Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2108(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0313/2010

Testi mressqa :

A7-0313/2010

Dibattiti :

PV 24/11/2010 - 13
CRE 24/11/2010 - 13

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2010 - 8.9
CRE 25/11/2010 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0441

Testi adottati
PDF 543kWORD 170k
Il-Ħamis, 25 ta' Novembru 2010 - Strasburgu
Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020
P7_TA(2010)0441A7-0313/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2010 lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020 (2010/2108(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' riepilogu tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020”, ippublikat fis-7 ta' Mejju 2010,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament Ewropew tal-10 ta' Jannar 2007 bit-titolu “Politika dwar l-enerġija għall-Ewropa” (COM(2007)0001), li ġiet segwita mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Novembru 2008 bit-titolu “t-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija - Pjan ta' Azzjoni tal-UE għas-Sigurtà u s-Solidarjetà tal-Enerġija” u mid-dokumenti li jakkumpanjaw (COM(2008)0781),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar it-Tieni Analiżi Strateġika tal-Politika dwar l-Enerġija(1),

–  wara li kkunsidra t-Tielet Pakkett tal-Enerġija, li jikkonsisti mir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, mir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess ta' grilji għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003, mir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, mid-Direttiva 2009/72/KE tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (id-“Direttiva dwar l-Elettriku”), kif ukoll mid-Direttiva 2009/73/KE tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (id-“Direttiva dwar il-Gass Naturali”)(2),

–  wara li kkunsidra l-Pakkett tal-UE dwar l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima, li jikkonsisti mir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief, mid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, mid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, mid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal- emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE, mid-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006, kif ukoll mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2020(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar progress lejn politika barranija Ewropea komuni għall-enerġija(4),

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija tas-17 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-qafas ġuridiku għall-kooperazzjoni internazzjonali fl-enerġija, flimkien mal-abbozz ta' Protokoll dwar it-Transitu tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru)(5),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2010 bit-titolu l-“Programm li jgħin l-irkupru ekonomiku: Għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (li temenda r-Regolament (KE) Nru 663/2009)” (COM(2010)0283),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Ottubru 2009 bit-titolu “L-Investiment fl-Iżvilupp ta' Teknoloġiji b'livell baxx ta' Karbonju (SET-Plan)” (COM(2009)0519) u wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2010 dwar l-investiment fl-iżvilupp ta' teknoloġiji b'livell baxx ta' karbonju (SET-Plan)(6),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2010 dwar l-implimentazzjoni tan-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija fil-perjodu 2007-2009 (COM(2010)0203),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE (COM(2009)0363) (Rapport Vidal-Quadras),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal (COM(2006)0545),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ġunju 2010 dwar il-progress fir-rigward tal-miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura (COM(2010)0330),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2010 bit-titolu “Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020”(7),

–  wara li kkunsidra id-Direttiva 2006/32/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Enerġija)(8)

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/62/KEE (Direttiva dwar l-istallazzjonijiet ta' sħana u enerġija kombinati - CHP)(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal- Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0313/2010),

A.  billi t-Trattat ta' Lisbona mmarka perjodu ġdid għall-Unjoni li jitlob l-aġġustament tal-objettivi u tal-istrateġiji tagħna kif ukoll tal-baġit tal-UE bil-għan li t-Trattat ikun implimentat bis-sħiħ,

B.  billi l-inklużjoni ta' kapitolu speċifiku dwar l-enerġija fit-Trattat ta' Lisbona issa tagħti bażi legali soda biex jiġu żviluppati inizjattivi rigward l-enerġija msejsa fuq is-sostenibbiltà, is-sigurtà tal-provvista, l-interkonnessjoni tan-netwerks u s-solidarjetà,

C.  billi l-Unjoni qiegħda tħabbat wiċċha mal-problema relatata mal-implimentazzjoni tard jew mhux kompluta tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-enerġija u ma' nuqqas ta' strateġiji ġenerali tal-enerġija, sitwazzjoni li teħtieġ tmexxija soda min-naħa tal-Kummissjoni biex tqarreb dan id-distakk, flimkien ma' dimostrazzjoni ċara u konvinċenti ta' sostenn u determinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri,

D.  billi l-Ewropa qed tkompli ssir aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet ta' sorsi tal-enerġija barranin, partikolarment fir-rigward tal-karburanti fossili, billi b'mod partikolari d-dipendenza fuq iż-żejt se tiżdied fil-ġejjieni, u billi l-politika tal-UE dwar l-enerġija għandha għalhekk ikollha dimensjoni internazzjonali,

E.  billi l-istandards tal-għajxien u l-kompetittività ekonomika jiddependu mill-prezz u d-disponibilità tal-enerġija,

F.  billi l-politika tal-UE dwar l-enerġija għandha tgħinha biex tonora l-impenn tagħha li tnaqqas il-gassijiet b'effett ta' serra,

G.  billi, fl-għaxar snin li ġejjin, se jinħtieġu investimenti kbar fl-enerġija, b'mod notevoli f'impjanti tal-enerġija, interkonnessjonijiet u grilji ġodda, u billi dawn l-investimenti se jsawru t-taħlita tal-enerġija użata għal perjodu saħansitra itwal, għandhom jittieħdu passi biex ikun żgurat li permezz tagħhom tista' ssir bidla għal ekonomija sostenibbli; billi dan se jirrikjedi dversifikazzjoni ulterjuri tal-istrumenti finanzjarji jew, potenzjalment, arranġamenti ġodda fis-suq, speċjalment f'dawk ir-reġjuni l-aktar iżolati fir-rigward tal-enerġija,

H.  billi jeżistu riżorsi sostanzjali ta' bijomassa fl-UE27 li jistgħu jintużaw biex jiġu manifatturati kwantitajiet sinifikanti ta' bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni,

I.  billi l-faħam se jibqa' jkun sors primarju importanti ta' provvista tal-enerġija għall-pubbliku u għall-ekonomija,

J.  billi l-investimenti fis-settur tal-enerġija għandhom intensità għolja ta' kapital, u teżisti ħtieġa biex jinħoloq qafas ta' regolamentazzjoni stabbli fit-tul li jippermetti lill-kumpaniji jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment li jkunu ambjentalment u ekonomikament sodi, u billi dan bl-ebda mod m'għandu jwassal għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni,

K.  billi l-għan ambizzjuż tal-UE rigward it-tnaqqis tal-emissjonijiet fuq perjodu twil ta' żmien għandu jitqies fil-kuntest ta' ftehim dinji dwar it-tibdil fil-klima, sabiex jiġi massimizzat il-kontribut pożittiv tal-UE għan-negozjati internazzjonali u biex jitnaqqsu r-riskji tar-rilokazzjoni tal-karbonju u tat-telf tal-kompetittività għall-industriji Ewropej,

L.  billi l-infrastruttura tan-netwerks tal-enerġija tesiġi li tkun finanzjata l-ewwel u qabel kollox mit-tariffi tal-enerġija; billi, madankollu, il-finanzjament u s-sostenn min-naħa tal-EU jistgħu jinħtieġu wkoll meta s-swieq ma jistgħux jiffinanzjaw tali investimenti waħedhom, u sabiex ikunu stabbiliti netwerks li jaħdmu kif suppost u jinfetħu swieq tal-enerġija Ewropej, prinċipalment fir-reġjuni l-anqas żviluppati,

M.  billi t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku li rriżulta mill-kriżijiet finanzjarji ttardja l-investiment fis-settur tal-enerġija; billi, madankollu, il-kriżi tista' wkoll isservi ta' opportunità ta' riforma għall-Ewropa,

N.  billi ekonomija sostenibbli u dinamika għandha tistinka biex tħoll ir-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-konsum tal-enerġija, b'mod notevoli billi żżid l-effiċjenza tal-enerġija għal kull unità prodotta,

O.  billi l-Kummissjoni ħabbret ukoll l-intenzjoni tagħha li tivvaluta fl-2009, is-sitwazzjoni globali tal-LNG u tidentifika diskrepanzi bil-għan li tipproponi pjan ta' azzjoni dwar l-LNG,

