Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra ta' dawn il-Komunitajiet (COM(2010)0309 – C7-0146/2010 – 2010/0171(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0309),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ressqet proposta lill-Parlament (C7-0146/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna(1),
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Ottubru 2010, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0288/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;
2. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurta' u tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-20 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra ta' dawn il-Komunitajiet
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1080/2010.)
Anness
Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar il-bilanċ ġeografiku fis-SEAE
“Ir-Rappreżentant Għoli jagħti l-akbar importanza għar-reklutaġġ fuq l-usa” bażi ġeografika possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni, kif ukoll biex tiġi żgurata l-preżenza xierqa u sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha fis-Servizz.
Is-SEAE għandu jibbenefika bis-sħiħ mid-diversità u mir-rikkezza tal-esperjenza u tal-għarfien espert akkumulati fid-diversi Servizzi tar-Relazzjonijiet Esterni tal-Unjoni.
Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, ir-Rappreżentant Għoli se tuża l-possibilitajiet kollha li l-proċedura tal-ħatra tas-SEAE toffri. Hija se tiddedika taqsima dwar il-kwistjoni fir-rapport annwali tagħha dwar l-okkupazzjoni tal-karigi fis-SEAE.“
Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli dwar il-bilanċ tas-sessi fis-SEAE
“Ir-Rappreżentant Għoli tagħti l-akbar importanza għall-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fir-reklutaġġ għas-SEAE.
Punt importanti fil-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi huwa l-inkuraġġiment għal applikazzjonijiet minn nisa għal karigi fis-SEAE u t-tneħħija ta' ostakoli f'dan ir-rigward. Fuq il-bażi tal-esperjenza tal-proċedura tal-ħatra għar-rotazzjoni tal-Kapijiet tad-Delegazzjoni fl-2010, is-SEAE se jeżamina kif se jqis aħjar ix-xejriet spiss mhux lineari tal-applikazzjonijiet femminili fl-applikazzjonijiet fil-ġejjieni u kif jista' jneħħi ostakoli oħrajn possibbli. Ir-Rappreżentant Għoli se tidentifika wkoll l-aħjar prattiki mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali u tapplikahom meta dan ikun possibbli fis-SEAE.
Ir-Rappreżentant Għoli se tagħmel użu sħiħ mill-possibiliatjiet li joffri l-Artikolu 1d(2) u (3) tar-Regolament tal-Persunal sabiex tippromwovi l-impjieg tan-nisa fis-Servizz.
Ir-Rappreżentant Għoli se jiddedika taqsima dwar il-kwistjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fir-rapport annwali tagħha dwar l-okkupazzjoni tal-karigi fis-SEAE.“
“Il-Kummissjoni se tagħti raġunijiet b'mod dovut, fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, dwar kwalunkwe opinjoni negattiva li tista” tesprimi dwar persuna fuq il-lista ta' kandidati“.