Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0042(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0262/2010

Testi mressqa :

A7-0262/2010

Dibattiti :

PV 18/10/2010 - 16
CRE 18/10/2010 - 16

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0364

Testi adottati
PDF 200kWORD 31k
It-Tlieta, 19 ta' Ottubru 2010 - Strasburgu
L-approvazzjoni ta' emendi għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku ***
P7_TA(2010)0364A7-0262/2010

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Emendi għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku (11076/2010 – C7-0181/2010 – 2010/0042(NLE))

(Kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11076/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0181/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0262/2010),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu dwar l-emenda għall-Konvenzjoni;

2.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwaqqfu, qabel ma jinfetħu n-negozjati dwar ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet tas-Sajd Reġjonali li għandha titwettaq mill-UE, l-iskemi meħtieġa biex jiżguraw il-parteċipazzjoni xierqa fihom mill-osservaturi tal-Parlament;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral.

Avviż legali - Politika tal-privatezza