Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 18 ta' Mejju 2010 - Strasburgu
Stabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ***II
 Ir-rendiment enerġetiku tal-bini fl-użu tal-enerġija (tfassil mill-ġdid) ***II
 Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013 (emenda tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Kunsill) ***I
 Il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008) *
 Il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)(emenda tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI) *
 It-twaqqif ta' programm konġunt dwar ir-risistemazzjoni
 Kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel: L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ 2010
 Kwistjonijiet deontoloġiċi marbuta mal-ġestjoni tal-kumpaniji
 Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabilizzazzjoni
 Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom ***II
 Ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti ***I
 Għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukraina ***I
 Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 247/2006) ***I
 L-estimi tad-dħul u tal-infiq għas-sena 2011 - Taqsima I - Il-Parlament
 Semplifikazzjoni tal-PAK
 Żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi
 Koerenza tal-Politiki tal-UE għall-Iżvilupp - L-Istabbiliment ta' qafas ta' politika għall-approċċ uniku tal-Unjoni
 Penali għall-ksur serju ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq
 L-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni

Stabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ***II
PDF 203kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (16626/2/2009 – C7-0049/2010 – 2009/0027(COD))
P7_TA(2010)0158A7-0118/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16626/2/2009 – C7-0049/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0066),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punti (1) u (2) u l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0071/2009),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa ” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7), l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0118/2010),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati, 7.5.2009, P6_TA(2009)0379.


Ir-rendiment enerġetiku tal-bini fl-użu tal-enerġija (tfassil mill-ġdid) ***II
PDF 217kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (tfassil mill-ġdid) (05386/3/2010 – C7-0095/2010 – 2008/0223(COD))
P7_TA(2010)0159A7-0124/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05386/3/2010 – C7-0095/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0780),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0413/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Il-Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwl qari(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-14 ta' Mejju 2009 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-21 ta' April 2009 tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0124/2010),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Japprova l-istqarrija konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tal-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET

dwar id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (tfassil mill-ġdid)

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 290 tat-TFUE

“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/31/UE għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-TFUE jew atti leġiżlattivi individwali li fihom dawn id-dispożizzjonijiet.”

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar perijodi ta' vaganzi

“Il-Kummissjoni Ewropea tinnota li minbarra f'każijiet fejn l-atti leġiżlattivi jipprovdu għal proċedura ta' urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jikkunsidraw li n-notifika tal-atti delegati għandha tikkunsidra l-perjodi tal-vaganzi tal-istituzzjonijiet (fix-xitwa, fis-sajf u waqt l-elezzjonijiet Ewropej), sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu kapaċi jeżerċitaw il-prerogattivi tagħhom fi ħdan il-limiti tal-ħin stabbiliti fl-atti leġiżlattivi rilevanti, u hija lesta li taġixxi skont dan.”

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament għall-Effiċjenza fl-użu tal-Enerġija fil-Bini

“Il-Kummissjoni tenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom l-istrumenti ta' finanzjament sabiex tirnexxi t-trasformazzjoni tas-settur tal-bini Ewropew f'wieħed effiċjenti fl-użu tal-enerġija u b'użu baxx tal-karbonju. Il-Kummissjoni se tkompli tinkuraġġixxi lill-Istati Membri jużaw b'mod estensiv il-fondi disponibbli skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (bħalissa sa 4 % tal-ammonti nazzjonali totali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, li jirrappreżentaw ammont ta' EUR 8 biljuni, jistgħu jintużaw biex jiżdiedu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tad-djar, flimkien mal-appoġġ finanzjarju mhux limitat li diġà huma disponibbli għall-enerġija sostenibbli f'bini pubbliku u kummerċjali/industrijali) u se tappoġġa wkoll lill-Istati Membri biex jużaw aħjar il-fondi disponibbli kollha u l-finanzjament li jista” jaġixxi bħala azzjoni biex tistimula l-investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tesplora l-possibbiltà li tiżviluppa iktar l-inizjattivi eżistenti kollha, bħall-inizjattiva tal-Bliet Għaqlin (Smart Cities) (SET-Plan COM (2009)0519) jew l-użu tal-baġit tal-Ewropa II – Enerġija Intelliġenti, pereżempju, għall-fini tal-qsim tal-għarfien u l-assistenza teknika sabiex jiġu stabbiliti fondi nazzjonali li jistgħu jerġgħu jintużaw.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipprepara sinteżi u analiżi tal-mekkaniżmi ta' finanzjament li huma attwalment applikabbli fl-Istati Membri u tikkunsidra s-sejbiet biex tipprova xxerred l-aqwa prattiki madwar l-UE.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni, wara l-analiżi msemmija fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2010/31/UE, se tikkunsidra l-iżvilupp possibbli ta' inċentivi finanzjarji fil-ġejjieni (inter alia fir-rigward tal-istrumenti tal-Unjoni msemmija għal din il-fini fl-Artikolu 10(5)(a)) u l-aqwa użu tagħhom għall-investimenti fl-effiċjenza mtejba fl-użu tal-enerġija tal-bini.

(1) Testi adottati, 23.4.2009, P6_TA(2009)0278.
(2) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 75
(3) ĠU C 200, 25.8.2009, p. 41.


Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013 (emenda tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Kunsill) ***I
PDF 409kWORD 76k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni”, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (COM(2009)0456 – C7-0123/2009 – 2009/0127(COD))
P7_TA(2010)0160A7-0125/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0456),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 63(2)(b) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0123/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu: “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 78(2) u l-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0125/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni”

P7_TC1-COD(2009)0127


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) u l-Artikolu 80 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Fid-dawl tat-twaqqif ta' Programm Konġut tal-UE għar-Risistemazzjoni mmirat biex iżid l-impatt tal-isforzi ta' risistemazzjoni fl-Unjoni fil-provvediment ta' protezzjoni għal refuġjati u fil-massimizzar tal-impatt strateġiku ta' risistemazzjoni permezz ta' indirizzar iktar iffokat fuq il-persuni li għandhom ħtieġa ikbar għal risistemazzjoni, għandhom jiġu fformulati prijoritajiet komuni fir-rigward tar-risistemazzjoni fl-Unjoni fuq bażi regolari.

(2)  Sabiex jinkisbu l-objettivi tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi prijoritajiet annwali komuni tal-Unjoni fir-rigward tar-reġjuni ġeografiċi ▌ u nazzjonalitajiet u dwar il-kategoriji speċifiċi ta' refuġjati li għandhom jiġu risistemati. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti.

(3)  Filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' risistemazzjoni li għanhom jiġu stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prijoritajiet annwali komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni f'konformita' ma' din id-Deċiżjoni, huwa wkoll meħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni ta' persuni fir-rigward tar-reġjuni ġeografiċi ▌ u nazzjonalitajiet u għal kategoriji speċifiċi ta' refuġjati li għandhom jiġu risistemati, fejn ir-risistemazzjoni hija determinata li tkun is-soluzzjoni l-iktar xierqa għall-bżonnijiet partikolari tagħhom.

(4)  F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-iskeda tiġi adattata fir-rigward tal-iskadenza għall-preżentazzjoni tad-dejta meħtieġa għall-kalkolu tal-allokazzjonijiet annwali bejn l-Istati Membri, l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-programmi annwali mill-Istati Membri u l-iskadenza għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta' finanzjament mill-Kummissjoni.

(5)  Sabiex aktar Stati Membri jitħeġġu biex jieħdu sehem f'azzjonijiet ta' risistemazzjoni, għandu jingħata appoġġ finanzjarju addizzjonali lil l-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-programm ta' risistemazzjoni għall-ewwel darba.

(6)  Huwa wkoll neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli għall-eliġibbiltà ta' nfiq għall-appoġġ finanzjarju addizzjonali għar-risistemazzjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE hija emendata kif ġej:

(1)  L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

   (a) il-paragrafu 5 jsir il-paragrafu 3;
   (b) il-paragrafu 3 jsir il-paragrafu 4 u jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
4.  L-Istati Membri għandhom jirċievu ammont stabbilit ta' EUR 4 000 għal kull persuna risistemata skont il-prijoritajiet annwali komuni tal-Unjoni li għandhom jiġu stabbiliti skont il-paragrafi 6 u 7, fir-rigward ta' reġjuni ġeografiċi u nazzjonalitajiet ▌.
   tfal u nisa f'riskju, b'mod partikulari ta' vjolenza jew esplojtazzjoni psikoloġika, fiżika jew sesswali;
   minuri mhux akkumpanjati li r-risistemazzjoni tkun fl-aqwa interess tagħhom, b'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
   persuni li għandhom ħtiġijiet mediċi serji li jkunu jeħtieġu trattament speċjali, b'mod partikulari kundizzjonijiet li jistgħu jiġu ttrattati biss wara r-risistemazzjoni;
   superstiti ta' vjolenza u tortura;
   persuni li għandhom bżonn ta' risistemazzjoni b'emerġenza jew urġenti minħabba bżonnijiet legali u ta' protezzjoni
"
   (c) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
4a.  Għal dawk l-Istati Membri li japplikaw għall-finanzjament skont dan l-Artikolu għall-ewwel darba, l-ammont stabbilit għal kull persuna risistemata għandu jkun EUR 6 000 fl-ewwel sena kalendarja u EUR 5 000 fit-tieni waħda. Fis-snin sussegwenti l-ammont stabbilit għandhu jkun EUR 4 000 għal kull persuna risistemata. L-ammont addizzjonali li jirċievu l-Istati Membri parteċipanti l-ġodda fl-ewwel sentejn tal-parteċipazzjoni tagħhom għandu jiġi investit fl-iżvilupp ta' programm ta' risistemazzjoni sostenibbli."
   (d) Il-paragrafu 4 jsir il-paragrafu 5 u jiġi sostitwit kif ġej:"
5.  Fejn Stat Membru jistabbilixxi persuna li taqa' taħt aktar minn kategorija waħda minn dawk imsemmijin fil-prijoritajiet annwali komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni stabbiliti skont il-paragrafi 6 u 7, huwa għandu jirċievi ammont fiss għal din il-persuna darba biss."
   (e) Il-paragrafu 6 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
6.  Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni li r-risistemazzjoni ssir strument ta' protezzjoni effikaċi, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-prijoritajiet annwali komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni permezz ta' atti delegati b'konformità mal-Artikolu 52a, u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 52b u 52c."
   (f) Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"
7.  F'każ ta' emerġenza mhux mistennija li tkun tirrikjedi aġġornament tal-prijoritajiet annwali komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni, l-Artikolu 52d għandu japplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
8.  Fi żmien għoxrin jum kalendarju wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-prijoritajiet annwali komuni tal-Unjoni għar-risistemazzjoni skont il-paragrafi 6 u 7, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni stima tan-numru ta' persuni li għalihom se joffru risistemazzjoni skont dik id-deċiżjoni matul is-sena kalendarja sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawk l-estimi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
9.  Ir-riżultati u l-impatt tal-inċentiv finanzjarju għall-attivitajiet ta' risistemazzjoni skont il-prijoritajiet annwali komuni tal-Unjoni għandhom jiġu inklużi mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom skont l-Artikolu 50(2) u mill-Kummissjoni fir-rapport tagħha skont l-Artikolu 50(3)."

(2)  L-Artikolu 20 jiġi emendat kif ġej:

   (a) Il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
2.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri, sal-1 ta' Settembru ta' kull sena sal-2013, stima tal-ammonti li għandhom jiġu allokati lilhom għas-sena ta' wara mit-total ta' approprjazzjonijiet allokati taħt il-proċedura baġitarja annwali, ikkalkolati kif previst fl-Artikolu 13."
   (b) Il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
3.  L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sal-1 ta' Diċembru ta' kull sena sal-2013, abbozz ta' programm annwali għas-sena ta' wara, stabbilit skont il-programm pluriennali u li jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
   (a) ir-regoli ġenerali għall-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-programm annwali;
   (b) deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programm annwali;
   (c) deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programm annwali; it-tqassim finanzjarju propost tal-kontribuzzjoni tal-Fond bejn id-diversi azzjonijiet tal-programm u indikazzjoni tal-ammont mitlub biex ikopri l-assistenza teknika taħt l-Artikolu 16 għall-fini tal-implimentazzjoni tal-programm annwali.
"
   (c) Il-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tal-finanzjament, li tapprova l-programm annwali, sal-1 ta' April tas-sena kkonċernata. Id-deċiżjoni għandha tindika l-ammont allokat lill-Istat Membru kkonċernat u l-perijodu li għalih l-infiq huwa eliġibbli."

(3)  Fl-Artikolu 35 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

5.  L-ammont stabbilit ta' EUR 4 000 għal kull persuna li tiġi risistemata allokata għall-Istati Membri għandha tingħata bħala somma sħiħa għal kull persuna li tiġi effetivament risistemata.

"

(4)  Jiddaħħlu l-artikoli li ġej:"

Artikolu 52a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(6) u (7) għall-perijodu msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1.

2.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 52b u 52c. Meta jkun hemm raġunijiet importanti ta' urġenza, għandha tapplika l-proċedura prevista fl-Artikolu 52d.

Artikolu 52b

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13(6) u (7) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tniedi proċedura interna biex tiddeċiedi jekk ma tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha timpenja ruħha li tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data iktar tard li tkun speċifikata fiha. Id-deċiżjoni m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Id-deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 52c

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att delegat fi żmien perijodu ta' xahar mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perijodu jista' jiġi estiż b'xahar.

2.  Jekk, meta jiskadi dan il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata hemmhekk.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn oġġezzjonat għall-att delegat.

Artikolu 52d

Proċedura ta' urġenza

1.  Atti delegati adottat taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni b'mod konformi mal-paragrafu 2. In-notifika tal-att delegat adottat taħt dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.

2.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat adottat taħt dan l-Artikolu fi żmien perijodu ta' tliet xhur mid-data tan-notifika. F'dan il-każ, l-att ma jibqax japplika. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha għalfejn oġġezzjonat.

"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ,

Għall-Parlament EwropewGħall-Kunsill

Il-PresidentIl-President

(1)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010.
(2) ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.


Il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1104/2008) *
PDF 349kWORD 107k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1104/2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2009)0508 – C7-0244/2009 – 2009/0136(NLE))
P7_TA(2010)0161A7-0126/2010

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0508),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 66 u 67 tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0244/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet interistituzzjonali li jinsabu għaddejjin” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0126/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Minkejja l-fatt li l-Kunsill qed jittratta s-SIS I+ RE bħala pjan ta' kontinġenza f'każ ta' falliment tas-SIS II, il-Parlament, bħala koleġiżlatur għat-twaqqif tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Regolament (KE) Nru 1987/2006(1)) u awtorità baġitarja, jirriserva d-dritt tiegħu li jżomm fir-riserva l-fondi li jridu jiġu allokati għall-iżvilupp tas-SIS II fil-baġit annwali tal-2011, sabiex jiżgura li l-Parlament ikollu skrutinju sħiħ u superviżjoni kompleta tal-proċess.

3.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibdel il-proposta tagħha skont dan, skont l-Artikolu 293(2) tat-TFUE;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnnotfika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
(3)  Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni.
(3)  Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni. F'każ li l-proġett attwali SIS II ifalli, trid titfassal soluzzjoni teknika alternattiva u l-implikazzjonijiet finanzjarji sħaħ tagħha jridu jiġu mgħarrfa lill-partijiet kollha kkonċernati.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
(4)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkoperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jitlesta. Għandu jitwaqqaf grupp ta' esperti sabiex iwieżen l-istruttura organizzattiva preżenti.
(4)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkoperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jitlesta. Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-SIS II tas-26 u s-27 ta' Frar 2009 u tal-4 u l-5 ta' Ġunju 2009, ġie stabbilit korp informali li jikkonsisti f'esperti mill-Istati Membri u msejjaħ “Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm” sabiex itejjeb il-koperazzjoni u jipprovdi appoġġ dirett mill-Istati Membri għall-proġett ċentrali tal-SIS II. Grupp ta' esperti, imsejjaħ “Bord tal-Ġestjoni Globali tal-Programm” (GPMB), għandu għaldaqstant jiġi stabbilit skont dan ir-Regolament sabiex jikkomplementa l-istruttura organizzattiva attwali. Sabiex jiġu żġurati l-effiċjenza u l-infiq effikaċi, il-membri tal-BĠGP għandhom jinħatru fuq bażi permanenti u l-għadd tagħhom għandu jkun limitat.
Emenda3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 6
(6)   Pjan tekniku ta' kontinġenza għall-kisba tal-funzjonalitajiet tal-SIS II għandu jkun previst. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għaldaqstant għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali.
(6)   Jeħtieġ li l-qafas legali jiġi adattat sabiex jippermetti l-possibilità ta' migrazzjoni lejn soluzzjonijiet tekniċi alternattivi fil-każ li t-testijiet juru li s-SIS II ma tistax tiġi implimentata b'suċċess. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. Kwalunkwe soluzzjoni teknika għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli, tkun ta' nfiq effikaċi u tiġi implimentata skont skeda ċara u raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta f'waqtha evalwazzjoni baġitarja bir-reqqa tal-ispejjeż assoċjati ma' tali soluzzjoni teknika alternattiva. Għandu jkun iddikjarat espliċitament li l-qafas legali stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 japplika għas-soluzzjonijiet tekniċi kollha, tkun xi tkun in-natura teknika tiegħu.
Emenda4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 16 a (ġdida)
(16a)  Billi l-Parlament Ewropew huwa responsabbli bħala koleġiżlatur għat-twaqqif, l-operazzjoni u l-użu tal-SIS II kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u billi l-migrazzjoni hija ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni, li għalih il-Parlament Ewropew huwa wkoll koresponsabbli, il-Parlament Ewropew għandu jkun integrat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-migrazzjoni. Opinjoni favorevoli mill-Parlament, fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet, għandha tkun rekwiżit qabel ma ssir il-bidla għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen il-ġdida.
Emenda5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 1 – paragrafu 1
(-1) L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“1.  Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta' Schengen tal-1990 (SIS 1+), għandha tinbidel b'sistema ġdida, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II (SIS II) jew kwalunkwe soluzzjoni teknika oħra li hija bbażata fuq l-aqwa teknoloġija disponibbli u li hija raġonevoli f'termini ta' skeda ċara għall-implimentazzjoni tagħha u ta' nfiq effikaċi. L-istabbiliment, l-operat u l-użu ta' sistema ġdida huma rregolati permezz tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.“
Emenda6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 1 - paragrafu 1 a (ġdid)
(-1a) Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
“1a.  Fil-każ li l-proġett SIS II attwali jitwaqqaf u tiġi applikata soluzzjoni teknika differenti, ir-referenzi għas-SIS II f'dan ir-Regolament għandhom jinqraw bħala referenzi għas-soluzzjoni teknika applikata.“
Emenda7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta' Franza u tal-Kummissjoni.
2.  L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta' Franza u tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. Fil-każ li soluzzjoni teknika oħra li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 11(5a) tiġi implimentata, din id-data għandha tinbidel skont il-proċedura ddefinita fl-Artikolu 17(2).
Emenda8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)
(KE) Nru 1104/2008
Artikolu 11 – paragrafu 5
(3a)  L-Artikolu 11(5) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“5.  Il-bidla prevista fil-proċess ta' migrazzjoni għandha ssir wara l-validazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) u wara li l-Parlament ikun ta opinjoni favorevoli fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet ipprovduti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 55(4) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.“
Emenda9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 11 – paragrafu 6 (ġdid)
(3b)  Fl-Artikolu 11, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
“5a.  L-iżvilupp tas-SIS II jista' jintlaħaq permezz tal-implimentazzjoni ta' soluzzjoni teknika alternattiva.“
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 c (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 14 - paragrafu 6 (ġdid)
(3c)  Fl-Artikolu 14 jiżdied il-paragrafu li ġej:
“5a.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u timplimenta pakkett b'miżuri addizzjonali sabiex tevita l-ħruġ mhux awtorizzat ta' informazzjoni dwar data personali mill-bażi tad-data u biex tiżgura l-protezzjoni tad-data personali għat-tul kollu tat-testijiet u l-migrazzjoni mis-SIS I għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).“
Emenda11
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 17 a – paragrafu 1
1.  Bla ħsara għar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet rispettivi tal-Kummissjoni, Franza, u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-SIS 1+, grupp ta' esperti tekniċi, imsejjaħ il-Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm (minn hawn “il quddiem il-”GPMB“), huwa b'dan imwaqqaf. Il-GPMB għandu jipprovdi forum għall-koordinazzjoni tal-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-SIS II.
1.  Bla ħsara għar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet rispettivi tal-Kummissjoni, Franza, u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-SIS 1+, grupp ta' esperti tekniċi, imsejjaħ il-Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm (minn hawn “il quddiem il-”GPMB“), huwa b'dan imwaqqaf. Il-GPMB għandu jipprovdi forum għall-għajnuna għall-iżvilupp tal-proġett Ċentrali tas-SIS II. Għandu jiffaċilita l-konsistena u jipprovdi koordinazzjoni tal-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-SIS II.
Emenda12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 17 a – paragrafu 2
2.  Il-GPMB għandu jikkonsisti minn massimu ta' 10 esperti. Massimu ta' tmien esperti u numru ugwali ta' sostituti għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Żewġ esperti u żewġ sostituti għandhom jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni minn fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni. L-uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-GPMB.
2.  Il-GPMB għandu jikkonsisti minn massimu ta' 10 membri, li għandu jkollhom l-abilità li jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp tas-SIS II u li għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari. Massimu ta' tmien membri u numru ugwali ta' sostituti għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Massimu ta' żewġ membri u żewġ sostituti għandhom jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni minn fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni. Membri interessati jew persunal rilevanti tal-Parlament Ewropew, esperti mill-Istati Membri u l-uffiċjali tal-Kummissjoni involuti direttament fl-iżvilupp tal-proġetti tal-SIS II jistgħu jattendu l-laqgħat tal-GPMB bil-kundizzjoni li l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-amministrazzjoni jew l-istituzzjoni rispettiva tagħhom. Il-GPMB jista' jistieden esperti oħrajn biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-GPMB kif definit fit-termini ta' referenza, bil-kundizzjoni li l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-amministrazzjoni, l-istituzzjoni jew il-kumpanija rispettiva tagħhom.
Emenda13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 17 a – paragrafu 5
5.  Il-GPMB għandu jistabbilixxi t-termini ta' referenza tiegħu stess. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ wara li tingħata opinjoni favorevoli mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni.
5.  Il-GPMB għandu jistabbilixxi t-termini ta' referenza tiegħu stess. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ wara li tingħata opinjoni favorevoli mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni. It-termini ta' referenza tal-GPMB għandhom jinkludu rekwiżit li jiġu ppubblikati rapporti regolari u li dawn ir-rapporti jkunu disponibbli għall-Parlament Ewropew sabiex ikun żgurat li jkun hemm skrutinju u sorveljanza parlamentari totali.
Emenda14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 17 a – paragrafu 6
6.  Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-GPMB għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, safejn dawn ma jkunux irrimborsati minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-esperti fil-GPMB nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill u esperti mistiedna skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li jirriżultaw b'konnessjoni mal-ħidma tal-GPMB, ir-“Regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru minn persuni minn barra l-Kummissjoni mistiedna sabiex jattendu laqgħat f'kapaċità ta' esperti” tal-Kummissjoni għandhom japplikaw.
6.  Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-GPMB għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, safejn dawn ma jkunux irrimborsati minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-esperti fil-GPMB nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill u esperti mistiedna skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li jirriżultaw b'konnessjoni mal-ħidma tal-GPMB, ir-“Regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru minn persuni minn barra l-Kummissjoni mistiedna sabiex jattendu laqgħat f'kapaċità ta' esperti” tal-Kummissjoni għandhom japplikaw. L-approprjazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jirriżultaw mil-laqgħat tal-GPMB għandhom jiġu mill-approprjazzjonijiet li huma bħalissa previsti fl-Ipprogrammar Finanzjarju 2010-2013 għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).
Emenda 15
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1104/2008
Artikolu 19
Din għandha tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 55(2) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013.