Introduzzjoni: Strateġija li tiggarantixxi l-implimentazzjoni bis-sħiħ tat-Trattat ta' Lisbona

1.  Jilqa' d-dokument ta' riepilogu tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011-2020” bħala l-ewwel pass lejn politika komprensiva tal-UE dwar l-enerġija fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE għall-2020;

2.  Iqis li kwalunkwe strateġija fil-ġejjieni għandha tipprova tissodisfa l-objettivi tal-qalba tat-Trattat ta' Lisbona relatati mas-suq uniku tal-enerġija, mas-sigurtà tal-provvista, mal-effiċjenza u l-iffrankar tal-enerġija u mal-iżvilupp ta' forom ta' enerġija ġodda rinnovabbli u mal-promozzjoni ta' netwerks tal-enerġija; barra minn hekk, għandha tikkontribwixxi għal prezzijiet tal-enerġija li jistgħu jintlaħqu għall-benefiċċju tal-konsumaturi, għat-tisħiħ ta' enerġija rinnovabbli fil-qasfas tal-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija u mal-iżvilupp ta' netwerks tal-enerġija intelliġenti, interkonnessi, integrati u interoperabbli u għandha twassal għal inqas dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija u għal żieda fil-produzzjoni interna tal-enerġija rinnovabbli, filwaqt li jinżammu l-kompetittività u t-tkabbir industrijali u t-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

3.  Jenfasizza li l-istrateġija proposta għandha, qabel kollox, tiżvolġi fl-ispirtu ta' solidarjetà u responsabbiltà, fejn l-ebda Stat Membru ma jista' jintesa jew jinqata' għalih u l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu miżuri biex jiggarantixxu s-sigurtà reċiproka tal-Unjoni; jisħaq fuq is-sinifikat tal-inklużjoni fit-Trattat ta' kapitolu speċifiku dwar l-enerġija (Artikolu 194 TFUE), li jipprovdi bażi ġuridika soda għal azzjoni tal-Unjoni bbażata fuq il-metodu Komunitarju;

4.  Jenfasizza li l-Unjoni teħtieġ viżjoni fit-tul fir-rigward ta' politika tal-enerġija sostenibbli u effiċjenti sal-2050, iggwidata minn objettivi fit-tul għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u kkumplimentata minn pjanijiet ta' azzjoni preċiżi u komprensivi fuq medda ta' żmien qasira u medja biex jgħinuha tikseb dawn l-objettivi;

5.  Jitlob biex jitfasslu pjanijiet fir-rigward ta' Komunità tal-Enerġija Ewropea li tinvolvi kooperazzjoni b'saħħitha dwar netwerks tal-enerġija u finanzjament Ewropew ta' tekonloġiji ġodda tal-enerġija; huwa tal-fehma li l-Komunità tal-Enerġija Ewropea għandha, bla ma temenda t-Trattat ta' Lisbona fl-ewwel fażi, tegħleb il-frammentazzjoni tal-politika Ewropea dwar l-enerġija u tagħti lill-Unjoni vuċi internazzjonali b'saħħitha fir-relazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-enerġija;

Garanzija tal-funzjonament tas-suq tal-enerġija

6.  Jisħaq fuq il-fatt li t-tlestija tas-suq intern Ewropew tal-enerġija huwa indispensabbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-UE; jemmen li dan għandu jissejjes fuq qafas ġuridiku ċar, li fih il-leġiżlazzjoni tkun rigorożament rinfurzata u l-Kummissjoni tkun aktar lesta li tibda' proċedimenti dwar ksur kontra l-Istati Membri, jekk dan ikun meħtieġ;

7.  Jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa li tkun implimentata bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE fil-qasam tal-enerġija u li jintlaħqu l-miri tal-UE relatati mal-enerġija; jenfasizza l-bżonn għal implimentazzjoni rapida u korretta tar-regoli dwar it-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija u tal-pakkett dwar l-effiċjenza tal-enerġija fl-Istati Membri kollha;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-direttivi attwali dwar is-suq intern ikunu implimentati bis-sħiħ u kif suppost u trasposti mill-Istati Membri u, jekk l-Istati Membri jonqsu milli jirrispondu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bħala miżura finali s-sottomissjoni mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-direttivi attwali tas-suq intern f'forma ta' regolamenti, biex tiżgura l-applikazzjoni diretta u sħiħa fis-suq uniku kollu;

9.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista għall-istokk tal-impjanti tal-Ewropa li jipproduċu l-elettriku, b'mod partikolari, billi tiġi żviluppata politika industrijali li tippromwovi investiment fit-tul fil-mezzi għall-produzzjoni tal-elettriku fl-UE;

10.  Jemmen li r-rwol tar-regolaturi tas-suq tal-enerġija u l-kooperazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni għandhom jissaħħu, speċjalment fir-rigward tas-swieq bl-imnut u bl-ingrossa; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u n-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (ENTSO) ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti; jinnota li jekk il-kompetenzi tal-ACER u l-ENTSO huma insuffiċjenti għall-ħolqien ta' suq tal-enerġija Ewropew aktar integrat, jista' ikun neċessarju li l-mandati tagħhom ikunu emendati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-ACER biex jiżviluppaw proposti dwar kif jista' jissaħħaħ l-involviment tal-partijiet interessati;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza u li jitjieb il-funzjonament tas-swieq bl-ingrossa tal-enerġija għall-benefiċċju tal-konsumaturi, speċjalment fir-rigward tal-prodotti finanzjarji li ġew innegozjati fis-suq tal-enerġija u l-istabbilment ta' swieq effiċjenti ta' matul il-jum (intraday) fl-Ewropa kollha; jilqa“, f'dan il-kuntest, it-tħabbira tal-Kummissjoni li bi ħsiebha tippreżenta proposta dwar it-trasparenza u l-integrità ta' swieq tal-enerġija nnegozjati u jitlob għall-iżvilupp ta' qafas regolatorju koerenti f'dan ir-rigward;

12.  Iqis li l-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw minn żieda fil-kompetizzjoni fis-suq tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa li titrawwem il-kompetizzjoni billi jkun hemm rottot ta' trasport, sorsi tal-enerġija u operaturi tas-swieq differenti fis-swieq Ewropej u jenfasizza wkoll l-importanza li jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju ġodda;

13.  Ifakkar fl-inkjesta tal-Kummissjoni fis-settur li saret fl-2005; jappella għal inkjesta oħra fis-settur tal-enerġija li għandha titnieda fl-2013;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni torganizza samit annwali mar-rappreżentanti tal-kumitati tal-parlamenti nazzjonali responsabbli għal kwestjonijiet relatati mal-enerġija u mal-Membri tal-Parlament Ewropew u mal-partijiet interessati, dwar politiki u leġiżlazzjoni tal-UE relatati mal-enerġija u kwisjonijiet oħra relatati sabiex jiġi żgurat fehim reċiproku aħjar; ikompli jsostni l-idea ta' laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew li tiffoka fuq kwestjonijiet rilevanti marbutin mal-politika tal-enerġija, li għandhom jikkunsidraw ir-rapport tal-Parlament dwar l-Istrateġija dwar l-Enerġija 2011-2020 u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija;

Sostenn għall-grilji integrati moderni

15.  Jenfasizza bil-qawwi li kwalunkwe dewmien fl-iżvilupp ta' grilja intelliġenti tal-gass u tal-elettriku fl-UE jipperikola l-ambizzjoni tal-UE li tikseb sal-2020 l-objettivi 20-20-20 tagħha dwar l-enerġija u l-klima u biex tilħaq l-objettivi tal-UE għas-sena 2050 kif ftiehmu bejniethom il-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern, biex b'hekk, tissaħħaħ is-sigurtà tal-UE fis-provvista tal-enerġija;; għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon l-attenzjoni ċentrali tal-Istrateġija dwar l-Enerġija dwar infrastruttura intelliġenti u moderna biex jiġu żviluppati grilji integrati mifruxa fl-UE kollha;

16.  Jisħaq fuq il-fatt li netwerk tal-enerġija pan-Ewropew biss, li ma jiħux kont tal-fruntieri tal-Istati Membri, se jagħti l-possibbiltà li jitlesta suq intern tal-enerġija; huwa tal-fehma li hemm bżonn urġenti li jiġu żviluppati u implimentati bis-sħiħ mekkaniżmi leġiżlattivi u finanzjarji previsti skont it-Trattat u skont leġiżlazzjoni sekondarja sabiex jiġi rimedjat bla dewmien kull nuqqas ta' azzjoni fir-rigward id-diskrepanzi jew nuqqasijiet fil-provvediment ta' konnessjonijiet fin-Netwerk trans-Ewropew tal-Enerġija; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, li jiġi żgurat li l-produzzjoni kollha tal-enerġija Ewropea tintuża bl-aħjar mod possibbli, se tnaqqas il-ħtieġa ta' importazzjonijiet;

17.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iressqu informazzjoni kompleta u f'waqtha lill-Kummissjoni, li hija meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 617/2010, dwar in-notifika ta' proġetti ta' investiment fl-infrastruttura tal-enerġija sabiex il-Kummissjoni jkollha idea tad-diskrepanzi potenzjali fid-domanda u l-provvista kif ukoll tal-ostakoli għall-investimenti, sakemm tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-legalità tar-regolament, li kellu jiġi adottat skont il-proċeduri ta' kodeċiżjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 194 tat-Trattat;

18.  Jemmen li l-Kummmissjoni li jmiss “Pjan komprensiv għall-grilja fil-Baħar tat-Tramuntana”, flimkien ma' inizjattivi reġjonali oħra bħaċ-“Ċirku Mediterranju” u “l-Proġett ta' Interkonnessjoni għar-Reġjun Baltiku”, għandhom isiru wieħed mill-pedamenti għall-iżivilupp ta' Supergrid Ewropew; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iwarrbu ir-riżorsi meħtieġa għall-iżvilupp tiegħu;

19.  Jenfasizza li l-Pjan ta' Għaxar snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk (biex bih jiġu integrati n-netwerks tal-UE ta' grilji tal-elettriku u tal-gass) għandu jkun aktar konformi mal-miri għall-2020, u għandu mbagħad jiġi implimentat bħala bażi metodoloġika u teknoloġika għal leġiżlazzjoni ġdida fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija; jinnnota r-rwol tal-ACER li qiegħda timmonitorja l-implimentazzjoni tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa urġenti biex jiġu integrati gżejjer ta' enerġija fil-grilja tal-enerġija Ewropea, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' interkonessjonijiet aħjar tal-grilji tal-gass u tat-terminali tal-LNG, li għandu jwassal biex dawk l-Istati Membri kkonċernati ma jibqgħux iżolati fis-suq, u għal żieda fis-sigurtà tal-provvista għal dawk il-pajjiżi tal-UE li attwalment jiddependu bil-kbir fuq numru żgħir ta' pajjiżi mhux parti mill-UE;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' skambju aktar komprensiv ta' informazzjoni min-naħa tal-operaturi rigward il-ġestjoni ta' grilji ta' infrastruttura biex jiġi evitat tagħwiġ tas-suq ikkawżat minn asimmetrija ta' informazzjoni;

21.  Ifakkar għal darba oħra li jekk is-suq għandu jkollu l-inċentiv li jinvesti fir-riċerka u l-iżvilupp ta' tekonoloġiji tal-enerġija ġodda huwa jeħtieġ qafas regolatorju; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-ħtieġa kontinwa għal privattiv komuni tal-UE;

22.  Jiġbed l-attenzjoni ukoll għall-ħtieġa urġenti li jkunu żviluppati u modernizzati n-netwerks ta' distribuzzjoni, biex ikunu integrati l-ammonti li qegħdin jikbru ta' ġenerazzjoni distribwita;

23.  Jemmen li l-programm attwali għan-Netwerks tal-Enerġija Trans-Ewropej (TEN-E) kien insuffiċjenti, ma kkontribwixxiex b'mod sinifikanti għal kostruzzjoni ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri u jrid jiġi aġġustat biex jissodisfa l-miri mfassla fil-pakkett tal-klima u l-enerġija u tat-tielet pakkett tas-suq intern; jemmen ukoll li l-pakkett ta' infrastruttura tal-enerġija propost u s-sostituzzjoni tat-TEN-E għandhom għalhekk:

   (a) jevalwaw il-problema tal-permessi għall-infrastruttura tal-enerġija u jistabbilixxu l-approċċi differenti bl-għan li titneħħa l-burokrazija, jitqassru l-proċessi ta' approvazzjoni u jiġu indirizzati l-elementi ta' tħassib tal-pubbliku;
   (b) jiddefinixxu u jsostnu proġetti ta' prijorità u jistipulaw kriterji biex bihom jiġu identifikati l-investimenti ta' infrstruttura ewlenin għall-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija, b'kunsiderazzjoni għall-kontribut tal-proġett għas-sigurtà tal-provvista, għal ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetizzjoni u li jintlaħqu l-għanijiet sostenibbli u fit-tul dwar l-enerġija u titjieb il-koeżjoni soċjali u territorjali;
   (c) iressqu kriterji u linji gwida ċari lill-Istati Membri, dwar finanzjament pubbliku u mill-UE favur l-infrastruttura tal-enerġija;
   (d) jestendu s-sostenn finanzjarju, li jinkludi dak mill-Bank Ewropew għall-Investiment u intermedjarji finanzjarji oħra, għall-fażi ta' implimentazzjoni ta' proġetti, biex jindirizzaw fallimenti fis-suq;
   (e) joħolqu mudell transkonfinali b'kondiviżjoni tal-kostijiet, speċjalment fir-rigward tal-iżvilupp ikkoordinat tal-infrastruttura u tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, ispirat minn mudelli ta' suċċess eżistenti;
   (f) jevalwaw jekk il-ftuħ ta' proġetti ta' infrastruttura ta' importanza għall-UE, għal offerta pubblika, jistax iħaffef il-pass tal-investiment fl-infrastruttura;

Il-finanzjament tal-politika tal-enerġija

24.  Jikkunsidra li l-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid għandu jirrefletti l-prijoritajiet politiċi tal-UE kif spjegat fl-Istrateġija 2020, b'kunsiderazzjoni għas-sejbiet u l-prijoritajiet tat-Tieni Reviżjoni Stratetiġika dwar l-Enerġija, li jimplika li proporzjon kunsiderevolment akbar tal-baġit għandu jiġi allokat għall-politika tal-enerġija, li tinkludi l-infrastruttura moderna u intelliġenti, l-effiċjenza tal-enerġija, proġetti u riċerka dwar sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u l-iżvilupp u l-mobilizzazzjoni ta' teknoloġiji ġodda;

25.  Jemmen li grilja moderna tal-elettriku għall-UE kollha għandha rwol ewlieni fil-kisba tal-mira fejn l-użu ta' enerġiji rinnovabbli jilħaq proporzjon ta' 20%; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa sistema xierqa ta' inċentivi għall-investiment f'impjanti tal-enerġija li jinsabu f'reġjuni speċifiċi, sabiex jinkiseb l-aħjar effett ekonomiku u jiġu evitati investimenti ineffiċjenti fin-netwerks; jirrimarka, f'dan ir-rigward, li strateġija globali għandha tindirizza s-sistema tal-enerġija kollha kemm hi, mill-produtturi sal-konsumaturi;

26.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi strateġija biex tiżdied l-effiċjenza fis-suq tat-tisħin b'sostenn għal infrastrutturi lokali effiċjenti, bħat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali li jippermettu l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet integrati għat-tisħin, it-tkessiħ u l-elettriku bbażati fuq is-sħana u l-enerġija kkombinati u l-użu effiċjenti ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

