Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0108(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0346/2010

Testi mressqa :

A7-0346/2010

Dibattiti :

PV 13/12/2010 - 16
CRE 13/12/2010 - 16

Votazzjonijiet :

PV 14/12/2010 - 9.21
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0472

Testi adottati
PDF 200kWORD 32k
It-Tlieta, 14 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu
Ftehim UE-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni ***
P7_TA(2010)0472A7-0346/2010

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (15507/2010 – C7-0392/2010 – 2010/0108(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill (15507/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (14654/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 79(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0392/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0346/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ġeorġja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza