Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0064(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0171/2010

Testi mressqa :

A7-0171/2010

Dibattiti :

PV 10/11/2010 - 16
CRE 10/11/2010 - 16

Votazzjonijiet :

PV 11/11/2010 - 8.3
CRE 11/11/2010 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0393

Testi adottati
PDF 298kWORD 43k
Il-Ħamis, 11 ta' Novembru 2010 - Brussell
Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv ***I
P7_TA(2010)0393A7-0171/2010
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2004/39/KE u 2009/.../KE (COM(2009)0207 – C7-0040/2009 – 2009/0064(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0207),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0040/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0171/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tiegħu b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010
P7_TC1-COD(2009)0064

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/61/UE).

Avviż legali - Politika tal-privatezza