27.  Jemmen li strumenti finanzjarji innovattivi (per eżempju faċilitazzjonijiet għal kondiviżjoni tar-riskju u skemi ta' self minn banek pubbliċi) jistgħu jkunu għodda importanti għas-sostenn tal-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija, tal-effiċjenza tal-enerġija, ta' proġetti ta' enerġija rinnovabbli u għall-iżvilupp ta' tekonoliġiji tal-enerġija ġodda bl-għan li tkun sostnuta t-tranżazzjoni lejn ekonomija sostenibbli; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex iżżid jew tissostitwixxi b'rata mgħaġġla aktar, għotjiet tradizzjonali permezz ta' dawn l-iskemi u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw tali strumenti finanzjarji innovattivi; jiġbed l-attenzjoni f'din ir-rabta, għall-esperjenza pożittiva akkwistata permezz ta' strumenti simili oħra; japprova bil-qawwi l-proposta biex jintużaw il-fondi proprji tal-baġit tal-UE bħala garanziji tas-self għat-tħeġġiġ ta' investimenti privati u pubbliċi;

28.  Jemmen, kif enfasizzat mill-Kummissjoni fl-istrateġija tal-UE għall-2020, li l-UE għandha ċċaqlaq il-piż fiskali tat-tassazzjoni għall-attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrivedi d-direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija b'konformità ma' dan;

29.  Iqis li huwa essenzjali li l-finanzjament fil-ġejjieni ta' investimenti fl-enerġija għandhom jiffukaw fuq proġetti li joħolqu l-akbar numru ta' impjiegi possibbli;

30.  Jisħaq li xi sostenn mill-Unjoni se jkun meħtieġ għal investiment maġġuri fl-infrastruttura f'xi wħud mill-Istati Membri, inkluż f'grilji tal-elettriku u netwerks ta' provvista, b'mod partikolari għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u biex jinkisbu objettivi marbutin mal-klima u l-ambjent, jekk is-suq waħdu ma jistax jagħmel dan;

31.  Jenfasizza li l-integrazzjoni tas-suq teħtieġ użu aħjar tal-grilji operattivi eżistenti, ibbażata fuq l-armonizzazzjoni transkonfinali tal-arraġamenti tas-suq u l-iżvilupp ta' skemi Ewropej komuni għall-ġestjoni tal-interkonnessjonijiet;

32.  Jinnota r-responsabbiltà tal-ACER biex tiggarantixxi li l-ipprogrammar nazzjonali tal-iżvilupp tal-grilji tal-elettriku jikkorrispondi mal-Pjan ta' għaxar snin għall-Iżvilupp tan-Netwerk;

33.  Jenfasizza li ħafna mill-Istati Membri l-ġodda huma vulnerabbli b'mod speċjali għal xkiel estern tal-provvista tal-enerġija u jeħtieġu sostenn partikolari min-naħa tal-Unjoni biex jiggarantixxu sigurtà stabbli tal-enerġija;

34.  Jilqa' t-twaqqif ta' task force għal grilji intelliġenti fi ħdan il-Kummissjoni u jirrakkomanda li din tqis kif jixraq l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kollha; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'rapporti mressqa regolarment dwar il-progress li sar fil-ħidma tagħha; jisħaq li, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-ħidma tagħha, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi qafas regolatorju favorevoli fil-livell tal-UE għal grilji intelliġenti li jipprovdi inċentivi xierqa għal operaturi tan-netwerk biex jinvestu f'effiċjenza operattiva u li jistabbilixxi standards komuni għall-UE kollha fir-rigward tal-iżvilupp ta' grilji intelliġenti, biex b'hekk jgħin għal tranżizzjoni f'ekonomija sostenibbli; barra minn hekk, isostni proġetti pilota għal teknoloġiji innovattivi ta' komunikazzjoni, awtomazzjoni u ta' kontroll tal-grilji; ifakkar fid-dispożizzjonijiet dwar arloġġi tad-dawl intelliġenti fid-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE;

35.  Isostni proġetti pilota għall-ħruġ ta' arloġġi tad-dawl intelliġenti - bħal pereżempju taħt l-inizjattiva tas-SET-Plan “bliet intelliġenti” - sakemm il-konsumaturi u l-utenti li għandhom dħul baxx ikunu protetti u l-privatezza tagħhom tiġi garantita;

36.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq, sa tmiem l-2011, analiżi dwar il-ġejjieni tas-suq tal-gass dinji u tal-UE, li tinkludi l-impatt ta' proġetti ta' infrastruttura tal-gass li diġà huma ppjanati (bħall-proġetti żviluppati fil-kuntest tal-Kuritur tan-Nofsinhar), terminali ġodda tal-LNG, l-impatt ta' gass shale fuq is-suq tal-gass tal-Istati Uniti (partikolarment fuq l-esiġenzi ta' importazzjoni ta' LNG) u l-impatt tal-iżviluppi eventwali tal-gass shale fl-UE, dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass u dwar il-prezzijiet tal-gass fil-futur; jemmen li l-analiżi għandha tirrefletti, u tqis bħala punt ta' tluq, l-istat attwali tal-iżvilupp tal-infrastruttura u l-miri tal-UE rigward l-emissjonijiet CO2 għall-2020; jisħaq li l-partijiet interessati rilevanti kollha għandhom ikunu kkonsultati;

Sfruttament aħjar tal-potenzjal tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli tal-UE

37.  Iqis li l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija għandhom ikunu prijoritajiet ewlenija ta' kwalunkwe strateġija tal-ġejjieni, peress li jirrappreżentaw mod effettiv fil-konfront tal-ispejjeż magħmula għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq l-enerġija u jikkumbattu t-tibdil fil-klima, jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u l- kompetittività ekonomika u jikkumpensaw għaż-żieda tat-tariffi u l-kontijiet tal-enerġija u b'hekk inaqqsu l-faqar fl-enerġija; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lill-effiċjenza tal-enerġija fl-aġenda tal-UE, u jitlob biex ikun hemm żieda fir-rata tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u għall-adozzjoni f'waqtha mill-Kummissjoni ta' Pjan ta' Azzjoni ambizzjuż dwar l-Effiċenza tal-Enerġija; jemmem għalhekk li għandu jiġi implimentat b'tali mod li jikkunsidra l-isforzi li diġà saru f'xi Stati Membri;

38.  Jilqa' r-reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-opinjoni tal-Parlament;

39.  Jenfasizza li l-ICT tista' u għandu jkollha sehem ewlieni fil-promozzjoni ta' konsum responsabbli tal-enerġija fid-djar, fit-trasport, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u fil-manifattura; iqis li l-arloġġi tad-dawl intelliġenti, it-tidwil effiċjenti, il-cloud computing u s-softwer iddistribwit għandhom il-potenzjal li jittrasformaw ix-xejriet tal-użu ta' sorsi tal-enerġija;

40.  Jemmen li l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija għandhom jiffukaw ukoll fuq il-katina kollha tal-provvista u d-domanda tal-enerġija, inklużi t-trasformazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista, flimkien mal-konsum industrijali, tat-trasport u tad-djar;

41.  Isostni l-iżvilupp ta' suq li jaħdem kif suppost, għas-servizzi tal-enerġija u għall-introduzzjoni ta' aktar mekkaniżmi tas-suq biex titjieb l-effiċjenza fl-enerġija u biex jistimulaw il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE;