(1) Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).


Il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)(emenda tad-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI) *
PDF 430kWORD 101k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2010)0015 – C7-0040/2010 – 2010/0006(NLE)
P7_TA(2010)0162A7-0127/2010

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2010)0015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0040/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0127/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Minkejja l-fatt li l-Kunsill qed jittratta s-SIS 1+RE bħala pjan ta' kontinġenza fil-każ ta' falliment tas-SIS II, il-Parlament Ewropew, bħala koleġiżlatur dwar l-istabbiliment tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Regolament (KE) Nru 1987/2006(1)) u bħala awtorità baġitarja, jirriserva d-dritt tiegħu li jżomm fir-riserva l-fondi li jridu jiġu allokati għall-iżvilupp tas-SIS II fil-baġit annwali tal-2011, sabiex jiżgura li jsiru skrutinju parlamentari sħiħ u superviżjoni kompleta tal-proċess;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-TFUE;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
(3)  Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni.
(3)  Il-prekundizzjonijiet għall-migrazzjoni mhumiex se jiġu ssodisfati sat-30 ta' Ġunju 2010. Sabiex l-SIS II tkun tista' ssir operattiva kif mitlub mir-Regolament (KE) 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008 u d-Deċiżjoni 2008/839/ĠAI għandhom għalhekk ikomplu japplikaw sakemm tkun tlestiet il-migrazzjoni. Fil-każ li l-proġett attwali SIS II ifalli, wara t-testijiet, għandha titfassal soluzzjoni teknika alternattiva u l-implikazzjonijiet finanzjarji sħaħ tagħha għandhom jiġu żvelati lill-partijiet kollha kkonċernati.
Emenda2
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 4
(4)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkoperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jitlesta. Għandu jitwaqqaf grupp ta' esperti sabiex iwieżen l-istruttura organizzattiva preżenti.
(4)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jikkoperaw mill-qrib matul il-passi kollha tal-migrazzjoni sabiex il-proċess ikun jista' jitlesta. Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-SIS II ta' bejn is-26 u s-27 ta' Frar 2009 u ta' bejn l-4 u l-5 ta' Ġunju 2009, ġie stabbilit korp informali li jikkonsisti f'esperti mill-Istati Membri u msejjaħ Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm sabiex itejjeb il-koperazzjoni u jipprovdi appoġġ dirett mill-Istati Membri għall-SIS II Ċentrali. Għalhekk għandu jitwaqqaf b'mod formali, skont dan ir-Regolament, grupp ta' esperti, imsejjaħ il-Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm (GPMB), sabiex iwieżen l-istruttura organizzattiva preżenti. Biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-effikaċja mil-lat tal-ispejjeż, il-membri tal-GPMB għandhom jinħatru fuq bażi permanenti u n-numru tagħhom għandu jkun limitat.
Emenda3
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 6
(6)   Pjan tekniku ta' kontinġenza għall-kisba tal-funzjonalitajiet tal-SIS II għandu jkun previst. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għaldaqstant għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali.
(6)   Huwa neċessarju li jiġi adattat il-qafas legali biex tkun tista' ssir il-migrazzjoni għal soluzzjoni teknika alternattiva possibbli jekk it-testijiet juru li l-SIS II ma tistax tkun implimentata b'suċċess. Id-deskrizzjoni tal-komponenti tekniċi tal-arkitettura tal-migrazzjoni għandha tiġi adattata sabiex tagħmel possibbli soluzzjoni teknika oħra dwar l-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. Kwalunkwe soluzzjoni teknika alternattiva għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli u għandha tkun effikaċi mil-lat tal-ispejjeż u tiġi implimentata skont skeda preċiża u raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta fi żmien xieraq valutazzjoni baġitarja bir-reqqa tal-ispejjeż assoċjati ma' din is-soluzzjoni teknika alternattiva. Għandu jingħad b'mod ċar li l-qafas legali stabbilit mid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI japplika għal kull soluzzjoni, irrispettivament min-natura teknika tagħha.
Emenda4
Proposta għal regolament - att li jemenda
Premessa 16 a (ġdida)
(16a)  Billi l-Parlament Ewropew huwa responsabbli, bħala koleġiżlatur, għat-twaqqif, l-operazzjoni u l-użu tal-SIS II kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, u billi l-migrazzjoni hija ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni, li għalih il-Parlament Ewropew huwa wkoll koresponsabbli, il-Parlament Ewropew għandu jkun integrat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam mal-migrazzjoni. Għandha tkun rikjesta opinjoni favorevoli mill-Parlament Ewropew, fuq il-bażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tat-test, qabel ma tidħol fis-seħħ Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen ġdida.
Emenda5
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 1 – paragrafu 1
(-1) L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“1.  Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS I+), stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni ta' Schengen, għandha tiġi sostitwita b'sistema ġdida, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II (SIS II) jew kwalunkwe soluzzjoni teknika alternattiva li tkun ibbażata fuq l-aqwa teknoloġija disponibbli u tkun raġonevoli f'termini ta' skedi ta' żmien ċari għall-implimentazzjoni tagħha u ta' effikaċja mil-lat tal-ispejjeż. L-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema l-ġdida huma rregolati bid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.“
Emenda6
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 1 - paragrafu 1 a (ġdid)
(-1a) Fl-Artikolu 1, qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“1a.  Jekk il-proġett attwali tas-SIS II ma jitkompliex u tiġi implimentata soluzzjoni teknika alternattiva, ir-referenzi għas-SIS II f'din id-Deċiżjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għal dik is-soluzzjoni teknika alternattiva.“
Emenda7
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanju għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta' Franza u tal-Kummissjoni.
2.  L-Istati Membri li qed jipparteċipaw fis-SIS 1+ għandhom jemigraw mill-N.SIS għall-N.SIS II billi jużaw l-arkitettura temporanja għall-migrazzjoni, bl-appoġġ ta' Franza u tal-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. Jekk tiġi implimentata soluzzjoni teknika alternattiva kif imsemmi fl-Artikolu 11(5a), dik id-data tista' titbiddel skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 17(2).
Emenda8
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 11 - paragrafu 5
(3a)  L-Artikolu 11(5) qed jinbidel b'dan li ġej:
“5.  Il-konverżjoni prevista fil-proċess ta' migrazzjoni għandha titwettaq wara l-validazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7), u wara li l-Parlament ikun ta opinjoni favorevoli fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 71(4) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.
Emenda9
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 b (ġdid)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 11 – paragrafu 5 a (ġdid)
(3b)  Fl-Artikolu 11, qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“5a.  L-iżvilupp tal-SIS II jista' jinkiseb bl-implimentazzjoni ta' soluzzjoni teknika alternattiva.“
Emenda10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3c (ġdid)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 14 – paragrafu 5 a (ġdid)
(3c)  Fl-Artikolu 14, qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“5a.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u timplimenta pakkett b'miżuri addizzjonali sabiex ma jitħalla ebda ħruġ tal-informazzjoni tad-data personali mill-bażi tad-data u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali matul il-perjodu kollu tal-ittestjar u l-migrazzjoni mill-SIS I għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).“
Emenda11
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 17a – paragrafu 1
1.  Bla ħsara għar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet rispettivi tal-Kummissjoni, Franza, u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-SIS 1+, grupp ta' esperti tekniċi, imsejjaħ il-“Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm” (minn hawn “il quddiem il-”GPMB“), huwa b'dan imwaqqaf. Il-GPMB għandu jipprovdi forum għall-koordinazzjoni tal-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-SIS II.
1.  Bla ħsara għar-responsabbiltajiet u l-attivitajiet rispettivi tal-Kummissjoni, Franza, u l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-SIS 1+, grupp ta' esperti tekniċi, imsejjaħ il-“Bord Globali tal-Ġestjoni tal-Programm” (minn hawn “il quddiem il-”GPMB“), huwa b'dan imwaqqaf. Il-GPMB għandu jipprovdi forum għall-iżvilupp tal-SIS II Ċentrali. Dan għandu jiffaċilita l-konsistenza u jipprovdi koordinazzjoni tal-proġetti ċentrali u nazzjonali tal-SIS II.
Emenda12
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 17a – paragrafu 2
2.  Il-GPMB għandu jikkonsisti minn massimu ta' 10 esperti. Massimu ta' tmien esperti u numru ugwali ta' sostituti għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Żewġ esperti u żewġ sostituti għandhom jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni minn fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni. L-uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni li jkollhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-GPMB.
2.  Il-GPMB għandu jikkonsisti minn massimu ta' 10 membri, li għandhom ikunu kkwalifikati biex jikkontribwixxu b'mod attiv għall-iżvilupp tal-SIS II u li għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari. Massimu ta' tmien membri u numru ugwali ta' sostituti għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill. Massimu ta' żewġ membri u żewġ sostituti għandhom jiġu nnominati mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni minn fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni. Membri interessati jew persunal rilevanti tal-Parlament Ewropew, esperti mill-Istati Membri u uffiċjali tal-Kummissjoni involuti direttament fl-iżvilupp tal-proġetti tal-SIS II jistgħu jattendu l-laqgħat tal-GPMB bil-kundizzjoni li l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-amministrazzjoni jew l-istituzzjoni rispettiva tagħhom. Il-GPMB jista' jistieden esperti oħrajn biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-GPMB kif definit fit-termini ta' referenza, bil-kundizzjoni li l-ispejjeż involuti jitħallsu mill-amministrazzjoni, l-istituzzjoni jew il-kumpanija rispettiva tagħhom.
Emenda13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 17 a – paragrafu 5
5.  Il-GPMB għandu jistabbilixxi t-termini ta' referenza tiegħu stess. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ wara li tingħata opinjoni favorevoli mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni.
5.  Il-GPMB għandu jistabbilixxi t-termini ta' referenza tiegħu stess. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ wara li tingħata opinjoni favorevoli mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali responsabbli tal-Kummissjoni. It-termini ta' referenza tal-GPMB għandhom jinkludu rekwiżit li jiġu ppubblikati rapporti regolari u li dawn ir-rapporti jkunu disponibbli għall-Parlament Ewropew sabiex ikun żgurat li jkun hemm skrutinju u sorveljanza parlamentari sħaħ.
Emenda14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 17 a – paragrafu 6
6.  Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-GPMB għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, safejn dawn ma jkunux irrimborsati minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-esperti fil-GPMB nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill u esperti mistiedna skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li jirriżultaw f'konnessjoni mal-ħidma tal-GPMB, ir-“Regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru minn persuni minn barra l-Kummissjoni mistiedna sabiex jattendu laqgħat f'kapaċità ta' esperti” tal-Kummissjoni għandhom japplikaw.
6.  Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-GPMB għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, safejn dawn ma jkunux irrimborsati minn sorsi oħra. Fir-rigward tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-esperti fil-GPMB nnominati mill-Istati Membri li jaġixxu fi ħdan il-Kunsill u esperti mistiedna skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li jirriżultaw f'konnessjoni mal-ħidma tal-GPMB, ir-“Regoli dwar ir-rimbors tal-ispejjeż li jsiru minn persuni minn barra l-Kummissjoni mistiedna sabiex jattendu laqgħat f'kapaċità ta' esperti” tal-Kummissjoni għandhom japplikaw. L-approprjazzjonijiet neċessarji sabiex jiġu koperti l-ispejjeż li jirriżultaw mil-laqgħat tal-GPMB se jiġu mill-approprjazzjonijiet li bħalissa huma previsti fl-Ipprogrammar Finanzjarju 2010-2013 għas-Sistema tal-Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).
Emenda15
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI
Artikolu 19
Din għandha tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni Nru 533/2007/ĠAI.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tiskadi fid-data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi skont l-Artikolu 71(2) tad-Deċiżjoni Nru 2007/533/ĠAI, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013.

