Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0144(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0169/2010

Testi mressqa :

A7-0169/2010

Dibattiti :

PV 06/07/2010 - 11
CRE 06/07/2010 - 11

Votazzjonijiet :

PV 07/07/2010 - 8.6
CRE 07/07/2010 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 22/09/2010 - 5.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0270
P7_TA(2010)0339

Testi adottati
PDF 313kWORD 60k
L-Erbgħa, 22 ta' Settembru 2010 - Strasburgu
Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorita' għat-Titoli u s-Swieq) ***I
P7_TA(2010)0339A7-0169/2010
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (COM(2009)0503 – C7-0167/2009 – 2009/0144(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0503),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0167/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta' Jannar 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2010(2),

–  wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Settembru 2010, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0169/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk(3);

2.  Iqis li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva huwa kompatibbli mal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013 (MFF), iżda li l-marġni disponibbli fl-intestatura 1a għall-perjodu 2011-2013 huwa limitat ħafna u li l-finanzjament ta' attivitajiet ġodda m'għandux jipperikola l-finanzjament ta' prijoritajiet oħra fis-sottointestatura 1a; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali, flimkien ma' proposti konkreti biex jiġi aġġustat u rivedut qabel it-tmiem tal-2010 bl-użu tal-mekkaniżmi kollha disponibbli skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba(4) u, b'mod partikolari, dawk li jinsabu fil-punti 21 sa 23 tiegħu, biex jiġi żgurat il-finanzjament tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq) mingħajr ma jiġi pperikolat il-finanzjament ta' prijoritajiet oħra, u filwaqt li jiġi żgurat li jkun għad baqa' marġni suffiċjenti fis-sottointestatura 1a;

3.  Jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali għandhom jiġu applikati għat-twaqqif tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq); jenfasizza li, jekk l-awtorita? leġiżlattiva tiddeċiedi favur it-twaqqif tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), il-Parlament se jidħol f'negozjati mal-fergħa l-oħra tal-awtorita? baġitarja bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fil-ħin dwar il-finanzjament tal- Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq) b'konformita? mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Interistituzzjonali;

4.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill/tal-Kummissjoni / tad-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 13, 20.1.2010, p. 1.
(2) Għada mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fis-7 ta' Lulju 2010 (Testi adottati, P7_TA(2010)0270).
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Settembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE
P7_TC1-COD(2009)0144

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1095/2010.)


ANNESS

Stqarrijiet tal-Kummissjoni

Dikjazzjoni marbuta mas-setgħat ta' sorveljanza fuq l-aġenzija li jikklassifikaw il-krediti u oqsma oħrajn

“Il-Kummissjoni tieħu nota li ntlaħaq ftehim biex jingħataw ċerti setgħat ta' sorveljanza lill-AETS għar-rigward tal-aġenzija ta' notazzjoni. Il-Kummissjoni tikkunsira li jista” jkun utli, fil-ġejjieni, li jingħataw il-kompetenzi ta' sorveljanza lill-Awtoritajiet Ewropej f'oqsma oħrajn ukoll. Dawn ikunu jistgħu, b'mod partikolari, ikunu jikkonċernaw ċerti infrastrutturi tas-suq. Il-Kummissjoni mbagħad teżamina dawn il-kwestjonijiet bit-tir li tapprofondihom u tagħmel il-proposti leġiżlattivi li jistgħu jidhrulha xierqa.“

Dikjarazzjonijiet marbutin mal-ġestjoni tal-kriżijiet u r-riżoluzzjoni tagħhom

“Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta' Mejju 2010 dwar il-Fondi ta' Riżoluzzjoni tal-Banek, il-Kummissjoni saħqet li ”ewwel pass adatt jista' jkun sistema bbażata fuq l-istabbiliment ta' netwerk armonizzat ta' fondi nazzjonali marbutin ma' sett ta' arranġamenti kkoordinati għall-maniġġar ta' kriżijiet nazzjonali“.

Il-Kummissjoni tikkonferma li fiħsiebha tagħmel proposti leġiżlattivi għal ġabra sħiħa ta' għodod għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' banek li qed ifallu fir-Rebbiegħa 2011. Din tkun tiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jirriżolva l-istituzzjonijiet finanzjarji li qed ifallu filwaqt li jkun imminimizzat l-impatt tal-fallimenti fuq is-sistema finanzjarja, b'mod li jiġi limitat id-dannu għall-ekonomija u l-użu tar-riżorsi mis-settur pubbliku.

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-ESAs għandu jkollhom rwol importanti f'dawn is-setturi u li se teżamina liema setgħat konċernanti l-għodod għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-banek li qed ifallu għandhom jingħatawlha.

Dawn l-arranġamenti huma l-ewwel pass u jiġu rieżminati fl-2014 bit-tir li jinħolqu arranġamenti integrati għall-Unjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet u ta' sorveljanza, kif ukoll, għat-tul, Fond ta' Riżoluzzjoni tal-Unjoni.“

Avviż legali - Politika tal-privatezza