42.  Jemmen, barra minn hekk, li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-prestazzjoni ta' prodotti li jikkunsmaw l-enerġija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timplimenta bis-sħiħ id-direttiva tal-ekodisinn, eż. billi tinkludi aktar prodotti u tapplika mudell dinamiku għall-iffissar ta' standards biex jiżgura t-tfassil ta' objettivi ambizzjużi aġġornati regolarment;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; iqis li, jekk il-valutazzjoni tirriżulta f'implimentazzjoni mhux sodisfaċenti tal-istrateġija ġenerali dwar l-effiċjenza tal-enerġija u għalhekk ma jkunx previst li l-UE se tilħaq il-mira dwar l-effiċjenza tagħha għall-2020, il-EEAP għandu jinkludi impenn mill-Kummissjoni li tipproponi aktar miżuri tal-UE għall-Istati Membri, bħal miri individwali dwar l-effiċjenza tal-enerġija li jikkorrispondu ma' ffrankar ta' minn tal-anqas 20% fil-livell tal-UE b'konformità mal-miri ewlenin EU2020 u li jikkunsidraw pożizzjonijiet ta' tluq u ċirkostanzi nazzjonali relattivi, u l-approvazzjoni minn qabel tal-pjan ta' azzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija ta' kull Stat Membru; iqis li tali miżuri addizzjonali għandhom jitqiesu bħala neċessarji, ġusti u li jistgħu jitkejlu u li se jkollhom impatt effettiv u dirett fuq l-implimentazzjoni ta' pjanijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiftehmu dwar metodoloġija komuni għall-kejl ta' miri nazzjonali fl-effiċjenza tal-enerġija u għall-monitoraġġ tal-progress fl-ilħuq ta' dawk il-miri;

44.  Jagħti s-sostenn tiegħu għal governanza b'ħafna livelli u approċċ deċentralizzat għall-politika tal-enerġija u tal-effiċjenza tal-enerġija, inkluż il-Patt tas-Sindki u l-iżvilupp ulterjuri tal-inizjattiva “Bliet Intelliġenti”; jenfasizza l-ħtieġa għall-finanzjament kredibbli, li jinkludi għal inizjattivi minn isfel għal fuq u għall-involviment ta' bliet u reġjuni;

45.  Jemmen li l-Ewropa qed tiġi superata mill-imsieħba internazzjonali tagħha fl-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tat-teknoloġija tal-bijoenerġija. iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu abbozz ta' politika trans-settorjali tal-bijomassa li tistabbilixxi suq sostenibbli għall-bijomassa mill-agrikoltura, mill-iskart agrikolu u mill-forestrija filwaqt li tostakola żieda fl-emissjonijiet u telf fil-bijodiversità; jirrikonoxxi li issa teknoloġija sostenibbli tat-tieni ġenerazzjoni hija disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas ta' politika li jwassal għal u jsostni l-promozzjoni tal-mobilizzazzjoni ta' bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni fl-Ewropa;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-pjanjiet ta' azzjoni nazzjonali rispettivi dwar l-enerġija rinnovabbli ppreżentati mill-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tieħu azzjoni jekk neċessarja biex tgħin ċerti Stati Membri jtejbu l-pjanijiet tagħhom u biex tuża s-setgħat kollha li għandha biex l-Istati Membri jonoraw l-obbligi ġuridiċi tagħhom fl-ilħuq tal-objettiv nazzjonali tagħhom; jenfasizza l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni fid-direttiva biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jilħqu l-objettivi tagħhom; jistieden għal darba oħra, lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi pjattaforma ta' kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet nazzjonali kompetenti sabiex ikun faċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

47.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-impjanti ta' ħżin bil-pompi bħala sors ta' enerġija effiċjenti, affidabbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent għal servizzi anċillari u ta' kumpens;

48.  Jemmen li biex tiġi żgurata l-mobilizzazzjoni effettiva tal-enerġija rinnovabbli, il-mekkaniżmu ta' flessibbiltà prevista fid-Direttiva RES għandu jintuża u l-kondizzjonijiet marbutin mal-konnessjoni tal-grilja għandhom ikunu armonizzati bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' benefiċċju fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli (eż. il-ħlas ta' kostijet marbutin mal-konnessjoni mal-grilja permezz tat-tariffa tan-netwerk); jemmen li fuq medda ta' żmien medja jistgħu jinħolqu gruppi ta' swieq reġjonali għall-produzzjoni ta' enerġiji rinnovabbli;

49.  Jitlob għall-mobilizzazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fi ħdan l-UE biex isiru aktar effiċjenti billi jsir sforz fuq medda ta' żmien itwal lejn sistema ta' inċentivi dwar sorsi rinnovabbli għall-UE kollha, li permezz tagħhom tipi ta' sorsi rinnovabbli speċifiċi jkunu jistgħu jiġu mobilizzati f'dawk il-partijiet tal-UE fejn huma l-aktar effiċjenti, u b'hekk titnaqqas l-ispiża għall-promozzjoni tagħhom u l-allokazzjoni effiċjenti tal-fondi tkun garantita; jemmen li fuq medda ta' żmien fit-tul l-enerġija rinnovabbli għandha tagħmel parti minn suq tal-enerġija tal-UE intern u integrat li jiffunzjona kif suppost;

50.  Jemmen li viżjoni fuq medda ta' żmien medja għandha tiġi żviluppata bl-għan li jiġu ttrattati kwestjonijiet ewlenin relatati mal-integrazzjoni bis-sħiħ tas-suq tal-enerġiji rinnovabbli; jenfasizza f'dan ir-rigward, li kwanlunkwe armonizzazzjoni għandha tkun ippreparata tajjeb biex ikun evitat tfixkil fis-swieq nazzjonali eżistenti; jemmen li prekundizzjoni għal skema ta' sostenn armonizzata hija suq intern tal-enerġija li jiffunzjona kif suppost u mingħajr tfixkil u kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd; jemmen li kwankunkwe politika jew strateġija tal-ġejjieni għandha tibni fuq dawk il-mekkaniżmi ta' sostenn li taw prova tal-effettività tagħhom biex jilħqu l-miri u fl-istess ħin taw garanzija ta' diversità ġeografika u teknoloġika wiesgħa u ssalvagwardjaw il-fiduċja tal-investituri;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkorporaw strumenti fiskali u finanzjarji għall-effiċjenza fl-enerġija (partikolarment fir-rigward it-titjib tal-bini) fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-effiċjenza fl-enerġija u biex tqis l-effiċjenza fl-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija bħala prijorità għall-qafas finanzjarju multiannwali; jemmen li użu intelliġenti tal-fondi - bħal banek għall-infrastruttura favur l-ambjent bħala lieva għall-kapital privat u aċċess faċli u ffukat għal fondi tal-UE - huwa kruċjali biex tiżdied l-influwenza tal-fondi tal-UE għat-tisħiħ tal-effiċjenza fl-enerġija;

Garanzija ta' sigurtà tal-provvista tal-enerġija

52.  Jemmen li, b'koordinament mal-SEAE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Unjoni titkellem dwar il-politika tal-enerġija esterna b'vuċi unika; jemmen, barra minn hekk, li l-UE għandha tuża s-setgħat il-ġodda tagħha biex tidentifika l-iskop għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ssaħħaħha, fil-qasam tal-mitigazzjoni tal-klima u tal-protezzjoni tal-ambjent;

53.  Iqis li l-UE għandha tiżgura li l-politika tal-enerġija tagħha jkollha dimensjoni internazzjonali b'saħħitha u koerenti u għandha tintegra l-kunsiderazzjonijiet dwar l-enerġija fil-politiki u fl-azzjonijiet esterni tagħha; jemmen li r-Rappreżentant Għoli Ewropew tal-Unjoni għall-Affarijiet Esterni u Sigurtà Komuni, għandu jagħti sostenn diplomatiku qawwi lill-politika dwar l-enerġija tal-UE, bl-għan li tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija;

54.  Jemmen li, fuq medda ta' żmien qasira sa medja, għandha tingħata prijorità lill-iżvilupp tal-infrastruttura strateġika tal-enerġija u għandha titwessa' r-relazzjoni mal-fornituri ċentrali u mal-pajjiżi ta' tranżitu; madankollu, huwa tal-fehma li s-soluzzjoni l-aktar sostenibbli u effettiva fit-tul tista' tinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija u l-użu ta' sorsi ta' enerġija sostenibbli interni;

