Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0802(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0354/2010

Testi mressqa :

A7-0354/2010

Dibattiti :

PV 14/12/2010 - 6
CRE 14/12/2010 - 6

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2010 - 9.19
CRE 14/12/2010 - 9.19
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0470

Testi adottati
PDF 534kWORD 221k
It-Tlieta, 14 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu
L-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni ***I
P7_TA(2010)0470A7-0354/2010
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni (00002/2010 – C7-0006/2010 – 2010/0802(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva li ħarġet minn grupp ta' Stati Membri (00002/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-punt (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 82(1) u l-Artikolu 289(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skont it-termini tagħhom il-Kunsill ressaq l-abbozz ta' att lill-Parlament (C7-0006/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, minn parlament nazzjonali li afferma li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-parlamenti nazzjonali dwar l-abbozz ta' att leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 37, 44 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont it-termini tal-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0354/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni
P7_TC1-COD(2010)0802

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(1)(a) u (d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ikun ntbagħtet lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet għaliha nnifisha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)  L-Artikolu 82(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji.

(3)  Skont il-programm ta' Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2009, ir-rikonoxximent reċiproku jista' jestendi għat-tipi kollha ta' sentenzi u deċiżjonijiet ta' natura ġudizzjarja li, skont is-sistema legali, jistgħu jkunu jew kriminali jew amministrattivi. Huwa jappella wkoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jeżaminaw kif tista' titjieb il-leġiżlazzjoni dwar u l-miżuri ta' appoġġ prattiku għall-protezzjoni tal-vittmi. Il-programm jinnota wkoll li l-vittmi ta' kriminalità jistgħu jkunu offruti miżuri ta' protezzjoni speċjali li għandhom ikunu effettivi fl-Unjoni. Din id-Direttiva tifforma parti minn sett ta' miżuri koerenti u komprensivi dwar id-drittijiet tal-vittmi.

(4)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2009 dwar l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa tappella lill-Istati Membri sabiex itejbu l-liġijiet u l-politiki nazzjonali tagħhom biex jiġġieldu s-suriet kollha tal-vjolenza kontra n-nisa u biex jaġixxu ħalli jittrattaw il-kawżi tal-vjolenza kontra n-nisa, mhux l-anqas billi jutilizzaw miżuri preventivi, u tistieden lill-Unjoni biex tiggarantixxi d-dritt tal-assistenza u l-appoġġ għall-vittmi kollha tal-vjolenza. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 2010 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2009 tapprova l-proposta li tiddaħħal l-ordni Ewropea ta' protezzjoni għall-vittmi.

(5)  F'żona komuni ta' ġustizzja mingħajr fruntieri interni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-protezzjoni pprovduta lil persuna fiżika fi Stat Membru wieħed tinżamm u titkompla fi kwalunkwe Stat Membru ieħor li persuna tiċċaqlaq fih jew li fih tkun diġà ċċaqilqet. Għandu jkun żgurat ukoll li l-eżerċizzju leġittimu minn ċittadini tal-Unjoni tad-dritt tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 21 tat-TFUE, ma jirriżultax f'telf tal-protezzjoni tagħhom.

(6)  Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi r-regoli li skonthom il-protezzjoni li tirriżulta minn ċerti miżuri ta' protezzjoni adottati f'konformità mal-liġi ta' Stat Membru wieħed (“l-Istat emittenti”) tista' tiġi estiża għal Stat Membru ieħor li fih il-persuna protetta tiddeċiedi li tirrisjedi jew toqgħod (“l-Istat ta' eżekuzzjoni”) ▌.

(7)  Din id-Direttiva tieħu kont tat-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri kif ukoll il-fatt li tista' tiġi pprovduta protezzjoni effettiva permezz ta' ordnijiet ta' protezzjoni li jittieħdu minn awtorità li mhijiex qorti kriminali. Din id-Direttiva ma tistabbilixxix obbligi għal modifika tas-sistemi nazzjonali għall-adozzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni.

(8)  Din id-Direttiva tapplika għall-miżuri ta' protezzjoni li għandhom l-għan li jipproteġu persuna minn att kriminali ta' persuna oħra li tista“, bi kwalunkwe mod, tipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika, psikoloġika u sesswali tagħha, bħal bil-prevenzjoni ta' kwalunkwe tip ta' fastidju, kif ukoll id-dinjità jew il-libertà personali tagħha, bħal bil-prevenzjoni ta' ħtif, stalking u forom oħra ta' ġegħil indirett, u li jimmiraw għall-prevenzjoni ta' atti ġodda ta' kriminalità jew għat-tnaqqis tal-konsegwenzi ta' atti preċedenti ta' kriminalità. Dawn id-drittijiet personali tal-persuna protetta jammontaw għal valuri fundamentali rikonoxxuti u sostnuti fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li nenfasizzaw li din id-Direttiva tapplika għal miżuri ta' protezzjoni li għandhom l-għan li jħarsu lill-vittmi kollha u mhux biss dawk tal-vjolenza bbażata fuq is-sess, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiki speċifiċi ta' kull tip ta' delitt ikkonċernat.

(9)  Din id-Direttiva tapplika għall-miżuri ta' protezzjoni, indipendentement min-natura – kriminali, ċivili jew amministrattiva – tal-awtorità ġudizzjarja jew ekwivalenti li tadotta d-deċiżjoni kkonċernata, sew jekk fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali sew jekk fil-kuntest ta' kwalunkwe proċediment ieħor fir-rigward ta' att li kien jew seta' kien is-suġġett ta' proċedimenti minn qorti li għandha l-ġurisdizzjoni b'mod partikolari f'materji kriminali.

(10)  Din id-Direttiva hija maħsuba biex tapplika għall-miżuri ta' protezzjoni maħruġa favur il-vittmi, jew il-vittmi possibbli, ta' reati; hija m'għandhiex tapplika għall-miżuri maħruġa bil-ħsieb tal-protezzjoni tax-xhieda.

(11)  Jekk miżura ta' protezzjoni, kif definita f'din id-Direttiva, tinħareġ għall-protezzjoni ta' qarib tal-persuna protetta ewlenija, tista' tintalab ordni Ewropea ta' Protezzjoni ukoll minn dan il-qarib, u tinħareġ fir-rigward tiegħu, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva.

(12)  Kwalunkwe talba għall-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' Protezzjoni għandha tiġi trattata b'ħeffa adegwata filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inkluża l-urġenza tal-kwistjoni, id-data prevista għall-wasla tal-persuna protetta fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni u, fejn ikun possibbli, il-livell tar-riskju għall-persuna protetta.