(1) Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).


It-twaqqif ta' programm konġunt dwar ir-risistemazzjoni
PDF 332kWORD 88k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar it-twaqqif ta' programm konġunt dwar ir-risistemazzjoni (2009/2240(INI))
P7_TA(2010)0163A7-0131/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 78 u 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-istrumenti internazzjonali u Ewropej tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (ECHR), il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), u d-drittijiet u l-garanziji li dawn jagħtu lir-refuġjati u lill-persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-interess prijoritarju tal-Istati Membri biex jipproteġu l-aħjar interessi tat-tfal,

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-Sistema ta' Ażil Komuni Ewropea tal-ġejjieni (COM (2007)0301) tas-6 ta' Ġunju 2007,

–  wara li kkunsidra l-Programm tal-Kummissjoni ta' Politika dwar l-Ażil: Approċċ integrat għall-protezzjoni fl-UE (COM(2008)0360) tas-17 ta' Ġunju 2008,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-2908 laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Intern fit-28 ta' Novembru 2008 ((16325/1/08 REV 1 (Presse 344)) b'kunsiderazzjoni speċjali għall-akkoljenza tar-refuġjati Iraqini,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-Twaqqif ta' Programm Konġunt dwar ir-Risistemazzjoni (COM(2009)0447),

–  wara li kkunsidra l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 (COM(2009)0456),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar iż-Żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini - Il-Programm ta' Stokkolma(1),

–  wara li kkunsidra l-kummenti tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar twaqqif ta' Programm Konġunt dwar ir-Risistemazzjoni u l-Proposta għall-emenda tad-Deċiżjoni 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew tar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sal-2013,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0131/2010),

A.  billi politika tal-migrazzjoni ġusta u realistika fl-Unjoni Ewropea, li tinvolvi t-twaqqif tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (CEAS), trid tinkludi programm effettiv, b'saħħtu u sostenibbli dwar ir-risistemazzjoni, li jipprovdi soluzzjoni fit-tul għar-refuġjati li ma jistgħux jirritornaw fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom u li l-protezzjoni jew l-għajxien tagħhom ma jistgħux jiġu żgurati fl-ewwel pajjiżi tal-asil,

B.  billi r-risistemazzjoni sservi mhux biss għan umanitarju għall-persuni li jiġu allokati pajjiż ġdid fejn jgħixu, iżda wkoll biex tħaffef lill-pajjiżi terzi mill-piż assoċjat mal-ospitalità ta' numru kbir ta' refuġjati u hija strument utli ħafna għat-tqassim tar-responsabilità,

C.  billi attwalment 10 Stati Membri biss jirrisistemaw refuġjati fuq bażi annwali, bi ftit li xejn koordinazzjoni bejniethom dwar il-prijoritajiet tar-risistemazzjoni, sitwazzjoni li twassal għal nuqqas tal-użu strateġiku tar-risistemazzjoni bħala strument ta' politika esterna tal-UE,

D.  billi l-użu strateġiku tal-programm ta' risistemazzjoni jista' jkollu benefiċċji diretti u indiretti mhux biss għar-refuġjati li qed jiġu risistemati iżda wkoll għal refuġjati oħra li jibqgħu fl-ewwel pajjiż ta' asil, għall-pajjiż ospitanti u għal pajjiżi oħra u anke fir-rigward tal-arranġamenti internazzjonali kollha għall-protezzjoni tagħhom,

E.  billi l-programm ta' risistemazzjoni jista' jgħin biex l-immigrazzjoni illegali ssir anqas attraenti għar-refuġjati li qed jippruvaw jidħlu fl-Unjoni Ewropea,

F.  billi l-ħtieġa li tintwera solidarjetà mal-pajjiżi terzi li jkunu qed jagħtu kenn lil għadd kbir ta' refuġjati li jkollhom bżonn protezzjoni internazzjonali hija fattur ewlieni u tirrifletti l-ħtieġa li tintwera solidarjetà fl-UE wkoll,

G.  billi s-sehem tal-UE fir-risistemazzjoni globali tar-refuġjati għadu pjuttost modest; billi dan għandu impatt negattiv fuq l-ambizzjoni tal-UE li jkollha rwol prominenti fil-kwistjonijiet umanitarji globali u fix-xena internazzjonali,

H.  billi s-solidarjetà effettiva għandha tkun fil-qalba tal-politiki komuni tal-immigrazzjoni u tal-asil fost l-Istati Membri, li għandhom jippermettu sehem ġust tar-responsabilità għall-konformità mal-obbligi internazzjonali rigward il-protezzjoni tar-refuġjati, kif ukoll għall-pajjiżi terzi li għandhom il-piż ta' numru kbir ta' refuġjati ospitati,

I.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009, il-Parlament Ewropew talab ukoll għal solidarjetà obbligatorja fir-risistemazzjoni tar-refuġjati fl-UE f'każijiet fejn, fost affarijiet oħra, il-kapaċitajiet tal-akkoljenza fi Stat Membru wieħed mhumiex biżżejjed, biex tiffaċilita r-risistemazzjoni tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali fi Stati Membri oħra, sakemm dawk ikkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom u sakemm jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tagħhom,

J.  billi l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li diġà għamlu diversi programmi ta' risistemazzjoni għandha titrawwem, sabiex nibbenefikaw, permezz tal-iskambju tal-aqwa prattiki, mill-esperjenza tagħhom ta' miżuri ta' akkoljenza u integrazzjoni u l-kwalità ġenerali tal-inizjattivi ta' risistemazzjoni,

K.  billi kemm l-organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali, governattivi u nongovernattivi, b'mod partikulari l-UNHCR, għandhom ikunu involuti fl-istadji kollha tal-Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE, filwaqt li jikkontribwixxu permezz tal-informazzjoni speċifika, il-kompetenza teknika, il-previżjoni loġistika u l-esperjenza li jkollhom,

L.  billi l-Programm Ewropew ta' Risistemazzjoni m'għandux jagħmel il-proċess ta' risistemazzjoni aktar ikkumplikat,

M.  billi l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Asil (EASO) hu mistenni li jsir operazzjonali fl-2010; billi dan se jkun jista' joffri appoġġ lill-Istati Membri biex iwettqu inizjattivi ta' risistemazzjoni, filwaqt li jiżguraw il-koordinazzjoni tal-politiki fi ħdan l-UE; billi l-Uffiċċju ta' Appoġġ Ewropew fil-Qasam tal-Asil għandu jipparteċipa b'mod attiv fid-deliberazzjonijiet bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-UNHCR,

N.  billi għandha tinġibed l-attenzjoni mhux biss għall-bżonn li jiġu involuti aktar Stati Membri fir-risistemazzjoni tar-refuġjati iżda anke dwar il-kwalità, is-sostenibilità u l-effettività tar-risistemazzjoni, b'enfasi fuq il-miżuri ta' integrazzjoni,

O.  billi r-refuġjati għandhom jingħataw b'mod immedjat aċċess għall-korsijiet tal-lingwa u tal-kultura u, fejn meħtieġ, għall-kura medika u psikoloġika,

P.  billi l-aċċess għall-opportunitajiet tax-xogħol għall-adulti u l-integrazzjoni immedjata tal-minuri fl-iskejjel jikkostitwixxu pass importanti lejn is-suċċess ta' inizjattiva tar-risistemazzjoni effettiva u għalhekk dawn għandu jkollhom aċċess għas-servizzi ta' gwida edukattiva u professjonali,

Q.  billi hemm diversi entitajiet, fl-amministrazzjoni pubblika (bħalma huma l-muniċipalitajiet) kif ukoll fis-soċjetà ċivili, li jvarjaw minn NGOs għal dawk ta' karità u mill-iskejjel għas-servizzi soċjali, li għandhom l-esperjenza u l-kompetenza neċessarji biex iwettqu miżuri ta' segwitu,

R.  billi l-kooperazzjoni mal-entitajiet imsemmija hawn fuq – b'mod speċjali l-muniċipalitajiet – kienet ta' valur kbir fl-akkoljenza u l-integrazzjoni tar-refuġjati fil-pajjiżi bi prattika kkonsolidata tar-risistemazzjoni,

S.  billi l-iffissar tal-prijoritajiet għandu jsir flessibbli kemm jista' jkun, mingħajr ma' tiġi injorata l-prijorità effettiva li għandha tingħata lill-kategoriji tal-iktar persuni vulnerabbli kif indikata mill-UNHCR,

T.  billi r-risistemazzjoni għandha tiġi implimentata biex tikkumplementa u mhux biex tinjora s-soluzzjonijiet dewwiema l-oħra pprovduti għall-persuni li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali fl-UE, u billi l-isforzi fir-rigward tar-risistemazzjoni tar-refuġjati m'għandhomx inaqqsu l-isforz biex ikun żgurat aċċess ġust u effettiv għall-asil fl-UE,

U.  billi l-programmi ta' rilokazzjoni interna għandhom rwol importanti wkoll u għandhom ikunu appoġġati flimkien mal-attivitajiet ta' risistemazzjoni li huma indirizzati f'dan ir-rapport,

V.  billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Mejju 2009, il-Parlament Ewropew talab ukoll għal skema li talloka mill-ġdid il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali minn Stati Membri li qed iħabbtu wiċċhom ma' pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati għal oħrajn, b'konsultazzjoni mal-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli Uniti għar-Refuġjati, filwaqt li tiżgura li l-allokazzjoni mill-ġdid issegwi regoli mhux diskrezzjonali, trasparenti u mhux ekwivoċi, li jridu jiġu implimentati wkoll wara talba tal-Parlament,

W.  billi mingħajr aċċess għall-informazzjoni, għar-riżorsi umani, għal pariri tal-esperti u għal segwitu permanenti dwar l-isforzi tar-risistemazzjoni, l-Istati Membri li qatt ma pparteċipaw fil-programmi ta' risistemazzjoni se jiffaċċjaw diffikultajiet kbar biex jissieħbu u se jkun diffiċli li jintlaħaq l-objettiv li jiġu involuti aktar Stati Membri,

Programm ta' risistemazzjoni tal-UE reali u effettiv

1.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tipproponi bidla fil-Fond Ewropew tar-Refuġjati sabiex tinkorpora l-impatt tal-Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE;

2.  Japprezza l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-Kommunikazzjoni dwar il-Programm ta' Risistemazzjoni kif imsemmi hawn fuq u l-attenzjoni dejjem tikber li hija ddedikata għar-risistemazzjoni fil-politika globali tal-asil tal-UE;

3.  Jitlob li jkun hemm miżuri biex l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jiġu infurmati dwar il-benefiċċji li jirriżultaw mir-risistemazzjoni tar-refuġjati;

4.  Ifakkar, madankollu, li linja tal-baġit u appoġġ finanzjarju mhumiex suffiċjenti biex jiġi stabbilit programm ta' risistemazzjoni reali madwar l-UE kollha;

5.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-ħolqien ta' mekkaniżmi ta' finanzjament privat u inizjattivi pubbliċi u privati iktar mifruxa sabiex jappoġġaw il-Programm Ewropew ta' Risistemazzjoni;

6.  Jitlob għal programm aktar ambizzjuż li jiżgura l-kwalità u l-effettività tar-risistemazzjoni, li jkun fih linji gwida speċifiċi fuq mudell ġdid tal-iffissar tal-prijoritajiet, inċentivi biex aktar Stati Membri jibdew jirrisistemaw ir-refuġjati, konsistenza tar-risistemazzjoni ma' politiki oħra tal-asil tal-UE u standards għall-kondizzjonijiet tal-akkoljenza kif ukoll miżuri ta' segwitu li għandhom jittieħdu f'kull inizjattiva ta' risistemazzjoni;

