Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0227(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0050/2010

Testi mressqa :

A7-0050/2010

Dibattiti :

PV 14/12/2010 - 19
CRE 14/12/2010 - 19

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2010 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0479

Testi adottati
PDF 306kWORD 41k
L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu
Revoka tad-Direttivi dwar il-metrologija ***I
P7_TA(2010)0479A7-0050/2010
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metroloġija (COM(2008)0801 – C6-0467/2008 – 2008/0227(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0801),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0467/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Mejju 2009(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-10 ta' Novembru 2010, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0050/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 49.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metrologija
P7_TC1-COD(2008)0227

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/17/UE.)


ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni

F'konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl, il-Kummissjoni hi mistiedna, mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, tirrapporta, qabel it-30 ta' April 2011, dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva u, fejn hu xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva.

F'dak il-kuntest, u f'konformità mal-prinċipji ta' leġiżlar aħjar (inklużi, fejn hu xieraq, valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni miftuħa), se titwettaq valutazzjoni biex jiġi stabbilit jekk għandux jiġi estiż l-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE, u fil-każ li dan ikun minnu, sa fejn għandu jiġi estiż sabiex jinkludi kwalunkwe mill-istrumenti ta' kejl attwalment regolati mid-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE.

Anke d-data stabbilita għar-revoka ta' dawk id-Direttivi se terġa' tiġi eżaminata, f'konformità mal-eżitu ta' dik il-valutazzjoni, bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-konsistenza fl-azzjoni leġiżlattiva tal-Unjoni fil-qasam tal-istrumenti tal-kejl.

Avviż legali - Politika tal-privatezza