(13)  Fejn għandha tingħata informazzjoni skont din id-Direttiva lill-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu jew lill-persuna protetta, din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll lill-kustodju jew lir-rappreżentant tal-persuna kkonċernata, fejn relevanti. Għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-ħtieġa li l-persuna protetta, il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu jew ir-rappreżentant tagħhom fil-proċeduri jirċievu l-informazzjoni, kif previst f'din id-Direttiva, f'lingwa li jifhmu.

(14)  Fil-proċeduri għall-ħruġ u għar-rikonoxximent ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu kif jixraq il-ħtiġijiet tal-vittmi, inkluż b'mod partikolari l-persuni vulnerabbli, bħal -minorenni jew -persuni b'diżabilità.

(15)  Għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, miżura ta' protezzjoni tista' tkun ġiet imposta wara sentenza, kif iddefinit bl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta' sanzjonijiet alternattivi(2), jew wara deċiżjoni dwar il-miżuri ta' superviżjoni kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja(3).

(16)  F'konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u mal-Artikolu 47, paragrafu 2, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu għandha tingħata, jew fil-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta' miżura ta' protezzjoni jew qabel ma tinħareġ ordni Ewropea ta' protezzjoni, il-possibbiltà li tinstema' u li tikkuntesta l-miżura ta' protezzjoni.

(17)  Sabiex jiġi evitat li jitwettaq reat jew reat ġdid kontra l-vittma fl-Istat ta' eżekuzzjoni, dak l-Istat għandu jingħata bażi legali għar-rikonoxximent tad-deċiżjoni adottata preċedentement fl-Istat emittenti favur il-vittma, filwaqt li tiġi evitata wkoll il-ħtieġa biex il-vittma tibda proċedimenti ġodda jew tipproduċi l-evidenza fl-Istat ta' eżekuzzjoni għal darb'oħra bħallikieku l-Istat emittenti ma jkunx adotta d-deċiżjoni. Ir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni mill-Istat ta' eżekuzzjoni jimplika inter alia li l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat, soġġett għal-limitazzjonijiet imniżżlin f'din id-Direttiva, taċċetta l-eżistenza u l-validità tal-miżura ta' protezzjoni adottata fl-Istat emittenti, tagħraf is-sitwazzjoni fattwali deskritta fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, u taqbel li l-protezzjoni għandha tiġi pprovduta u għandha tkompli tiġi pprovduta f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.

(18)   Din id-Direttiva fiha numru limitat ta' obbligi jew projbizzjonijiet li, meta imposti fl-Istat emittenti u jkunu jinsabu fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, għandhom ikunu rikonoxxuti u infurzati fl-Istat ta' eżekuzzjoni, soġġett għal-limitazzjonijiet imniżżlin f'din id-Direttiva. Tipi oħra ta' miżuri ta' protezzjoni jistgħu jeżistu fil-livell nazzjonali, bħal pereżempju, jekk ikun previst hekk mid-dritt nazzjonali, l-obbligu fuq il-persuna li tkun qed tikkawża l-periklu li tibqa' f'post speċifiku. Miżuri bħal dawn jistgħu jiġu imposti fl-Istat emittenti fil-qafas tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni ta' waħda mill-miżuri ta' protezzjoni li, skont din id-Direttiva, tista' tkun il-bażi għal Ordni Ewropea ta' Protezzjoni.

(19)  Peress li fl-Istati Membri tipi differenti ta' awtoritajiet (ċivili, kriminali jew amministrattivi) huma kompetenti biex joħorġu u jinfurzaw miżuri ta' protezzjoni, jidher xieraq li jiġu pprovdut livell għoli ta' flessibbiltà fil-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri taħt din id-Direttiva. Għaldaqstant, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni m'għandhiex tieħu l-istess miżura ta' protezzjoni fil-każijiet kollha kif adottata fl-Istat emittenti, iżda għandha ammont ta' diskrezzjoni biex tadotta kwalunkwe miżura li hija tkun tqis adegwata u adatta skont il-liġi nazzjonali tagħha f'każ simili sabiex tipprovdi protezzjoni kontinwa lill-persuna protetta fid-dawl tal-miżura ta' protezzjoni adottata fl-Istat emittenti u kif deskritt fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni.

(20)  L-obbligi jew il-projbizzjonijiet li għalihom tapplika din id-Direttiva jinkludu, fost oħrajn, miżuri bl-għan li jillimitaw il-kuntatti personali jew remoti bejn il-persuna protetta u l-persuna li tikkawża l-periklu, pereżempju billi jimponu ċerti kondizzjonijiet ta' tali kuntatti jew jimponu restrizzjonijiet fuq il-kontenut ta' komunikazzjonijiet.

(21)  L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-persuna li tikkawża l-periklu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta dwar kwalunkwe miżura meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni. Fin-notifika lill-persuna li tikkawża l-periklu għandu jittieħed kont debitu tal-interessi tal-persuna protetta li ma jinkixifx l-indirizz jew dettalji tal-kuntatt oħra tagħha. Tali dettalji għandhom jiġu esklużi min-notifika, dment li l-indirizz jew dettalji tal-kuntatt oħra ma jkunux inklużi fl-obbligu jew il-projbizzjoni imposti bħala miżura ta' infurzar fuq il-persuna li tikkawża l-periklu.

(22)  Meta l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun irtirat l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri li tkun adottat sabiex tinforza l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, bl-intendiment li l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni tista' – b'mod awtonomu, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħha – tadotta kwalunkwe miżura ta' protezzjoni skont il-liġi nazzjonali tagħha sabiex tipproteġi l-persuna kkonċernata.

(23)  B'kont meħud li din id-Direttiva tittratta sitwazzjonijiet fejn il-persuna protetta tiċċaqlaq għal Stat Membru ieħor, l-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha ma timplika l-ebda trasferiment għall-Istat ta' eżekuzzjoni ta' setgħat relatati ma' pieni prinċipali, sospiżi, alternattivi, kondizzjonali jew sekondarji, jew relatati ma' miżuri ta' sigurtà imposti fuq il-persuna li tikkawża l-periklu, jekk din tal-aħħar tkompli tirrisjedi fl-Istat li ħareġ il-miżura ta' protezzjoni.

(24)   Fejn ikun il-każ, għandu jkun possibbli l-użu ta' mezzi elettroniċi bil-ħsieb li l-miżuri adottati fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jitwettqu fil-prattika, f'konformità mal-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali.

(25)  Fil-qafas ta' kooperazzjoni fost l-awtoritajiet involuti fl-iżgurar tas-salvagwardja tal-persuna protetta, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżuri adottati fl-Istat ta' eżekuzzjoni bil-ħsieb tal-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni. Din il-komunikazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti biex tiddeċiedi fil-pront dwar kwalunkwe reazzjoni adatta fir-rigward tal-miżura ta' protezzjoni imposta fl-Istat tagħha dwar il-persuna li tikkawża l-periklu. Tali reazzjoni tista' tinkludi, fejn adatt, l-impożizzjoni ta' miżura ta' kustodja minflok il-miżura mhux ta' kustodja adottata oriġinarjament, pereżempju bħala alternattiva għad-detenzjoni preventiva jew bħala konsegwenza tas-sospensjoni kondizzjonali ta' piena. Huwa mifhum li tali deċiżjoni, peress li ma tikkonsistix fl-impożizzjoni ex novo ta' sanzjoni kriminali fir-rigward ta' reat kriminali ġdid, ma tinterferixxix mal-possibbiltà li l-Istat ta' eżekuzzjoni jista“, fejn applikabbli, jimponi sanzjonijiet kriminali jew mhux kriminali f'każ ta' ksur tal-miżuri adottati sabiex tiġi esegwita l-ordni Ewropea ta' protezzjoni.

(26)  Fid-dawl tat-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri, fejn l-ebda miżura ta' protezzjoni ma tkun disponibbli fl-Istat ta' eżekuzzjoni f'każ simili għas-sitwazzjoni fattwali deskritta fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżura ta' protezzjoni deskritta fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, li tiegħu hija konxja.

(27)  Sabiex tinkiseb l-applikazzjoni bla xkiel ta' din id-Direttiva f'kull każ partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati emittenti u ta' eżekuzzjoni għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'kont meħud tal-prinċipju ta' ne bis in idem.

(28)  Il-persuna protetta m'għandhiex tkun obbligata tbati spejjeż għar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni li jkunu sproporzjonati meta mqabbla ma' kawża simili nazzjonali. Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara u bħala konsegwenza diretta tar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni, il-persuna protetta m'għandhiex tiġi obbligata tiftaħ aktar proċeduri nazzjonali biex tikseb mill-awtorità ta' eżekuzzjoni, id-deċiżjoni li tadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont id-dritt nazzjonali tagħha f'kawża simili biex tiġi żgurata s-salvagwardja tal-persuna protetta.

(29)  B'kont meħud tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku li fuqu hija bbażata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jippromwovu, safejn hu l-aktar possibbli, il-kuntatt dirett bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni ta' dan l-istrument.

(30)  Bla ħsara għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jitolbu lil dawk responsabbli mit-taħriġ tal-ġudikanti, tal-prosekuturi, tal-pulizija u tal-persunal ġudizzjarju involuti fil-proċeduri maħsuba għall-ħruġ jew għar-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni biex jipprovdu taħriġ adegwat fir-rigward tal-objettivi ta' din id-Direttiva.

(31)  Biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-data rilevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-ordni Ewropea ta' protezzjoni, għall-inqas dwar in-numru ta' ordnijiet Ewropej ta' protezzjoni mitluba, maħruġa u/jew rikonoxxuti. F'dan ir-rigward, tipi oħra ta' data, bħal pereżempju t-tipi tad-delitti kkonċernati, ikunu utli wkoll.

(32)  Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni ta' persuni li jinsabu f'periklu, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri waħedhom, fid-dawl tan-natura transkonfinali tas-sitwazzjonijiet involuti, u jista' għalhekk minħabba l-iskala u l-effetti, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-TFUE. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(33)  Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni ta' persuni li jkunu fil-periklu, biex b'hekk tikkomplementa iżda mhux taffettwa l-istrumenti li diġà huma stabbiliti f'dan il-qasam, bħad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI.

(34)  Meta deċiżjoni relatata ma' miżura ta' protezzjoni tidħol fl-ambitu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali(4), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tat-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri(5), jew il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal(6), ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' dik id-deċiżjoni għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dak l-istrument legali.

(35)  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, fejn ikun xieraq, f'kampanji edukattivi u f'kampanji li jżidu l-kuxjenza dwar il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità.

(36)  Id-data personali pproċessata meta tkun qed tiġi implimentata din id-Direttiva għandha tkun protetta f'konformità mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali(7) u f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali, li l-Istati Membri kollha rratifikaw.

(37)  Din id-Direttiva għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, f'konformità mal-Artikolu 6 tat-TUE.

(38)  Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri huma mħeġġa jqisu d-drittijiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Objettiv

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu lil awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti fi Stat Membru, fejn tkun inħarġet miżura ta' protezzjoni bil-ħsieb li tiġi protetta persuna kontra att kriminali ta' persuna oħra li tista' tipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika jew psikoloġika u d-dinjità, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha, li toħroġ ordni Ewropea ta' protezzjoni li tippermetti lil awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tkompli bil-protezzjoni tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta' dan l-Istat Membru, wara t-twettiq fl-Istat emittenti ta' att li kien jew seta' kien l-oġġett ta' proċedimenti minn qorti li għandha ġurisdizzjoni b'mod partikolari f'materji kriminali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   1) “Ordni Ewropea ta' protezzjoni” tfisser ▌deċiżjoni, meħuda minn awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti ta' Stat Membru fir-rigward ta' miżura ta' protezzjoni, li abbażi tagħha awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti ta' Stat Membru ieħor tieħu kwalunkwe miżura jew miżuri ▌adattati skont il-liġi nazzjonali tagħha stess bil-ħsieb li titkompla s-salvagwardja tal-persuna protetta.
   2) “Miżura ta' protezzjoni” tfisser deċiżjoni adottata fl-Istat emittenti skont il-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali tiegħu li skonthom waħda jew aktar mill-obbligi jew il-projbizzjonijiet, imsemmija fl-Artikolu 5, huma imposti fuq persuna li tikkawża periklu għall-benefiċċju ta' persuna protetta bil-ħsieb li din tal-aħħar tiġi protetta minn att kriminali li jista' jipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika jew psikoloġika, id-dinjità, il-libertà personali jew l-integrità sesswali tagħha.
   3) “Persuna protetta” tfisser il-persuna fiżika li hija l-oġġett tal-protezzjoni li tirriżulta minn miżura ta' protezzjoni adottata mill-Istat emittenti.
   4) “Persuni li tikkawża l-periklu” tfisser il-persuna fiżika li fuqha ġew imposti wieħed jew aktar mill-obbligi jew projbizzjonijiet, imsemmijin fl-Artikolu 5.

5)  “Stat emittenti” tfisser l-Istat Membru fejn tkun ġiet adottata ▌miżura ta' protezzjoni, li tikkostitwixxi l-bażi għall-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni.

6)  “Stat ta' eżekuzzjoni” tfisser l-Istat Membru li lilu tkun intbagħtet ordni Ewropea ta' protezzjoni bil-ħsieb li din tiġi rikonoxxuta.

7)  “Stat ta' superviżjoni” tfisser l-Istat Membru li lilu tkun ġiet trasferita sentenza, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/829/ĠAI.

Artikolu 3

Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.  Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar liema awtorità ġudizzjarja jew awtorità ekwivalenti tkun kompetenti skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex toħroġ ordni Ewropea ta' protezzjoni u biex tirrikonoxxi tali ordni, f'konformità ma' din id-Direttiva, meta dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta' eżekuzzjoni rispettivament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Istati Membri kollha l-informazzjoni li tkun irceviet. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla relatata mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 4

Rikors għal awtorità ċentrali

1.  Kull Stat Membru jista' jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema ġuridika tiegħu tiddisponu dan, aktar minn awtorità ċentrali waħda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

2.  Stat Membru jista“, jekk ikun meħtieġ bħala riżultat tal-organizazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali tiegħu responsabbli għat-trasmissjoni amministrattiva u r-riċeviment ta' kwalunkwe ordni Ewropea ta' protezzjoni, kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali l-oħra kollha relatata magħha. Bħala konsegwenza, il-komunikazzjonijiet, il-konsultazzjonijiet, l-iskambji ta' informazzjoni, l-istħarriġ u n-notifiki kollha bejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu ttratati, fejn adatt, bl-assistenza tal-awtorità jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati tal-Istat Membru kkonċernat.

3.  L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu użu mill-possibiltajiet imsemmijin f'dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni relatata mal-awtorità ċentrali jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istat Membru emittenti.

Artikolu 5

Kondizzjoni għall-eżistenza ta' miżura ta' protezzjoni skont il-liġi nazzjonali

L-ordni Ewropea ta' protezzjoni tista' tinħareġ biss meta miżura ta' protezzjoni tkun ġiet adottata preċedentement fl-Istat emittenti, bl-impożizzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu wieħed jew aktar mill-obbligi jew il-projbizzjonijiet li ġejjin:

   (a) projbizzjoni milli tidħol f'ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;
   (b) projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefon, il-posta elettronika jew dik normali, il-fax jew bi kwalunkwe mezz ieħor; jew
   (c) projbizzjoni jew regolamentazzjoni dwar li wieħed jersaq lejn il-persuna protetta fid-distanza preskritta.

Artikolu 6

Ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni

1.  Ordni Ewropea ta' protezzjoni tista' tinħareġ meta l-persuna protetta tiddeċiedi li tirrisjedi jew tkun diġà tirrisjedi fi Stat Membru ieħor, jew meta l-persuna protetta tiddeċiedi li toqgħod jew tkun diġà toqgħod fi Stat Membru ieħor. Meta tkun qed tiddeċiedi dwar il-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti għandha tieħu kont, inter alia, tat-tul tal-perijodu jew il-perijodi ta' żmien li matulhom il-persuna protetta tipprevedi li ser toqgħod fl-Istat ta' eżekuzzjoni u s-serjetà tal-ħtieġa għall-protezzjoni.

2.  Awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tista' toħroġ ordni Ewropea ta' protezzjoni fuq it-talba tal-persuna protetta biss u wara li tivverifika li l-miżura ta' protezzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha mniżżlin fl-Artikolu 5.

3.  Il-persuna protetta ▌tista' tippreżenta talba għall-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni. Jekk tiġi ppreżentata tali talba fl-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tiegħu għandha tittrasferixxi din it-talba malajr kemm jista' jkun lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti ▌.

4.  Qabel il-ħruġ ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, il-persuna li tikkawża periklu għandha tingħata d-dritt li tinstema' u d-dritt li tikkuntesta l-miżura ta' protezzjoni, jekk ma kinitx ingħatat dawn id-drittijiet fil-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tal-miżura ta' protezzjoni.

5.  Meta awtorità kompetenti ▌tadotta miżura ta' protezzjoni li jkun fiha wieħed jew aktar mill-obbligi jew projbizzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 5, din għandha tinforma lill-persuna protetta bi kwalunkwe mod adatt f'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali tagħha dwar il-possibbiltà li titlob ordni Ewropea ta' protezzjoni f'każ li tkun bi ħsiebha titlaq lejn Stat Membru ieħor, kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet bażiċi għal talba bħal din. L-awtorità għandha tavża lill-persuna protetta biex tippreżenta applikazzjoni qabel ma titlaq mit-territorju tal-Istat emittenti.

6.  Jekk il-persuna protetta jkollha kustodju jew rappreżentant, dik il-persuna tista' tintroduċi t-talba msemmija fil-paragrafu 2 u 3 f'isem il-persuna protetta.