55.  Iqis li l-pipelines esterni kollha u netwerks tal-enerġija oħra li jgħaddu mit-territorju tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu regolati minn ftehimiet intergovernattivi trasparenti u soġġetti għal regoli tas-suq intern, fosthom regoli bħal dawk dwar l-aċċess minn parti terzi, klawsoli ta' destinazzjoni, superviżjoni tal-allokazzjoni u ġestjoni ta' konġestjoni, tul tal-kuntratti u klawsoli tal-ħlas ta' kwantità minima (take or pay); jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-pipelines attwali u futuri u l-ftehimiet kummerċjali jirrispettaw l-acquis Ewropew fil-qasam tal-enerġija u biex tieħu azzjoni fejn neċessarja;

56.  Jemmen li l-UE għandha tħares il-liġi bir-reqqa u tinforza l-konformità magħha fl-ispirtu ta' solidarjetà rigward l-enerġija u ta' rispett għar-regoli tal-kompetizzjoni u tas-suq komuni, u m'għandhiex iċċedi għall-interessi qawwija ta' pajjiżi individwali Ewropej, speċjalment tal-esportaturi tal-gass lejn is-suq Ewropew;

57.  Jappella biex l-adeżjoni mat-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija (ECT) tkun estiża għal aktar pajjiżi ġirien tal-UE, prinċipalment mal-pajjiżi fis-Sħubija tal-Lvant; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura u tinforza l-implimentazzjoni f'waqtha u rigoruża tar-regoli tal-UE fil-qasam tal-enerġija għall-Istati Membri tal-ECT, partikolarment billi tagħmel id-disponibbiltà ta' fondi mill-UE soġġetti għall-konformità mal-obbligi tat-Trattat;

58.  Iqis li għandu jissaħħaħ il-kapitolu dwar l-enerġija li jkopri l-kooperazzjoni politika u teknoloġika f'kull ftehim ma' stati ġirien, partikolarment billi jissaħħew il-programmi dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-regoli tas-suq intern; jemmen li l-Kunsill għandu jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati biex il-Memorandum ta' Ftehim attwali dwar kwistjonijiet fil-qasam tal-enerġija jinbidel f'testi ġuridikament vinkolanti; jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal dimensjoni soċjali għandhom jagħmlu parti mid-djalogi dwar l-enerġija;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex permezz ta' ftehimiet kummerċjali tintensifika l-proċess tal-adozzjoni ta' regoli ta' sikurezza u ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija kompatibbli mar-regoli tal-UE għall-produzzjoni, it-trażmissjoni, it-tranżitu, il-ħżin u l-ipproċessar/irfinar tal-enerġija importata jew esportata, u biex tipproponi standards globali fil-livell tad-WTO għall-promozzjoni ta' kummerċ miftuħ u ġust f'sorsi tal-enerġija rinnovabbli u f'teknoloġiji innovattivi u ġodda tal-enerġija;

60.  Jilqa' l-parteċipazzjoni tar-Russja fil-laqgħat tal-Konferenza dwar il-Karta tal-Enerġija; jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem biex testendi t-trattat għal aktar pajjiżi u, fil-forum tal-Konferenza dwar il-Karta tal-Enerġija, taħdem favur soluzzjoni negozjata li twassal għall-aċċettazzjoni sħiħa min-naħa tar-Russja tal-prinċipji tal-Karta tal-Enerġija u tal-protokolli tagħha; madankollu jenfasizza li kwalunkwe ftehim għandu jikkonforma bis-sħiħ mar-regoli tas-suq intern tal-enerġija tal-UE; jisħaq fuq il-fatt li l-enerġija għandu jkollha post ċentrali fil-ftehim ta' wara l-Ftehim dwar is-Sħubija u l-Kooperazzjoni (PCA) mar-Russja u li dan il-ftehim il-ġdid għandu jservi bħala gwida u pedament għall-konsistenza u l-koerenza għar-relazzjonijiet individwali tal-Istati Membri mar-Russja;

61.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaħdmu mill-qrib man-NATO biex tkun żgurata konsistenza ġenerali bejn l-istrateġiji tal-UE u n-NATO dwar is-sigurtà tal-enerġija;

62.  Jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi li r-regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass jiġi applikat bis-sħiħ wara li jkun daħal fis-seħħ;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri involuti jkomplu jipproċedu bl-implimentazzjoni tal-Kuritur tal-Gass tal-UE tan-Nofsinhar, speċjalment il-proġett tal-pipeline Nabucco, li jista' jsaħħaħ konsiderevolment is-sigurtà tal-provvista tal-gass fl-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew dwar il-passi li ttieħdu f'dan il-proċess;

64.  Jappella għal djalogu speċjali dwar l-enerġija mal-pajjiżi tar-reġjun tal-Kaspju, jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma fuq il-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Kaspju; jappoġġja f'dan il-kuntest id-djalogu dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar l-Iswed u jenfasizza l-importanza tal-kwistjonijiet tal-enerġija kollha fid-djalogu bejn l-UE u l-pajjiżi ta' dan ir-reġjun;

65.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu DESERTEC u TRANSGREEN fil-kunstest tal-inizjattivi tal-Pjan Solari għall-Mediterran, sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista u jkun promoss l-iżvilupp tal-pajjiżi kkonċernati billi jsostnu impjanti li jipproduċu l-elettriku mir-raġġi tax-xemx u teknoloġiji sostenibbli tal-enerġiji rinnovabbli oħra fir-reġjun fir-Tramuntana tal-Afrika u r-rabta tiegħu mal-grilja Ewropea, jekk dan huwa vijabbli ekonomikament u ma jipperikolax is-sistema EU ETS; jemmen li l-istrumenti ta' kooperazzjoni previsti fid-direttiva dwar importazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli minn pajiiżi terzi għandhom ikunu sfruttati bis-sħiħ;

66.  Ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli biex jiddeċiedu dwar it-taħlita speċifika tal-enerġija tagħhom, bl-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u d-dipendenza fuq fjuwils vulnerabbli għal tibdil fil-prezzijiet; jenfasizza li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ogħla standards ta' sigurtà jiġu applikati għall-impjanti nukleari eżistenti, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha.

67.  Jikkunsidra li r-riċerka fil- fużjoni nukleari bħala sors ta' enerġija għall-futur għandha tkompli, soġġetta għal konformità mal-prinċipji baġitarji;

68.  Jemmen, fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li għażlu l-enerġija nukleari bħala parti mit-taħlita tal-enerġija tagħhom, li l-ħolqien ta' standards tal-UE minimi għal-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni dwar id-disinn ta' impjanti nukleari jkun utli bil-ħsieb li jiġi żgurat l-ogħla livell ta' siġurtà f'din it-teknoloġija partikolari; jemmen li l-aħjar teknoloġija disponibbli għandha tintuża dejjem f'proġetti għall-kostruzzjoni ta' impjanti li jiġġeneraw l-elettriku; jitlob għal aktar miżuri mill-UE biex iħeġġu l-introduzzjoni ta' standards għall-ġestjoni sostenibbli ta' skart radjuattiv;

69.  Iħeġġeġ u jsostni l-kostruzzjoni ta' terminali u interkonnessjonijiet LNG, partikolarment fil-pajjiżi l-aktar vulnerabbli għal tfixkil fil-provvista tal-gass, soġġetta għal analiżi li tqabbel l-ispejjeż mal-benefiċċji u bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda tagħwiġ fil-kompetizzjoni jew diskriminazzjoni; jenfasizza l-importanza li l-flotta Ewropea LNG għandha tkompli tespandi, biex b'hekk tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-UE; jilqa“, f'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni li għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar il-kwestjonijiet tal-enerġija mal-Pajjiżi tal-Golf u tal-Lvant Nofsani;

70.  Jemmen li xi partijiet rurali tal-Ewropa għandhom ħtiġijiet partikolari fejn tiħdol il-provvista tal-enerġija, u, f'dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw dawn il-bżonnijiet, pereżempju billi jneħħu l-ostakoli, inklużi dawk fiskali, għall-produzzjoni lokali tal-enerġija, bħal permezz ta' mikro-koġenerazzjoni;

71.  Iqis li l-istrateġija li tirrestrinġi l-konsum tal-faħam iebes fl-Istati Membri tal-UE m'għandhiex titħalla ssaħħaħ il-monopolju tal-importazzjoni tal-gass; ir-restrizzjoni tal-konsum tal-faħam iebes fis-settur tal-enerġija għandha tkun soġġetta għad-diversifikazzjoni effettiva tal-provvisti tal-gass fl-Istati Membri sabiex ikun evitat it-tisħiħ tal-monopolju tal-materja prima;

Promozzjoni tar-riċerka u żvilupp kif ukoll tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija

72.  Jappella għall-monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tas-SET-Plan (Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija) u tal-identifikazzjoni tal-ostakli għall-mobilizzazzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati; jilqa' l-progress li sar dan l-aħħar bit-tnedija tal-ewwel erba' Inizjattivi Industrijali Ewropej (IIE) u l-Inizjattivi ta' Riċerka Konġunta; jitlob biex jitniedu inizjattivi oħra kemm jista' jkun malajr u jistieden lill-Kunsill biex jirrilaxxa l-fondi meħtieġa; jiltob lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-partijiet interessati b'informazzjoni trasparenti dwar il-possibilitajiet ta' finanzjament għall-inizjattivi tas-SET-Plan.

73.  Jilqa' l-progress li sar bl-istabbilimet tal-Inizjattivi Konġunti dwar it-Teknoloġija; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi EIIs kumplimentari ġodda bħala parti mis-SET Plan sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal kbir ta' possibilitajiet oħra fit-teknoliġija tal-enerġija rinnovabbli, partikolarment enerġija ġeotermika u termali solari, l-enerġija mill-ilma u mill-oċeani, u biex tinkludi l-pjattaforma eżistenti dwar enerġiji rinnovabbli għat-tisħin u għat-tkessiħ. jenfasizza l-ħtieġa li r-riżorsi tal-baġit tal-UE għandhom isiru disponibbli għall-finanzjament ta' dawn l-inizjattivi;

74.  Isostni l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda fil-konfront tal-ispejjeż magħmula għat-tbassir ta' tibdil fil-produzzjoni tal-enerġija, il-ġestjoni tal-aspett tad-domanda, it-trażmissjoni tal-elettriku u l-ħżin tiegħu (inkluż l-użu ta' ċelloli tal-idroġenu u ċelloli tal-fjuwil oħra), li permezz tagħhom tista' tiżdied id-domanda bażi totali u titjieb l-flessibbiltà ta' sistema bl-livell għoli ta' enerġiji rinnovabbli u vetturi li jaħdmu bl-elettriku;

75.  Jenfasizza l-importanza ta' ħaddiema tas-sengħa u kkwalifikati fil-qasam tal-gass u l-elettriku; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina, f'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali kkonċernati, kif għandha tindirizza u tistimula l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

76.  Jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fl-iżvilupp ta' teknoloġiji bl-Internet u marbuta mal-enerġija u applikazzjonijiet tal-ICT b'livell ta' karbonju baxx; iqis li l-appoġġ imsaħħaħ għall-innovazzjoni għandu jkun akkumpanjat dejjem minn tnaqqis fil-burokrazija li jiffaċċjaw l-applikanti; jistieden lill-Kummissjoni biex telimina l-burokrazija billi terġa' tfassal il-proċeduri marbuta mal-Programm ta' Qafas;

77.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi u tappoġġa proġetti pilota li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent fl-UE għall-isfruttament ta' sorsi enerġetiċi interni mhux konvenzjonali; jitlob lill-Kummissjoni biex tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu stħarriġ ġeoloġiku biex isir magħruf in-numru ta' riżervi tal-gass shale disponibbli fl-Unjoni u biex tiġi analizzata u valutata l-vijabbiltà ekonomika u ambjentali tal-gass shale domestiku; jitlob biex din l-informazzjoni titniżżel f'kwakunkwe strateġija tal-futur fit-tul, tal-Unjoni;

78.  Jemmen li xi pajjiżi bħaċ-Ċina taw rwol strateġiku lill-iżvilupp ta' industrija domestika ta' enerġija rinnovabbli ddedikata għall-esportazzjoni u għalhekk qed jappoġġaw lill-kumpaniji lokali billi jagħtuhom aċċess faċli għal kapital u infrastrutturi rħas; jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta qafas ta' politika li jtejjeb il-kompetittività u l-attraenza tal-ambjent ta' investiment Ewropew għall-industrija tal-enerġija rinnovabbli;

79.  Jemmen li fil-kuntest tal-fażi ta' tranżazzjoni li twassal għall-istabbiliment ta' ekonomija sostenibbli sal-2050, il-gassijiet naturali konvenzjonali u mhux konvenzjonali huma sors naturali ta' enerġija li joffru mod rapidu u effiċjenti fil-konfront tal-ispejjeż magħmula biex jitnaqqsu l-emissjonijiet; fondi għar-riċerka u l-iżvilupp għandhom ikunu fil-mira biex dawn il-gassijiet isiru aktar nodfa;

80.  Jibqa' jsostni l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-inċentivi meħtieġa jiġu pprovduti għall-iżvilupp ta' suq sostenibbli tal-bijomassa, filwaqt li jitqiesu l-kwistjonijiet rilevanti dwar il-bijodiversità u l-produzzjoni alimentari;

81.  Jemmen li r-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam ta' innovazzjoni fit-teknoloġija tal-enerġija, b'enfasi partikolari fuq tekonoloġiji tal-enerġija nodfa, sostenibbli u effiċjenti, għandhom ikunu prijorità ċentrali tat-tmien Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp; iħeġġeġ bil-qawwi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħtu prijorità lil dan il-qasam tal-politika fil-baġit u l-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss; jenfasizza li l-metodi ta' allokazzjoni għandhom jirreflettu l-kapaċitajiet differenti tal-Istati Membri fl-isfera tar-Riċerka u l-Iżvilupp;

82.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tintegra t-trasport sostenibbli fl-istrateġija tal-enerġija b'mod li jisfrutta l-potenzjal sħiħ tad-diversi teknoloġiji, inkluż permezz ta' qafas regolatorju adegwat u pjan ta' azzjoni dwar vetturi favur l-ambjent, tas-sostenn għar-riċerka u l-iżvilupp fit-tekonoloġija, tat-tneħħija tal-ostakoli kontra l-mobilizzazzjoni ta' tekonloġiji (fjuwil) ġodda, tal-ħolqien ta' standards komuni (pereżempju fir-rigward tat-trasport ferrovjarju u tal-karozzi li jaħdmu bl-elettriku), ta' standards ambizzjużi fir-rigward ta' magni li jaħdmu b'fjuwils fossili, tal-ħolqien ta' “kurituri tat-trasport favur l-ambjent” fl-Ewropa kollha, u tal-integrazzjoni ta' mezzi tat-trasport. attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-karozzi li jaħdmu bl-elettriku, biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu misjuqa u kkargati mill-ġdid faċilment fl-Ewropa kollha u li ż-żieda fl-użu tagħhom tkun ikkombinata mal-iżvilupp ta' grilji tal-elettriku u sistemi ta' ħżin intelliġenti, ma' livelli għoljin fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u mal-użu ta' sħana u elettriku kkombinati flimkien;

83.  Ifakkar li r-riċerka fil-qasam tal-enerġija għandha tikkontribwixxi mhux biss għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra u għal garanzija tas-sigurtà fil-provvista, iżda wkoll għat-titjib tal-kompetittività tal-industrija Ewropea; f'dan ir-rigward, jemmen li l-istandardizzazzjoni mal-imsieħba strateġiċi tal-UE (bħaċ-Ċina, il-Ġappun, l-Indja, ir-Russja u l-Istati Uniti) fir-rigward ta' teknoloġiji tal-enerġija ġodda, bħall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku, huma vitali biex ikun żgurat li l-innovazzjonijiet Ewropej ikunu jistgħu jiġu negozati bis-sħiħ fis-suq internazzjonali; bil-ħsieb li jiġi żgurat it-trasferiment effiċjenti u ġust tat-teknoloġija, iħeġġeġ lill-UE u l-imsieħba kummerċjali internazzjonali tagħha biex jaħdmu għall-ftuħ tal-kummerċ fit-teknoloġiji sostenibbli, li l-mira fit-tul tkun in-nuqqas ta' kwalunkwe rata tariffarja fuq teknoloġija favur l-ambjent;

84.  Iqis li mod effettiv biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija huwa li ssir riċerka dwar sostituti għall-materja prima u materjali tal-kostruzzjoni konvenzjonali, li l-produzzjoni tagħhom tikkonsma anqas enerġija;

Il-benefiċċji tal-konsumaturi u taċ-ċittadini fil-qalba tal-politika tal-enerġija tal-UE

85.  Jenfasizza l-importanza tal-arloġġi tad-dawl intelliġenti bħala mezz li jgħin il-konsumaturi jimmonitorjaw b'mod aktar effettiv l-ogħla rata ta' konsum tagħhom u jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija fid-djar tagħhom; jemmen li proġetti dwar arloġġi tad-dawl u enerġiji intelliġenti, b'mod ġenerali, jirrikjedu kampanji li jqajmu kuxjenza u programmi edukattivi dwar l-effiċjenza tal-enerġija sabiex il-pubbliku jkollu spjegazzjoni dwar il-benefiċċji tagħha; jenfasizza li huwa kruċjali għas-suċċess tal-effiċjenza fl-enerġija li s-soċjetà tkun infurmata dwar il-benefiċċji tal-arloġġi tad-dawl intelliġenti ; jenfasizza li l-Parlament talab, bħala għan tal-politika, li 50% tad-djar fl-Ewropa jkollhom arloġġi tad-dawl intelliġenti sal-2015 u l-obbligu min-naħa tal-Istati Membri li jigarantixxu li sal-2020 minn tal-anqas 80% tal-konsumaturi jkollhom għad-dispożizzjoni sistemi ta' arloġġi tad-dawl intelliġenti (10)

86.  Jikkunsidra li konsumaturi u membri tal-pubbliku infurmati jistgħu jinfluwenzaw is-suq billi jieħdu deċiżjonijiet konxji; jilqa“, għalhekk, inizjattivi bħal Forum Ewropew dwar l-Enerġija Nukleari (ENEF), li fih, firxa wiesgħa ta' partijiet interessati jistgħu jiddiskutu kwestjonijiet ta' interess komuni;

87.  Iqis li l-aġġornament termiku tal-bini u r-riċiklaġġ tal-materjal u l-enerġija mill-iskart urban u industrijali jistgħu joffru benefiċċji konsiderevoli għall-konsumaturi;

88.  Isostni inizjattivi li jiffaċilitaw l-adattament tal-ħtiġijiet tar-riżorsi umani relatati mal-progress lejn taħlita ta' enerġija b'livell baxx ta' CO2;

89.  Jitlob lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ u tirrappurta lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tat-tielet pakkett dwar is-suq intern fir-rigward ta' miżuri nazzjonali bil-għan li jipprevjenu l-faqar fl-enerġija u jfakkar lill-Istati Membri fl-obbligi tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ġuridiċi eżistenti;

90.  Jitlob għall-adozzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza possibbli fir-rigward tas-sorsi kollha tal-enerġija, inter alia permezz ta' programmi ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, sabiex ikunu indirizzati r-riservi tal-pubbliku u tkun promossa żieda fl-approvazzjoni min-naħa tal-pubbliku; Jitlob biex ikun hemm sforz biex tiżdied il-kuxjenza pubblika dwar l-importanza ta' provvisti tal-elettriku adegwati u l-ħtieġa għall-infrastruttura ġdida tal-ġenerazzjoni ta' enerġija u ta' trażmissjoni; isostni kampanji li jgħollu l-kuxjenza tal-konsumaturi dwar l-iffrankar tal-enerġija disponibbli għalihom kuljum kif ukoll għal mekkaniżmi eżistenti bħas-servizzi ta' konsulenza fil-qasam tal-enerġija sabiex iwasslu għal kambjament fl-imġiba;

91.  Jinnota li r-rati annwali ta' kemm il-konsumaturi jibdlu r-rata jvarjaw fost l-Istati Membri bejn 0 u 20%; jenfasizza li d-diffikultajiet li jinqalgħu fit-tqabbil tal-offerti fis-suq u n-nuqqas ta' informazzjoni jikkostitwixxu ostakoli għall-qlib u għall-kompetizzjoni effettiva tas-suq bl-imnut; ifakkar li skont it-tielet pakkett tal-enerġija huwa d-dmir tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jiżguraw li miżuri għall-protezzjoni tal-konsumatur fid-direttivi jkunu effettivi u rinfurzati;

92.  Ifakkar lill-industrija tal-enerġija fl-obbligi tagħha skont it-tielet pakkett tal-enerġija biex iddaħħal fatturi tal-enerġija ċari u li jinftiehmu; jemmen li l-mudelli tal-fatturati tal-Forum tal-Kummissjoni dwar l-Enerġija għaċ-Ċittadini fihom il-minimu tal-informazzjoni standard meħtieġa għal kull fatturat tal-enerġija u għandhom jintużaw bħala bażi għal fatturati tal-enerġija trasparenti fl-Unjoni kollha;

93.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, bil-għan li l-ilħiq tal-miri fit-tul jagħmlu aktar faċli u aktar kosteffikaċi, biex jikkunsidraw serjament li jimxu lejn il-mira ta' tnaqqis ta' 30% tas-CO2 għall-2020 b'tali mod li jiżguraw li s-suq tal-ETS jiffunzjona bħala katalista għall-investimenti fi proċessi ta' produzzjoni aktar nodfa u sorsi ta' enerġija aktar nodfa;

94.  Ifakkar li l-politika l-ġdida dwar l-enerġija għanda ssostni l-objettiv fit-tul li l-emissjonijiet tal-UE ta' gassijiet b'effett ta' serra jitnaqqsu bi 80-95% sal-2050;

95.  F'dan ir-rigward iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkompila analiżijiet ta' attivitajiet fit-tul, inkluż dwar il-provvista u d-domanda, kif ukoll tar-riskji reali u l-ispejjeż tan-nuqqas tal-provvista meta mqabbla mal-kapaċità ta' ħżin, id-diversità tal-provvista u l-ispejjeż tagħha; l-analiżi għandha tkopri wkoll żviluppi strateġiċi u dwar politika tal-enerġija fit-tul, fl-UE u, mhux tal-anqas, valutazzjonijiet ta' kif l-UE tista' tevita nuqqas ta' provvista;

96.  Jemmen, b'ħarsa “l quddiem lejn is-Samit ta' Cancun, li l-UE għandha tkun minn ta' quddiem fl-isforzi għall-ksib ta' ftehim vinkolanti, komprensiv u ambizzjuż, li juri li l-UE hija kapaċi titkellem b'vuċi unika u tikkonferma r-rwol ta' mexxej li għandha; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jerġgħu jaħsbu mill-ġdid il-proposta li għamlu aktar kmieni bħala parti minn ftehim internazzjonali dwar miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet CO2 , sabiex il-kisba ta' għanijiet fit-tul issir aktar effiċjenti fil-konfront tal-ispejjeż magħmula;

o
o   o

97.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 16.
(2) ĠU L 211, 14.8.2009.
(3) ĠU L 140, 5.6.2009.
(4) ĠU C 219E, 28.8.2008, p.206.
(5) ĠU L 200, 31.07.2009, p.31.
(6) Testi adottati , P7_TA(2010)0064.
(7) 9744/10.
(8) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.
(9) ĠU L 52, 21.2.2004, p.50.
(10) rapport dwar l-inizjattiva proprja tal-25 ta' Marzu 2010 dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa; 2015.eu (2009/2225(INI)) u rapport dwar l-inizjattiva proprja tal-14 ta' April 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tat-Teknoloġiji tal-Informatika u l-Komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b'livell baxx ta' karbonju (2009/2228(INI)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza