Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (COM(2009)0194 – C7-0158/2009 – 2009/0060B(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0194),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu179(1) u l-Artikolu 181a, tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0158/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 209(1) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0188/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) ▌ Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(1) u 212 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),
Billi:
(1) Sabiex jitjibu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-għajnuna esterna tal-Komunità, fl-2006 ġie stabbilit qafas ġdid li jsostni l-pjanifikazzjoni u l-provvista ta' attivitajiet ta' għajnuna. Jinkludi r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)(2), ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija(3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli(4), ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà(5), ir-Regolament (Euratom) Nru 300/2007 tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari(6), ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(7), u r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp(8).
(2) Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eżenzjoni għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Fid-dawl ta' dan, hu propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) ▌ Nru 1889/2006 sabiex ikunu konformi mal-istrumenti oħrajn.
(3) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dokumenti ta' strateġija, minħabba li dawn id-dokumenti ta' strateġija jissuplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 u għandhom applikazzjoni ġenerali. Huwa ta' importanza partikulari li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti.
(4) Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
▌
Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1)L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:"
3.Id-dokumenti ta' Strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, u soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.
"
(2)L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:"
3.Il-Programmi ta'Azzjoni Annwali u kwalunkwe reviżjonijiet jew estensjonijiet tagħhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jittieħed kont tal-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
"
(3)Fl-Artikolu 7 il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:"
Meta l-ispiża ta' tali miżuri tkun ugwali jew taqbeż l-EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
4.Għal Miżuri Speċjali li jiswew inqas minn EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.
"
(4)L-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miżuri ad hoc mwettqa.
"
(5) Fl-Artikolu 13(6), husostitwit b' dan li ġej:"
6. Fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Unjoni m' għandhiex tiġi wżata għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.
"
(6)L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"
2.Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' valutazzjoni tagħha [...] lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni. [...] Ir-riżultati għandhom iħallu l-effetti tagħhom fuq id-disinn tal-programm u fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi.
"
(7)L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 17
L-eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) għandha tiġu konferita lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2.Hekk kif tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament u lill-Kunsill simultanjament.
3.Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17a u 17b.
Artikolu 17a
Revoka tad-delega
1.Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
2.L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed l-aħħar deċiżjoni, filwaqt li jiġi indikat liema setgħa delegata tista' tkun soġġetta għal revoka u r-raġunijiet li jista' jkun hemm għar-revoka.
3.Id-deċizjoni għal revoka għandha ġġib fi tmiem id-delega tas-setgħa speċifikatai f'dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandu jkollha effett immedjat jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Dan ma għandux jaffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17b
Oġġezzjonijiet għall-atti delegati
1.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.
Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.
2.Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u anqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulat fih.
L-att delegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewroppea jew jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.
3.Jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għall-att iddelegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjonijiet li joġġezzjonaw għandhom jistipulaw ir-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet għall-atti delegati.
"
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.