7.  Meta t-talba biex tinħareġ ordni Ewropea ta' protezzjoni tiġi miċħuda, l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha tinforma lill-persuna protetta bir-rimedji legali disponibbli skont id-dritt nazzjonali tagħha, fejn ikun applikabbli, kontra d-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 7

Forma u kontenut tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni

L-ordni Ewropea ta' protezzjoni għandha tinħareġ f'konformità mal-formola mniżżla fl-Anness I għal din id-Direttiva. Għandha tinkludi b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

   (a) l-identità u ċ-ċittadinanza tal-persuna protetta, kif ukoll l-identità u ċ-ċittadinanza tal-tutur jew tar-rappreżentant tal-persuna jekk il-persuna protetta tkun minorenni jew legalment inabilitata;
   (b) id-data li minnha l-persuna protetta bi ħsiebha tirrisjedi jew toqgħod fl-Istat ta' eżekuzzjoni, u l-perijodu jew il-perijodi għal kemm ser toqgħod, jekk ikun magħruf;
   (c) l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u tal-fax, u l-indirizz elettroniku tal-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti;
   (d) l-identifikazzjoni (pereżempju permezz ta' numru u data) tal-att legali li jkun fih il-miżura ta' protezzjoni li abbażi tagħha tkun adottata l-ordni Ewropea ta' protezzjoni;
   (e) sommarju tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżura ta' protezzjoni fl-Istat emittenti;
   (f) l-obbligi jew il-projbizzjonijiet imposti fil-miżura ta' protezzjoni li fuqhom tkun ibbażata l-ordni Ewropea ta' protezzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu, it-tul u ▌l-indikazzjoni tal-piena jew sanzjoni, jekk ikun hemm, fil-każ ta' ksur tal-obbligu jew projbizzjoni rispettiv;
   (g) l-użu ta' kwalunkwe apparat tekniku, jekk ikun il-każ, li jkun ġie pprovdut lill-persuna protetta jew lill-persuna li tikkawża l-periklu bħala mezz biex tiġi infurzata l-miżura ta' protezzjoni;
   (h) l-identità u ċ-ċittadinanza tal-persuna li tikkawża ▌l-periklu, kif ukoll id-dettalji tal-kuntatt tagħa;
   (i) fejn din l-informazzjoni tkun magħrufa mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti mingħajr ma tkun meħtieġa talba oħra għal informazzjoni, il-fatt jekk il-persuna protetta u/jew il-persuna li tikkawża l-periklu tkunx ingħatat għajnuna legali mingħajr ħlas fl-Istat emittenti;
   (j) fejn adatt, ċirkostanzi oħrajn li jista' jkollhom effett fuq il-valutazzjoni tal-periklu li tiffaċċja l-persuna protetta;
   (k) l-indikazzjoni espressa, fejn applikabbli, li sentenza, kif iddefinita mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif iddefinita mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, diġà tkun ġiet ittrasferita lejn l-Istat ta' superviżjoni u l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat għall-infurzar ta' tali sentenza jew deċiżjoni.

Artikolu 8

Il-proċedura tat-trażmissjoni

1.  Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tittrasmetti l-ordni Ewropea ta' protezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' esekuzzjoni, hija għandha tagħmel dan bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub sabiex jippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' esekuzzjoni li tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti msemmija.

2.  Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni jew tal-Istat emittenti ma tkunx magħrufa mill-awtorità kompetenti tal-Istat l-ieħor, l-awtorità tal-aħħar għandha tagħmel l-istħarriġ kollu rilevanti, inkluż permezz tal-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/976/ĠAI tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew(8), il-Membru Nazzjonali tal-Eurojust jew is-Sistema Nazzjonali għall-koordinazzjoni tal-Eurojust tal-Istat tagħha, sabiex tikiseb l-informazzjoni meħtieġa.

3.  Meta awtorità tal-Istat ta' eżekuzzjoni li jirċievi ordni Ewropea ta' protezzjoni ma jkollhiex kompetenza biex tirrikonoxxiha, dik l-awtorità għandha, ex officio, tibgħat l-ordni Ewropea ta' protezzjoni lill-awtorità kompetenti u għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti b'dan bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub.

Artikolu 9

Miżuri fl-Istat ta' eżekuzzjoni

1.  Hekk kif tirċievi ordni Ewropea ta' protezzjoni mibgħuta f'konformità mal-Artikolu 8, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha mingħajr dewmien żejjed tirrikonoxxi dik l-ordni u tieħu deċiżjoni li tadotta kwalunkwe miżura li tkun disponibbli skont il-liġi nazzjonali tagħha f'każ simili sabiex tiġi żgurata s-salvagwardja tal-persuna protetta, dment li ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal non-rikonoxximent imsemmijin fl-Artikolu 10.

2.  Il-miżura adottata mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni skont il-paragrafu 1, kif ukoll kwalunkwe miżura oħra meħuda abbażi ta' deċiżjoni sussegwenti msemmija fl-Artikolu 11, għandha tikkorrispondi, kemm jista' jkun, mal-miżura ta' protezzjoni ordnata fl-Istat emittenti.

3.  L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tinforma lill-persuna li tikkawża l-periklu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u lill-persuna protetta bi kwalunkwe miżuri meħuda fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, kif ukoll bil-konsegwenzi legali possibbli ta' ksur ta' miżura bħal din, kif previst fid-dritt nazzjonali u bi qbil mal-Artikolu 11(2). L-indirizz jew id-dettalji l-oħra ta' kuntatt tal-persuna protetta ma għandhomx jiġu żvelati lill-persuna li tikkawża l-periklu sakemm dan ma jkunx meħtieġ bil-ħsieb tal-infurzar tal-miżura adottata fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

4.  Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni tikkunsidra li l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni skont l-Artikolu 7 ma tkunx kompluta, hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, filwaqt li tassenja perijodu ta' żmien raġonevoli li fih din tipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

Artikolu 10

Raġunijiet għal non-rikonoxximent ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tista' tirrifjuta li tirrikonoxxi l-ordni Ewropea ta' protezzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

   (a) l-ordni Ewropea ta' protezzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx ġiet kompluta fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni;
   (b) ir-rekwiżiti mniżżlin fl-Artikolu 5 ma jkunux ġew issodisfati;
   (c) il-miżura ta' protezzjoni tirrigwarda att li ma jikkostitwixxix reat kriminali taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni;
   ( d) il-protezzjoni tkun ġejja mill-eżekuzzjoni ta' pieni jew miżura li hija koperta bl-amnestija skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni u hija relatata ma' att jew imġiba li taqa' taħt il-kompetenza tiegħu skont dik il-liġi;
   (e) tkun konferita l-immunità taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni lill-persuna li tikkawża l-periklu, li tagħmilha impossibbli li jkunu adottati ▌miżuri abbażi ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni;
   (f) prosekuzzjoni kriminali kontra l-persuna li tikkawża l-periklu għall-att jew l-imġiba li minħabba fihom kienet adottata l-miżura ta' protezzjoni hija preskritta skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, meta l-att jew l-imġiba huma fil-kompetenza tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu;
   (g) ir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni jikser il-prinċipju ne bis in idem;
   (h) skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, il-persuna li tikkawża l-periklu, minħabba l-età tagħha, ma tkux tista' tinżamm kriminalment responsabbli għall-att jew l-imġiba li fir-rigward tagħha tkun ġiet adottata l-miżura ta' protezzjoni;
   (i) il-miżura ta' protezzjoni tirrigwarda reat kriminali li taħt il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni huwa kkunsidrat li twettaq b'mod sħiħ jew fil-parti l-kbira jew essenzjali fit-territorju tiegħu.

