Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2127(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0253/2010

Testi mressqa :

A7-0253/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/10/2010 - 9.1
CRE 07/10/2010 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0348

Testi adottati
PDF 336kWORD 86k
Il-Ħamis, 7 ta' Ottubru 2010 - Brussell
Kwittanza 2008: Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija
P7_TA(2010)0348A7-0253/2010
Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0198/2009 – 2009/2127(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010(2) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2008, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0253/2010),

1.  Jiċħad il-kwittanza lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2008(6);

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u sabiex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p.124D.
(2) ĠU L 252, 25.9.2010, p. 232.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) Id-deċiżjoni biex jingħalqu il-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizzija għas-sena finanzjarja 200 għandha tittieħed f' sessjoni parzjali sussegwenti, f' konformita' mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(b) tal-Aness VI tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.


2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0198/2009 – 2009/2127(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010(2) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2008, kif ukoll it-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat għall-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta' Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0253/2010),

A.  billi l-Kulleġġ twaqqaf fl-2001 u, b'effett mill-1 Jannar 2006, ġie trasformat f'korp Komunitarju fis-sens tal-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, biex b'hekk daħal fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju strutturali għall-aġenziji,

B.  billi fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2006, il-Qorti tal-Awdituri esprimiet riżervi fl-opinjoni tagħha dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi minħabba li l-proċeduri tal-akkwist ma kinux konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju,

C.  billi fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2007, il-Qorti tal-Awdituri esprimiet riżervi fl-opinjoni tagħha dwar l-affidabilità tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi,

D.  billi fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ għas-sena finanzjarja 2008, il-Qorti tal-Awdituri sostniet l-opinjoni tagħha, mingħajr ma esprimiet riżervi, dwar l-affidabilità tal-kontijiet u esprimiet opinjoni bir-riżervi dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi,

E.  billi fid-deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010, il-Parlament iddeċieda li jipposponi l-għoti tal-kwittanza għas-sena finanzjarja 2008,

Kunsiderazzjonijiet ġenerali
Rikorrenza ta' żbilanċi kbar tal-Kulleġġ

1.  Iqis li huwa inaċċettabbli li minn meta l-Kulleġġ kien stabbilit bħala aġenzija (2006), bata biex jilħaq l-istandards ta' amministrazzjoni tajba mistennija minn aġenzija regolatorja; jenfasizza li sa mill-2006, verifiki ripetuti enfasizzaw problemi fl-aderenza tal-Kulleġġ mar-regolamenti Finanzjarji u tal-Persunal, mas-sistema tal-kontabilità kif ukoll nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-baġit, ir-riżorsi umani, il-proċeduri tal-akkwist u r-regoli li jirregolaw in-nefqa għal korsijiet; huwa konxju li t-titjib tal-Kulleġġ hu mistenni li jkun komplut biss mill-2014 meta l-Pjan Multiannwali tal-Kulleġġ (approvat mill-Bord Governattiv f'Mejju 2010) huwa mistenni li jkun ġie implimentat kollu kemm hu; għalhekk, mhux lest jaċċetta li l-Kulleġġ jeħtieġlu mill-inqas disa' snin (2006-2014) biex jilħaq standard aċċettabbli ta' amministrazzjoni tajba mistenni minn aġenzija regolatorja;

It-Tmexxija tal-Kulleġġ fis-snin 2006-2009

2.  Jikkunsidra inaċċettabbli n-nuqqas ta' responsabbiltà u professjoniżmu tad-Direttur preċedenti responsabbli quddiem il-Parlament għall-implimentazzjoni tal-baġit 2008; jenfasizza l-konklużjonijiet li ġejjin irrapportati mill-Presidenza Ċeka fit-18 ta' Mejju 2009:

   - Tmexxija ħażina tal-Kulleġġ: wara l-konklużjonijiet tas-Servizz tal-Verifika Interna, il-Kummissjoni offriet li tgħin lill-Kulleġġ, iżda d-Direttur qatt m'avviċina la lid-DĠ JLS u lanqas lid-DĠ BUDG;
   - Komunikazzjoni fis-segretarjat: in-nuqqas ta' komunikazzjoni u fiduċja bejn id-Direttur u l-persunal wassal għal tilwim fit-tul;
   - Nuqqas ta' trasparenza: minflok ma identifika l-problemi u talab il-parir tal-Bord tat-Tmexxija jew tal-Kummissjoni, id-Direttur ma qasamx l-informazzjoni, li mbagħad instabet b'mod każwali;
   - Id-Direttur responsabbli quddiem il-Bord tat-Tmexxija tal-Kulleġġ: id-Direttur ma rrispettax id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija;

3.  Jiddispjaċih li l-Bord tat-Tmexxija tal-Kulleġġ ma weġibx kif xieraq għall-iżbalji maniġerjali tad-Direttur preċedenti, sabiex ma titħammiġx l-immaġini tal-Aġenzija;

4.  Mhuwiex lest li jaċċetta li l-Bord tat-Tmexxija ma ħax azzjoni dixxiplinarja l-iktar minħabba l-possibbiltà ta' azzjoni legali min-naħa tad-Direttur preċedenti;

5.  Jisħaq, għaldaqstant, fuq ir-responsabbiltà tal-bord ta' tmexxija tal-Kulleġġ u jissuġġerixxi li jsiru xi tibdiliet fih biex din is-sitwazzjoni ma terġax isseħħ fil-ġejjieni; jitlob li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni terġa' tiġi kkunsidrata, billi jingħatalha dritt li tivvota u li tifforma minoranza li tista' tibblokka d-deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni baġitarja, finanzjarja u amministrattiva tal-aġenzija fi ħdan il-bord ta' tmexxija tal-Kulleġġ u tal-aġenziji l-oħrajn tal-Unjoni;

Żbilanċi strutturali

6.  Għandu dubju, barra minn hekk, dwar il-kapaċità tal-Kulleġġ li jegħleb għal kollox il-problemi strutturali tiegħu f'dawk li huma:

   id-daqs żgħir tal-Kulleġġ li jqajjem dubji dwar il-kapaċità tiegħu li jittratta b'mod effikaċi l-kumplessitajiet tar-regolamenti finanzjarji u tal-persunal tal-UE;
   il-lok tas-segretarjat tal-Kulleġġ jinsab fi Bramshill, madwar 70 kilometru bogħod minn Londra, u dan huwa ta' żvantaġġ, fost affarijiet oħra rigward ir-reklutaġġ u l-kollegamenti tat-trasport pubbliku;
   in-nefqa għat-tmexxija tal-Kulleġġ li mhijiex insinifikanti, meta jitqies li l-Kulleġġ għandu Bord tat-Tmexxija kompost minn 27 membru, imma jimpjega biss persunal ta' 24 (iċ-ċifri tal-bidu tas-sena finanzjarja 2008);

7.  Jissuġġerixxi għalhekk, li tiġi eżaminata l-possibbiltà li l-Kulleġġ jingħaqad mal-Europol bħala soluzzjoni konkreta għall-problemi strutturali u kroniċi tiegħu; jissuġġerixxi, ukoll, li l-Qorti tal-Awdituri twettaq eżami tal-aġenziji regolatorji biex teżamina, fost affarijiet oħra, il-proporzjon tal-ispejjeż tal-ħidma, tat-tmexxija u tal-operat u tevalwa kif jistgħu jiġu indirizzati l-problemi strutturali u problemi oħra, bl-għan li tiġi kkomplementata l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-aġenziji regolatorji;

Il-pożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri

8.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri mhix lesta li tagħti opinjoni mgħaġġla f'sura ta' ittra li tevalwa l-istabbiliment tal-pjan ta' azzjoni tal-Kulleġġ kif mitlub mill-Parlament fil-paragrafu 23 tar-riżoluzzjoni tiegħu(6) li tagħmel parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2008; madankollu, iqis kif jistħoqq id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li hija diġà rrappurtat b'mod estensiv fir-rapporti annwali speċifiċi tagħha għas-snin 2006-2008 dwar il-problemi li sabet fil-Kulleġġ;

Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kulleġġ għall-2010-2014

9.  Jinnota li d-Direttur il-ġdid tal-Kulleġġ wettaq fil-ħin il-Pjan ta' Azzjoni kif mitlub fil-paragrafu 22 tar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament tal-5 ta' Mejju 2010; jiddispjaċih, madankollu, min-nuqqas ta' preċiżjoni fid-deskrizzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu mill-Kulleġġ; jiddispjaċih ukoll li ħafna mill-indikaturi proposti mill-Kulleġġ huma vagi u mhux dejjem jgħinu b'mod ċar biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-għanijiet;