7.  Iqis li skont il-perspettivi finanzjarji l-ġodda (2013-2017) għandu jiġi stabbilit pakkett speċifiku għar-risistemazzjoni. Tali pakkett jista' jkun f'forma ta' fond apposta għar-risistemazzjoni u għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju għal programm aktar ambizzjuż ta' risistemazzjoni;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftuħ taċ-Ċentru ta' Tranżitu tal-Evakwazzjoni (ETC) il-ġdid fir-Rumanija li joffri akkomodazzjoni temporanja lir-refuġjati li jkollhom bżonn urġenti ta' risistemazzjoni u/jew lir-refuġjati li ma jkunux jistgħu jibqgħu fil-pajjiż tal-ewwel asil tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel użu minnu u wkoll biex tippromwovi r-risistemazzjoni permezz taċ-Ċentru ta' Tranżitu tal-Evakwazzjoni;

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi ad hoc li ħadu għadd ta' Stati Membri fir-rigward tal-akkomodazzjoni ta' refuġjati li jkollhom bżonn urġenti ta' risistemazzjoni filwaqt li jirrikonoxxi l-bżonn li tali inizjattivi jkollhom forma aktar strutturata;

Il-ħtiġijiet għall-effiċjenza u l-kapaċità ta' rispons tal-miżuri ta' risistemazzjoni

10.  Jenfasizza li Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE għandu jipprovdi protezzjoni u soluzzjonijiet dewwiema kemm għal sitwazzjonijiet ta' rifuġjati li qed idumu iktar mis-soltu u għal reazzjonijiet rapidi u adegwati f'każ ta' emerġenza jew urġenza mhux prevista, u li t-twaqqif ta' prijoritajiet annwali ikun tali mod li jippermetti reazzjoni pronta f'każ ta' kriżijiet umanitarji għal għarrieda li jistgħu jinqalgħu matul is-sena;

11.  Jisħaq fuq l-importanza li jkun permess ix-xogħol fil-kamp bi tħejjija għar-risistemazzjoni tar-refuġjati, li ssir evalwazzjoni tal-bżonnijiet tagħhom u jkun hemm lok għal ippjanar adegwat għal fażijiet ġejjiena tar-risistemazzjoni, apparti mill-informazzjoni li tista' tiġi pprovduta mill-UNHCR u mill-NGOs u organizzazzjonijiet oħra;

12.  Jinkoraġġixxi sħubija pubblika u privata mal-NGOs u ma' aktar imsieħba soċjali bħal organizzazzjonijiet reliġjużi u etniċi biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-risistemazzjoni u l-promozzjoni ta' xogħol volontarju f'dan il-qasam;

13.  Huwa tal-fehma li l-muniċipalitajiet li diġà huma involuti, jew li qed jinvolvu ruħhom, fir-risistemazzjoni għandhom joħolqu sħubiji u ġemellaġġi ma' muniċipalitajiet oħra fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom u fl-Istati Membri tal-UE sabiex jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom f'dan il-qasam u jsaħħu l-kooperazzjoni fl-UE;

14.  Jenfasizza l-bżonn li jiġi stabbilit qafas ta' kooperazzjoni strutturata permezz ta' miżuri biex jinġabar l-għarfien espert, u biex jiffaċilitaw il-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni; jenfasizza wkoll li l-Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE għandu jipprovdi lill-Istati Membri (dawk li diġà qegħdin jipparteċipaw fil-programm u dawk li jixtiequ jipparteċipaw) b'aċċess għar-riżorsi umani, għall-pariri tal-esperti u għall-informazzjoni komuni li jistgħu jkunu utli fi kwalunkwe fażi tal-inizjattiva tar-risistemazzjoni; jirrikonoxxi li dawk kollha involuti fir-risistemazzjoni, u partikolarment ir-refuġjati risistemati, huma sors siewi ta' informazzjoni għall-evalwazzjoni ta' inizjattivi ta' risistemazzjoni;

15.  Jitlob għall-konsiderazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki li jrawmu l-effiċjenza bejn l-Istati Membri, li jistgħu jinkludu l-promozzjoni ta' programmi konġunti, l-evalwazzjoni minn esperti oħra, it-twaqqif ta' missjonijiet konġunti, l-użu ta' infrastrutturi komuni (bħalma huma ċ-ċentri ta' tranżitu) u l-organizzazzjoni ta' missjonijiet fl-Istati Membri għall-evalwazzjoni tar-risistemazzjoni li qed issir;

16.  Jitlob li ma tkunx injorata r-relevanza ta' miżuri ta' segwitu dwar il-kwalità tal-akkoljenza u l-integrazzjoni fl-Istat Membru ospitanti; iqis li s-suċċess tar-risistemazzjoni għandu jkun iddefinit mhux biss f'termini ta' ċaqliq fiżiku tar-refuġjati minn pajjiż terz għal Stat Membru iżda wkoll f'termini tal-implimentazzjoni tal-miżuri li jippermettu l-integrazzjoni tar-refuġjati fil-pajjiż ospitanti;

17.  Jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lir-riżorsi umani involuti fi kwalunkwe Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE fil-preżent jew fil-futur sabiex tkun iggrantita proċedura li tippermetti prattiki tajba ta' adattament u integrazzjoni tar-refuġjati fis-soċjetà ospitanti, għaliex l-esperjenza turi li l-isforzi ta' risistemazzjoni jeħtieġ li jsiru taħt is-sorveljanza tal-uffiċjali u l-esperti xierqa;

Unità ta' Risistemazzjoni permanenti, il-pedament ta' Programm Konġunt ta' Risistemazzjoni tal-UE effikaċi

18.  Jirrikonoxxi n-nuqqas ta' kooperazzjoni strutturata fir-rigward ta' attivitajiet ta' risistemazzjoni fi ħdan l-UE, li tirrikjedi tħejjija loġistika kbira, bħall-għażla u l-orjentazzjoni tal-missjonijiet, is-sorveljanza medika u ta' sigurtà, l-arranġamenti għall-ivjaġġar u l-viża, il-programmi ta' akkoljenza u integrazzjoni, hekk kif imsemmija fil-Kommunikazzjoni COM(2009)0447;

19.  Jikkonferma, barra minn hekk, il-fehma li l-assenza ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-Istati Membri żżid l-ispejjeż tal-operazzjonijiet relatati mar-risistemazzjoni, tagħmilhom anqas attraenti u tnaqqas l-impatt strateġiku tagħhom;

20.  Jirrakkomanda, għaldaqstant, il-ħolqien ta' unità speċifika bil-persunal xieraq inkarigat mill-koordinazzjoni meħtieġa bejn l-attivitajiet ta' risistemazzjoni li għaddejjin fl-Istati Membri;

21.  Jemmen li l-iktar qafas istituzzjonali xieraq għal din l-Unità ta' risistemazzjoni jkun fi ħdan l-EASO, fejn din tkun tista' tikkoopera fl-ambitu tal-politiki tal-UE fl-oqsma tal-asil u tal-migrazzjoni;

22.  Iqis li din l-unità tista' tistabbilixxi kuntatti mill-qrib mal-UNHCR u l-NGOs lokali, sabiex tikseb informazzjoni importanti biex tibgħatha lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE rigward, pereżempju, il-prijoritajiet urġenti, it-teknika tal-integrazzjoni, eċċ;

23.  Jisħaq ukoll li l-Unità ta' Risistemazzjoni jista' jkollha rwol importanti fis-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-effettività u l-kwalita tal-Programm ta' Risistemazzjoni fil-livell tal-UE, billi toħroġ rapporti annwali dwar l-attivitajiet kollha, ibbażati fuq l-informazzjoni miġbura mill-istituzzjonijiet/awtoritajiet involuti fl-inizjattivi ta' risistemazzjoni fl-Istati Membri;

24.  Jixtieq jenfasizza li l-Unità ta' Risistemazzjoni għandha żżomm ruħha infurmata dwar NGOs, karitajiet u entitajiet oħra li jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet pubbliċi fil-proċess tar-risistemazzjoni tar-refuġjati; jinnota, barra minn hekk, li l-Unità msemmija hawn fuq għandha tippubblika b'mod regolari dokumenti li jindikaw l-istandards u l-kriterji li magħhom iridu jikkonformaw dawn l-entitajiet sabiex ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw fl-iskemi ta' risistemazzjoni tal-UE;

25.  Jenfasizza li l-EASO jista' jipprovdi kontribut utli ħafna sabiex jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà bejn il-Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE u politiki oħra tal-asil tal-UE;

L-iffissar tal-prijoritajiet b'mod flessibbli

26.  Jirrikonoxxi li programm ta' risistemazzjoni adegwat jeħtieġlu aġġornament regolari tan-nazzjonalitajiet u l-kategoriji ta' refuġjati li għandhom jingħataw il-prijorità fil-proċess ta' risistemazzjoni, b'attenzjoni speċjali għall-emerġenzi ġeografiċi u b'mod partikulari għall-persuni vulnerabbli li jeħtieġu l-aktar il-protezzjoni;

27.  Jemmen li l-prijoritajiet annwali tal-UE għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni, kif propost, b'involviment b'saħħtu u effettiv tal-UNHCR u tal-Parlament Ewropew fl-istadji kollha tal-identifikazzjoni u tal-evalwazzjoni tal-kandidati għar-risistemazzjoni;

28.  Jissuġġerixxi li delegazzjoni ta' Membri mill-Kumitati tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE), għall-Affarijiet Barranin (AFET) u għall-Iżvilupp (DEVE) jipparteċipaw fil-laqgħa annwali tal-grupp tal-esperti tar-risistemazzjoni;

29.  Iqis li l-Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE għandu jinkludi proċeduri speċifiċi biex jinvolvu lill-Parlament Ewropew fl-elaborazzjoni tal-prijoritajiet annwali tal-UE;

30.  Iħeġġeġ lill-EASO biex jassumi rwol importanti fid-definizzjoni tal-aġenda ta' risistemazzjoni ġewwa l-UE;

31.  Jiddefendi l-prinċipju li, skont il-bżonn tal-adattabilità fil-prijoritajiet annwali tal-UE, għandu jkun hemm kategoriji li jibqgħu stabbli kull sena, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrisistemaw persuni partikolarment vulnerabbli fi kwalunkwe żmien tas-sena;

32.  Jissuġġerixxi li l-Istati Membri individwali jistgħu jkunu awtorizzati jippreparaw għall-proċeduri ta' emerġenzja f'każ ta' ċirkustanzi umanitarji mhux previsti – pereżempju, meta r-refuġjati jkunu taħt attakk armat jew meta l-aċċidenti naturali jew il-katastrofi jaffettwaw b'mod qawwi l-kampijiet tar-refuġjati; iqis li dawn il-proċeduri jippermettu li r-risistemazzjoni ssir f'perjodu qasir ta' żmien, b'passi amministrattivi li jsiru permezz ta' skeda aċċelerata jew, f'ċerti każijiet, wara l-ispostament tar-refuġjati; jirrakkomanda li dan l-isforz jitqies fost l-għanijiet tal-Programm ta' Ristabbilizzazzjoni tal-UE;

Ħidma biex ikun żgurat li aktar Stati Membri jipparteċipaw fir-risistemazzjoni

33.  Jiddispjaċih li 10 Stati Membri biss attwalment għandhom programmi ta' risistemazzjoni , stabbiliti mingħajr koordinazzjoni bejniethom;

34.  Jirrikonoxxi li l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tibqa' volontarja, minħabba d-diverġenzi fil-kondizzjonijiet ta' akkoljenza, is-sħab li jikkollaboraw u l-kriterja legali li jintużaw biex jiddeċiedu min għandu jiġi risistemat;

35.  Jirrikonoxxi li ċerti Stati Membri, b'mod partikulari fin-Nofsinhar tal-Ewropa, jiffaċċaw sfidi partikulari minħabba l-pożizzjoni tagħhom fil-fruntiera esterna tal-Unjoni;

36.  Jitlob, minkejja dan, għal aktar inċentivi biex jinkoraġġixxi aktar Stati Membri biex jipparteċipaw fil-Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE; jirrikonoxxi li filwaqt li żieda fl-għajnuna finanzjarja hija importanti, ma għandux jiddgħajjef il-kontribut li l-EASO jista' jipprovdi fir-rigward ta' dan l-aspett billi jgħin sabiex jekwalizza s-sitwazzjoni billi jżid il-kwalità tas-servizzi offruti lir-refuġjati fl-Istati Membri u joffri l-għajnuna bl-aktar prattiki effettivi għall-ospitalità u l-integrazzjoni;

37.  Jissuġġerixxi li tingħata għajnuna finanzjarja aktar sostanzjali lill-Istati Membri li jixtiequ jibdew jipparteċipaw fil-Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE, sabiex dawn jiġu megħjuna joħolqu programm ta' risistemazzjoni sostenibbli u sabiex jittaffa l-piż tat-twaqqif ta' tali inizjattiva; jissuġġerixxi li sabiex jiġi evitat impatt eċċessiv fuq il-Fond Ewropew tar-Refuġjati, il-valur tal-għajnuna finanzjarja għandu jiġi ekwalizzat għal Stati Membri oħra wara l-ewwel snin ta' parteċipazzjoni fil-programm;

38.  Jemmen li mhux se jkun possibbli li jiżdied in-numru ta' refuġjati risistemati fl-UE mingħajr qafas amministrattiv u kompetenti li jsostni l-programm u l-ħolqien ta' strutturi permanenti għar-risistemazzjoni u s-segwitu tal-proċess ta' integrazzjoni;

Miżuri ta' segwitu

39.  Iqis li Programm ta' Risistemazzjoni tal-UE effikaċi għandu jinkludi dispożizzjonijiet fuq miżuri ta' segwitu, filwaqt li jinsisti fuq il-kwalità tar-risistemazzjoni f'kull Stat Membru, standards tajbin f'kull stadju mir-rikonoxximent għall-akkoljenza u l-integrazzjoni tar-refuġjati;

40.  Jistieden lill-Istati Membri involuti fil-programm ta' risistemazzjoni biex jevalwaw il-miżuri li ħadu fil-proċedura ta' risistemazzjoni sabiex jiżguraw u jtejbu l-integrazzjoni tar-refuġjati. L-Istati Membri għandhom ukoll isegwu b'mod regolari l-integrazzjoni tar-refuġjati;

41.  Huwa tal-opinjoni li l-awtoritajiet governattivi għandhom irawmu kooperazzjoni massima ma' entitajiet mhux governattivi (NGOs internazzjonali u lokali, pereżempju) u jibbenifikaw mill-kompetenzi ta' dawn tal-aħħar, u mill-fatt li jkunu fil-post, fil-provvediment tal-aħjar u l-aktar inizjattivi effiċjenti għar-risistemazzjoni tar-refuġjati; il-parteċipazzjoni mis-soċjetà ċivili fil-Programm Ewropew ta' Risistemazzjoni se ssaħħaħ l-inizjattivi ta' appoġġ u akkoljenza mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet lokali;

42.  Jappoġġa sforzi intensivi min-naħa tal-entitajiet kollha involuti biex jagħtu lir-refuġjati, b'mod speċjali lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli, aċċess għal dar adegwata, kura tas-saħħa, edukazzjoni, korsijiet tal-lingwa u għajnuna psikoloġika, kif ukoll aċċess għas-suq tax-xogħol, sabiex tiġi żgurata integrazzjoni b'suċċess;

43.  Jistieden lill-EASO, partikolarment permezz tal-Unità ta' risistemazzjoni proposta tiegħu, biex jistabbilixxi kriterji ċari għar-risistemazzjoni ta' kwalità f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UNHCR, l-NGOs u mal-awtoritajiet lokali u jsegwi r-risistemazzjoni tar-refuġjati, sabiex jikkontribwixxi għall-evalwazzjoni u t-titjib ulterjuri tal-attivitajiet ta' risistemazzjoni fl-Istati Membri;

44.  Jenfasizza għal darb'oħra l-irwol tal-EASO bħala korp li jista' jqajjem aktar kuxjenza dwar ċerti nuqqasijiet fl-inizjattivi tar-risistemazzjoni, filwaqt li jgħin lill-Istati Membri biex isibu soluzzjonijiet speċifiċi, u jinkoraġġixxi prattiki aħjar jekk ikollu Unità tar-Risistemazzjoni permanenti;

45.  Jitlob li jkun organizzat dibattitu annwali konġunt bejn il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-programm;

o
o   o

46.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2009)0090.
(2) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 348.


Kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel: L-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ 2010
PDF 331kWORD 100k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel: l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010 (2010/2013(INI))
P7_TA(2010)0164A7-0141/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2009 bit-titlu “Kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel” (COM(2009)0640),

–  wara li kkunsidra t-tmien ħiliet ewlenin spjegati fir-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 intitolata “Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja - Qafas ta' Referenza Ewropew”(1),

–  wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma ta' 10 snin “Edukazzjoni u Taħriġ 2010” u r-rapporti interim konġunti sussegwenti dwar il-progress lejn l-implimentazzjoni tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Esperti dwar Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda bit-titlu “Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda: Nieħdu Azzjoni Minnufih”,

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 dwar it-tagħlim għall-adulti: qatt ma huwa tard wisq biex titgħallem(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-għoti ta' tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni – l-implimentazzjoni tal-“Programm ta' ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010”(5),

–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Koperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ adottat f'Novembru 2009,

–  wara li kkunsidra “Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Edukazzjoni”, qafas strateġiku mfassal minn rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri, is-soċjetà ċivili u partijiet oħra interessati f'Novembru 2007,

–  wara li kkunsidra l-valutazzjoni ddettaljata tal-prestazzjoni u r-rapporti nazzjonali fi sfond ta' sensiela ta' indikaturi u standards referenzjarji (SEC(2009)1598 u SEC(2009)1616),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0141/2010),

A.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja huma assolutament neċessarji f'termini ta' sodisfazzjon personali tal-individwu, l-ugwaljanza, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, ċittadinanza attiva u koeżjoni soċjali,

B.  billi t-titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-istudenti kollha sabiex jiksbu riżultati u kompetenzi aħjar, inizjalment permezz ta' politiki ġodda u aktar inċiżivi biex ikabbru l-provvista edukattiva, hija prijorità,

C.  billi minkejja ċertu titjib fil-prestazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Unjoni Ewropea, il-biċċa l-kbira tal-krieterji tal-UE stabbiliti għall-2010 mhux se jintlaħqu, billi f'livelli partikolari tal-ħiliet jibqgħu inadegwati u billi terz tal-popolazzjoni tal-Ewropa għandha kwalifiki edukattivi ta' livell baxx,

D.  billi, għaxar snin wara t-tnedija tal-Proċess ta' Bologna, il-konverġenza mixtieqa bejn l-Istati Membri rigward edukazzjoni ogħla ma nkisbitx,

E.  billi l-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jagħtu l-possibilità liċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-età, is-sess, il-kundizzjonijiet tas-saħħa fiżika, mentali, u psikiċi u l-isfond lingwistiku, etniku, nazzjonali, reliġjuż u soċjoekonomiku tagħhom, li jiksbu, jaġġornaw u jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom tul ħajjithom kollha,

F.  billi l-edukazzjoni u t-taħriġ huma elementi ewlenin fl-implimentazzjoni b'suċċess tal-Aġenda Soċjali Mġedda għal opportunitajiet, aċċess u solidarjetà; billi l-implimentazzjoni tal-aġenda tgħin biex jinħolqu aktar impjiegi u impjiegi aħjar u jagħtu liċ-ċittadini Ewropej aktar opportunità biex jilħqu l-potenzjal tagħhom,

G.  billi jinħtieġ sforz kontinwu biex jiżgura li n-nisa jkollhom aċċess ugwali għall-edukazzjoni fil-livelli kollha u li l-għażliet edukattivi ma jkunux determinati minn qabel skont l-isterjotipi bbażati fuq is-sessi,

H.  billi l-implimentazzjoni sħiħa tal-kompetenzi ewlenin titlob aktar azzjoni politika kemm fil-livell Ewropew u kemm f'dak nazzjonali,

I.  billi l-isfida kruċjali għall-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Ewropa hija r-riforma tal-edukazzjoni lejn sistema ta' edukazzjoni olistika mibnija madwar it-tagħlim li tipprepara liż-żgħażagħ biex ikunu ċittadini globali kuntenti u attivi, lesti biex jidħlu fis-suq tax-xogħol,

J.  billi l-implimentazzjoni u t-tkomplija tal-iżvilupp tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja għadhom sfida kritika għal ħafna Stati Membri; billi jinħtieġ fokus aktar qawwi fuq iċ-ċiklu kollu tal-ħajja flok konċentrazzjoni fuq setturi jew gruppi speċifiċi,

K.  billi l-benefiċċji tal-investimenti fl-edukazzjoni jidhru biss fuq medda twila ta' żmien u huwa importanti li jiġi żgurat li ma jitwarrbux fl-aġenda politika; billi jeħtieġ li nistiednu lill-UE tipprovdi gwida fir-rigward tal-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u għandhom jiġu evitati restrizzjonijiet baġitarji, jew tal-anqas ir-riżorsi allokati għandhom jiżdiedu u mhux jonqsu; billi l-UE teħtieġ għalhekk li tattrezza lilha nnifisha b'mekkaniżmi baġitarji li mhumiex marbuta ma' programmar annwali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ,

L.  billi l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fit-taħriġ mill-ġdid u fl-aġġornament u fl-adattament tal-għarfien u l-ħiliet ta' kulħadd huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ħruġ mill-kriżi u l-wasla għall-isfidi fit-tul tal-kompetittività, l-impjiegi, il-mobilizzazzjoni u l-inklużjoni soċjali tal-ekonomija globali,

M.  billi fl-Unjoni, aktar minn 80 % tal-għalliema tal-iskejjel primarji u 97 % ta' dawk li jgħallmu lit-tfal preskolari huma nisa filwaqt li l-perċentwal ekwivalenti fl-iskejjel sekondarji huwa biss 60 %, u fl-edukazzjoni ogħla u r-riċerka inqas minn 40%,

N.  billi l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-għalliema qed jiżdiedu billi l-ambjenti edukattivi qed isiru aktar kumplessi u eteroġenji, tibdil fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), restrizzjonijiet finanzjarji kkawżati mill-kriżi ekonomika, bidliet fl-istrutturi soċjali u familjari, u l-multikulturaliżmu,

O.  billi l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku tal-UE 2020 għall-Koperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ tkun essenzjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi kruċjali,

P.  billi l-kompetenzi diġitali se jkunu ta' importanza li dejjem tikber fl-ekonomija li qed tevolvi bbażata fuq l-għarfien u s-suq tax-xogħol tal-UE; billi dawn il-kompetenzi joffru opportunitajiet għal irkupru ekonomiku, trawwim tal-intraprenditorija, u aċċess akbar għall-impjiegi,

Q.  billi l-isport huwa wieħed mill-mezzi l-aktar effikaċi fil-ġlieda kontra l-abbuż mis-sustanzi (it-tipjip, l-alkoħol u t-teħid tad-droga), peress li l-istudenti fl-edukazzjoni ogħla huma wieħed mill-gruppi soċjali l-aktar fir-riskju f'dan ir-rigward; billi l-parteċipazzjoni tal-istudenti fl-isports tiddependi primarjament mill-eżistenza ta' infrastruttura xierqa ta' sfond,

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq tal-Kummissjoni dwar “Kompetenzi ewlenin għal dinja li qed tinbidel”;

2.  Jinnota li minkejja l-progress li sar matul dawn l-aħħar snin, ħafna ċittadini Ewropej għadhom mingħajr ħiliet suffiċjenti; jiġbed l-attenzjoni li waħda minn kull 7 persuni żgħażagħ (18-24 sena) titlaq l-iskola kmieni (6 miljun persuna abbandunaw l-iskola fis-27 Stat Membru tal-UE), li waħda minn kull erba' persuni tal-età ta' 15-il sena għandha ħiliet baxxi fil-qari, li madwar 77 miljun persuna (kważi terz tal-popolazzjoni Ewropea bejn il-25 u l-64 sena) huma mingħajr kwalifiki formali jew għandhom kwalifiki formali ta' livell baxx biss, li kwart biss għandhom kwalifiki ta' livell għoli u li ħafna ċittadini tal-UE m'għandhomx ħiliet tal-ICT; jenfasizza li teżisti l-problema persistenti ta' livell baxx ħafna ta' ħiliet fl-UE kollha kemm hi, u jinsab imħasseb dwar iż-żieda fin-numru ta' żgħażagħ li mhumiex kompletament litterati fl-età ta' 15-il sena (21.3% fl-2000, 24.1% fl-2006);

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli d-dibattitu dwar “Ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda”; jiġbed l-attenzjoni li sal-2020, 16-il miljun impjieg aktar se jirrikjedu kwalifiki għoljin u erba' miljun impjieg aktar se jirrikjedu kwalifiki medji waqt li se jkun hemm 12-il miljun impjieg inqas li jirrikjedu kwalifiki baxxi; jenfasizza li sal-2015, il- maġġoranza l-kbira tal-impjiegi, fis-setturi kollha, se jkunu jeħtieġu ħiliet tal-ICT; jitlob li dan id-dibattitu jinvolvi lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-għalliema, l-istudenti, organizzazzjonijiet professjonali konċernati, l-NGOs relevanti u l-għaqdiet tal-ħaddiema, il-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri u l-istudenti, u rappreżentanti tan-negozju;

4.  Iqis bħala vitali li jiġu introdotti politiki li jfittxu li jtejbu l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-istudenti kollha u jenfasizza li, sabiex is-sistemi edukattivi Ewropej jilqgħu l-isfida tal-kompetittività globali, huwa meħtieġ li jiżdiedu l-opportunitajiet edukattivi disponibbli, li għandhom ikunu ta' livell ogħla u ta' firxa usa' sabiex ilaħħqqu mad-domandi urġenti tas-setturi professjonali u s-suq tax-xogħol;

5.  Iqis t-tagħlim tal-lingwa bħala kruċjali biex jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol u għall-promozzjoni tal-mobilità tagħhom u opportunitajiet indaqs;

6.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw aktar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki;

7.  Iħeġġeġ li tingħata l-attenzjoni mhux biss lejn l-impjiegi l-ġodda l-hekk imsejħa “ħodor”, iżda wkoll lejn l-“impjiegi l-bojod”; jenfasizza li sal-2030 il-proporzjon tal-persuni ta' “l fuq minn 65 sena, meta mqabbel ma' dak tal-persuni bejn il-15 u l-64 sena ,se jiżdied minn 26 % fl-2008 għal 38 % sal-2030; jinnota għalhekk li se jkun hemm żieda dejjem tikber għal politiki komuni dwar anżjanità attiva, b'referenza partikolari għal miżuri li jippromwovu l-litteriżmu u jirrevedu u jaġġornaw il-ħiliet ewlenin fil-qasam tal-ICT sabiex jegħlbu l-qasma diġitali, li hija fattur li qed dejjem iżid l-esklużjoni soċjali tal-anzjani;

8.  Jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-UE 2020 tenfasizza li “r-rata ta' impjiegi tan-nisa hija partikolarment baxxa” (63% biss tan-nisa jaħdmu meta mqabbla ma' 76% tal-irġiel) u li “l-politiki biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi se jkunu meħtieġa biex iżidu l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema”; konsegwentement il-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ jeħtieġ li jkunu mmirati biex jimlew dan il-vojt fis-suq tax-xogħol, b'hekk jikkontribwixxu għall-ksib ta' tkabbir sostenibbli u l-koeżjoni soċjali; jenfasizza l-importanza ta' edukazzjoni li ma tkunx ibbażata fuq is-sessi mill-iżgħar età possibbli;

9.  Jitlob li tingħata attenzjoni partikulari għall-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ, irrispettivament mill-età tagħhom, b'referenza partikolari għall-integrazzjoni ġenwina ta' tfal b'diżabilità minn età bikrija fl-istabbilimenti edukattivi; jenfasizza l-ħtieġa għal investimenti xierqa u għal strateġija fuq medda twila ta' żmien biex tneħħi kwalunkwe limitu f'dan il-qasam;

10.  Jemmen li l-edukazzjoni kollha għandha trawwem il-ksib ta' kompetenzi demokratiċi billi tappoġġa l-kunsilli tal-istudenti u tippermetti lill-istudenti li jieħdu responsabilità konġunta għall-edukazzjoni tagħhom kif jiġi stabbilit f'Karta dwar id-Drittijiet tal-Istudenti; f'dan ir-rigward, jitlob li jsir dibattitu bir-reqqa fis-soċjetà Ewropea dwar il-funzjonament u r-rwol tal-edukazzjoni u jissuġġerixxi li l-Agora taċ-Ċittadini Ewropej tista' tkun il-post għal tali dibattitu;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri u lill-impjegati, f'koperazzjoni mill-qrib mal-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, biex iħeġġu t-titjib tal-ħiliet għal persuni minn sfondi żvantaġġati;

12.  Jirrikonoxxi li l-globalizzazzjoni bidlet profondament is-soċjetajiet tal-Ewropa u jirrakkomanda li tiġi inkluża l-Edukazzjoni Globali/dwar l-Iżvilupp fl-edukazzjoni kollha biex tippermetti liċ-ċittadini biex jittrattaw it-theddid u l-opportunitajiet ta' dinja li qed tinbidel;

13.  Iqisu essenzjali li l-litteriżmu diġitali u tal-midja jiġi stabbilit fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u li tiġi pprovduta introduzzjoni għal teknoloġiji ġodda u li kulħadd jiġi mgħallem japplika ammonti bilanċi ta' għarfien speċjalizzat u ta' ġudizzju kritiku meta wieħed juża l-forom moderni ta' komunikazzjoni u l-kontenut tal-midja; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu mtejba l-ħiliet tal-informatika taċ-ċittadini kollha Ewropej; jenfasizza li t-taħriġ u l-edukazzjoni fl-ICT, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, huma ħtieġa, meta wieħed iqis l-importanza li kulma jmur dejjem qegħda tikber ta' dawn il-ħiliet f'suq tax-xogħol li qed jevolvi;

14.  Jenfasizza l-importanza ta' appoġġ suffiċjenti u ta' kwalità għolja għall-iżvilupp tal-kompetenzi tal-għalliema u biex jintroduċu mezzi ġodda ta' organizzazzjoni tat-tagħlim f'ambjenti skolastiċi attraenti;

15.  Jisħaq fuq l-importanza tal-arti, il-kultura u l-isport fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-ħtieġa li tingħatalhom attenzjoni partikolari fl-edukazzjoni ta' qabel il-primarja, fl-edukazzjoni primarja u sekondarja, kif wkoll fit-tagħlim tul il-ħajja; iqis li, flimkien mal-iżvilupp ta' ħiliet vokazzjonali u tekniċi, l-edukazzjoni kulturali u soċjali hi parti integrali mill-politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ għax din tgħin l-iżvilupp ta' kwalitajiet mhux akkademiċi, u b'hekk issawwar il-sens ta' sodisfazzjon individwali u l-akkwist ta' ħiliet bażiċi;

16.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm biżżejjed fondi għall-investiment fl-isport għall- istituzzjonijiet edukattivi u biex iżidu l-koperazzjoni tal-isferi pubbliċi u privati f'dan il-qasam;

17.  Jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm biżżejjed investiment fl-edukazzjoni li jiggarantixxi l-aċċessibilità għas-suq tax-xogħol għall-kategoriji kollha;

18.  Jenfasizza l-importanza tal-użu tal-istorja u tal-lingwa bħala mezzi għall-ksib tal-integrazzjoni soċjali u kulturali Ewropea;

L-edukazzjoni ta' qabel il-primarja

19.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza ta' edukazzjoni ta' kwalità għolja waqt it-tfulija bikrija għall-ksib bikri ta' kompetenzi ewlenin, inkluża l-ħila tat-tfal li jikkomunikaw kemm bil-lingwa nattiva tagħhom u kemm bil-lingwa tal-pajjiż ospitanti kkonċernat, u b'mod partikulari għall-appoġġ tat-tfal li ġejjin minn sfond żvantaġġat u dawk bi bżonnijiet (ta' tagħlim) speċjali biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-ġejjieni;

20.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-promozzjoni ta' kultura favur il-qari mill-istadju preskolastiku “l quddiem, u l-importanza tal-aċċess għall-materjal ta' qari fl-età preskolastika;

21.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-edukazzjoni fil-lingwa nattiva inkluż fil-każ ta' minoranzi tradizzjonali;

22.  Jenfasizza l-importanza tal-multilingwiżmu għall-mobilità: għal din ir-raġuni jitstieden lill-Istati Membri biex jintroduċu t-tagħlim tat-tieni lingwa f'fażi bikrija;

23.  Jenfasizza li huwa essenzjali li jiġu implimentati miżuri edukattivi ta' appoġġ għal tfal ta' immigranti sabiex jiġi ffaċilitat l-aġġustament tagħhom għall-ambjent edukattiv u soċjali tal-pajjiż ospitanti;

24.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inkoraġġuti u appoġġati azzjonijiet għat-tisħiħ tal-kreattività tat-tfal minn fażi bikrija tal-ħajja, u b'hekk titwitta aħjar it-triq li twassal għal kultura tal-innovazzjoni fl-Ewropa;

25.  Jiġbed l-attenzjoni għall-objettivi ta' Barċellona, li kienu jimmiraw biex sal-2010 tiġi pprovduta kura tat-tfal għal tal-anqas 90 % tat-tfal bejn it-tliet snin u l-età obbligatorja tal-iskola u tal-anqas 33 % tat-tfal taħt it-tliet snin u li l-kura tat-tfal tkun offruta bi prezzijiet li jintlaħqu mill-akbar għadd ta' nies possibbli;

L-edukazzjoni primarja u sekondarja

26.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ksib tal-lingwi jkompli jiżviluppa u jiġi kkonfermat fl-iskola primarja u sekondarja, anke fir-rigward ta' tfal immigranti, u l-importanza tat-tagħlim bil-lingwa nattiva tagħhom fil-każ ta' minoranzi tradizzjonali;

27.  Jappoġġa l-idea ta' approċċ edukattiv li jippermetti konsultazzjoni aktar regolari minn, u parteċipazzjoni akbar tal-istudenti fil-ġestjoni tal-proċess edukattiv, tal-parteċipazzjoni edukattiv mill-ġenituri tal-istudenti fil-komunità edukattiv u l-iżvilupp ta' relazzjoni bbażata fuq il-fiduċja bejn l-istudenti u l-għalliema, li jservu biex jistimulaw l-ispirtu ta' inizjattiva u l-ksib ta' ħiliet soċjali u ċiviċi li huma essenzjali għaċ-ċittadinanza attiva;

28.  Jenfasizza l-importanza tal-inkorporazzjoni ta' teknoloġiji ġodda fis-sillabu bħala għodda neċessarja tat-tagħlim f'sistema edukattiva moderna; jappoġġa l-idea li, taħt superviżjoni xierqa, it-tfal ikunu jistgħu minn età bikrija jakkwistaw ħiliet li jippermettulhom jittrattaw il-kontenut tal-midja, u b'mod partikolari tal-internet, b'sens ta' responsabilità u ġudizzju kritiku, u jqis li huwa essenzjali li t-tfal jitgħarrfu dwar il-kwistjonijiet ta' protezzjoni tal-privatezza u tad-data professjonali u l-konformità mar-regoli tad-drittijiet tal-awtur;