2.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tirrifjuta li tirrikonoxxi ordni Ewropea ta' protezzjoni fl-applikazzjoni ta' wieħed mill-mottivi msemmi hawn fuq, għandha:

   (a) tinforma lill-Istat emittenti u lill-persuna protetta mingħajr dewmien mhux dovut b'dan ir-rifjut u bir-raġunijiet relatati ma' dan;
   (b) fejn ikun xieraq, tinforma lill-persuna protetta dwar il-possibilità li titlob l-adozzjoni ta' miżura ta' protezzjoni skont id-dritt nazzjonali tagħha;
   (c) fejn applikabbli, tinforma lill-persuna protetta dwar ir-rimedji legali skont id-dritt nazzjonali tagħha kontra d-deċiżjoni tagħha.

Artikolu 11

Liġi applikabbli u kompetenza fl-Istat ta' eżekuzzjoni

1.  L-Istat ta' eżekuzzjoni għandu l-kompetenza li jadotta u jinforza miżuri f'dak l-Istat wara r-rikonoxximent ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni. Il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni tapplika għall-adozzjoni u l-infurzar tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 9(1), inklużi r-regoli dwar remedji legali kontra deċiżjonijiet adottati fl-Istat ta' eżekuzzjoni relatati mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni.

2.  F'każ ta' ksur ta' miżura waħda jew aktar meħuda mill-Istat ta' eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha, b'applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-kompentenzi biex:

   a) timponi sanzjonijiet kriminali u tieħu kwalunkwe miżura oħra b'konsegwenza tal-ksur ta' tali miżura, jekk il-ksur jammonta għal reat kriminali skont il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni;
   b) tieħu kwalunkwe deċiżjoni mhux ta' natura kriminali b'rabta mal-ksur;
   c) tieħu kwalunkwe miżura urġenti u proviżorja sabiex jintemm il-ksur, sakemm, fejn adatt tittieħed deċiżjoni sussegwenti mill-Istat emittenti.

3.  Jekk ma hemm l-ebda miżura disponibbli fil-livell nazzjonali f'każ simili li għandha tittieħed fl-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tirrapporta lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti kwalunkwe ksur tal-miżura ta' protezzjoni deskritta fl-ordni Ewropea ta' protezzjoni, li tiegħu hija konxja.

Artikolu 12

Notifika fil-każ ta' ksur

L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew l-Istat ta' superviżjoni bi kwalunkwe ksur tal-miżura jew il-miżuri meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni. In-notifika għandha tingħata billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 13

Kompetenza fl-Istat emittenti

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandu jkollha kompetenza esklużiva biex tieħu deċiżjonijiet relati ma':

   (a) it-tiġdid, ir-reviżjoni, il-modifika, ir-revoka u l-irtirar tal-miżura ta' protezzjoni u, konsegwentement, tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni.
   (b) l-impożizzjoni ta' miżura ta' kustodja bħala konsegwenza tar-revoka tal-miżura ta' protezzjoni, dment li l-miżura ta' protezzjoni tkun ġiet applikata abbażi ta' sentenza, kif iddefinit mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew abbażi ta' deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif iddefinit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI.
  

2.  Il-liġi tal-Istat emittenti għandha tapplika għal deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafu 1.

3.  Fejn sentenza, kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif definit fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, diġà ġiet ittrasferita, jew tkun ittrasferita wara l-emissjoni ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni, lil Stat Membru ieħor, deċiżjonijiet sussegwenti għandhom jittieħdu f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawk id-Deċiżjonijiet Qafas.

4.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru emittenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' eżekuzzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda f'konformità mal-paragrafu 1.

5.  Jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tkun irrevokat jew irtirat l-ordni Ewropea ta' protezzjoni skont it-termini tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandha ttemm il-miżuri adottati skont it-termini tal-Artikolu 9(1) hekk kif tkun ġiet innotifikata mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti.

6.  Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti tkun immodifikat l-ordni Ewropea ta' protezzjoni f'konformità mal-punt a tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandha, kif adatt

   (a) tibdel il-miżuri meħuda abbażi tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni, filwaqt li taġixxi skont it-termini tal-Artikolu 9; jew
   (b) tirrifjuta li tinforza l-obbligu jew il-projbizzjoni mmodifikata meta din ma tkunx skont it-tipi ta' obbligi jew projbizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 5 jew jekk l-informazzjoni mibgħuta mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni skont l-Artikolu 7 ma tkunx kompluta u ma tkunx ġiet ikkompletata fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 9(4).

Artikolu 14

Raġunijiet għall-interruzzjoni ta' miżuri meħuda abbażi ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni

1.  L-awtorita kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tista' tinterrompi l-miżuri meħuda għall-eskeuzzjoni ta' ordni Ewropea ta' protezzjoni:

   (a) fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li l-persuna protetta ma tkunx tirrisjedi jew toqgħod fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni, jew tkun definittivament telqet minn dak it-territorju;
   (b) meta, skont il-liġi nazzjonali tagħha, it-tul massimu ta' żmien tal-miżuri adottati fl-eżekuzzjoni tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni jkun skada;
   (c) fil-każ imsemmi fl-Artikolu 13(6)(b);
   (d) fejn sentenza, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, jew deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif definita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI, tiġi ttrasferita lill-Istat ta' eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni.

2.  L-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti u fejn ikun possibbli lill-persuna protetta dwar din id-deċiżjoni.

3.  Qabel ma tinterrompi l-miżuri skont il-punt b tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni tista' titlob li l-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti tipprovdi informazzjoni dwar jekk il-protezzjoni pprovduta bl-ordni Ewropea ta' protezzjoni tkunx għadha meħtieġa fiċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari kkonċernat. L-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti għandha twieġeb, mingħajr dewmien, għal tali stedina.

Artikolu 15

Il-prijorità fir-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni

L-ordni Ewropea ta' protezzjoni għandha tiġi rikonoxxuta bl-istess prijorità li tkun applikabbli f'kawża nazzjonali simili, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inkluża l-urġenza tal-kwistjoni, id-data prevista għall-wasla tal-persuna protetta fit-territorju tal-Istat ta' eżekuzzjoni u, fejn ikun possibbli, il-livell tar-riskju għall-persuna protetta.

Artikolu 16

Konsultazzjonijiet dwar l-awtoritajiet kompetenti

Fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti u tal-Istat ta' eżekuzzjoni jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex tkun iffaċilitata l-applikazzjoni bla xkiel u effiċjenti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 17

Lingwi

1.  L-ordni Ewropea ta' protezzjoni għandha tiġi tradotta mill-awtorità kompetenti tal-Istat emittenti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat ta' esekuzzjoni.

2.  Il-formola msemmija fl-Artikolu 12 għandha tiġi tradotta mill-awtorità kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat emittenti.

3.   Kwalunkwe Stat Membru jista“, meta din id-Direttiva tiġi adottata jew f'data aktar tard, jistqarr permezz ta' dikjarazzjoni ddepożitata mal-Kummissjoni li huwa jaċċetta traduzzjoni f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 18

Kostijiet

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jitħallsu mill-Istat ta' eżekuzzjoni, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, ħlief għall-ispejjeż li jsiru esklużivament fit-territorju tal-Istat emittenti.

Artikolu 19

Relazzjoni ma' ftehimiet u arranġamenti oħrajn

1.  L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jkunu fis-seħħ meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, safejn dawn jippermettu li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessa' u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw iktar il-proċeduri għat-teħid ta' miżuri ta' protezzjoni.

2.  L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, safejn dawn jippermettu li l-objettivi ta' din id-Direttiva jiġu estiżi jew imwessa' u jgħinu biex biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw il-proċeduri għat-teħid ta' miżuri ta' protezzjoni.

3.  Sa ...*(9) , l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ▌lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet u l-arranġamenti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 li huma jixtiequ jkomplu japplikaw. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw ▌lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ftehim u arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 2, fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ffirmat tali ftehim.

Artikolu 20

Relazzjoni ma' strumenti oħrajn

1.  Din id-Direttiva m'għandha taffettwa la l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 , la tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 , la dik tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal u lanqas dik tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal.

2.  Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI u tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI.

Artikolu 21

Implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex jikkonformaw ma' ▌din id-Direttiva sa …*(10) Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isiru referenzi bħal dawn għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

Ġbir ta' data

L-Istati Membri, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-data rilevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali għall-ordni Ewropea ta' protezzjoni, għall-inqas dwar in-numru ta' ordnijiet Ewropej ta' protezzjoni mitluba, maħruġa u/jew rikonoxxuti.

Artikolu 23

Reviżjoni

Sa …*(11)* , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2010.
(2) ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102.
(3) ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20.
(4) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.
(5) ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1.
(6) ĠU L 151, 11.6.2008, p. 39.
(7) ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60.
(8) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130.
(9)* Tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(10)* Tlett snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(11)** Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

imsemmija fl-Artikolu 7

DIRETTIVA 2011/.../UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TA' ... DWAR L-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI(1)

L-informazzjoni li tinsab f'din il-formola għandha tiġi trattata bil-kunfidenzjalità li tixraq

Stat Emittenti:

Stat ta' Eżekuzzjoni:

(a) Informazzjoni rigward il-persuna protetta:

Kunjom:

Isem (Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli):

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizzi/residenzi:

– fl-Istat emittenti:

– fl-Istat ta' eżekuzzjoni:

– band'oħra:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

Il-persuna protetta ingħatat għajnuna legali mingħajr ħlas fl-Istat emittenti?(jekk din l-informazzjoni hija disponibbli mingħajr il-bżonn li jsir aktar stħarriġ)?

? Iva.

? Le.

? Mhux magħruf.

Fejn il-persuna protetta hija minorenni jew legalment inabilitata, l-informazzjoni rigward il-kustodju jew ir-rappreżentant legali tal-persuna fiżika:

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Indirizz tal-uffiċċju:

(b) Il-persuna protetta ddeċidiet li tirrisjedi jew diġà tirrisjedi fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni, jew iddeċidiet li toqgħod jew diġà toqgħod fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

Data minn meta l-persuna protetta biħsiebha tirrisjedi jew toqgħod fl-Istat ta' eskuzzjoni (jekk huwa magħruf):

Perjodu/i tas-soġġorn (jekk huwa magħruf):

(c) Ingħataw xi strumenti tekniċi lill-persuna protetta jew lill-persuna li qed tikkawża l-periklu biex tiġi infurzata l-miżura ta' protezzjoni:

? Iva; agħti sommarju tal-istrumenti użati:

? Le.

(d) Awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni Ewropea ta' protezzjoni:

Isem uffiċjali:

Indirizz sħiħ:

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Dettalji tal-persuna/i li għandha/hom tiġi/jiġu kkuntattjata/i

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kariga (titolu/grad):

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Posta elettronika (jekk disponibbli):

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

(e) L-identifikazzjoni tal-miżura ta' protezzjoni li fuq il-bażi tagħha nħarġet ordni Ewropea ta' protezzjoni:

Il-miżura ta' protezzjoni nħarġet fi (data: JJ-XX-SSSS):

Il-miżura ta' protezzjoni saret infurzabbli fi (data: JJ-XX-SSSS):

Referenza tal-fajl tal-miżuri ta' protezzjoni (jekk disponibbli):

L-awtorità li adottat il-miżura ta' protezzjoni:

(f) Sommarju tal-fatti u deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi, inkluż, fejn applikabbli, il-klassifikazzjoni tar-reat, li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżura ta' protezzjoni msemmija taħt (e) hawn fuq:

(g) Indikazzjonijiet rigward l-obbligu(i) jew il-projbizzjoni(jiet) li ġew imposti mill-miżura ta' protezzjoni fuq il-persuna li tikkawża l-periklu:

Natura tal-obbligu(i): (tista' timmarka aktar minn kaxxa waħda):

? projbizzjoni milli tidħol f'ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;

– jekk immarkajt din il-kaxxa, indika preċiżament liema huma l-lokalitajiet, il-postijiet jew ż-żoni definiti li persuna li tikkawża l-periklu hija pprojbita li tidħol:

? projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefon, il-posta elettronika jew dik normali, il-fax jew bi kwalunkwe mezz ieħor;

– jekk immarkajt din il-kaxxa, agħti kwalunkwe dettall possibbli:

? projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-possibilità li tersaq lejn il-persuna protetta fid-distanza preskritta.

