Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0161(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0163/2010

Testi mressqa :

A7-0163/2010

Dibattiti :

PV 06/07/2010 - 11
CRE 06/07/2010 - 11

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2010 - 8.5
CRE 07/07/2010 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 22/09/2010 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0269
P7_TA(2010)0336

Testi adottati
PDF 302kWORD 68k
L-Erbgħa, 22 ta' Settembru 2010 - Strasburgu
Is-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) ***I
P7_TA(2010)0336A7-0163/2010
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2009)0576 – C7-0251/2009 – 2009/0161(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0576),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44, l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tat-Trattat KE, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0251/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 50, l-Artikolu 53(1) u l-Artikoli 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Marzu 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Marzu 2010(2),

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Settembru 2010, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0163/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jinnota d-dikjarazzjonijiet tal-Kimmissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)1 ĠU C 87, 1.4.2010, p.1.
(2)2 Għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitiwixxi l-emendi adottati fis-7 Lulju 2010 (Testi adottati, P7_TA(2010)0269).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Settembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq)
P7_TC1-COD(2009)0161

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/78/UE.)


ANNESS

Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

Direttiva Omnibus / Adattament għat-Trattat ta' Lisbona

Il-Kummissjoni qed tirrevedi d-Direttiva dwar is-Swieq ta' Strumenti Finanzjarji (MiFID) u, jekk meħtieġ, ser tipproponi titjib għad-Direttiva. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ser teżamina, fost affarijiet oħrajn, modi li jsaħħu t-trasparenza ta' qabel u wara l-kummerċ, inklużi r-regoli u larranġamenti meħtieġa mis-swieq irregolati, u kwalunkwe emenda meħtieġa biex tiġi aġġustata d-Direttiva għat-Trattat ta' Lisbona.

Il-Kummissjoni qed tirrevedi d-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq (MAD). F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ser teżamina, fost affarijiet oħrajn, kwalunkwe emenda meħtieġa biex tiġi aġġustata d-Direttiva għat-Trattat ta' Lisbona.

Il-Kummissjoni qed tirrevedi d-Direttiva dwar il-Konglomerati Finanzjarji (FICOD). F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ser teżamina, fost affarijiet oħrajn, kwalunkwe emenda meħtieġa biex tiġi aġġustata d-Direttiva għat-Trattat ta' Lisbona.

Dikjarazzjoni fir-rigward tal-emenda tal-Omnibus dwar id-Direttiva dwar it-trasparenza rappurtar pajjiż pajjiż

Il-Kummissjoni beħsiebha tħejji Komunikazzjoni li tevalwa l-fattibbiltà li ssir talba lil ċerti emittenti ta' titoli li s-sigurtajiet tagħhom jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li jħejju kontijiet konsolidati, biex fir-rapport finanzjarju annwali jagħtu informazzjoni finanzjarja ewlenija rigward l-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi terzi. Din il-Komunikazzjoni tista' tidentifika t-tip ta' emittenti li jistgħu jkunu kkonċernati; l-informazzjoni finanzjarja li tkun sinifikanti għal investituri u partijiet interessati oħrajn, kif ukoll kif din l-informazzjoni tista' tiġi ppreżentata. Il-Kummissjoni tista' tieħu kont dovut tal-progress li sar dwar din il-kwistjoni mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB). Il-Kummissjoni beħsiebha tħejji l-Komunikazzjoni sat-30 ta' Settembru 2011, wara li tkun ikkonsultat lill-ESMA. Il-Komunikazzjoni tista' tindirizza wkoll limpatt possibbli ta' dawn il-miżuri, u jista' jittieħed kont tagħha fit-twettiq tar-reviżjoni tad-Direttiva 2004/109/KE.

Avviż legali - Politika tal-privatezza