Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2293(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0367/2010

Testi mressqa :

A7-0367/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2010 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0474

Testi adottati
PDF 368kWORD 46k
L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu
Il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, għall-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u għall-Palestina
P7_TA(2010)0474A7-0367/2010
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità (COM(2010)0760 – C7-0398/2010 – 2010/2293(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0760 – C7-0398/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja soda(1) (il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 27 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ewwel qari tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-2011(2),

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-konċiljazzjoni tal-15 ta' Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0367/2010),

A.  billi l-livelli massimi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, speċjalment għas-subintestatura 1a u l-intestatura 4, ma jippermettux il-finanzjament ta' prijoritajiet tal-UE bla ma jkunu pperikolati l-istrumenti u l-politiki eżistenti,

B.  billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu fil-konċiljazzjoni,sakemm jintlaħaq ftehim komprensiv fuq il-kwistjonijiet kollha pendenti, li jimmobilizzaw l-Istrument ta' Flessibilità bi tpattija tat-tisħiħ għall-prijoritajiet identifikati taħt dawn iż-żewġ intestaturi,

1.  Jirrimarka li, minkejja tisħiħ ristrett f'impenji fuq għadd limitat ta' partiti tal-baġit, il-limiti massimi tas-subintestura 1a u tal-intestatura 4 ma jippermettux finanzjament adegwat tal-prijoritajiet magħżula tal-Parlament u tal-Kunsill;

2.  Jilqa“, għaldaqstant, il-qbil milħuq matul il-konċiljazzjoni dwar l-użu tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament tal-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Programm tal-kmpetittivita u l-Innovazzjoni taħt is-subintestura 1a, u l-fnanzjament tal-assistenza finanzjarja għall-Palestina, il-proċess tal-paċi u l-UNRWA taħt l-intestatura 4 għal ammont totali ta' EUR 105 miljun;

3.  Ifakkar li dawn il-programmi huma ta' importanza kruċjali għall-Unjoni minħabba li jipprovdu spinta ċara għall-attività ekonomika, ukif ukoll għar-rwol tal-Unjoni bħala protagonista dinjija;

4.  Itenni li l-mobilizzazzjoi ta' dan l-istrument, kif previst fil-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, għal darb' oħra jenfasizza l-ħtieġa vitali li l-baġit tal-UE jkun dejjem aktar flessibbli;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0372.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(1), u b'mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi, wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt is-subintestatura 1a u l-intestatura 4, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-11 ta' Novembru 2010, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument ta' Flessibilità biex, fil-baġit tal-2010, jikkomplementaw il-finanzjament, lil hinn mil-limitu massimu tas-sottointestatura 1a u l-intestatura 4, ta':

   EUR 18-il miljun għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja taħt is-sottointestatura 1a;
   EUR 16-il miljun għall-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt is-sottointestatura 1a;
   EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (minn hawn “il quddiem ”il-baġit tal-2011“), l-Istrument tal-Flessibilità għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 34 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-sottointestatura 1a u EUR 71 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-intestatura 4.

Dawk l-ammonti għandhom jintużaw sabiex jikkumplementaw il-finanzjament ta':

   EUR 18-il miljun għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja taħt is-sottointestatura 1a;
   EUR 16-il miljun għall-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt is- sottointestatura 1a;
   EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Ghall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza