Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0041(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0217/2010

Testi mressqa :

A7-0217/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/10/2010 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0358

Testi adottati
PDF 286kWORD 35k
It-Tlieta, 19 ta' Ottubru 2010 - Strasburgu
Prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar ***I
P7_TA(2010)0358A7-0217/2010
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (COM(2010)0065 – C7-0068/2010 – 2010/0041(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0065),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0068/2010),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-29 ta' Settembru 2010 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0217/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar
P7_TC1-COD(2010)0041

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1090/2010.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza