Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta' rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (COM(2010)0381 – C7-0201/2010 – 2010/0205(CNS))
(Proċedura leġislattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0381),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0201/2010),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Settembru 2010(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0247/2010),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 6
(6) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-regoli dettaljati, li jinkludu formoli komuni fejn neċessarju, fuq sottomissjonijiet elettroniċi u n-notifikazzjonijiet msemmija fid-Direttiva 2008/9/KE għandhom jiġu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.
(6) Għandhom jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dettaljati, li jinkludu formoli komuni fejn neċessarju, fuq sottomissjonijiet elettroniċi u n-notifikazzjonijiet msemmija fid-Direttiva 2008/9/KE. L-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li r-regoli u l-prinċipji ġenerali relatati mal-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha jiġu stabbiliti minn qabel b'regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat tali regolament, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri tal-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni1 jibqgħu applikabbli, b'eċċezzjoni għall-proċedura regolatorja bi skrutinju li mhux applikabbli fil-qafas ta' din id-Direttiva.
____________________ 1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.