10.  Jinnota li, wara talba tal-Parlament biex jiġi adottat Pjan ta' Azzjoni, id-Direttur tal-Kulleġġ u l-Bord tat-Tmexxija tiegħu kkalkulaw żmien realistiku ta' erba' snin (jiġifieri mill-2010 sal-2014) biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Anness għar-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament tal-5 ta' Mejju 2010; għalhekk, mhux lest jaċċetta li l-Kulleġġ jeħtieġlu mill-inqas erba' snin oħra ma' dawn biex jilħaq l-istandard aċċettabbli ta' amministrazzjoni tajba mistenni minn aġenzija regolatorja;

11.  Jitlob li d-Direttur tal-Kulleġġ jinforma lill-awtorità ta' kwittanza bil-progress tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni kull sitt xhur;

KUMMENTI SPEĊIFIĊI
Il-validazzjoni tal-proċeduri finanzjarji u s-sistema l-ġdida ta' kontabilità (Artikolu 43 tar-Regolament Finanzjarju strutturali)

12.  Jesprimi tħassib dwar id-diffikultajiet esperjenzati fl-2008 fil-migrazzjoni tas-sistema ta' kontabilità antika għall-ABAC u l-implimentazzjoni fit-tard ta' sistema ta' kontabilità xierqa li xorta qiegħdet f'riskju l-kwalità tal-informazzjoni finanzjarja li tikkonċerna t-trasferimenti mis-sena preċedenti, l-użu tad-dħul assenjat u r-rabta ma' ċerti ċifri fil-karta tal-bilanċ għall-2007; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-fatt li l-azzjonijiet tal-Kulleġġ issa għandhom sal-2011 biex isiru minħabba r-riżenja ta' żewġ atturi ewlenin fiċ-ċirkwit finanzjarju: l-Uffiċjal tal-Kontabilità u l-Uffiċjal għall-Finanzi u l-Baġit;

13.  Jenfasizza li l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri ta' kampjun tal-impenji (ara r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ, paragrafu 15) uriet li, fi tliet każijiet, ma kien hemm ebda traċċa ta' verifika biex tiġi ttraċċata l-eżekuzzjoni finanzjarja u b'hekk ma kienx possibbli li jitqabblu l-bilanċi tal-għeluq tagħhom fil-kontijiet sal-31 ta' Diċembru 2008;

14.  Jenfasizza li fir-rapport annwali speċjali tagħha għall-2006, il-Qorti tal-Awdituri kienet diġà semmiet li l-Kulleġġ ma kienx stabbilixxa s-sistemi u l-proċeduri meħtieġa biex hi tkun tista' tipprepara rapport finanzjarju konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju strutturali applikabbli għall-Aġenziji;

Il-programmazzjoni u l-monitoraġġ tal-baġit

15.  Jesprimi tħassib dwar in-nuqqasijiet tal-Kulleġġ biex jipprogramma u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota, b'mod partikolari, li 31% tal-baġit totali tal-Kulleġġ kellu jiġi ttrasferit fl-2008; iqis bħala mhux adegwati u vagi l-miżuri proposti mill-Kulleġġ f'dan ir-rigward;

16.  Jinnota li diġà għas-sena baġitarja 2007, aktar minn 20% (EUR 0.5 miljun) tal-approprjazzjonijiet tal-Kulleġġ ittrasferiti mis-sena ta' qabel ġew ikkanċellati;

Il-ġestjoni finanzjarja tal-ħidma tal-Kulleġġ

17.  Jesprimi tħassib dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-ħidma tal-Kulleġġ; jinnota, b'mod partikolari, li għas-sena 2008, il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għan-nuqqas ta':

   impenn legali fi tliet każijiet, b'valur totali ta' EUR 39 500;
   impenn baġitarju li jippreċedi l-impenn legali f'disa' każijiet, b'valur totali ta' EUR 244 200;
  

u jqis bħala mhux adegwati u vagi l-miżuri proposti mill-Kulleġġ f'dan ir-rigward;

L-ambjent għall-kontroll tal-akkwist

18.  Jesprimi tħassib għan-nuqqas kostanti ta' konformità min-naħa tal-Kulleġġ mar-Regolament Finanzjarju fir-rigward tar-regoli tal-akkwist pubbliku; jinnota, b'mod partikolari, l-irregolaritajiet fil-proċedura li ntużat għal kuntratt pubbliku ta' provvista li jiswa l-ekwivalenti ta' madwar 2% tan-nefqa operattiva għall-2008;

19.  Jenfasizza li fir-rapporti annwali speċjali tagħha għas-snin 2006 u 2007, il-Qorti tal-Awdituri kienet diġà kkritikat lill-Kulleġġ talli ma kellux id-dokumentazzjoni disponibbli biex jiġġustifika l-ħtieġa li jinxtraw oġġetti partikolari u biex jispjega għaliex irrikarra għal fornitur partikolari;

L-ambjent għall-verifika tan-nefqa

20.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri fl-2008 sabet inċidenza għolja ta' każijiet ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli amministrattivi u finanzjarji applikabbli għall-infiq għall-organizzazzjoni ta' korsijiet u seminars, li jirrappreżentaw sehem sinifikanti (64%) tan-nefqa operattiva tal-Kulleġġ; jinnota li l-irregolaritajiet ewlenin kienu jikkonċernaw: in-nuqqas ta' dokumenti fir-rigward tal-ispejjeż li saru, in-nuqqas ta' fatturi oriġinali u ta' dokumenti neċessarji għar-rimborż tal-ispejjeż ta' akkomodazzjoni, u n-nuqqas ta' verifiki tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar tal-esperti; jistieden lill-Kulleġġ jadotta miżuri li jiggarantixxu l-possibilità adegwata ta' verifika ex-ante u ex-post;

21.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li, fir-rapporti annwali speċjali tagħha għas-snin 2006 u 2007, il-Qorti tal-Awdituri kienet diġà rrimarkat li l-approprjazzjonijiet tal-baġit ma ntużawx f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda (Artikolu 25 tar-Regolament Finanzjarju tal-Kulleġġ);

Approprjazzjonijiet użati biex jiffinanzjaw in-nefqa privata

22.  Jiddispjaċih li l-verifika esterna dwar l-użu tal-approprjazzjonijiet għall-finanzjament tan-nefqa privata, imħabbra mill-Kulleġġ u li għandha ssir minn kumpanija esterna, għadha ma ġietx imnedija; hu, għalhekk, imħasseb dwar dan id-dewmien li żgur mhuwiex se jħaffef ix-xogħol tal-kumpanija esterna;

23.  Jinnota li fir-risposta tiegħu wara s-seduta ta' smigħ tal-25 ta' Jannar 2010, id-Direttur ta' dak iż-żmien ħabbar lill-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li l-fondi kienu ġew irkuprati; jirrimarka, madankollu, li GBP 2 320.77 fi spejjeż għat-trasport u t-taksis għall-2007 jidhru li għadhom ma ġewx irkuprati;

24.  Jinnota wkoll li l-ammont tan-nefqa għall-użu ta' telefoni ċellulari u karozzi mill-persunal għadu mhuwiex ċar;

25.  Jenfasizza l-fatt li, fir-rapport annwali speċifiku tagħha għas-sena 2007, il-Qorti tal-Awdituri kienet diġà wriet li ma kienx possibbli għall-awdituri li jeżaminaw il-ħlasijiet kollha li saru matul is-sena 2007, billi ma kienx possibbli li jiġi kkwantifikat kemm l-ammont li ntefaq b'mod irregolari għal użu privat kif ukoll it-tipi differenti ta' nefqa privata li saru;

Il-ġestjoni tar-riżorsi umani: dipendenza minn persunal temporanju għal karigi sensittivi

26.  Huwa mħasseb li, sa issa, ġie impjegat persunal temporanju għal xogħol finanzjarju; jinnota li l-Kulleġġ stenna sal-2009 qabel ħareġ avviż ta' impjieg għar-reklutaġġ ta' Koordinatur għall-Kontroll tal-Istandards Interni u li l-intervisti għal dak l-impjieg kienu ppjanati għall-bidu tal-2010; jesprimi tħassib għall-fatt li żewġ atturi ewlenin fost il-persunal taċ-ċirkwit finanzjarju (l-Uffiċjal tal-Kontabilità u l-Uffiċjal għall-Finanzi u l-Baġit) irriżenjaw dan l-aħħar;

o
o   o

27.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħrajn li huma ta' natura orizzontali u li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010(7) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 124.
(2) ĠU L 252, 25.9.2010, p. 232.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 252, 25.9.2010, p. 233.
(7) ĠU L 252, 25.9.2010, p. 241.

Avviż legali - Politika tal-privatezza