Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2094(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0283/2010

Testi mressqa :

A7-0283/2010

Dibattiti :

PV 19/10/2010 - 5
CRE 19/10/2010 - 5

Votazzjonijiet :

PV 20/10/2010 - 4.5
CRE 20/10/2010 - 4.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0370

Testi adottati
PDF 285kWORD 41k
L-Erbgħa, 20 ta' Ottubru 2010 - Strasburgu
Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010: Taqsima II - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, Taqsima III - Il-Kummissjoni, Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
P7_TA(2010)0370A7-0283/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010: Taqsima II - Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, Taqsima III - Il-Kummissjoni, Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (13475/2010 – C7-0262/2010 – 2010/2094(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2009(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2010 (COM(2010)0315),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010, stabbilit mill-Kunsill fit-13 ta' Settembru 2010 (13475/2010 – C7–0262/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0283/2010),

A.  billi dan il-baġit emendatorju huwa t-tielet u l-aħħar parti minn sett ta' leġislazzjoni meħtieġ biex jiġi implimentat il-ftehim politiku u d-Deċiżjoni sussegwenti tal-Kunsill li tistabbilixxi s- Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) , filwaqt li t-tnejn l-oħra huma modifika tar-Regolament Finanzjarju u modifika tar-Regolament tal-Persunal,

B.  billi l-istabbiliment tas-SEAE għandu jkun iggwidat mill-prinċipji tal-infiq effiċjenti, in-newtralità baġitarja u l-ġestjoni tajba u effiċjenti, filwaqt li jitqiesu b'mod sħiħ l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq il-finanzi pubbliċi u l-ħtieġa ta' awsterità baġitarja,

C.  billi, barra minn hekk, għandu jsir kull sforz biex jiġi żgurat li kwalunkwe duplikazzjoni tal-kompetenzi u kunflitti potenzjali bejniethom jiġu evitati, speċjalment peress li dan mhux biss iwassal għal politiki esterni inqas effikaċi, iżda wkoll għal użu ineffikaċi ta' riżorsi baġitarji skarsi,

D.  billi l-ħtiġijiet għall-2011 huma koperti mill-Ittra ta' Emenda 1/2010 għall-baġit 2011 u se jkunu inkorporati fil-proċedura baġitarja ġenerali għal dik is-sena,

E.  billi l-parti l-kbira tar-riżorsi meħtieġa se jkunu sempliċement trasferiti mit-Taqsimiet tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll minn dik tal-Kummissjoni, iżda qed jintalab ukoll ammont limitat ta' riżorsi ġodda f'termini ta' persunal u persunal kuntrattwali,

F.  billi dan l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 se jdaħħal dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2010, inkluż il-ħolqien ta' Taqsima X ġdida u separata, li hija parti minn dan il-ftehim politiku,

G.  billi d-drittijiet tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kwittanza baġitarja għandhom jitħarsu,

H.  billi għandu jitfakkar, għal darba oħra, li huwa kruċjali li l-UE tkun tista' topera l-firxa sħiħa tal-istrumenti esterni tagħha fi struttura koerenti, u billi l-iskop politiku ta' din ir-riżoluzzjoni huwa l-provvediment tar-riżorsi baġitarji tal-2010 biex tiġi stabbilita struttura bħal din fil-fażi inizjali tagħha,

I.  billi l-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-13 ta' Settembru 2010,

1.  Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2010;

2.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 mingħajr emendi u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2010 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 64, 12.3.2010.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza