Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 72kWORD 33k
Il-Ħamis, 16 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu
Appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari
P7_TA(2010)0498P7_DCL(2010)0062

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar appoġġ akbar mill-Unjoni Ewropea għall-isports popolari

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 165 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-isports sar kompetenza ġdida tal-UE,

B.  billi l-isports hu element importanti ta' koeżjoni soċjali u jikkontribwixxi għat-twettiq ta' bosta għanijiet ta' politika, bħall-promozzjoni tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-integrazzjoni soċjali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-kultura, kif ukoll fit-tnaqqis tal-kriminalità u fil-ġlieda kontra l-abbuż mid-droga,

C.  billi l-parti l-kbira tal-Ewropej li jipparteċipaw fi sports jew f'attività fiżika rikreattiva jagħmlu dan fil-livell ta' sports popolari,

D.  billi l-kriżi ekonomika u l-pressjoni fuq l-infiq tal-gvernijiet jistgħu jkollhom konsegwenzi serji fuq il-finanzjament tal-isports popolari,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-isports għal kulħadd, billi jsaħħu r-rwol edukattiv u ta' integrazzjoni tiegħu, u billi tingħata attenzjoni partikolari għall-gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed bħan-nisa, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità;

2.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-isports popolari ma jkunx suġġett għal tnaqqis qawwi fil-baġit fi żminijiet ta' kriżi;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa lill-isports popolari fil-Komunikazzjoni dwar l-isports li jmiss u tiżgura finanzjament adegwat għall-Programm tal-UE għall-Isports mill-2012 “il quddiem;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa lir-riżultati tal-istudju dwar il-finanzjament tal-isports popolari fir-rigward tal-possibilità ta' inizjattiva tal-UE dwar kwistjonijiet marbutin mal-logħob tal-azzard;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tas-16 ta' Diċembru 2010 (P7_PV(2010)12-16(ANN2)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza