Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0036(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0231/2010

Testi mressqa :

A7-0231/2010

Dibattiti :

PV 20/09/2010 - 17
CRE 20/09/2010 - 17

Votazzjonijiet :

PV 21/09/2010 - 5.5
CRE 21/09/2010 - 5.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0323

Testi adottati
PDF 209kWORD 39k
It-Tlieta, 21 ta' Settembru 2010 - Strasburgu
Ftehima ta' riammissjoni bejn il-KE u l-Pakistan ***
P7_TA(2010)0323A7-0231/2010
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Settembru 2010 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (05942/2010 – C7-0264/2009 – 2009/0036(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (08793/2009),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0106),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt 3, punt (b) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0264/2009),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05942/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 79(3) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), punt (v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0231/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-risoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan.


ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tfakkar li l-liġi tal-UE tesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li ċittadini minn pajjiżi terzi li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri jistgħu japplikaw għal protezzjoni internazzjonali, jekk jixtiequ, u li partikolarment it-Trattat, il-Kwalifika tal-Ażil u d-Direttiva tar-Ritorn jagħmluha ċara li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' non-refoulement skont l-obbligi internazzjonali tagħhom.

Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li l-Istati Membri tal-UE huma speċifikament obbligati jiżguraw, f'kull każ, li l-ebda ritorn ma jista' jsir bi vjolazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u tal-Artikolu 19 tal-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali, li jobbligaw lill-Istati jiżguraw li persuna ma tintbagħatx lura jekk ikun hemm il-probabblità li din se ġġarrab ħsara serja mar-ritorn tagħha lejn il-pajjiż tal-oriġini jew pajjiż ta' tranżitu.

Il-Pakistan xi drabi offra r-refuġju għal iktar minn 3 miljun refuġjat minħabba l-kunflitt fl-Afganistan, u b'dan l-għemil ikkontribwixxa aktar minn bosta membri oħra tan-NU għall-ilqugħ ta' refuġjati. Waqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-kisbiet tal-Pakistan f'dan ir-rigward, hija lesta tkompli tistieden lill-Pakistan biex jirratifika l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar ir-Refuġjati (il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Refuġjati tal-1951 u l-Protokoll tagħha tal-1967).

Il-Kummissjoni hija impenjata li regolarment tgħarraf lill-Parlament Ewropew dwar il-ftehimiet kollha konklużi tal-UE dwar ir-riammissjoni. Il-Kummissjoni, partikolarment:

   għandha tirrapporta kull 6 xhur lill-PE dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-UE dwar ir-riammissjoni, b'referenza partikolari għax-xogħol li jinsab għaddej mill-Kumitati Konġunti għar-Riammissjoni,
   għandha tistabbilixxi kuntatti ma' organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti li huma attivi fil-Pakistan sabiex tiġbor kemm tista' informazzjoni disponibbli dwar is-sitwazzjoni ta' persuni li ġew riammessi fil-Pakistan (kemm Pakistani u, fejn applikabbli, ċittadini ta' pajjiżi terzi) skont il-ftehim tal-UE.

Avviż legali - Politika tal-privatezza