– jekk immarkajt din il-kaxxa, indika preċiżament id-distanza li għandha tosserva l-persuna li tikkawża l-periklu fir-rigward tal-persuna protetta:

Indika t-tul ta' żmien li matulu l-obbligu(i) imsemmijin hawn fuq huma imposti fuq il-persuna li tikkawża l-periklu:

Indikazzjoni tal-piena jew sanzjoni (jekk hemm) fil-każ ta' ksur tal-projbizzjoni:

(h) Informazzjoni rigward il-persuna li tikkawża l-periklu li fuqha kienu imposti l-obbligu(i) imsemmijin taħt (g):

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli):

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizzi/residenzi:

– fl-Istat emittenti:

– fl-Istat ta' eżekuzzjoni:

– band'oħra:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

Jekk disponibbli, agħti l-informazzjoni li ġejja:

– Tip u numru tad-dokument(i) tal-identità tal-persuna (karta tal-identità, passaport)

Jekk l-informazzjoni hija disponibbli mingħajr il-bżonn li jsir aktar stħarriġ, il-persuna li qed tikkawża l-periklu ngħatat għajnuna legali mingħajr ħlas fl-Istat emittenti?

? Iva.

? Le.

? Mhux magħruf.

(i) Ċirkostanzi oħrajn li jistgħu jinċidu fuq il-valutazzjoni tal-periklu li jista' jaffettwa lill-persuna protetta (informazzjoni fakultattiva):

(j) Informazzjoni utli oħra (bħal pereżempju, fejn disponibbli u meħtieġ, informazzjoni dwar Stati oħra fejn preċedentament ittieħdu miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-istess persuna protetta):

(k) Immarka l-kaxxa fejn ikun il-każ u imla:

? sentenza, kif definit mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/947/ĠAI, diġà ġiet trasmessa lil Stat Membru ieħor

– Jekk immarkajt din il-kaxxa, agħti d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li ntbagħtitilha s-sentenza:

? deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni, kif definit mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI diġà ġiet trasmessa lil Stat Membru ieħor

– Jekk immarkajt din il-kaxxa, agħti d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li ntbagħtitilha d-deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni:

Firma tal-awtorità li toħroġ l-ordni Ewropea ta' protezzjoni u/jew tar-rappreżentant tagħha biex tikkonferma li l-kontenut l-ordni huwa preċiż:

L-isem:

Kariga (titolu/grad):

Data:

Referenza tal-fajl (jekk disponibbli):

(Fejn ikun il-każ) Timbru uffiċjali:

(1)* In-numru u d-data ta' din id-Direttiva.


ANNESS II

FORMOLA

imsemmija fl-Artikolu 12

DIRETTIVA 2011/.../UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL TA' ... DWAR L-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI(1)

NOTIFIKA TA' KSUR TAL-MIŻURA TA' PROTEZZJONI MEĦUDA FUQ IL-BAŻI TAL-ORDNI EWROPEA TA' PROTEZZJONI

L-informazzjoni li tinsab f'din il-formola għandha tiġi trattata bil-kunfidenzjalità li tixraq

(a) Dettalji tal-identità tal-persuna li tikkawża l-periklu

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Psewdonimi, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Numru tal-identità jew numru tas-sigurtà soċjali (jekk disponibbli):

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizz:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

(b) Dettalji tal-identità tal-persuna protetta:

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Kunjom ta' xebba, jew kunjom preċedenti, fejn applikabbli:

Sess:

Ċittadinanza:

Data tat-twelid:

Post tat-twelid:

Indirizz:

Lingwa/i mifhuma (jekk magħrufa):

(c) Dettalji tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni:

Ordni maħruġa fi:

Referenza tal-fajl (jekk disponibbli):

Awtorità li ħarġet l-ordni:

Isem uffiċjali:

Indirizz:

(d) Dettalji tal-awtorità responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-miżura ta' protezzjoni, jekk disponibbli, li ttieħdet fl-Istat ta' eżekuzzjoni f'konformità mal-ordni Ewropea ta' protezzjoni:

Isem uffiċjali tal-awtorità:

Isem tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata:

Kariga (titolu/grad):

Indirizz:

Tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona) (numru)

Fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona) (numru)

E-mail:

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

(e) Ksur tal-obbligu/i imposti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni u/jew knklużjonijiet oħrajn li jistgħu jirriżultaw fit-teħid ta' kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti:

Il-ksur jikkonċerna l-obbligu(i) li ġejjin (tista' timmarka aktar minn kaxxa waħda):

? projbizzjoni milli tidħol f'ċerti lokalitajiet, postijiet jew żoni definiti fejn tirrisjedi jew li żżur il-persuna protetta;

? projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-kuntatt, fi kwalunkwe forma, mal-persuna protetta, inkluż permezz tat-telefon, il-posta elettronika jew dik normali, il-fax jew bi kwalunkwe mezz ieħor;

? projbizzjoni jew regolamentazzjoni tal-possibilità li tersaq lejn il-persuna protetta fid-distanza preskritta;

? kwalunkwe miżura oħra, li tikkorrispondi għall-miżura ta' protezzjoni li fuq il-bażi tagħha tkun inħarġet l-ordni Ewropea ta' protezzjoni, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ta' eżekuzzjoni wara r-rikonoxximent tal-ordni Ewropea ta' protezzjoni

Deskrizzjoni tal-ksur (post, data u ċirkostanzi speċifiċi):

B'konformità mal-Artikolu 11(2):

- miżuri meħuda fl-Istat ta' eżekuzzjoni bħala konsegwenza tal-ksur;

- konsegwenzi legali possibbli oħra tal-ksur fl-Istat ta' eżekuzzjoni.

Konklużjonijiet oħrajn li jistgħu jirriżultaw fit-teħid ta' kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti

Deskrizzjoni tal-konklużjonijiet:

(f) Dettalji tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata jekk għandha tinkiseb informazzjoni addizzjonali dwar il-ksur:

Kunjom:

Isem(Ismijiet):

Indirizz:

Nru tat-tel.: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

Nru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/belt) (numru)

E-mail:

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni:

Firma tal-awtorità li qed toħroġ il-formola u/jew tar-rappreżentant tagħha, li tikkonferma li l-kontenut tal-formola huwa korrett:

L-isem:

Kariga (titolu/grad):

Data:

Timbru uffiċjali (fejn applikabbli):

(1)* In-numru u d-data ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza