità tal-UE u tad-dinja, bħalma huma t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, is-sigurtà enerġetika, it-tibdil fil-klima, il-kisba b'suċċess tal-Għanijiet ta” Żvilupp tal-Millennju u l-qerda tal-faqar, l-immaniġġjar tal-kriżijiet, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, in-nonproliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa u d-diżarm, l-immaniġġjar tal-migrazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili;

39.  Iqis li hu essenzjali li d-delegazzjonijiet relevanti tal-UE fil-kwartieri ġenerali fi New York u f'Ġinevra jingħataw l-għodda adekwati, f'termini ta“ mezzi u ta” persunal, sabiex ikunu jistgħu b'mod kredibbli u effettiv joffru fil-prattika l-arranġamenti istituzzjonali ġodda skont it-Trattat ta“ Lisbona; jinnota bi tħassib, għaldaqstant, li approċċ ta” newtralità baġitarja jmur kontra din il-ħtieġa urġenti li b'ħeffa u effiċjenza tiġi stabbilita l-preżenza tal-UE fin-NU waqt il-fażi inizjali tal-implimentazzjoni tat-Trattat ta“ Lisbona;

40.  Jemmen li l-OSKE tipprovdi qafas importanti biex terġa“ tinkiseb il-fiduċja u tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Ewropa, tal-Asja Ċentrali u tal-Amerika ta” Fuq fuq għadd ta“ kwistjonijiet, inklużi n-nonproliferazzjoni, id-diżarm, il-kooperazzjoni ekonomika u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; għalhekk jappoġġja t-tisħiħ tal-OSKE anke fis-sens li tinfetaħ id-diskussjoni biex tingħata personalità legali;

41.  Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-UE skont il-Karta tan-NU, hu tal-fehma li l-UE u n-NATO għandhom jiżviluppaw sħubija aktar intensa u effettiva, li tqis l-iżvilupp progressiv tal-politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE filwaqt li tirrispetta l-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet taż-żewġ organizzazzjonijiet; għal dan il-għan, jirrakkomanda reviżjoni tal-hekk imsejħa arranġamenti Berlin-Plus u l-iżvilupp ta“ djalogu aktar strateġiku dwar l-interessi strateġiċi komuni u l-ippjanar ta” kontinġenza; iħeġġeġ il-faċilitazzjoni ta“ kooperazzjoni prattika aktar wiesgħa fil-post fil-livell militari u ċivili, b'mod partikulari meta ż-żewġ organizzazzjonijiet joperaw fl-istess teatru ta” missjonijiet; jikkundanna f'dan ir-rigward il-ġlieda kontinwa bejn it-Turkija u Ċipru li qed tfixkel iżjed u iżjed l-effikaċja u l-kredibilità kemm tal-UE kif ukoll tan-NATO;

Relazzjonijiet Transatlantiċi

42.  Itenni l-impenn tiegħu għas-sħubija transatlantika bħala element importanti u wieħed mill-pilastri ewlenin tal-azzjoni esterna tal-UE; iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex tiżgura li l-UE taġixxi ta“ sieħba koerenti, attiva, ugwali u madankollu awtonoma tal-Istati Uniti fit-tisħiħ tas-sigurtà u tal-istabilità dinjija, fil-promozzjoni tal-paċi u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u s-suċċess tal-Għanijiet ta” Żvilupp tal-Millennju, u fl-adozzjoni ta“ approċċ magħqud fl-iffaċċjar ta” sfidi dinjija bħall-proliferazzjoni nukleari, it-terroriżmu, it-tibdil fil-klima u s-sigurtà tal-enerġija; hu tal-fehma li t-Trattat ta“ Lisbona joffri opportunità propizja għal titjib u tiġdid tal-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti; iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex taħdem lejn it-tisħiħ tal-mekkaniżmi istituzzjonali tal-UE u tal-Istati Uniti skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament; jenfasizza li x-xogħol tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku għandu bżonn jissaħħaħ biex jintlaħaq l-għan ta” suq transatlantiku ġenwin u integrat, u li suq bħal dan għandu jipprovdi l-bażi għal sħubija transatlantika rinfurzata; jappoġġja bil-qawwa d-Djalogu Tranżatlantiku tal-Leġiżlaturi fl-isforz wiesa“ tiegħu biex joħloq relazzjonijiet effettivi tat-tip leġiżlatur lil leġiżlatur bejn il-PE u l-Kungress tal-Istati Uniti;

43.  Jistieden liż-żewġ imsieħba, l-UE u l-Istati Uniti, sabiex jinkoraġġixxu liċ-Ċina, l-Indja, ir-Russja, il-Brażil u setgħat emerġenti oħra sabiex jaqsmu bejniethom ir-responsabilità għall-ordni dinji u għall-prevenzjoni u għas-sejba paċifika ta“ soluzzjoni għall-kunflitti b'konformità mal-liġi internazzjonali; jinsisti li, filwaqt li l-UE u l-Istati Uniti għandhom joffru appoġġ sħiħ għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta” dawn il-pajjiżi fuq il-bażi ta“ kooperazzjoni ġusta, dawn il-pajjiżi għandhom ukoll jaċċettaw ir-responsabilitajiet globali tagħhom speċjalment għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u għall-iżvilupp sostenibbli;

Il-Balkani tal-Punent

44.  Jenfasizza li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent huma parti mill-proċess ta“ tkabbir; iqis li l-istabilità fil-Balkani tal-Punent ibbażata fuq l-istat ta” dritt għandha tibqa“ prijorità ewlenija tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, u għaldaqstant jorbot l-akbar importanza mal-isforzi biex il-pajjiżi ta” dak ir-reġjun joqorbu lejn l-UE, bl-għan komuni ta“ integrazzjoni Ewropea inter alia permezz tal-promozzjoni ta” riformi u titjib fil-kooperazzjoni reġjonali u r-rikonċiljazzjoni interetnika sabiex jiġu ssodisfati l-kriterji ta“ Kopenħagen u jkunu ppreparati għall-adeżjoni; jirrakkomanda li għandha ssir konferenza internazzjonali dwar il-futur tal-Balkani tal-Punent, li tgħaqqad il-pajjiżi fir-reġjun u l-atturi reġjunali u globali relevanti sabiex jiġu identifikati u indirizzati l-isfidi attwali li jaffaċċja r-reġjun;

45.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-sitwazzjoni fil-Kosovo b'mod ġenerali hi dejjem aktar paċifika u stabbli, kif ukoll l-isforzi għall-bini ta“ soċjetà multietnika, kif muri permezz tal-elezzjonijiet lokali li saru fil-15 ta” Novembru 2009, b'mod kalm u bl-ordni; huwa konxju li mhux l-Istati Membri kollha rrikonoxxew l-indipendenza tal-Kosovo; jilqa“ b'sodisfazzjon il-fatt li l-missjoni EULEX għall-istat tad-dritt fil-Kosovo, li hi l-akbar missjoni ċivili tal-PSDK imnedija s'issa fl-UE, qed taħdem b'kapaċità operattiva sħiħa fuq il-bażi tal-approċċ ta” status newtrali tan-Nazzjonijiet Uniti; jenfasizza l-importanza tal-missjoni fil-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni interetnika, l-istat tad-dritt, l-ordni pubbliku u s-sigurtà fil-Kosovo kollu kemm hu, permezz ta“ assistenza lill-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-Kosovo fil-progress tagħhom lejn is-sostenibilità u r-responsabbilizzazzjoni; f'dan ir-rigward, jilqa” b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-ftuħ ta“ uffiċċju ieħor tal-UE fit-Tramuntana; madankollu, jinnota l-ħtieġa li jiżdied l-għadd ta” prosekuturi li jaħdmu mal-EULEX, u jistieden lill-Istati Membri sabiex jipprovdu persunal addizzjonali;

46.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jissokta bl-isforzi tiegħu, bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali, biex jissokta d-djalogu mal-mexxejja politiċi fil-Bosnja-Ħerzegovina biex dak il-pajjiż u l-popli tiegħu jiġu megħjuna jibqgħu fit-triq li twassal għall-integrazzjoni Ewropea; konsegwentement jinnota l-isforzi diplomatiċi konġunti mill-Presidenza tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u l-amministrazzjoni tal-Istati Uniti, u jirrakkomanda aktar negozjati li jqisu arranġamenti preċedenti bejn il-politiċi fil-Bosnja-Ħerzegovina; ifakkar fil-ħtieġa li d-deputati u s-soċjetà ċivili jkunu involuti aktar mill-qrib fl-appoġġ għal pajjiż vijabbli;

Sħubija tal-Lvant, kooperazzjoni tal-Baħar l-Iswed

47.  Ikompli jappoġġa l-iżvilupp tas-Sħubija tal-Lvant mal-ġirien Ewropej tal-Unjoni, filwaqt li jintegrahom ekonomikament fis-suq intern u jintensifika l-kooperazzjoni politika, ekonomika u kulturali; jenfasizza l-importanza li din is-sħubija tiġi pprovduta bi proġetti kredibbli u l-importanza ta“ inċentivi tanġibbli għal riforma fuq medda ta” żmien medja u twila, li ssaħħaħ l-impenn tas-soċjetajiet fil-pajjiżi msieħba għall-proċess ta“ modernizzazzjoni u integrazzjoni mal-UE; b'mod partikolari, isemmi l-ħtieġa, li filwaqt li tinżamm is-sigurtà għaċ-ċittadini kollha tal-UE, jitneħħew b'mod progressiv l-ostakoli kollha għall-moviment ħieles tal-persuni (anke, eventwalment, l-ivvjaġġar mingħajr viża) u sabiex titjieb il-kooperazzjoni fl-aspetti kollha tas-sigurtà, b'mod speċjali s-sigurtà enerġetika; itenni l-fehma tiegħu li s-sħubija jeħtieġ tingħata riżorsi finanzjarji adegwati; jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li s-Sħubija tkun kumplimentari mal-inizjattivi reġjonali, b'mod partikolari s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed;

48.  Jerġa“ jafferma l-importanza għall-UE ta” kooperazzjoni reġjonali iżjed effettiva fil-Viċinat tal-Lvant, li fl-ispirtu tagħha l-UE se tappoġġa l-implimentazzjoni ta“ proġetti mitfugħa fuq ir-riżultati kemm skont is-Sħubija tal-Lvant kif ukoll is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed, b'kumplimentarjetà sħiħa;

49.  Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex iżżid l-isforzi biex jiġu implimentati proġetti taħt is-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed; iħeġġeġ ukoll lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex tiżviluppa ideat ġodda għal Strateġija ta“ Kooperazzjoni effettiva tal-Baħar l-Iswed;

50.  Jilqa“ l-pożizzjoni pro-Ewropea tal-gvern il-ġdid tar-Repubblika tal-Moldova u jesprimi t-tama tiegħu li r-riformi interni tal-pajjiż jitħaffu b'tali mod li jinkisbu l-integrazzjoni ekonomika, l-assoċjazzjoni politika u l-approssimazzjoni istituzzjonali bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-UE; iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jidentifika s-soluzzjonijiet multilaterali biex titranġa s-sitwazzjoni fit-Transnistrija;

51.  Jinnota li saru l-elezzjonijiet presidenzjali fl-Ukraina, u r-riżultat taħghom; jistieden lill-partijiet kollha biex jikkontribwixxu għall-istabbiltà politika, ekonomika u soċjali meħtieġa fl-Ukraina billi jsaħħu l-isforzi ta“ riforma; jinkoraġġixxi lill-pajjiż biex jikseb interoperabilità akbar mal-Unjoni Ewropea, biex b'hekk tiġi kkonsolidata l-prospettiva Ewropea tagħha;

Russja

52.  Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex tiżgura li l-approċċ tal-UE lejn ir-Russja, inklużi n-negozjati ta“ Ftehim ta” Sħubija u Kooperazzjoni ġdid, ikun koerenti u mmexxi minn impenn lejn il-valuri tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, inkluż id-dritt internazzjonali; jenfasizza fl-istess ħin il-ħtieġa għal sħubija bi spinta ġdida mar-Russja, ibbażata fuq ir-rispett reċiproku u r-reċiproċità, dwar il-kwistjonijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, is-sigurtà u l-provvista tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, id-diżarm, il-prevenzjoni tal-kunflitti u nonproliferazzjoni nukleari kif ukoll fir-rigward tal-Iran, l-Afganistan u l-Lvant Nofsani, bil-għan li jissaħħu s-sigurtà u l-istabilità dinjija; huwa tal-fehma li l-kooperazzjoni dwar tali kwistjonijiet għandha tifforma l-bażi għal ftehim ġdid bejn l-UE u r-Russja, u għalhekk jistenna bil-ħerqa progress mgħaġġel fin-negozjati attwali dwar ftehim komprensiv ġdid li hu mistenni li jkabbar sostanzjalment ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja; iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex tikkoordina l-azzjonijiet, tiffaċilita l-konsultazzjoni u ttejjeb il-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward ta“ kwistjonijiet bilaterali ta” interess komuni mal-Federazzjoni Russa; jenfasizza l-ħtieġa għall-Istati Membri biex jikkoordinaw ir-relazzjonijiet tagħhom mal-Federazzjoni Russa fuq il-bażi tal-interessi ġenerali tal-Unjoni u b'tali mod li jirriflettu u jippromwovu dawn l-interessi b'mod adegwat u konsistenti;

Kawkasu tan-Nofsinhar

53.  Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jinsisti dwar l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehim ta“ waqfien mill-ġlied bejn il-Federazzjoni Russja u l-Ġeorġja u jistieden lill-UE sabiex tħares il-prinċipju tal-integrità territorjali tal-Ġeorġja u r-rispett tal-minoranzi; jilqa” b'sodisfazzon it-tiġdid tal-mandat tal-Missjoni ta“ Monitoraġġ tal-UE u jħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jiżgura li s-superviżuri tal-UE jingħataw aċċess sħiħ għaż-żoni kollha milquta mill-kunflitt inklużi r-reġjuni tal-Abkażja u tal-Ossezja tan-Nofsinhar li nqatgħu mill-bqija tal-pajjiż, u għal dan il-għan, biex jużaw l-istrumenti finanzjarji tal-UE biex jgħinu l-popolazzjonijiet fiż-żona kollha li tinsab f'kunflitt; jistieden lill-UE, b'referenza għar-rapport tal-Missjoni Internazzjonali Indipedenti għat-Tiftix tal-Fatti dwar il-Kunflitt fil-Ġeorġja, sabiex jużaw il-lezzjonijiet tal-passat sabiex jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi ta” prevenzjoni tal-kunflitti inkluża l-promozzjoni ta“ kuntatti interpersonali;

54.  Iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex tintensifika l-isforzi tal-UE f'ħidma għal prevenzjoni effettiva tal-kunflitti u riżoluzzjoni paċifika skont id-dritt internazzjonali tal-kunflitti f'Nagorno-Karabakh u fi Transnistria u fuq kollox, il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ġeorġja u r-reġjuni tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja li nqatgħu minn mal-pajjiż billi tingħata spinta ġdida lit-taħditiet ta“ Ġinevra; jisħaq fuq il-potenzjal perikoluż ta” tixrid ta“ kunflitti ffriżati fir-reġjun; f'dan il-kuntest, jirrakkomanda t-twaqqif ta” Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fil-Kawkasu tan-Nofsinhar, li tiġbor il-pajjiżi kkonċernati u l-atturi reġjonali u globali relevanti, bil-għan li jiġi żviluppat Patt ta“ Stabilità għall-Kawkasu tan-Nofsinhar; jilqa” b'sodisfazzjon l-avviċinament reċenti bejn il-gvernijiet tat-Turkija u tal-Armenja, u jħeġġeġ ir-ratifika tal-ftehimiet mill-parlamenti rispettivi tagħhom;

Lvant Nofsani

55.  Jenfasizza l-ħtieġa li n-negozjati għall-Proċess tal-Paċi jitwettqu fi żmien limitat u fi klima ta“ fiduċja reċiproka; iqis li l-għan tagħhom għandu jkun il-ħolqien ta” Stat Palestinjan indipendenti, demokratiku u vijabbli fi ħdan il-fruntieri tal-1967, li jgħix bieb ma“ bieb mal-Istat ta” Iżrael fil-paċi u s-sigurtà bi fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment b'konformità mar-riżoluzzjonijiet kollha relevanti tan-NU;

56.  Jistieden lill-UE, b'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta“ Diċembru 2009, biex tassumi rwol politiku aktar b'saħħtu fl-isforzi internazzjonali li għaddejjin bħalissa għat-tnedija tal-Proċess ta” Paċi, proporzjonali mal-impenn finanzjarju tagħha li tappoġġja l-irkupru ekonomiku Palestinjan u li tindirizza l-kriżi umanitarja drammatika f'Gaża; jistieden lill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli sabiex tikkunsidra l-mezzi kollha għall-promozzjoni ta“ paċi dejjiema fir-reġjun;

57.  Jilqa“ b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jestendi l-mandat tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) sa Diċembru 2010; jemmen li jinħtieġ appoġġ aktar robust għall-iżvilupp tal-istat tad-dritt u tal-kapaċitajiet tal-pulizija, u jitlob li jkun hemm sforzi intensifikati f'dan ir-rigward; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jestendi l-mandat tal-Missjoni tal-UE ta” Assistenza fil-Fruntiera tal-UE f'Rafah (EUBAM Rafah) u d-determinazzjoni u d-dispożizzjoni tiegħu li jerġa“ jattiva dik il-missjoni; jemmen li din id-determinazzjoni għandha tirriżulta f'inizjattivi konkreti sabiex jerġa” jiġi stabbilit il-moviment ħieles fit-Territorji Palestinjani u sabiex jerġa“ jiġi attivat il-Ftehim dwar l-Aċċess u l-Moviment, innegozjat fl-2005, li kienu ffirmaw il-partijiet;

Unjoni għall-Mediterran

58.  Iqis li hu importanti li jiġi intensifikat id-djalogu politiku bejn il-membri tal-Unjoni għall-Mediterran fil-livelli kollha sabiex jintrebħu t-tensjonijiet li ħolqu dewmien fit-twaqqif tas-Segretarjat ibbażat f'Barċellona u l-promozzjoni ta“ proġetti konkreti ta” interess soċjali, ekonomiku u ekoloġiku reċiproku; jittama li l-Unjoni għall-Mediterran tista“ tikkontribwixxi b'mod pożittiv għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti fil-Lvant Nofsani, l-avviċinament bejn it-Turkija u Ċipru, u l-iżvilupp demokratiku tal-istati Għarab;

59.  Jemmen li l-Unjoni għall-Mediterran tista“ tikkontribwixxi biex jitnaqqsu t-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani billi jiġu promossi proġetti ta” koperazzjoni konkreti għar-reġjun kollu; fl-istess ħin, jenfasizza li l-miżuri għall-bini tal-fiduċja bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani bil-għan li tinkiseb paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani huma tal-akbar importanza biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament xieraq ta“ din l-istituzzjoni ġdida;

60.  Jenfasizza li, minn perspettiva tal-UE, il-kopresidenza trid tkun kumpatibbli mar-rappreżentanza esterna tal-UE skont it-Trattat ta“ Lisbona; ifakkar li t-Trattat ta” Lisbona jipprovdi opportunità għall-UE li tiżgura konsistenza, koerenza u kontinwità fir-rappreżentanza tagħha fl-istituzzjonijiet il-ġodda tal-Unjoni għall-Mediterran;

Asja

61.  Jinnota li l-Afganistan wara l-elezzjonijiet issa dieħel f'perjodu deċiżiv u kritiku, bil-formazzjoni ta“ gvern ġdid f'Kabul li jipprovdi l-opportunità li tinħoloq aġenda ġdida u kuntratt ġdida mal-poplu Afgan;

62.  Jilqa“ b'sodisfazzjon il-Pjan ta” Azzjoni tal-Kunsill għal azzjoni msaħħa tal-UE fl-Afganistan u fil-Pakistan, adottat fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni ta“ Ottubru 2009, u fid-dikjarazzjoni tiegħu tad-dispożizzjoni mġedda tiegħu li jgħin sabiex jintlaqgħu l-isfidi tar-reġjun, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi konċernati u l-imsieħba internazzjonali, iżda jenfasizza li l-Pjan se jibqa” biss pjan sakemm ma jkunx hemm impenn ċar mill-Istati Membri tal-UE li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Presidenza sabiex jagħmlu sforz għalenija biex jimplimentaw il-Pjan mingħajr dewmien; iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jagħmel aktar progress lejn l-iskjerar sħiħ ta“ persunal fil-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġu stabbiliti arranġamenti sostenibbli u effettivi tal-pulizija ċivili li jkunu kapaċi jtejbu l-ambjent tas-sigurtà;

63.  Jirrikonoxxi li l-Pakistan għadu qed jiffaċċja sfidi serji ħafna, u japprova l-appoġġ sod tal-UE għal gvern tal-Pakistan b'saħħtu, sekulari u ċivili; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Pakistan fir-reġjun u jtenni li Pakistan stabbli, demokratiku u għani huwa wkoll ċentrali għall-indirizzar ta“ kwistjonijiet globali bħall-ġlieda kontra t-terroriżmu, in-nonproliferazzjoni nukleari, il-ġlieda kontra d-drogi u d-drittijiet tal-bniedem, u jħeġġu bis-sħiħ li jadotta strateġija komprensiva sabiex jiġi miġġieled it-terroriżmu u jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tiegħu;

64.  Japprova l-impenn tal-UE li tappoġġa d-demokrazija f'Iraq federali, magħqud; jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-impenn b'saħħtu u kontinwu tal-UE għall-iżvilupp tal-istat tad-dritt fl-Iraq, u jilqa“ b'sodisfazzjon l-estensjoni tal-mandat tal-missjoni EUJUST LEX għal sena u l-attivitajiet pilota tagħha fit-territorju tal-Iraq; jistenna b'ħerqa x-xogħol ulterjuri maħsub f'dan il-kuntest, kif imwiegħed mill-Kunsill; jitlob interazzjoni istituzzjonali miżjuda, b'mod partikolari fi kwistjonijiet ekonomiċi mal-awtoritajiet tal-Gvern Reġjonali Kurd; jitlob lill-Kummissjoni biex tgħaġġel il-ftuħ tal-bini tagħha stess f'Baghdad;

65.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-iżviluppi politiċi fl-Iran u l-frodi elettorali massiva rrappurtata matul l-elezzjonijiet presidenzjali ta“ Ġunju 2009, li qajmet l-ikbar moviment ta” protesta fit-30 sena ta“ storja tar-Repubblika Iżlamika, b'dimostrazzjonijiet u ripressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà li għadhom għaddejjin; jinsab imħasseb sew mhux biss dwar l-arresti, it-tortura u l-qtil ta” avversarji politiċi imma wkoll dwar il-qagħda wieqfa kontinwa fin-negozjati dwar il-programm nukleari tal-Iran, u jitlob lill-Gvern Iranjan biex jieħu sehem f'negozjati serji dwar il-kwistjoni nukleari; jisgħobbih li ż-żjara mid-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iran f'Jannar 2010 ġiet ikkanċellata mill-awtoritajiet Iranjani u esprima s-solidarjetà tiegħu ma“ dawk l-Iranjani li, filwaqt li qed jirriskjaw ħajjithom, ikomplu jeżiġu b'mod pubbliku li jkun hemm rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u libertajiet demokratiċi ikbar fl-Iran; jikkundanna l-isforzi tal-Iran biex jibblokka l-libertà tal-informazzjoni billi jwaqqaf ix-xandir barrani u l-Internet; jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex iqisu sanzjonijiet kontra membri individwali tal-amministrazzjoni u s-servizzi tas-sigurtà responsabbli għall-ksur kbir tad-drittijiet tal-bniedem u biex joħolqu miżuri ħalli jappoġġjaw lil dawk il-parteċipanti fil-”Moviment Aħdar“ li jsofru l-persekuzzjoni u/jew l-eżilju;

66.  Jinnota l-fatt li r-relazzjonijiet ekonomiċi UE-Ċina għaddew minn tkabbir gradwali u li l-kuntatti bejn il-popli kibru fl-iskop u l-iskala; fl-istess ħin, jibqa“ mħasseb sew dwar in-nuqqas ta” rieda min-naħa tal-awtoritajiet Ċiniżi li jittrattaw każijiet numerużi ta“ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li jiżguraw li l-poplu jgawdi minn drittijiet u libertajiet bażiċi;

67.  Jesprimi l-istennija li se tiġi żviluppata relazzjoni strateġika bejn l-UE u ċ-Ċina, u jiddikjara x-xewqa tiegħu li jesplora modi li bihom tiġi msaħħa r-relazzjoni fir-rigward ta“ kwistjonijiet ta” interess reċiproku li jmorru lil hinn mis-setturi ekonomiċi u kummerċjali;

68.  Jilqa“ b'sodisfazzjon l-isforzi li saru minn Taipei kif ukoll minn Pekin biex jitjiebu r-relazzjonijiet bejn iċ-Ċina kontinentali u t-Tajwan, li jgħinu biex tissaħħaħ l-istabilità u s-sigurtà fl-Asja tal-Lvant, u jħeġġeġ liż-żewġ naħat biex ikomplu jtejbu d-djalogu, il-kooperazzjoni prattika u l-bini tal-fiduċja; ifaħħar id-dikjarazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta” Mejju 2009, li ttenni l-appoġġ tiegħu għall-parteċipazzjoni ta“ Taiwan fil-WHO; jappoġġja bis-sħiħ il-parteċipazzjoni tat-Tajwan bħala osservatur fl-organizzazzjonijiet u l-attivitajiet internazzjonali relevanti bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, fejn il-parteċipazzjoni tat-Tajwan hija importanti għall-UE u l-interessi globali;

69.  Jerġa“ jafferma l-appoġġ qawwi tiegħu għat-tisħiħ tar-relazzjoni strateġika bejn l-UE u l-Indja, u biex jinstabu mezzi oħra biex titjieb ir-relazzjoni f'oqsma ta” interess reċiproku fis-setturi ekonomiċi, politiċi, tas-sigurtà u tal-kummerċ;

70.  Jirrikonoxxi r-rwol dejjem jikber tal-ASEAN bħala qawwa għall-istabilità u l-prosperità reġjonali; jemmen li l-Unjoni u l-ASEAN, li t-tnejn għandhom impenn għall-integrazzjoni reġjonali, għandhom potenzjal kbir għall-kooperazzjoni; jinnota li hemm bżonn ta“ miżuri biex jiżdiedu r-relazzjonijiet ekonomiċi u tal-kummerċ bejn l-Unjoni u l-ASEAN sabiex jgħinu ħalli jikkonsolidaw ir-relazzjonijiet globali bejn iż-żewġ reġjuni u jħeġġu iżjed progress rigward il-kooperazzjoni u s-sigurtà politika, it-titjib tad-drittijiet tad-demokrazija u tal-bniedem u iżjed progress fil-qasam tal-enerġija u tal-ambjent, fil-qasam soċjokulturali u fil-qasam ta” kooperazzjoni u żvilupp;

Afrika

71.  Josserva b'sodisfazzjon li l-operazzjoni EUNAVFOR Atalanta għadha tikkontribwixxi b'suċċess għas-sigurtà marittima “l barra mill-kosta tas-Somalja billi tħares il-bastimenti mikrija lill-Programm Dinji tal-Ikel li jwasslu l-għajnuna lis-Somalja, il-bastimenti li jipprovdu merkanzija kritika għall-operazzjoni tal-Unjoni Afrikana għall-appoġġ tal-paċi fis-Somalja, u bastimenti vulnerabbli oħrajn; jilqa” b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jestendi l-mandat tal-operazzjoni sat-12 ta“ Diċembru 2010; jesprimi l-appoġġ tiegħu għat-tnedija ta” operazzjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali tal-Gvern Federali Tranżitorju tas-Somalja; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-forzi tas-sigurtà mħarrġa jiġu integrati fl-istrutturi tal-istat u tal-kmand biex ġaladarba jmorru lura, ma jdurux kontra l-gvern li suppost ikunu qed jipproteġu;

Amerika Latina

72.  Ifakkar għal darba oħra fil-proposta magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta“ Novembru 2001 dwar is-sħubija globali u l-istrateġija komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(6), sussegwentement imtennija fir-riżoluzzjonijiet tas-27 ta“ April 2006(7) u l-24 ta“ April 2008(8) rispettivament adottati fl-isfond tas-Samits bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew fi Vjenna u f'Lima, biex issir Karta għall-Paċi u s-Sigurtà Ewro-Latino-Amerikana li, fuq il-bażi tal-Karta tan-NU, tippermetti azzjonijiet u inizjattivi konġunti relatati mal-politika, l-istrateġija u s-sigurtà; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jieħdu passi attivi biex iwettqu dan l-għan ambizzjuż u biex jappoġġjaw din il-proposta fis-Samit li jmiss bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew, li se jsir f'Mejju 2010 f'Madrid;

73.  Iqis li n-negozjati dwar il-Ftehim ta“ Assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali kif ukoll progress lejn neġozjati mġedda dwar il-Ftehim ta” Assoċjazzjoni mal-MERCOSUR huma kwistjonijiet ta“ prijorità; jinnota li n-negozjati dwar il-Ftehim Multilaterali mal-pajjiżi tal-Komunità Andina ġew konklużi; se jagħmel ħiltu biex iwettaq bl-eżattezza dovuta l-proċedura ta” ratifika parlamentari fuq dawn il-ftehimiet bil-għan li jiżgura li jkollhom impatt pożittiv fuq l-aspetti kollha ta“ interess reċiproku;;

o
o   o

74.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lill-President fil-kariga tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni Ewropea tal-Punent, lill-President tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Testi adotatti, P6_TA(2008)0254.
(3) Testi adottati, P6_TA(2009)0074.
(4) Testi adottati, P7_TA(2009)0057.
(5) ĠU C 298, 30.11.2002, p.1.
(6) ĠU C 140 E, 13.6.2002, p. 569
(7) ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 123.
(8) Testi adotatti, P6_TA(2008)0177.


L-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta“ Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP
PDF 495kWORD 167k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta” Sigurtà Ewropea fil-kuntest tal-ESDP (2009/2198(INI))
P7_TA(2010)0061A7-0026/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Protokolli 10 u 11,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija ta“ Sigurtà Ewropea (ESS) intitotala ”Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar“, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta” Diċembru 2003,

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea ta“ Sigurtà bl-isem ”'Niżguraw is-sigurtà f'dinja dejjem tinbidel'“, adottat mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta” Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapporti mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Politika Ewropea ta“ Sigurtà u Difiża (PESD) tad-9 ta” Diċembru 2008 u s-16 ta“ Ġunju 2009,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-PESD u d-dikjarazzjoni intitolata “Għaxar Snin ta” PESD – Sfidi u Opportunitajiet “, adottata mill-Kunsill fis-17 ta” Novembru 2009,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar dan is-suġġett, b'mod partikolari dik tal-14 ta“ April 2005 dwar l-istrateġija Ewropea ta” sigurtà(1), dik tas-16 ta“ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea ta” sigurtà fil-kuntest tal-PESD(2), dik tal-5 ta“ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea ta” sigurtà u l-PESD(3), u dik tad-19 ta“ Frar 2009 dwar l-istrateġija Ewropea ta” sigurtà u l-PESD(4),

–   wara li kkunsidra ir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta“ Frar 2009 dwar ir-rwol tan-NATO fl-istruttura ta” sigurtà tal-UE(5);

–   wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta“ Novembru 2009 dwar soluzzjoni politika rigward il-problema tal-piraterija ”l barra mill-kosta tas-Somalja(6),

   wara li kkunsidra l-iskambju ta“ ittri bejn l-UE u l-Gvernijiet tal-Kenja u tar-Repubblika tas-Seychelles, rigward it-trasferiment lejn dawn il-pajjiżi tal-persuni suspettati b'piraterija u serq armat arrestati mill-EUNAVFOR fiż-żona tal-operazzjoni,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta“ Ottubru 2009 dwar l-aspetti istituzzjonali tal-ħolqien tas-servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(7),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0026/2010),

Strateġija tas-Sigurtà Ewropea: approċċ komprensiv

1.  Ifakkar li l-Istrateġija Ewropea ta“ Sigurtà (ESS) u r-rapport ta” implimentazzjoni tagħha jenfasizzaw it-theddid u l-isfidi ewlenin li trid tiffaċċja l-Unjoni Ewropea:

   it-tixrid tal-armi ta“ qerda tal-massa,
   it-terroriżmu u kriminalità organizzata,
   il-kunflitti reġjonali,
   il-falliment statli,
   il-piraterija marittima,
   l-armi żgħar u l-armamenti ħfief, il-mini u l-munizzjon tat-tip cluster,
   is-sigurtà tal-enerġija,
   l-impatt tal-bidla fil-klima u d-diżastri naturali,
   is-sigurtà ċibernetika,
   il-faqar;

2.  Jenfasizza li, permezz tal-Politika Barranija u ta“ Sigurtà Komuni (CFSP) u l-Politika ta” Sigurtà u ta“ Difiża Komuni (CSDP), l-Unjoni Ewropea qed tieħu passi biex tindirizza l-isfidi u t-theddid identifikati fl-ESS, biex b'hekk tgħin biex tittejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej;

3.  Jenfasizza li l-Unjoni għandha ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tagħha permezz ta“ politika barranija, ta” sigurtà u ta“ difiża b'saħħitha u effettiva, sabiex tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti, issaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, tħares is-sigurtà taċ-ċittadini tagħha u ċ-ċittadini kkonċernati mill-missjonijiet CSDP, tiddefendi l-interessi tagħha fid-dinja u żżomm il-valuri bażiċi tagħha, filwaqt li tikkontribwixxi għal multilateraliżmu effettiv b'appoġġ tal-liġi internazzjonali u żżid ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi madwar id-dinja, bi qbil mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 21(2)(e) tat-TUE , mal-iskopijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mal-prinċipji tal-Att Finali ta” Helsinki u mal-għanijiet tal-Karta ta“ Pariġi, inklużi dawk relatati mal-fruntieri esterni;

4.  Jisħaq fuq il-fatt li r-responsabilità primarja għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà fid-dinja taqa“ fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u jtenni l-ħtieġa li ssir riforma tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bil-għan li ssir aktar kapaċi teżerċita l-funzjonijiet tagħha u tipprovdi soluzzjonijiet effettivi għall-isfidi u t-theddidiet globali;

5.  Jirrikonoxxi l-bżonn li l-Unjoni taħdem favur dawn l-għanijiet billi ssaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali tagħha stess biex tirrispondi għal dawn l-isfidi u permezz ta“ kooperazzjoni multilaterali fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali u flimkien magħhom, b'mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, u dawk reġjonali b'mod partikulari l-OSCE u l-Unjoni Afrikana u li dan iseħħ b'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

6.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza t-theddid u l-isfidi billi tiżviluppa approċċ komprensiv u proattiv li jkun magħmul minn sinerġija tad-diversi mezzi ta“ azzjoni, kemm ċivili kif ukoll militari, li jinsabu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha; il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-ġestjoni tal-kriżijiet, l-assistenza finanzjarja u l-koperazzjoni għall-iżvilupp, il-politiki soċjali u ambjentali, l-istrumenti diplomatiċi u tal-politika kummerċjali u t-tkabbir; jenfasizza li din il-kordinazzjoni tal-mezzi ċivili u militari tagħti valur miżjud reali lill-politika tal-Unjoni rigward kif tiffaċċja s-sitwazzjonijiet ta” kriżi;

7.  Jitlob f'dan il-kuntest lill-Istati Membri biex jikkoordinaw b'mod iktar effikaċi l-istrateġiji nazzjonali u l-mezzi ta“ azzjoni tagħhom ma” dawk tal-Unjoni sabiex jiżguraw koerenza, effettività kif ukoll impatt u viżibilità ikbar;

8.  Jappoġġja, b'konnessjoni mal-azzjoni għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, li jiġi segwit l-approċċ ibbażat fuq l- istrateġija kontra t-terroriżmu tal-UE u l-istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-Internet għall-finijiet tat-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni; jipproponi li jiġi stimulat dibattitu dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'attenzjoni speċjali għall-vittmi;

9.  Jagħraf li s-sigurtà tal-enerġija hija kruċjali għall-funzjonament tal-Istati Membri tal-UE u għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkoperaw mill-qrib fuq dan l-element tal-politika tas-sigurtà;

10.  Jilqa“ l-isforzi li qed jagħmlu l-Istati Membri biex jikkumbattu t-theddid ċibernetiku; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex joffru analiżi tal-isfidi ta” natura ċibernetika u miżuri għal reazzjoni effiċjenti u koordinata għal theddid bħal dan ibbażati fuq l-aħjar prattiki li, fil-ġejjieni, jwasslu għal Strateġija Ewropea ta“ Sigurtà Ċibernetika;

11.  Itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li ssir reviżjoni regolari tal-ESS, kull ħames snin, b'mod li taħbat mal-bidu ta“ mandat parlamentari ġdid u wara konsultazzjoni xierqa mal-Parlament Ewropew;

12.  Jenfasizza li White Paper li tippermetti l-ħolqien ta“ dibattitu pubbliku b'firxa wiesgħa tkun tista” ssaħħaħ il-viżibilità tas-CSDP u żżid il-koperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża permezz ta“ definizzjoni aktar ċara tal-għanijiet u l-interessi ta” sigurtà u ta“ difiża tal-Unjoni, u għalhekk ittejjeb l-effikaċja u l-konkretezza tal-implimentazzjoni tal-ESS kif ukoll l-ippjanar u t-tmexxija tal-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-Unjoni;

Trattat ta“ Lisbona u Strutturi tal-Politika ta” Sigurtà u Difiża Komuni

13.  Jistieden lill-Kunsill biex fl-2010 iniedi dibattitu sostanzjali mal-Parlament Ewropew u mal-parlamenti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta“ Lisbona fir-rigward tas-CSDP, inklużi:

   a. il-klawsola ta“ assistenza reċiproka f'każ ta” attakk armat f'territorju ta“ Stat Membru,
   b. il-klawsola ta“ solidarjetà f'każ ta” attakk terroristiku jew ta“ diżastru, naturali jew ikkaġunat mill-bniedem;
   c. ir-rwol ta“ viċi-president tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta” Sigurtà, appoġġjat mit-twaqqif ta“ servizz Ewropew għall-azzjoni esterna (EEAS) li jinkludi, b'mod komprensiv, strutturi għall-prevenzjoni tal-kunflitti, għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-bini tal-paċi,
   d. iż-żieda fl-ammont ta“ missjonijiet fdati lis-CSDP,
   e. il-kooperazzjoni strutturata permanenti għall-Istati Membri li jissodisfaw kriterji ogħla ta“ kapaċità militari u li jkunu ħadu impenji ikbar f'dan il-qasam bħala tħejjija għall-iktar missjonijiet esiġenti, kif ukoll il-kooperazzjoni msaħħa,
   f. it-twaqqif ta“ fond ta” tnedija għall-attivitajiet preparatorji tal-operazzjonijiet;

14.  Jitlob, wara l-introduzzjoni ta“ klawżola dwar l-assistenza reċiproka, kif ifformulat fl-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex dawk l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jappartjenu għall-Unjoni Ewropea tal-Punent (WEU) jitterminaw it-Trattat ta” Brussel Emendat tal-1954, inkluża l-Assemblea Parlamentari tal-WEU;

15.  Jistieden lill-Kunsill biex, fid-dawl tal-introduzzjoni ta“ klawsola ta” solidarjetà fit-Trattat il-ġdid, jerġa“ jiftaħ id-dibattitu dwar it-twaqqif ta” forza Ewropea ta“ protezzjoni ċivili, ibbażata b'mod partikolari fuq ir-rapport Barnier ta” Mejju 2006, li l-mezzi tal-Istati Membri tagħmilhom disponibbli reċiprokament sabiex tippermetti reazzjoni kollettiva effikaċi f'każ ta“ diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem, iqis li s-CSDP militari għandha wkoll tippermetti li jiġu ffaċċjati dawn ir-riskji ċivili;

16.  Jenfasizza, fid-dawl tal-progress li jippermetti t-Trattat il-ġdid fil-qasam tas-CSDP, il-leġittimità u l-utilità li jitwaqqaf Kunsill tad-Difiża fi ħdan il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, li jkun magħmul mill-ministri tad-difiża, taħt il-presidenza tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, u li jkollu rwol partikolari fiż-żieda tal-kooperazzjoni u fl-armonizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-kapaċitajiet militari;

17.  Iqis li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandha twettaq sforz immedjat favur it-tisħiħ tal-koerenza tal-bosta politiki barranin tal-Unjoni, u li din il-koerenza għandha tiġi riflessa fl-azzjoni permezz ta“ rappreżentanti speċjali/kapijiet tad-delegazzjonijiet li jinsabu taħt l-awtorità tagħha u li jkollhom l-awtorità meħtieġa quddiem il-partijiet ikkonċernati u l-komunità internazzjonali;

18.  Jappoġġja t-twaqqif ta“ direttorat għall-ġestjoni tal-kriżijiet u għall-ippjanar ċivili u militari (Crisis Management and Planning Directorate - CMPD) sabiex, fil-livell strateġiku, jippjana l-operazzjonijiet ċivili u militari tal-Unjoni u biex jip parteċipa fl-iżvilupp tas-CSDP, partikolarment fir-rigward tal-kapaċità ċivili u militari; jiddispjaċih madankollu li hemm dewmien konsiderevoli fit-twaqqif ta” din l-istruttura l-ġdida; jitlob għal koordinazzjoni mill-qrib fi ħdan l-EEAS bejn, fuq naħa waħda, l-istrutturi tas-CMPD u tas-CSDP u, min-naħa l-oħra, il-pjattaforma tal-kriżijiet u s-servizzi rilevanti l-oħra tal-Kummissjoni, li għandhom jiġu inklużi fl-EEAS, sabiex tinbena kapaċità ta“ ppjanar strateġiku koordinat bil-għan li jiġi żviluppat approċċ Ewropew komprensiv;

19.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli/lill-Viċi Prseident tal-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jegħlbu l-iżbilanċ bejn il-kapaċitajiet ta“ ppjanar ċivili u militari u biex jiżguraw li jkun jista” jiġi provdut għarfien espert xieraq u suffiċjenti fl-oqsma bħall-ġustizzja, l-ammistrazzjoni ċivili, id-dwana u l-medjazzjoni għall-missjonijiet tal-CSDP;

20.  Jitlob mill-ġdid li jinħoloq ċentru ta“ operazzjoni permanenti tal-Unjoni, li għandu jitqiegħed taħt l-awtorità tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli, u li l-missjoni tiegħu tkun tikkonsisti fl-ippjanar operattiv u fit-tmexxija tal-operazzjonijiet militari; jitlob li dan iċ-Ċentru tal-operazzjonijiet jingħaqad mal-EEAS; jenfasizza li s-sistema attwali, b'seba” kwartieri ġenerali, iġġib magħha telf fl-effikaċja u fir-reattività, kif ukoll spejjeż konsiderevoli, u li interlokutur permanenti fil-qasam militari huwa neċessarju sabiex ikun hemm kordinazzjoni ċivili u militari fl-azzjonijiet imwettqa; iqis li ċ-ċentru operattiv permanenti jista“ għalhekk jitqies bħala forma ta” kapaċità ta“ ppjanar militari u ta” tmexxija, u jista“ jitqiegħed fl-istess post tas-CPCC sabiex ikunu possibbli s-sinerġiji indispensabbli għal kordinazzjoni ċivili u militari effikaċi; itenni li l-ċentru ta” operazzjonijiet tal-UE għandu jiffaċilita l-kooperazzjoni man-NATO, mingħajr ma tkun kompromessa l-awtonomija deċiżjonali taż-żewġ organizzazzjonijiet;

21.  Jinsisti dwar il-bżonn li titwaqqaf mill-aktar fis koperazzjoni strutturata permanenti, fuq il-bażi ta“ kriterji kemm jista” jkun inklussivi, peress li dan għandu jippermetti li jittieħed impenn ikbar min-naħa tal-Istati Membri fil-kuntest tas-CSDP;

22.  Jenfasizza li l-progress u l-iżvilupp tas-CSDP għandhom jirrispettaw bis-sħiħ u ma jheddux in-newtralità u n-non-allinjament ta“ wħud mill-Istati Membri tal-UE;

23.  Jinsisti dwar l-importanza ta“ dawn id-diversi riformi biex jintlaħaq il-livell ta” ambizzjoni ffissat għas-CSDP, li ġie mġedded f'Diċembru 2008 u approvat mill-Kunsill Ewropew, u biex tiżdied l-effikaċja u jiżdied il-valur tas-CSDP f'kuntest fejn dan huwa dejjem iktar imfittex;

Operazzjonijiet militari u missjonijiet ċivili

24.  Jilqa“ b'sodisfazzjon il-kisbiet kollha tal-ESDP/CSDP fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju tagħha u jfakkar li l-Unjoni tniedi operazzjonijiet ċivili u militari fil-qafas tas-CSDP bħala reazzjoni għat-theddidiet fir-rigward tas-sigurtà internazzjonali u tas-sigurtà Ewropea; jinnota li l-maġġoranza ta” dawn il-missjonijiet kienu fil-qasam tal-immaniġġjar ta“ kriżijiet ċivili; jagħti ġieħ lil madwar 70 000 membru tal-persunal li pparteċipaw u qed jipparteċipaw fit-23 missjoni u operazzjoni tal-ESDP (li għadhom qed jitwettqu jew li ntemmu); jagħti ġieħ lis-Sur Javier Solana, li f'dak iż-żmien kien is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta” Sigurtà Komuni, għall-isforzi li wettaq favur l-iżvilupp tal-ESDP; jistieden għal darb'oħra lill-Istati Membri biex jiddefinixxu l-kriterji għall-iskjerament tal-missjonijiet tal-ESDP u biex jikkunsidraw is-suġġett ta“ ”twissijiet“ nazzjonali;

Is-Somalja - il-Qarn tal-Afrika

25.  Jilqa“ l-kontribut b'suċċess tal-operazzjoni navali tal-Unjoni Ewropea fis-Somalja (EUNAVFOR Somalja - Operazzjoni Atalanta) fil-ġlieda kontra l-piraterija fil-Golf ta” Aden u mal-kosta tas-Somalja, bil-għan li jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja tilħaq lin-nies kollha fil-bżonn f'dan il-pajjiż; jenfasizza li l-Operazzjoni Atalanta stabbiliet lilha nnifisha bħala parteċipant ewlieni fil-ġlieda kontra l-piraterija, fosthom permezz taċ-Ċentru tas-Sigurtà Marittima (Qarn tal-Afrika); jilqa“ d-deċiżjoni tal-Kunsill li jestendi l-missjoni għal sena oħra sa Diċembru 2010 u jieħu nota tat-twessigħ tal-mandat ta” din l-operazzjoni maħsuba biex tindirizza kwistjoni tas-sigurtà li taffettwa l-UE direttament (is-sigurtà taċ-ċittadini u l-provvisti, il-protezzjoni tal-bastimenti vulnerabbli) u biex tirreaġixxi għal emerġenza umanitarja u operattiva (billi teskorta l-bastimenti mikrija mill-Programm Dinji tal-Ikel biex iwasslu l-ikel lill-popolazzjoni Somala u vapuri li qed iwasslu appoġġ loġistiku għall-missjoni ta“ osservazzjoni militari tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM)); ifaħħar, fl-istess ħin, il-kontribut tagħha għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni navali fl-Ewropa u l-iżvilupp ulterjuri tad-dimensjoni marittima tas-CSDP; jilqa” wkoll l-involviment ta“ pajjiżi barra mill-UE (in-Norveġja, il-Kroazja u l-Montenegro) u l-kooperazzjoni kostruttiva tal-operazzjoni mal-forzi navali l-oħra preżenti fir-reġjun, partikolarment fil-kuntest tal-proċessi SHADE (Kuxjenza u Riżoluzzjoni tal-Kunflitti Konġunti); jiddispjaċih, madankollu, dwar il-problemi kontinwi rigward il-prosekuzzjoni tal-pirati u l-ħallelin armati suspettati maqbuda fiż-żona tal-operazzjoni, li jheddu l-kredibilità tal-isforzi internazzjonali kontra l-piraterija;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi tal-piraterija, li ġejjin mill-instabilità prevalenti u l-faqar fis-Somalja, u għalhekk huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tappoġġja l-Gvern Federali Transitorju (TFG) permezz ta“ miżuri mmirati lejn ir-restawr tas-sigurtà, l-istabilità politika u l-istat tad-dritt u l-promozzjoni ta” żvilupp sostenibbli, flimkien mal-Unjoni Afrikana u n-Nazzjonijiet Uniti, u li tiżviluppa strateġija konġunta bil-għan li jingħata bidu għal proċess ta“ paċi reġjonali;

27.  Jitlob li l-approċċ tal-UE għas-Somalja jqis li huwa biss eżerċizzju tal-bini tal-istat fuq skala kbira u fuq medda ta“ żmien twil - li jmur aktar ”il fuq u lil hinn mill-bini tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern Federali Transitorju - li se jikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà f'dan il-pajjiż b'mod sostenibbli; għalhekk jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproponu strateġija ambizzjuża, konġunta u komprensiva tal-UE għas-Somalja;

28.  Jenfasizza b'mod partikolari l-urġenza li jkun hemm azzjoni li tippermetti lill- Gvern Federali Transitorju li jibqa“ f'postu u li jifrex il-kontroll tiegħu fit-territorju tas-Somalja; għal dan il-għan, jilqa” l-fatt li l-Kunsill qabel fil-25 ta“ Jannar 2010 biex titwaqqaf missjoni militari CSDP (Missjoni tal-UE għat-Taħriġ, EUTM Somalja) sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja fl-Uganda, f'koordinazzjoni mill-qrib ma” sħab tal-UE, inklużi l-Gvern Federali Transitorju, l-Uganda, l-Unjoni Afrikana, n-Nazzjonijiet Uniti u l-Istati Uniti; jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex tinforma u tikkonsulta lill-Parlament Ewropew kif xieraq;

29.  Jenfasizza wkoll l-importanza li jissaħħu l-kapaċitajiet ta“ sorveljanza marittima fir-reġjun, partikolarment permezz tat-taħriġ u tal-ħolqien ta” netwerk tal-gwardji kostali tal-pajjiżi tar-reġjun, u jqis li l-Unjoni għandha tipparteċipa fl-isforzi billi tappoġġja l-Kodiċi ta“ Mġieba ta” Ġibuti u l-pjan ta“ implimentazzjoni tiegħu żviluppat mill-Organizzazzjoni marittima internazzjonali, kif miftehma mill-Istati tar-reġjun (ċentru ta” skambju ta“ informazzjoni fil-Jemen u ċentru ta” taħriġ tal-persunal marittimu f'Ġibuti);

30.  Rigward is-sitwazzjoni fil-Jemen, ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 Frar 2010 u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, flimkien ma“ msieħba internazzjonali, inkluż il-ġirien tal-Jemen, biex jgħinu lill-gvern permezz ta” approċċ komprensiv li jiġbor fih ir-riforma tas-settur tas-sigurtà, il-kontro-terroriżmu, kif ukoll id-djalogu politiku, l-għajnuna umanitarja u ekonomika u l-edukazzjoni;

L-Afganistan u l-Pakistan

31.  Ifakkar dwar l-importanza ta“ stabilizzazzjoni tas-sitwazzjoni tas-sigurtà u tal-politika fl-Afganistan u fil-Pakistan sabiex jiġi ffaċċjat it-theddid dinji li għandu impatt dirett fuq is-sigurtà tal-Ewropej (terroriżmu, traffikar tad-drogi, tixrid tal-armi ta” qerda tal-massa) u, f'dan ir-rigward, jilqa“ l-pjan ta” azzjoni tal-Unjoni għall-Afganistan u għall-Pakistan adottat fis-27 ta“ Ottubru 2009 mill-Kunsill; itenni l-ħtieġa għal approċċ komprensiv rigward dawn il-kwistjonijiet, li jgħaqqad is-sigurtà aktar mill-qrib mal-iżvilupp, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll aspetti relatati mal-ġeneru; jitlob, għalhekk, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi aktar tanġibbli f'din id-direzzjoni, ukoll billi jżidu l-kontribuzzjoni tal-UE u jiżguraw li l-attivitajiet tagħha jiġu integrati aħjar ma” dawk tal-Istati Membri u l-komunità internazzjonali;

32.  Iqis li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi fl-Istat Afgan, u partikolarment is-sistema legali u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi apprti l-pulizija, għandu jikkostitwixxi prijorità fl-implimentazzjoni ta“ strateġija Ewropea ġdida;

33.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżidu b'mod sinifikanti r-riżorsi għall-impenn ċivili fl-Afganistan sabiex il-prijorità ċivili tal-UE tkun kredibbli u aktar viżibbli f'għajnejn l-Afgani u l-imsieħba internazzjonali; jenfasizza l-importanza li tinħoloq forza tal-pulizija ċivili effettiva u ta“ min jorbot fuqha biex jiġi stabbilit l-istat tad-dritt fl-Afganistan, u jilqa” l-ħidma tal-missjoni EUPOL tal-Afganistan; jistieden lill-Kunsill biex jirrimedja l-problema kontinwa ta“ nuqqas ta” persunal fi ħdan il-missjoni EUPOL bħala kwistjoni ta“ urġenza, u biex jiffaċilita l-iskjerament tiegħu fil-provinċji billi jipprovdi akkomodazzjonijiet addizzjonali u appoġġ loġistiku adegwat għall-missjoni; jistieden lin-NATO biex tikkoopera aktar mill-qrib mal-missjoni u biex tikkoordina l-ħidma tagħha tal-pulizija mal-EUPOL taħt il-patroċinju tal-Bord Internazzjonali ta” Koordinazzjoni tal-Pulizija (IPCB);

34.  Jappoġġja l-proposta tal-Kunsill li jeżamina l-possibilità ta“ missjoni ta” assistenza fil-Pakistan għar-riforma tas-setturi tas-sigurtà u tal-kostruzzjoni ta“ kapaċità għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, sabiex dan il-pajjiż jiġi megħjun jiddefinixxi strateġija kontra t-terroriżmu, filwaqt li jiġi inkluż djalogu dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

Il-Balkani

35.  Jilqa“ l-iskjerament b'suċċess tal-missjoni EULEX Kosovo fit-totalità tat-territorju tal-Kosovo u jinsisti dwar l-importanza għall-komponenti kollha tal-missjoni (pulizija, ġustizzja u dwana) sabiex din tkun tista” tibqa“ topera mingħajr ostakli fit-territorju kollu tal-Kosovo, inkluż fit-Tramuntana;

36.  Jilqa“ f'dan ir-rigward l-iffirmar tal-protokoll ta” kooperazzjoni tal-pulizija bejn l-EULEX Kosovo u s-Serbja, u jinnota n-natura strettament teknika ta“ dan il-protokoll, maħsub biex jiffaċilita l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

37.  Jikkundanna l-azzjonijiet ostili kollha fir-rigward tal-EULEX Kosovo, li l-missjoni tagħha hija li taħdem flimkien mal-awtoritajiet tal-Kosovo favur it-twaqqif u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, u dan għall-ġid tal-komunitajiet kollha tal-Kosovo;

38.  Jitlob lill-Kunsill biex iqis il-possibilità tal-iskjerament ta“ operazzjoni militari taħt is-CSDP biex tieħu post il-KFOR;

39.  Ifakkar li, f'dak li jikkonċerna l-Bosnja-Ħerzegovina, minkejja diffikultajiet politiċi persistenti, is-sitwazzjoni tas-sigurtà għadha relattivament kalma u stabbli, u jenfasizza l-kontribut tal-operazzjoni militari tal-Unjoni (EUFOR ALTHEA) f'dan il-qasam; jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill li tiffoka mill-ġdid l-attivitajiet tal-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fuq il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u jenfasizza l-bżonn għal approċċ komprensiv għas-settur tal-istat tad-dritt (pulizija – ġustizzja – ħabsijiet); iħeġġeġ lill-Kunsill biex fil-futur qrib jieħu deċiżjoni sabiex it-taħriġ tal-forzi armati Bosnjakki jkun l-enfasi l-ġdid tal-EUFOR ALTHEA; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta“ deċiżjoni politika konċertata dwar il-ġejjieni tal-forza internazzjonali fil-Bosnja u l-Ħerzegovina, li qed iwassal għal irtirar unilaterali ta” ċerti parteċipanti Ewropej mill-forza u bir-riskju li tiġi pperikolata l-kredibilità u l-koerenza tal-azzjoni tal-UE fil-Bosnja u l-Ħerzegovina; ifakkar lill-Kunsill biex jippreserva l-prospett ta“ adeżjoni mal-UE kif ġie miftiehem f'Tessaloniki fl-2003;

Il-Kawkasu

40.  Ifakkar dwar ir-rwol determinanti tal-Unjoni biex jiġi evitat deterjorament fil-kunflitt bejn il-Ġeorġja u r-Russja, partikolarment permezz tal-iskjerament immedjat ta“ missjoni ta” osservazzjoni bl-għan li tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tat-12 ta“ Awwissu u tat-8 ta” Settembru 2008; jiddispjaċih li l-Federazzjoni Russa s'issa ma wettqitx l-impenji tagħha fir-rigward ta“ dawn il-Ftehimiet; jenfasizza li r-rwol tal-missjoni ta” osservazzjoni tal-UE fil-Ġeorġja sar partikolarment kruċjali wara t-tluq tal-missjonijiet tal-OSCE u tan-Nazzjonijiet Uniti;

41.  Jappoġġja t-tiġdid tal-missjoni għal sena oħra u jitlob li tissaħħaħ il-kapaċità ta“ osservazzjoni tagħha, inkluża l-organizzazzjoni teknika tagħha; jiddispjaċih li l-forzi Russi u dawk lokali ma ħallewx lill-membri tal-persunal tal-missjoni jżuru r-reġjuni separatisti tal-Ossezja tan-Nofsinhar u tal-Abkażja;

Il-Lvant Nofsani

42.  Iqis li l-Unjoni għandha ttejjeb il-kwalità tal-azzjonijiet tagħha fit-territorji Palestinjani; jilqa“ l-ħidma mwettqa mill-missjoni tal-pulizija EUPOL COPPS u jistieden lill-Kunsill biex iqis it-tisħiħ ta” din il-missjoni u jipproponi format ġdid biex il-missjoni ta“ assistenza fil-punt konfinali ta” Rafah (EUBAM Rafah) tinżamm u ssir aktar effettiva u biex tittaffa“ l-kriżi umanitarja drammatika fil-Medda ta” Gaża;

43.  Jappoġġja, fir-rigward tal-missjoni EUJUST LEX fl-Iraq, il-bidu progressiv ta“ attivitajiet fit-territorju tal-Iraq, skont is-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post;

L-Afrika “l isfel mis-Saħara

44.  Jirrikonoxxi l-bżonn ta“ impenn min-naħa tal-Unjoni fil-qasam tar-riforma tas-setturi tas-sigurtà ta” ċerti pajjiżi Afrikani, bħar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-Ginea-Bissaw, u jistieden lill-Kunsill biex jibbaża l-azzjonijiet tiegħu fuq approċċ komprensiv għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u biex iwettaq valutazzjonijiet regolari tal-effikaċja u tal-impatt ta“ dawn il-missjonijiet;

Ħaiti

45.  Jisħaq, fir-rigward tal-qagħda f'Ħaiti, fuq l-importanza ta“ koordinament tal-miżuri ta” appoġġ Ewropej; jilqa“ b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, il-kontribuzzjoni kollettiva tal-UE ta” mill-inqas 300 membru tal-persunal tal-pulizija, biex jipprovdu tisħiħ temporanju tal-kapaċità tal-pulizija tal-Missjoni ta“ Stabbilizzazzjoni tan-NU f'Ħaiti (MINUSTAH) kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kunsill li jwaqqaf ċelloli fi Brussell (EUCO Ħaiti) biex jikkoordinaw il-kontributi mill-Istati Membri ta” assi militari u ta“ sigurtà sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet identifikati min-NU, u b'hekk jikkumplimentaw iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ u tal-Informazzjoni (MIC); jiddispjaċih, madankollu, in-nuqqas ta” koordinazzjoni fuq il-post f'Ħaiti fost l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea; jistieden lir-Rappreżentant Għoli / Viċi President biex tmexxi l-isforzi Ewropej f'dan il-qasam;

Tagħlim miksub

46.  Jenfasizza l-importanza tal-proċessi ta“ feedback tal-operazzjonijiet u jistieden lill-Kunsill biex jirrefletti dwar mekkaniżmu li jippermetti l-assoċjazzjoni tiegħu ma” dawn il-proċessi; jixtieq ukoll ikun infurmat dwar l-ewwel rapport annwali rigward l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-feedback għall-missjonijiet ċivili; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President twettaq verifika bir-reqqa u trasparenti u tippreżenta missjonijiet tal-PSDK sabiex ikunu identifikati l-punti dgħajfin u b'saħħithom tagħhom;

47.  Jilqa“ t-tranżizzjoni b'suċċess tal-operazzjoni tal-Unjoni fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (operazzjoni EUFOR Tchad/RCA) lejn il-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Ċentru-Afrikana u ċ-Ċad (MINURCAT) u jixtieq li issa jinżamm infurmat dwar il-proċess attwali ta” tagħlim miksub, b'mod partikulari fir-rigward ta“ kif in-nuqqasijiet u l-problemi eżistenti li għandhom x'jaqsmu mal-kooperazzjoni prattika man-Nazzjonijiet Uniti u l-Unjoni Afrikana jistgħu jiġu evitati f'missjonijiet futuri;

Politika ta“ eżerċizzju

48.  Jenfasizza li l-ippjanar u t-twettiq ta“ eżerċizzji tal-UE fil-qasam tas-CSDP bħala parti minn politika ta” eżerċizzju aktar ambizzjuża tal-UE, inkluża l-possibbiltà għall-UE biex twettaq eżerċizzji fil-ħajja reali (LIVEX), tagħti kontribut kbir għal koordinazzjoni aktar effettiva tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fit-trawwim ta“ interoperabilità akbar u l-iskambju tal-esperjenza;

L-inklużjoni tal-perspettiva tas-sess u tad-drittjiet tal-bniedem
49.Ifakkar fl-importanza li jiġu indirizzati b'mod sistematiku l-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem u tas-sessi fil-fażijiet kollha tal-operazzjonijiet tas-CSDP, matul il-fażijiet tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni; jitlob li titqies ir-Riżoluzzjoni 1325 (2000) u 1889 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà fit-taħriġ tal-persunal u waqt l-operazzjonijiet u li proporzjon akbar tal-impjegati mibgħuta fuq l-operazzjonijiet ikunu nisa; jirrakkomanda li jissaħħaħ it-taħriġ tal-persunal rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-għarfien tas-soċjetà ċivili;
Nonproliferazzjoni u diżarm

50.  Jilqa“ r-Riżoluzzjoni 1887 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2009) u jappoġġa għalkollox it-talbiet tagħha biex ma jibqgħux jinfirxu l-armi nukleari u għal sforzi aktar intensivi biex jinkiseb id-diżarm taħt kontroll internazzjonali strett u effikaċi; jistieden lill-Istati Membri biex isawru pożizzjoni komuni b'saħħitha għall-Konferenza ta” Reviżjoni tal-2010 tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni Nukleari u jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-24 ta“ April 2009 lill-Kunsill dwar in-nonproliferazzjoni u l-futur tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT)(8), li fih jiġi enfasizzat il-bżonn li jissaħħu iktar it-tliet pilastri tal-NPT, jiġifieri n-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-koperazzjoni għall-użi ċivili tal-enerġija nukleari; iħeġġeġ, barra minn hekk, li t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari (CTBT) jiġi rratifikat u jidħol fis-seħħ;

51.  Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati sistema internazzjonali għall-forniment sikur u garantit tal-fjuwil nukleari (i.e. sistema ta“ bank tal-fjuwil internazzjonali taħt il-kontroll tal-IAEA) u mekkaniżmi għal infurżar aħjar tal-hekk imsejħa klawsola dwar l-Armi għall-Qerda tal-Massa li hi parti mill-ftehimiet ta” koperazzjoni tal-UE ma“ pajjiżi terzi;

52.  Jilqa“ b'sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet u l-objettivi dikjarati mill-amministrazzjoni Amerikana l-ġdida li tieħu l-impenn li tgħin biex ikun hemm progress fid-diżarm nukleari u jitlob li jkun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-promozzjoni tan-nonproliferazzjoni nukleari; jistieden liż-żewġ potenzi nukleari Ewropej biex jesprimu l-appoġġ espliċitu tagħhom għal dan l-impenn u biex joħorġu b'miżuri ġodda biex iwettquh; jilqa”, fl-istess waqt, l-impenn tal-Federazzjoni Russa u tal-Istati Uniti tal-Amerika biex ikomplu n-negozjati biex jiġi konkluż ftehim komprensiv ġdid u li jkun legalment vinkolanti bħala sostitut għat-Trattat dwar it-Tnaqqis u l-Limitazzjoni tal-Armi Offensivi Strateġiċi (START I), li skada f'Diċembru 2009; jistenna ħerqan li jkun hemm riżultati tanġibbli f'dan ir-rigward, fl-iktar data kmieni possibbli;

53.  Jilqa“ l-ftehim ta” koalizzjoni Ġermaniż tal-24 ta“ Ottubru 2009 dwar l-irtirar tal-armi nukleari tal-Istati Uniti mill-Ġermanja fil-kuntest tal-appoġġ tagħha għall-politika tal-President Obama għal dinja ħielsa mill-armi nukleari, ix-xewqa li jittieħdu passi intermedji biex jintlaħaq dan il-għan u l-ħtieġa li jiġu introdotti dinamiki ġodda fil-kontroll tal-armi u d-diżarm waqt il-Konferenza ta” Reviżjoni tal-2010 tal-NPT; iħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħra li għandhom armi nukleari tal-Istati Uniti fit-territorju tagħhom biex jieħdu impenn ċar simili; jilqa“, f'dan ir-rigward, l-ittra mibgħuta fis-26 ta” Frar 2010 mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, il-Pajjiżi Baxxi, il-Belġju, il-Lussemburgu, u n-Norveġja lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, li titlob għal diskussjoni komprensiva fl-Alleanza dwar kif tista“ toqrob lejn l-għan politiku globali ta” dinja mingħajr armi nukleari;

54.  Jafferma mill-ġdid it-tħassib tiegħu fir-rigward tal-Iran u l-Korea ta“ Fuq, filwaqt li jfakkar dwar l-impenn li ttieħed mill-Unjoni biex jintużaw l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi, twaqqaf u, jekk ikun possibbli, telimina l-programmi ta” proliferazzjoni li qajmu tħassib fil-livell dinji; ifakkar madankollu li d-diżarm mibdi minn ċerti Stati mhuwiex marbut direttament mar-rieda tal-Istati l-oħra li jtemmu jew li jkomplu l-programmi ta“ proliferazzjoni tagħhom, u dan għandu jwassal għal politika iebsa fir-rigward tal-Istati jew l-organizzazzjonijiet li jkunu lesti li jipparteċipaw jew li diġà qed jipparteċipaw fi proċessi ta” proliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa; jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri kollha jaġixxu b'dan il-mod, bi qbil mal-approċċ tal-Unjoni għal din il-kwistjoni;

55.  Jirrimarka li, b'rabta mad-diżarm konvenzjonali, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex isir progress fid-diskussjonijiet dwar trattat internazzjonali li jirregola l-kummerċ tal-armi;

56.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għal diżarm aktar estensiv u għal projbizzjoni totali fuq l-armi, bħall-armi kimiċi u bijoloġiċi, il-mini ta“ kontra l-persunal, il-munizzjonijiet tat-tip ”cluster“ u l-munizzjonijiet tal-uranju mdgħajjef, li jikkawżaw tbatija kbira għall-persuni ċivili; iħeġġeġ, għaldaqstant, l-isforzi multilaterali msaħħa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u li jużaw it-Tossini, il-Konvenzjoni dwar il-Munizzjonijiet tat-tip ”Cluster“, il-Konvenzjoni dwar il-Mini għal Kontra l-Persuni u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema internazzjonali kontra l-proliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa; jilqa”, f'dan ir-rigward, l-impenji li ttieħdu mill-Istati Membri kollha tal-UE meta adottaw il-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-Esportazzjoni tal-Armi, kif ukoll id-dispożizzjoni tal-Artikolu 28B(1) tat-Trattat ta“ Lisbona, li jafda l-operazzjonijiet ta” diżarm konġunti f'idejn l-UE;

Żvilupp tal-kapaċitajiet

57.  Ifakkar li, sabiex jiġu sodisfatti l-esiġenzi operattivi dejjem ikbar u tiġi professjonalizzata l-ġestjoni tal-kriżijiet, l-Unjoni għandha tiżviluppa l-kapaċitajiet ċivili u militari tagħha; iħeġġeġ f'dan ir-rigward lill-Kunsill biex jiddefinixxi objettiv globali ġdid, li jista“ jkun ċivili u militari u li għandu jiġi organizzat qabel xejn favur it-tisħiħ effikaċi tal-kapaċitajiet;

58.  Jisħaq fuq il-ħtieġa tat-tiftix ta“ sinerġiji bejn il-kapaċitajiet ċivili u militari u l-identifikazzjoni ta” oqsma fejn l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġbru l-isforzi u l-kapaċitajiet tagħhom fil-livell tal-UE fi klima ekonomika diffiċli, li hu importanti biex jingħelbu l-effetti magħquda tal-ispejjeż dejjem jikbru tat-tagħmir ta“ difiża flimkien mal-limiti eżistenti fuq in-nefqa għad-difiża, filwaqt li tittieħed l-opportunità mogħtija mit-twaqqif tal-EEAS, li għandu jkollha unità waħda li tissorvelja l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ċivili u militari;

59.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-objettivi ta“ tisħiħ tal-kapaċitajiet ċivili u militari definiti fil-Kunsill Ewropew ta” Diċembru 2008; jitlob lill-Kunsill biex jimxi “l quddiem bl-implimentazzjoni tal-proġetti proposti f'dan il-kuntest, minkejja l-kriżi ekonomika attwali; jistieden lill-Kunsill biex b'mod regolari jżommu infurmat dwar l-isforzi min-naħa tal-Istati Membri sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi;

60.  Jenfasizza l-bosta ostakli li ġew identifikati għall-impjieg mgħaġġel tal-missjonijiet ċivili; jistieden lill-Istati Membri biex jimmobilizzaw il-Ministeri tal-Ġustizzja u tal-Intern tagħhom sabiex dawn jerfgħu r-responsabilità f'dan il-qasam; jappoġġja f'dan ir-rigward l-isforzi tal-Kunsill għall-faċilitazzjoni tal-issekondar u tal-impjieg tal-persunal ċivili kkwalifikat, imħarreġ b'mod xieraq u bbilanċjat bħala ġeneru (permezz tal-adozzjoni ta“ strateġiji nazzjonali u standards komuni, titjib tal-proċess ta” ġenerazzjoni tal-forzi u tat-taħriġ ta“ qabel l-impjieg, reviżjoni tal-kunċett ta” timijiet ta“ intervent ċivili - CRTs) kif ukoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni immedjat ta” tagħmir għall-missjonijiet ċivili l-ġodda (permezz tat-twaqqif ta“ kuntratti qafas u proġett ta” twaqqif ta“ mħażen għat-tagħmir); jilqa” f'dan ir-rigward id-deċiżjoni li titwaqqaf b'mod provviżorju ħażna ta“ tagħmir fi ħdan il-Missjoni ta” Pulizija tal-Unjoni fil-Bosnja-Ħerzegovina;

61.  Jenfasizza l-bżonnijiet tal-missjonijiet ċivili li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħmir ta“ komunikazzjoni integrat, sigur u kompatibbli mas-sistemi ta” komunikazzjoni militari;

62.  Jistieden lill-Kunsill biex jagħti lill-EEAS struttura permanenti li tkun tiġbor fiha l-funzjonijiet ta“ appoġġ komuni għall-missjonijiet ċivili u l-operazzjonijiet militari (fosthom il-proċeduri ta” reklutaġġ u l-proċessi tal-akkwist) sabiex dawn ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-missjoni ewlenija tagħhom;

63.  Jinsisti dwar il-bżonn ta“ koordinazzjoni mill-qrib bejn il-missjonijiet ċivili u militari tas-CSDP u strumenti oħra tal-Unjoni, sabiex jiġi razzjonalizzat l-użu tar-riżorsi; jitlob lir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President biex tikkoordina mal-Kummissjoni biex, flimkien mal-EEAS, jiġu ppjanati l-azzjonijiet tagħha f'oqsma simili; jitlob li jkun hemm skambju kontinwu ta” informazzjoni bejn il-missjonijiet ċivili tas-CSDP u l-protagonisti inkarigati mill-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura intra-Ewropea, b'mod partikolari l-Europol, u b'mod speċifiku għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

64.  Jinnota li l-Gruppi Tattiċi (Battle Groups), minkejja l-ispejjeż li jirrappreżentaw, għadhom qatt ma ntużaw s'issa, għal raġunijiet politiċi iżda wkoll minħabba l-kundizzjonijiet stretti ferm għat-tħaddim tagħhom; jappoġġa l-użu iktar effikaċi u flessibbli tal-Gruppi Tattiċi sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala forza ta“ riżerva jew bħala sostitut parzjali f'każ ta” proċess diżappuntanti ta“ ġenerazzjoni tal-forzi, sakemm jitqiesu kif suppost ix-xewqat tal-pajjiżi li b'mod konġunt ikunu jifformaw il-gruppi kkonċernati; jitlob li jiġi prorogat il-ftehim provviżorju bl-għan li jiġu koperti l-ispejjeż marbuta mal-użu strateġiku tal-Gruppi Tattiċi, iżda wkoll l-estensjoni tal-ispejjeż komuni għall-użu ta” dawn il-gruppi tattiċi; jistieden lill-Kunsill biex jużahom fil-kuntest ta“ eżerċizzji militari veri u propji; jilqa” l-ħidma mwettqa bl-ispinta tal-presidenza Svediża dwar l-użu flessibbli tal-Gruppi Tattiċi u, fuq din il-bażi, jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet adottati;

65.  Jilqa“ l-progress magħmul fil-qasam tal-kapaċitajiet militari u ċivili u jitlob li jsir progress mgħaġġel fl-oqsma sussegwenti:

   il-proġetti li jippermettu li jiġu mobilizzati b'mod iktar mgħaġġel il-missjonijiet tal-ESDP u l-forzi tal-Unjoni, jiġifieri:
   it-twaqqif ta“ flotta Ewropea ta” trasport bl-ajru u l-pjan ta“ governanza adottat minn 14-il Stat Membru matul il-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni”, miftuħ ukoll għall-ministri tad-difiża, tas-17 ta“ Novembru 2009, it-twaqqif ta” kommando Ewropew ta“ trasport bl-ajru f'Eindhoven u l-ħolqien ta” unità multinazzjonali ta“ ajruplani A400M, filwaqt li jiddispjaċih għad-dewmien konsiderevoli fil-kunsinna u jistieden lill-Istati Membri kkonċernati u lill-EADS biex jagħmlu suċċess bil-proġett A400M sabiex l-unità multinazzjonali tkun tista” tinħoloq malajr; jisħaq fuq l-importanza tal-użu tal-kapaċitajiet tat-trasport militari b'appoġġ għall-protezzjoni ċivili u l-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-kriżijiet;
   il-modernizzazzjoni tal-ħelikopters u t-taħriġ tal-ekwipaġġi, kif ukoll il-proġett futur ta“ ħelikopter tat-trasport tqil;
   il-proġetti bl-għan li l-ekwipaġġi militari skjerati mill-Unjoni Ewropea jkunu infurmati aħjar:
   il-ġenerazzjoni ġdida ta“ satelliti ta” osservazzjoni (programm MUSIS),
   il-ftehimiet bejn ċerti Stati Membri u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC) bl-għan li jiġi faċilitat l-aċċess ta“ dan iċ-Ċentru satellitari għall-immaġini governattivi (Hélios II, Cosmo-Skymed u SAR-Lupe),
   il-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) dwar l-espressjoni tal-bżonnijiet militari fil-qasam tas-sorveljanza mill-ispazju;
   il-proġett ta“ Sistema ta” Sorveljanza Dinjija għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), filwaqt li madankollu jiddispjaċih li dan ma jqisx biżżejjed il-bżonnijiet speċifiċi tas-settur tas-sigurtà u d-difiża, partikolarment f'termini ta“ riżoluzzjoni tal-immaġini; jissuġġerixxi li ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea jkun jista” jkollu rwol ta“ kollegament f'dan il-qasam;
   il-proġetti bl-għan li tissaħħaħ id-dimensjoni marittima tal-Unjoni, li jqiegħdu l-mezzi militari tas-CSDP għas-servizz tagħha:
   it-twaqqif ta“ sistema ta” sorveljanza marittima skont il-mudell Baltiku (SUBCAS) sabiex tkabbar is-sigurtà tat-trasport marittimu, tikkontrolla l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin u tiġġieled it-tniġġis tal-ibħra;
   il-pjan direzzjonali għall-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima previst għall-2010; iqis li n-nuqqas ta“ koperazzjoni bejn id-diversi protagonisti Ewropej bl-ebda mod m'għandu jkun ostaklu għall-implimentazzjoni ta” dawn il-proġetti;

66.  Jilqa“ r-rwol determinanti tal-EDA fl-iżvilupp ta” dawn il-kapaċitajiet ta“ difiża kritiċi, partikolarment permezz tal-implimentazzjoni ta” programmi konġunti; jistieden lill-Istati Membri biex jisfruttaw iktar il-potenzjal tal-EDA f'konformità mat-trattat il-ġdid, biex jallokawlha baġit konformi ma“ dak li qed jiġi mistenni minnha u biex tingħatalha iktar prevedibilità f'ħidmitha permezz tal-adozzjoni ta” qafas finanzjarju u ta“ programm ta” ħidma triennali; jistieden lill-Istati Membri biex jiffinalizzaw mill-aktar fis l-arranġament amministrattiv bejn l-EDA u l-organizzazzjoni konġunta ta“ koperazzjoni fil-qasam tal-armamenti (OCCAR) kif ukoll il-ftehim ta” sigurtà bejn l-Unjoni u l-OCCAR sabiex jorganizzaw b'mod effikaċi l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-armamenti;

67.  Jappoġġa t-twaqqif ta“ bażi industrijali u teknoloġika ta” difiża Ewropea kompetittiva u ta“ suq Ewropew tat-tagħmir ta” difiża miftuħ u trasparenti; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex ikomplu bl-isforzi tagħhom ta“ riċerka u żvilupp, billi jirrispettaw l-impenn meħud li jallokaw lil dan il-qasam 2% tal-ispejjeż għad-difiża, u biex jittrasponu b'mod armonizzat id-direttivi tal-pakkett għad-difiża;

68.  Jistieden lill-aġenziji nazzjonali Ewropej għall-akkwisti fil-qasam tad-difiża biex jieħdu passi konkreti, bl-appoġġ tal-EDA, biex isiru aktar akkwisti Ewropej, speċifikament billi jiffirmaw Kodiċi ta“ Kondotta volontarju li jkun jintroduċi l-prinċipju ta” “preferenza Ewropea” f'xi oqsma tat-tagħmir ta“ difiża fejn ikun importanti li jinżammu awtonomija strateġika u sovranità operattiva mill-prospettiva Ewropea, u biex tiġi sostnuta l-preminenza industrijali u teknoloġika Ewropea;

69.  Jappoġġa bil-qawwa t-twaqqif ta“ sinerġiji ċivili u militari fil-qasam tal-kapaċitajiet; jittama li s-CMPD u l-EDA jkunu jistgħu jistabbilixxu malajr ir-rwoli komplementari tagħhom: taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President, is-CMPD fi ħdan l-EEAS għandu jkollha rwol strateġiku għall-għoti ta” spinta u għall-koordinazzjoni tal-ħidma, partikolarment fil-qasam tal-identifikazzjoni tal-bżonnijiet komuni, filwaqt li l-EDA għandu jkollha rwol operattiv għall-iżvilupp tat-teknoloġiji dupliċi u l-kapaċitajiet ċivili u militari; iqis li dawn is-sinerġiji jistgħu jinstabu partikolarment fuq il-bażi tal-parti “'sigurtà'” tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku;

70.  Jilqa“ l-progress imwettaq taħt il-presidenza Svediża għall-ħolqien ta” reservoir ta“ esperti ċivili u militari li jistgħu jintużaw fir-riforma tas-setturi ta” sigurtà, filwaqt li jiddeplora d-dewmien fl-implimentazzjoni ta“ din il-miżura proposta fil-ħarifa tal-2008, u jixtieq li jitwaqqaf issa stess dan ir-reservoir;

71.  Jappoġġa, bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-persunal Ewropew li jaħdem id f'id, l-inizjattivi fil-qasam tat-taħriġ, partikolarment:

   l-iżvilupp tal-iskambji ta“ fizzjali żgħażagħ Ewropej, skont il-mudell tal-programm Erasmus;
   it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta“ taħriġ fil-livell tal-Unjoni; b'mod partikolari, jinsisti dwar in-neċessità li jitwaqqaf mill-aktar fis il-Kulleġġ Ewropew ta” sigurtà u difiża fl-għamla l-ġdida tiegħu, kif ġie deċiż mill-Kunsill f'Diċembru 2008;
   l-isforzi biex tiżdied il-kapaċità għal taħriġ fil-livell tal-UE; jenfasizza b'mod partikulari l-bżonn li titwaqqaf l-Akkademja Ewropea għal Azzjoni Esterna b'dehra ġdida li, b'koperazzjoni mill-qrib mal-entitajiet xierqa fl-Istati Membri u waqt li tinkorpora strutturi ta“ taħriġ eżistenti bħall-Kulleġġ għad-Difiża, tkun tipprovdi lill-uffiċjali tal-Unjoni u lill-uffiċjali tal-Istati Membri li għandhom jaħdmu f'funzjonijiet ta” relazzjonijiet esterni, kif ukoll lill-istaff mill-missjonijiet tas-CSDP, b'taħriġ li jkun ibbażat fuq kurrikuli armonizzati b'mod uniformi, b'taħriġ komprensiv u komuni għall-uffiċjali kollha u b'taħriġ xieraq fil-proċeduri konsulari u ta“ legazzjoni, fid-diplomazija, fil-medjazzjoni waqt il-kunflitti u fir-relazzjonijiet internazzjonali, flimkien ma” għarfien dwar l-istorja u l-esperjenza tal-Unjoni Ewropea;

72.  Iqis li, bl-għan li jittejjeb it-taħriġ tal-persunal impjegat u biex jinkiseb l-ogħla benefiċċju mill-mezzi ta“ taħriġ, għandha tiġi stabbilita rabta iktar sistematika bejn il-persunal li jipparteċipa fit-taħriġ u l-persunal imħaddem fil-missjonijiet; jistieden lill-Kunsill biex ifassal statut Ewropew komuni għall-persunal mobilizzat, li jkun jirregola l-istandards tat-taħriġ, ir-regoli dwar l-involviment jew il-mobilizzazzjoni u l-gradi tal-libertà operattiva, drittijiet u dmirijiet, il-kwalità tat-tagħmir u l-kura medika u l-arranġamenti ta” sigurtà soċjali fil-każ ta“ mewt, korriment jew inkapaċità;

73.  Jilqa“ l-iffirmar fis-26 ta” Frar 2009 tat-Trattat ta“ Strasburgu, li jagħti personalità legali lill-Korp tal-Armata Ewropew (l-Eurocorps); jitlob li din il-forza multinazzjonali tintuża mill-Unjoni jekk ikun hemm il-ħtieġa;

Finanzjament tas-CSDP

74.  Ifakkar li t-Trattat ta“ Lisbona ma jimmodifikax b'mod fundamentali l-finanzjament tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet immexxija fil-qafas tas-CSDP, jiġifieri:

   il-missjonijiet ċivili huma ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni,
   l-operazzjonijiet militari huma ffinanzjati mill-mekkaniżmu ATHENA f'dak li jikkonċerna l-ispejjeż komuni;

75.  Ifakkar fid-dispożizzjoni tat-Trattat ta“ Lisbona relatata mal-fond ta” tnedija, li tqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u li għandu jiffinanzja l-attivitajiet preparatorji tal-missjonijiet tas-CSDP li, għal xi raġuni jew oħra, ma jkunux jaqgħu taħt il-baġit tal-Unjoni; jenfasizza l-valur miżjud ta“ dan il-fond, li għandu jippermetti t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli li tħejji l-azzjonijiet tas-CSDP b'mod effikaċi u bla dewmien; iħeġġeġ f'dan ir-rigward lill-Istati Membri biex jibdew bla dewmien il-ħidma ta” implimentazzjoni;

76.  Jitlob lill-Istati Membri biex itawlu l-lista ta“ spejjeż komuni, iffinanzjati mill-mekkaniżmu ATHENA, biex ikabbru s-solidarjetà ta” bejniethom u biex iħeġġu lil iktar Stati biex jieħdu sehem fl-operazzjonijiet militari tal-Unjoni;

77.  Jissuġġerixxi li, fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli u proċeduri applikabbli għall-ġestjoni tal-kriżijiet isiru iktar flessibbli, billi dan il-qasam għandu jissodisfa esiġenzi speċifiċi, bħar-rapidità tal-iskjerament u l-kunsiderazzjonijiet tas-sigurtà;

78.  Ifakkar fin-natura determinanti tal-istrumenti finanzjarji mmexxija mill-Kummissjoni fil-ġestjoni tal-kriżijiet, partikolarment l-Istrument ta“ Stabilità u l-Fond Ewropew ta” Żvilupp (inkluża l-Faċilità għall-Paċi għall-Afrika); jenfasizza l-importanza li jkun hemm koordinazzjoni bejn dawn l-istrumenti differenti;

Sħubijiet
UE/NATO

79.  Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi kkonsolidata s-sħubija strateġika u li tiġi żgurata l-koperazzjoni kostruttiva bejn l-UE u n-NATO; jirrakkomanda li ma jkunx hemm imblukkar u jitlob għal reviżjoni tal-arranġamenti preżenti għall-koperazzjoni operattiva bejn l-UE u n-NATO (il-ftehim Berlin Plus) kif ukoll għal żvilupp ta“ qafas funzjonali ġdid li jiffaċilita koperazzjoni aktar wiesgħa meta ż-żewġ organizzazzjonijiet ikunu preżenti fl-istess siti ta” operazzjoni;

80.  Jinsisti li l-Viċi-President/ir-Rappreżentant Għoli għandha tidħol fi djalogu rigoruż mas-Segretarju-Ġenerali tan-NATO fir-rigward tar-reviżjoni attwali tan-NATO tal-kunċett strateġiku tagħha, sabiex jiġi żgurat li n-NATO tqis bis-sħiħ l-iżvilupp tal-Politika ta“ Sigurtà u ta” Difiża Komuni, inkluża l-kooperazzjoni strutturata permanenti potenzjali fid-difiża;

81.  Jiddispjaċih li l-ftehimiet tekniċi bejn l-operazzjonijiet tan-NATO u tal-Unjoni fl-Afganistan u fil-Kosovo għadhom ma ġewx iffirmati; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membi biex jużaw l-influwenza politika tagħhom fl-entitajiet xierqa tal-UE u n-NATO biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni;

82.  Jenfasizza l-koperazzjoni tajba bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet fil-ġlieda kontra l-piraterija (operazzjoni Atalanta u operazzjoni tan-NATO Ocean Shield);

83.  Jifraħ lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO dwar l-intenzjoni li l-Unjoni, inkluż il-Parlament Ewropew, tiġi assoċjata fid-diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tal-kunċett strateġiku ta“ din l-organizzazzjoni; jittama li dan iwassal għal inizjattivi speċifiċi fil-ġejjieni qrib;

84.  Jilqa“ l-koperazzjoni bejn l-Unjoni u n-NATO fil-qasam tal-kapaċitajiet militari, bħal fil-każ tal-ħidma għat-titjib tal-kapaċità operattiva tal-ħelikopters;

UE/Nazzjonijiet Uniti

85.  Ifakkar fl-importanza ta“ koperazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni u n-Nazzjonijiet Uniti fil-ġestjoni tal-kriżijiet, u b'mod partikolari fis-siti ta” operazzjoni fejn iż-żewġ organizzazzjonijiet huma rappreżentati u/jew iridu jissostitwixxu “l xulxin; jitlob li tissaħħaħ din il-koperazzjoni relatata mal-kriżijiet, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-ippjanar;

UE/Unjoni Afrikana

86.  Jenfasizza l-importanza ta“ koperazzjoni tajba bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana, skont l-impenji meħuda fil-kuntest tas-Sħubija għall-Paċi u s-Sigurtà” marbuta mal-Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Afrika; iqis li l-Unjoni Ewropea għandha, sa fejn ikun possibbli, tappoġġa lill-Unjoni Afrikana, partikolarment fis-siti ta“ operazzjoni, bħas-Somalja, fejn din tkun l-unika organizzazzjoni fit-territorju, u jistieden lill-Unjoni Afrikana biex tagħmel ħilitha biex tiżviluppa l-kapaċità tal-Afrika li tirreaġixxi għall-kriżijiet u biex tiżgura li jsir użu aktar effikaċi tal-assistenza li tasal mis-sħab internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni speċjali għall-problema tal-proliferazzjoni bla kontroll tal-armi ż-żgħar u ħfief, b'mod partikolari fl-Afrika, u f'dan ir-rigward, biex l-enfasi tkun fuq il-konformità mar-regolamenti eżistenti dwar l-armi fiż-żoni ta” kriżi fl-Istati Membri kollha;

UE/L-Istati Uniti

87.  Jistieden lill-Kunsill biex tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni tal-UE mal-Istati Uniti fil-qasam tat-tisħiħ tal-paċi u l-ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż dwar kwistjonijiet militari u diżastri naturali; koperazzjoni bħal din hija importanti b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-missjonijiet ta“ piraterija fis-Somalja, fl-isforzi biex jissaħħu l-kapaċitajiet Afrikani għaż-żamma tal-paċi, u fl-operazzjonijiet fil-Kosovo u fl-Afganistan; jilqa” b'mod partikolari l-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti fil-missjoni EULEX Kosovo, taħt il-kmand Ewropew;

88.  Hu tal-fehma li l-verżjoni l-ġdida tal-protezzjoni kontra l-missili maħsuba mill-amministrazzjoni Amerikana għandha tiġi studjata bir-reqqa u tiġi vverifikata, u jekk sistema bħal din tiġi żviluppata, għandha titqies l-istrateġija Ewropea komuni għall-protezzjoni tal-Ewropa kontra t-theddid ballistiku, fi djalogu fuq skala kontinentali, kif ukoll l-isforzi li qegħdin isiru biex l-industrija tad-difiża Ewropea tiġi involuta fl-iżvilupp tagħha;

Parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi fl-ESDP

89.  Ifakkar li s'issa, 24 pajjiż mill-ħames kontinenti pparteċipaw fis-16-il operazzjoni ċivili u militari tal-Unjoni; jenfasizza li l-parteċipazzjoni ta“ Stati terzi fl-operazzjonijiet tikkostitwixxi valur miżjud importanti, kemm politiku kif ukoll operattiv, għall-operazzjonijiet tal-Unjoni; iqis li l-Unjoni għandha tkompli miexja f'din it-triq u tanalizza l-possibilitajiet biex tassoċja aħjar dawn il-pajjżi terzi, mingħajr ma tipperikola l-awtonomija tat-teħid ta” deċiżjonijiet tagħha;

Prerogattivi Parlamentari

90.  Jilqa“ l-parteċipazzjoni ikbar tal-Kunsill fil-ħidma tal-Parlament Ewropew fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, partikolarment fi ħdan is-sottokumitat speċjalizzat; jilqa” l-inklużjoni ta“ sezzjoni dwar ir-relazzjonijiet mal-Parlament fl-aħħar konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ESDP; iħeġġeġ lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex, fil-kuntest tat-Trattat ta” Lisbona, tkompli miexja f'din it-triq sabiex is-CSDP tingħata leġittimità demokratika qawwija;

91.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni supranazzjonali li tista“ tippretendi b'mod leġittimu li l-politika ta” sigurtà u difiża tal-Unjoni tiġi implimentata b'mod demokratiku, u dan ir-rwol huwa msaħħaħ permezz tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona; iqis f'dan il-kuntest li l-Assemblea tal-WEU, li inħolqot permezz ta” trattat (it-Trattat ta“ Brussell Emendat) li ma ġiex iffirmat mit-totalità tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, m'għandha la t-tagħmir politiku u lanqas is-setgħa legali li teżerċita sorveljanza parlamentari fuq is-CSDP;

92.  Iħeġġeġ għalhekk lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali biex, billi jitqiesu l-possibilitajiet offerti mit-Trattat ta“ Lisbona, jagħmlu użu sħiħ mill-protokoll tiegħu Nru 1 biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom fil-qasam tal-PESK u s-CSDP permezz tal-iżvilupp ta” relazzjonijiet ta“ ħidma iktar mill-qrib u iktar strutturati, fir-rigward ta” kwistjonijiet ta“ sigurtà u difiża, bejn il-kumitati kompetenti rispettivi tagħhom; jenfasizza li din il-koperazzjoni msaħħa bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali se tissostitwixxi l-prerogattivi li l-Assemblea tal-WEU allokat lilha nnifisha mingħajr dritt; jenfasizza wkoll il-bżonn li l-istrutturi proprji jiġu adattati biex jiġi żgurat li s-CSDP topera aħjar; iħeġġeġ lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli/il-Viċi President biex isibu modi biex il-Parlament Ewropew u l-kumitat kompetenti tiegħu jkunu involuti sa mill-fażijiet l-aktar bikrija tat-twaqqif tal-Kunċetti u l-Pjanijiet Operattivi għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet Ċivili;

93.  Jitlob lill-Kunsill biex jinfurmah dwar il-progress tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet li qed jitħejjew, kif ukoll dwar l-impjieg tagħhom; jissuġġerixxi lill-Kunsill biex, f'ġieħ it-trasparenza, jinfurmah regolarment dwar l-użu tal-mekkaniżmu ATHENA u tal-fond ta“ tnedija, kif diġà jagħmel fir-rigward tal-użu tal-krediti CFSP għall-missjonijiet ċivili; jikkunsidra li, prinċipalment fl-interessi taċ-ċarezza baġitarja, kull infiq mhux militari għandu jiġi indikat fil-baġit tal-UE, u li, bħala pass addizzjonali, wara l-emenda meħtieġa tat-Trattat, l-infiq militari wkoll għandu jintwera fil-baġit tal-UE;

94.  Jitlob li jiġu riveduti l-ftehimiet interistituzzjonali tal-2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess tal-Parlament Ewropew għall-informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fl-oqsma tal-ESDP u s-CSDP, sabiex il-Membri parlamentari responsabbli, partikolarment il-presidenti tas-sottokumitati dwar is-Sigurtà u d-Difiża u d-Drittijiet tal-Bniedem, ikun jista“ jkollhom l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom b'mod infurmat;

o
o   o

95.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll lis-Segretarji Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tan-NATO.

(1) ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 580
(2) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 334.
(3) ĠU C 285 E, 26.11.2009, p. 23.
(4) Testi adottati, P6_TA(2009)0075.
(5) Testi adottati, P6_TA(2009)0076.
(6) Testi adottati, P7_TA(2009)0099.
(7) Testi adottati, P7_TA(2009)0057.
(8) Testi adottati, P6_TA(2009)0333.


It-Trattat tan-Nonproliferazzjoni
PDF 234kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar it-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari
P7_TA(2010)0062RC-B7-0137/2010

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tal-24 ta“ April 2009 dwar in-nonproliferazzjoni u l-ġejjieni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT) (2008/2324 (INI)(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-26 ta“ Frar 2004(2), l-10 ta“ Marzu 2005(3), is-17 ta“ Novembru 2005(4) u l-14 ta“ Marzu 2007(5) dwar in-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm nukleari,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta“ Frar 2010 dwar l-Iran(6),

–   wara li kkunsidra l-Konferenza għar-Reviżjoni tal-2010 tal-Partijiet għat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-kwistjonijiet tan-nonproliferazzjoni u tad-diżarm nukleari, speċjalment ir-Riżoluzzjonijiet 1540 (2004), 1673 (2006) u 1887 (2009),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti tat-3 ta“ Novembru 2009 (l-Anness 3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta“ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea u l-PESD(7),

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi għall-Qerda tal-Massa, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta“ Diċembru 2003,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Progress ta“ kull sitt xhur li ħareġ m'ilux dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni tal-Armi għall-Qerda tal-Massa (2009/II),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta“ Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, b'mod partikolari l-punti 6, 8 u 9 tagħha, li jesprimu r-rieda tal-UE li tiġġieled kontra l-proliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa u tal-vetturi tagħhom,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari, il-Ftehimiet dwar is-Salvagwardji Komprensivi tal-IAEA u l-Protokolli Addizzjonali għalihom, il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjali Nukleari, il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Atti ta“ Terroriżmu Nukleari, il-Kodiċi ta” Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi, it-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START I), li skada fl-2009, u t-Trattat dwar it-Tnaqqis Offensiv Strateġiku (SORT),

–   wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Sigurtà Ewropea li ntlaħaq qbil dwarha mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta“ Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tal-21 ta“ Diċembru 2009 lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar it-Trattat tan-Nonproliferazzjoni (O-0170/2009 – B7-0010/2010, O-0169/2009 – B7-0009/2010),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta“ Diċembru 2009 dwar l-Iran,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi l-proliferazzjoni tal-Armi għall-Qerda tal-Massa, u l-vetturi tagħhom, tirrappreżenta waħda mill-aktar theddidiet serji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u billi l-prijoritajiet ta“ sigurtà l-aktar urġenti huma li t-terroristi jew l-istati addizzjonali ma jitħallewx jiksbu jew jużaw armi nukleari, li jonqsu l-ħażniet globali u li jsir progress lejn dinja mingħajr armi nukleari,

B.   billi kien hemm nuqqas ċar ta“ progress fil-kisba ta” objettivi konkreti (bħal dawk magħrufa bħala t-“13-il Pass Prattiku”(8)) biex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni, kif miftiehem fil-konferenzi għar-reviżjoni preċedenti, speċjalment issa li qed iqum theddid minn varjetà ta“ sorsi, inkluż miż-żieda fil-proliferazzjoni; billi dan imur flimkien ma” domanda akbar għat-teknoloġija nukleari, u d-disponibilità tagħha, u l-potenzjal li din it-teknoloġija u materjal radjoattiv jaqgħu f'idejn l-organizzazzjonijiet kriminali u t-terroristi,

C.   billi t-Trattat tan-Nonproliferazzjoni, bħala l-ġebla tax-xewka tas-sistema dwar in-nonproliferazzjoni, għandu jissaħħaħ u billi hemm bżonn urġenti ta“ tmexxija politika kuraġġuża u ta” għadd ta“ miżuri progressivi u konsekuttivi sabiex terġa” tiġi affermata l-validità tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni u sabiex jissaħħu l-ftehimiet, it-trattati u l-aġenziji li jiffurmaw is-sistema dwar il-proliferazzjoni u d-diżarm eżistenti, b'mod partikolari, it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika,

D.   billi hemm il-ħtieġa li jkomplu jissaħħu t-tliet pilastri tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni, jiġifieri n-nonproliferazzjoni, id-diżarm u l-kooperazzjoni dwar l-użu ċivili tal-enerġija nukleari,

E.   billi hemm dewmien min-naħa ta“ stati li għandhom l-armi nukleari u li huma firmatarji tal-NPT biex inaqqsu jew jeliminaw il-ħażniet nukleari tagħhom u biex jinqatgħu minn duttrina militari li temmen fid-dissważjoni nukleari,

F.   filwaqt li jitlob li jkompli jsir progress dwar l-aspetti kollha tad-diżarm biex titjieb is-sigurtà globali,

G.   billi l-UE impenjat ruħha biex tagħmel użu mill-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi, twaqqaf u, jekk ikun possibbli, telimina l-programmi ta“ proliferazzjoni li qed joħolqu tħassib fil-livell globali, kif inhu espress b'mod ċar mill-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi għall-Qerda tal-Massa, adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta” Diċembru 2003,

H.   billi hemm bżonn li l-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tiġġieled il-flussi ta“ proliferazzjoni u l-iffinanzjar tal-proliferazzjoni, biex tissanzjona l-atti ta” proliferazzjoni u biex tiżviluppa miżuri għall-prevenzjoni ta“ trasferimenti intanġibbli ta” għerf u kompetenza permezz tal-istrumenti kollha disponibbli, inklużi t-trattati multilaterali u l-mekkaniżmi ta“ verifika, il-kontrolli tal-esportazzjoni nazzjonali u dawk ikkoordinati b'mod internazzjonali, il-programmi kooperattivi għat-tnaqqis tat-theddid u l-lievi politiċi u ekonomiċi,

I.   filwaqt li jilqa“ d-Dikjarazzjoni dwar in-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm (l-Anness 3) adottata fis-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti tat-3 ta” Novembru 2009, li saħqet fuq il-ħtieġa li jinżammu u jissaħħu l-miżuri multilaterali rilevanti u, b'mod partikolari, it-Trattat tan-Nonproliferazzjoni Nukleari, jesprimi l-appoġġ tiegħu għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari u jitlob li jibdew in-negozjati dwar it-Trattat għal-Limitazzjoni ta“ Materjal Fissili f'Jannar 2010; filwaqt li jinnota wkoll li d-Dikjarazzjoni ttenni l-ħtieġa li l-Iran u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea jissodisfaw l-obbligi nukleari internazzjonali tagħhom,

J.   billi l-Iran ma rrispettax l-iskadenza tal-aħħar tas-sena biex jikkonforma mat-talbiet li sarulu biex jiftaħ il-faċilitajiet nukleari tiegħu għall-ispetturi tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika; billi l-Iran sa issa ma għamel xejn biex jerġa“ jibni l-fiduċja tal-komunità internazzjonali fin-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari tiegħu,

K.   imħeġġeġ minn proposti għal diżarm mitluba minn Henry Kissinger, George P. Shultz, William J. Perry u Sam Nunn f'Jannar 2007 u Jannar 2008, minn fehmiet simili fl-Ewropa ta“ statisti tal-imgħoddi fir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Pajjiżi Baxxi u l-Belġju, mill-Konvenzjoni Mudell dwar l-Armi Nukleari u l-Protokoll ta” Hiroshima u Nagasaki, promossi globalment minn organizzazzjonijiet ċiviċi u mexxejja politiċi, u kampanji bħal “Global Zero”,

L.   billi r-reviżjoni tal-Kunċett Strateġiku tan-NATO toffri opportunità biex tiġi vvalutata mill-ġdid il-politika nukleari tal-alleanza kollha kemm hi bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta“ dinja mingħajr armi nukleari; billi skont l-arranġamenti ta” “nuclear-sharing” jew l-arranġamenti bilaterali, għadhom qed jiġu skjerati madwar 150-200 arma nukleari tattika fil-ħames stati mhux nukleari tan-NATO (il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja, il-Pajjiżi Baxxi u t-Turkija),

M.   billi hemm bżonn ta“ koordinament u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u sħabha, b'mod partikolari l-Istati Uniti u r-Russja, bl-intenzjoni li terġa” titqajjem u tissaħħaħ is-sistema ta“ nonproliferazzjoni,

N.   filwaqt li jilqa“, f'dan ir-rigward, l-inizjattiva Britannika-Norveġiża konġunta li għandha l-għan li tivvaluta l-fattibilità u t-twaqqif ta” passi proċedurali ċari għaż-żarmar eventwali tal-armi nukleari u l-proċeduri ta“ verifika relatati miegħu, li hi kontribut konkret fid-direzzjoni t-tajba,

O.   billi fl-2008, il-Gvern Franċiż u dak Britanniku ħabbru tnaqqis fit-testati operattivi tagħhom imma fl-istess ħin iddeċidew li jimmodernizzaw l-arsenali nukleari tagħhom; billi l-Istati Membri kollha għandhom obbligu li jagħtu kontribut siewi għall-politiki tal-UE dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm,

1.  Jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati biex jaħtfu l-opportunità tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni Nukleari tan-NU tal-2010 biex jippromwovu l-għan ta“ diżarm nukleari sħiħ ibbażat fuq Trattat internazzjonali għall-eliminazzjoni progressiva tal-armi nukleari fid-dinja kollha, u biex jistinkaw għall-għan ta” diżarm nukleari globali sħiħ li għandu jsir pass pass fuq bażi kollettiva u multilaterali;

2.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkunu żviluppati strateġiji fil-Konferenza tar-Reviżjoni tal-NPT fl-2010 bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar trattat biex tieqaf il-produzzjoni ta“ materjal fissili għal skopijiet ta” armi b'mod li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, li jfisser li t-trattat innegozjat b'dan il-mod għandu jesiġi li Stati li m'għandhomx armi nukleari jew Stati li bħalissa mhumiex parti fl-NPT jirrinunzjaw għall-produzzjoni ta“ materjal fissili għall-armi u jżarmaw l-impjanti stabbiliti tagħhom għall-produzzjoni ta” materjal fissili għal armi bħal dawn;

3.  Jenfasizza li l-ħames membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li kollha għandhom l-armi nukleari, għandu jkollhom l-għan li progressivament jirrinunzjaw għall-produzzjoni ta“ materjal fissili għall-armi u li jżarmaw il-faċilitajiet kollha stabbiliti tagħhom għall-produzzjoni ta” materjal fissili għal armi bħal dawn,

4.  Jistieden lill-partijiet kollha biex jirrevedu d-duttrina militari tagħhom bl-intenzjoni li jirrinunzjaw għall-għażla ta“ attakk preventiv;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jagħtu kontribut ikkoordinat, pożittiv u viżibbli għad-diskussjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tal-NPT 2010, b'mod partikulari billi jipproponu skeda ambizzjuża għal dinja ħielsa mill-periklu nukleari u inizjattivi konkreti biex jingħata nifs ġdid lill-Konferenza tan-NU dwar id-Diżarm u billi jiġu promossi inizjattivi ta“ diżarm ibbażati fuq ”Id-Dikjarazzjoni ta“ Prinċipji u Għanijiet” li kien sar qbil dwarha fi tmiem il-Konferenza għar-Reviżjoni tal-NPT tal-1995 u fuq “It-Tlettax-il Pass Prattiku” li kien sar qbil unanimu dwarhom fil-Konferenza għar-Reviżjoni tal-2000;

6.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Iżrael, l-Indja u l-Pakistan ma sarux Stati Partijiet fl-NPT, u l-Korea ta“ Fuq irtirat minnu fl-2003; jistieden lil dawn il-pajjiżi biex isiru Stati Partijiet fit-trattat;

7.  Iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżommu lill-Parlament infurmat regolarment dwar il-laqgħat preparatorji kollha fil-proċess ta” tħejjija għall-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-2010 u biex iqisu kif jixraq, fir-rigward ta“ din il-konferenza, il-fehmiet tiegħu dwar il-kwistjonijiet ta” nonproliferazzjoni u diżarm;

8.  Iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu kull sforz possibbli biex iqajmu l-għarfien Ewropew dwar il-kwistjonijiet ta” nonproliferazzjoni, b'kollaborazzjoni mal-partijiet u l-atturi mhux statali kollha li jaħdmu għal dinja ħielsa mill-periklu nukleari, fir-rigward, b'mod partikulari, tan-netwerk tas-Sindki għall-Paċi;

9.  Jilqa“ l-inklużjoni ta” klawsoli dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi għall-qerda tal-massa fil-ftehimiet tal-UE ma“ pajjiżi terzi u fil-pjanijiet ta” azzjoni; jirrimarka li miżuri bħal dawn għandhom jiġu implimentati mill-pajjiżi kollha sħab tal-UE mingħajr eċċezzjoni;

10.  Jilqa“ b'sodisfazzjon kbir id-diskors tal-President Amerikan Barack Obama fi Praga fil-5 ta” April 2009 li fih esprima l-impenn tiegħu biex imexxi l-kawża tad-diżarm nukleari u l-viżjoni tiegħu ta“ dinja bla armi nukleari fi sforz kollettiv biex nimxu ”l quddiem; jistieden lill-Kunsill biex jesprimi l-appoġġ espliċitu tiegħu għal dan l-impenn;

11.  Itenni l-importanza tal-appoġġ attiv tal-Kunsill, b'kooperazzjoni mas-sħab tiegħu, għal proposti konkreti biex il-produzzjoni, l-użu u l-ipproċessar mill-ġdid tal-fjuwil nukleari kollu jinġiebu għall-kontroll tal-IAEA, inkluż il-ħolqien ta“ bank tal-fjuwil internazzjonali; jappoġġa, barra minn hekk, inizjattivi oħrajn għall-multilateralizzazzjoni taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari li għandhom l-għan tal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, filwaqt li jfakkar li l-Parlament jilqa” l-prontezza tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex jikkontribwixxu sa EUR 25 miljun għall-ħolqien ta“ bank tal-fjuwil nukleari fil-kontroll tal-IAEA u jixtieq jara l-approvazzjoni mgħaġġla ta” azzjoni konġunta dwar dan is-suġġett;

12.  Jappoġġa aktar sforzi biex jissaħħaħ il-mandat tal-IAEA, inklużi l-ġeneralizzazzjoni tal-Protokolli Addizzjonali għall-Ftehimiet dwar is-Salvagwardji tal-IAEA u passi oħra mfasslin biex jiżviluppaw miżuri li jsaħħu l-fiduċja; ifittex li jiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għal din l-organizzazzjoni sabiex tkun tista“ taqdi l-mandat importanti tagħha biex l-attivitajiet nukleari jsiru sikuri; jinkoraġġixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex isaħħu l-kapaċitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, inklużi l-modernizzazzjoni tal-Laboratorju għall-Analiżi tas-Salvagwardji tal-IAEA f'Seibersdorf, l-Awstrija;

13.  Jenfasizza l-importanza li t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Komprensiva tat-Testijiet Nukleari għandu jidħol fis-seħħ kemm jista“ jkun malajr; jilqa” b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-intenzjoni tal-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex tasal għar-ratifika tat-Trattat; jitlob lill-Kunsill biex jappoġġa bis-sħiħ in-negozjati għal trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta“ materjal fissili għal armi nukleari jew tagħmir ieħor nukleari kemm jista” jkun malajr, jistenna bil-ħerqa r-Reviżjoni tal-Qagħda Nukleari l-ġdida li għandha twassal għall-impenn tal-Istati Uniti li ma tiżviluppax armi nukleari ġodda, fosthom il-bunker-busters nukleari, jipprevedi t-tnaqqis drammatiku tal-ħażniet nukleari u jmexxi l-Istati Uniti biex tagħmel enfasi fuq id-difiża mingħajr armi nukleari;

14.  Jitlob li jkun hemm approfondiment tad-djalogu mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti u mas-setgħat kollha li għandhom l-armi nukleari, bil-ħsieb li tiġi ppreżentata aġenda komuni bil-għan li tonqos progressivament il-ħażna ta“ testati nukleari; jappoġġa, b'mod partikolari, il-passi li qegħdin jittieħdu mill-Istati Uniti u r-Russja biex inaqqsu l-armi nukleari tagħhom b'mod sostanzjali, skont il-ftehimiet START I u SORT;

15.  Jilqa“ f'dan ir-rigward id-deċiżjoni tal-Federazzjoni Russa u tal-Istati Uniti biex jidħlu f'negozjati bil-ħsieb li jikkonkludu ftehim ġdid, komprensiv u vinkolanti li jieħu post it-Trattat għat-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START), li skada f'Diċembru 2009, u l-firma tal-”Konvenju konġunt għal ftehim ta“ segwitu għall-iSTART 1” mill-Presidenti Barack Obama u Dmitri Medvedev f'Moska fis-6 ta“ Lulju 2009; jilqa” l-progress reċenti fin-negozjati bejn l-Istati Uniti u r-Russja u jistenna bil-ħerqa l-ftehim finali fir-rigward tar-rawnd ta“ taħditiet li jmiss li għandu jibda fid-9 ta” Marzu 2010 f'Ġinevra;

16.  Jieħu nota tal-fatt li l-Istati Uniti rrinunzjat għall-pjanijiet oriġinali tagħha għal sistema ta“ protezzjoni missilistika fl-Ewropa; jagħti l-appoġġ tiegħu għal strateġija ġdida li tinkludi l-Ewropa kollha u r-Russja;

17.  Jitlob li jiġu stabbiliti żoni ħielsa mill-periklu nukleari bħala pass pożittiv lejn dinja ħielsa mill-periklu nukleari; hu tal-fehma, f'dan ir-rigward, li żona ħielsa mill-periklu nukleari fil-Lvant Nofsani hi ta“ importanza fundamentali biex tinkiseb paċi dejjiema u komprensiva fir-reġjun; jirrimarka li, jekk jiġu rtirati t-testati tattiċi kollha fl-Ewropa, dan jista” jkun, sadattant, preċedent biex id-diżarm nukleari jkompli jseħħ;

18.  Jiġbed l-attenzjoni għall-anakroniżmu strateġiku tal-armi nukleari tattiċi u l-ħtieġa li l-Ewropa tikkontribwixxi għat-tnaqqis tagħhom u teliminahom minn fuq it-territorju Ewropew fil-kwadru ta“ djalogu aktar wiesa” mar-Russja; fuq dan l-isfond, jinnota l-ftehim tal-koalizzjoni Ġermaniża tal-24 ta“ Ottubru 2009 biex tibda l-ħidma għall-irtirar tal-armi nukleari mill-Ġermanja, bħala parti mill-proċess ġenerali biex jintlaħaq l-għan ta” dinja ħielsa mill-periklu nukleari; jilqa“ b'sodisfazzjon l-ittra mibgħuta fis-26 ta” Frar 2010 mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, tal-Pajjiżi Baxxi, tal-Belġju, tal-Lussemburgu u tan-Norveġja lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO li titlob li ssir diskussjoni komprensiva fl-Alleanza dwar kif tista“ toqrob lejn l-għan politiku ġenerali ta” dinja mingħajr armi nukleari;

19.  Jappoġġa l-istrateġija fuq żewġ binarji rigward il-programm nukleari tal-Iran; iħeġġeġ mill-ġdid lill-Iran biex jikkonforma bis-sħiħ u bla dewmien mal-obbligi tiegħu skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-IAEA, b'mod partikolari biex jintlaħqu r-rekwiżiti mfassla mir-riżoluzzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA fis-27 ta“ Novembru 2009; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jappoġġa l-azzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jekk l-Iran ikompli ma jikkoperax mal-komunità internazzjonali dwar il-programm nukleari tiegħu; jistieden lill-Kunsill biex ikun lest jieħu dawk il-miżuri meħtieġa, ”smart“, speċifiċi u ffukati fuq in-nonproliferazzjoni, fosthom sanzjonijiet, biex jakkumpanjaw il-proċess tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

20.  Jiddeplora l-aħħar testijiet nukleari li saru mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u l-fatt li dan il-pajjiż ċaħad ir-Riżoluzzjoni 1887 (2009) tal-24 ta' Settembru 2009 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; jappoġġa, madankollu, l-istrateġija ta“ djalogu bilaterali tal-Istati Uniti, fil-qafas tat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet, sabiex tinkiseb id-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana u jinnota li ċ-Ċina għandha sehem speċjali f'dan ir-rigward;

21.  Jappoġġa t-tlaqqigħ tas-Samit tas-Sigurtà Nukleari f'April 2010, filwaqt li jirrikonoxxi li n-negozju mhux awtorizzat u l-użu ta“ materjal nukleari huwa theddida immedjata u serja għas-sigurtà globali, u jistenna bil-ħerqa li jsiru proposti konkreti biex tikber is-sigurtà tal-materjal nukleari vulnerabbli, li jistgħu jinkludu miżuri għall-istħarriġ effikaċi ta” każijiet fejn materjal kien żvijat illegalment u għall-proċedimenti kontra dawk responsabbli;

22.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Istati Membri, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Konferenza għar-Reviżjoni tal-2010 tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni u lid-Direttur Ġenerali tal-IAEA.

(1) Testi adottati, P6_TA(2009)0333.
(2) ĠU C 98 E, 23.4.2004, p. 152.
(3) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 253.
(4) ĠU C 280E, 18.11.2006, p.453.
(5) ĠU C 301 E, 13.12.2007, p.146.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0016.
(7) Testi adottati, P6_TA(2008)0255.
(8) In-Nazzjonijiet Uniti: Konferenza għar-Reviżjoni tal-2000 tal-Partijiet għat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari, NPT/CONF.2000/28 (Partijiet I u II).

Avviż legali - Politika tal-privatezza