29.  Huwa tal-fehma li l-progress li sar biex jiġu adattati l-kurrikuli tal-iskejjel għall-kompetenzi ewlenin huwa pass pożittiv, iżda huwa ta' importanza deċiżiva li jsiru aktar sforzi, partikolarment permezz tar-rikonoxximent u taċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet miksuba f'edukazzjoni formali u mhux formali, u favur il-ksib ta' kompetenzi ewlenin għall-ġid ta' persuni li jinsabu fis-sogru li jkollhom prestazzjoni mhux daqstant tajba fl-edukazzjoni u li jbatu l-esklużjoni soċjali;

30.  Jitlob li tittieħed azzjoni li tippromwovi l-attività fiżika u l-isport u għat-twaqqif ta' kampjonati tal-iskejjel u l-parteċipazzjoni fihom, li jtejbu s-saħħa, irawmu l-integrazzjoni u jgħinu l-iżvilupp ta' valuri li se jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' mudelli pożittivi ta' mġiba;

31.  Huwa favur l-edukazzjoni u t-taħriġ għal tfal li jkunu ġejjin minn familji migranti, filwaqt li jenfasizza l-kontribuzzjoni ewlenija tal-edukazzjoni fl-integrazzjoni ta' suċċess tal-migranti fis-soċjetà Ewropea;

32.  Jitlob li jkun hemm strateġija komprensiva għall-ksib tal-kompetenzi ewlenin, li għandha tinkludi l-aspetti kollha, mir-riforma tal-kurrikuli tal-iskejjel sal-appoġġ favur taħriġ kontinwu u l-iżvilupp professjonali tal-għalliema, biex b'hekk ikollna komunità edukattiva mħarrġa sew; iqis li għandhom jiġu offruti inċentivi għall-għalliema sabiex dawn jingħataw lok itejbu t-tagħlim tagħhom u jiffukaw fuq l-iżvilupp professjonali;

33.  Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu taħlita ta' suġġetti ġodda u materjali ġodda fl-iskejjel li jipprovdu l-edukazzjoni ġenerali sabiex iż-żgħażagħ li jbatu minn waħda mill-aktar kundizzjonijiet frekweni relatati mat-tagħlim – id-dyslexia – itemmu l-istudji tagħhom b'suċċess; minkejja d-diżabilità tagħhom relatata mat-tagħlim;

34.  Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni integrata sabiex ma jkunx hemm preġudizzji soċjali u diskriminazzjoni u b'hekk tikkontribwixxi għas-solidarjetà soċjali tal-Ewropa;

L-edukazzjoni ogħla

35.  Jitlob li titjieb il-mobilità bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, id-dinja tal-kummerċ u t-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali (pereżempju studenti, għalliema, impjegati, ħarrieġa) biex jinġiebu “l quddiem it-tagħlim iċċentrat fuq l-istudenti u l-ksib ta' kompetenzi bħall-intraprenditorjat, il-fehim interkulturali, il-ħsieb kritiku u l-kreattività, li huma aktar u aktar meħtieġa fis-suq tax-xogħol; iqis li sabiex jintlaħaq dan l-għan għandhom jiġu indirizzati b'mod urġenti l-ostakoli eżistenti fl-UE, b'attenzjoni speċjali mogħtija lill-ostakoli li jirrigwardaw il-barrieri finanzjarji u ta' rinkonoxximent, sabiex titjieb il-kwalità tal-esperjenzi ta' mobilità għall-istudenti kollha; jappoġġja l-iżgurar ta' kwalità ogħla tal-edukazzjoni bħala mezz li jsaħħaħ il-mobilità għal raġunijiet akademiċi u ta' riċerka u bħala prekundizzjoni għal opportunitajiet ugwali ta' xogħol għaċ-ċittadini tal-UE;

36.  Jenfasizza kemm huwa importanti li ż-żgħażagħ kollha jiġu provduti b'bażi sostanzjali fil-ħiliet bażiċi essenzjali għall-promozzjoni tal-mobilità tul il-ħajja sabiex ikunu jistgħu jaffaċċjaw l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol u fl-emerġenza tal-ħtiġijiet ġodda ekonomiċi u soċjali;

37.  Jappella biex jiġu promossi programmi ta' riċerka sabiex isaħħu t-“trijangolu tal-għarfien” li huwa kruċjali biex tingħata spinta “l quddiem lit-tkabbir u lill-impjieg fl-Unjoni Ewropea;

38.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimmoderizzaw l-aġenda tal-edukazzjoni ogħla, u b'mod partikolari, biex jikkoordinaw il-kurrikuli mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

39.  Jappella lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla biex jimmoderizzaw il-korsijiet tagħhom u, b'mod ġenerali, biex jaċċelleraw il-Proċess ta' Bologna;

40.  Iqis li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla għandhom jinfetħu aktar u jkun aktar mħejjija aktar għall-istudenti kollha, b'mod partikolari l-istudenti mhux tradizzjonali, l-istudenti bi bżonnijiet speċjali u l-gruppi żvantaġġati, u li wieħed mill-aktar mezzi utli sabiex jinkiseb dan l-għan huwa li jkun hemm sistemi tal-għoti li jkunu finanzjati sew fejn iż-żgħażagħ minn familji foqra jkunu jistgħu jiġu inkoraġġiti jibdew kors ta' studju; jikkunsidra wkoll li l-politiki speċifiċi għandhom ikunu implimentati mill-Istati Membri sabiex jiġi żgurat id-dritt fundamentali tal-edukazzjoni għal kulħadd, inklużi żgħażagħ b'opportunitajiet finanzjarji inqas, u li fil-ġejjiena għandu jiġi kkunsidrat krieterju għall-ekwità fl-edukazzjoni ogħla, bħala parti mill-qafas strateġiku għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ;

41.  Jerġa' jfakkar, f'dan il-kuntest, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill(6) ta' Mejju 2007 dwar l-indikazzjonijiet imfassla għas-segwitu tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ tan-nisa, partikolarment l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka; jiddispjaċih, għaldaqstant, li dawn l-indikaturi mhumiex meqjusa bis-sħiħ fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-2010 għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ; jinkoraġġixxi f'dan ir-rigward l-użu tagħhom bħala strument għas-sorveljanza tal-progress lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

42.  Jinnota li filwaqt li l-progress sar fir-rigward tal-aċċess tan-nisa għal edukazzjoni ogħla, in-nisa għad għandhom rappreżentazzjoni baxxa fid-dixxipplini tal-matematika, x-xjenzi u t-teknoloġija (32% biss tal-gradwati huma nisa, filwaqt li 68% minnhom huma rġiel); jenfasizza li t-tnaqqis ta' żbilanċji fir-rigward tas-sessi f'dawn l-oqsma se twassal għal anqas nuqqasijiet ta' ħiliet iffaċċjati fl-UE f'dawn is-setturi;

43.  Iqis li l-edukazzjoni mhux formali hi qasam edukattiv kumplimentarju għall-edukazzjoni formali u jirrakkomanda li għandu jiġi ttrattat b'dan il-mod fit-tfassil tal-politika dwar l-edukazzjoni skont ET 2020;

44.  Jitlob li jkun hemm investiment aktar effikaċi u wiesa' fl-edukazzjoni ogħla;

45.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu s-sħubijiet (f'livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali) bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, l-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka u d-dinja tal-kummerċ u tal-investiment finanzjarju mid-dinja tal-kummerċ fl-edukazzjoni ogħla;

46.  Jistieden lill-Istati Membri biex jallokaw ir-riżorsi neċessarji lis-settur tal-edukazzjoni ogħla, sabiex jippermettuh jirrispondi għall-isfidi globali, bħala strument ewlieni għall-irkupru ekonomiku u soċjali wara l-kriżi ekonomika reċenti;

47.  Jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw, permezz ta' mezzi leġiżlattivi, amministrattivi u finanzjarji, l-edukazzjoni f'ilsien art twelidhom għall-minoranzi tradizzjonali;

It-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali

48.  Jisħaq li t-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali ta' kwalità għolja huma fundamentali għall-provvista ta' professjonisti ġodda u essenzjali għall-azzjoni dwar “ħiliet ġodda għal impjiegi ġodda” billi tingħata attenzjoni partikulari lill-espansjoni tat-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u l-apprentistati, inkluż għall-gradwati żgħażagħ abbażi ta' ftehimiet bejn l-universitajiet u n-negozji; ikompli jqis li huwa importanti li jiġu promossi perjodi ta' studju u perjodi ta' prattika għall-istudenti tat-taħriġ vokazzjonali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, b'mod simili bħall-programm tal-Erasmus għall-istudenti universitarji; jitlob sabiex jingħata aktar appoġġ u prestiġju lit-taħriġ vokazzjonali;

49.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkomplu jiġu moderizzati l-programmi ta' taħriġ vokazzjonali billi jitqiesu l-kompetenzi ewlenin, sabiex, min-naħa l-waħda, tiżdied il-kwalità tagħhom u tagħmilhom aktar attraenti għaż-żgħażagħ filwaqt li, min-naħa l-oħra, isiru aktar adegwati għall-ħtiġijiet li qed jiżviluppaw fis-suq tax-xogħol; iqis li l-programmi tat-taħriġ vokazzjonali għandhom itejbu l-kompetenzi ewlenin trasversali;

50.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi adottat, abbażi tal-prattiki tajba eżistenti, mudell għar-rikonoxximent ta' krediti edukattivi li jirrigwardaw ħiliet taċ-ċittadinanza għal żgħażagħ li jkunu qed jieħdu sehem f'xogħol volontarju u servizzi komunitarji mwettqa minn assoċjazzjonijiet mhux għall-qligħ jew fil-kuntest tal-koperazzjoni għall-iżvilupp;

51.  Jitlob li jkun hemm titjib fit-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'livell sekondarju u l-edukazzjoni ogħla, li jiggarantixxi kwalifiki ogħla;

52.  Jenfasizza d-dimensjoni relatata mat-tagħlim tul il-ħajja tar-Rakkomandazzjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin u jisħaq li sabiex tintlaħaq implimentazzjoni sħiħa tagħha, hemm bżonn ta' aktar progress fil-qasam tat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, inkluż permezz tar-rikonoxximent legali tad-dritt universali għall-edukazzjoni tul il-ħajja;

53.  Jenfasizza l-importanza tal-iskambju ta' informazzjoni u ta' prattiki tajba u ta' suċċess bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

It-tagħlim Tul il-Ħajja

54.  Jitlob li tittieħed azzjoni malajr biex tiġi indirizzata ż-żieda fl-għadd ta' persuni b'livell baxx ta' ħiliet fil-qari, filwaqt li jiġi provdut appoġġ partikolari lill-awtoritajiet lokali, ladarba dawn tal-aħħar huma l-aktar l-awtoritajiet li l-aktar aċċessibbli faċilment għall-pubbliku; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jiffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-persuni illitterati, li l-għadd tagħhom għadu kbir wisq, u biex jieħdu azzjoni riżoluta biex jegħlbu din il-problema – anke rigward l-adulti;

55.  Jinsab ferm imħasseb dwar l-għadd dejjem ikbar ta' żgħażagħ qiegħda, speċjalment fil-kriżi ekonomika attwali; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li s-swieq tax-xogħol ikunu kemm jista' jkun flessibbli sabiex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jsibu xogħol faċilment u jiċċaqilqu faċilment minn impjieġ għall-ieħor;

56.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm titjib fl-inklużjoni tal-fornituri tal-edukazzjoni fl-iżvilupp ta' oqfsa nazzjonali ġenerali tal-kwalifiki, u li jkun hemm aktar rikonoxximent tal-edukazzjoni preċedenti, inkluż dik miksuba fuq bażi informali jew ad hoc;

57.  Jinnota li fir-rigward ta' erbgħa mill-ħames kriterji adottati fl-2003, il-miri stabbiliti mhux se jintlaħqu; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u atturi oħrajn biex jeżaminaw ir-raġunijiet ta' dan u biex jieħdu azzjoni adegwata biex jaqilbu s-sitwazzjoni;

58.  Jenfasizza l-importanza ta' djalogu u konsultazzjoni strutturati kontinwi bejn dawk li jinsabu fl-aħħar stadji tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u n-negozji;

59.  Jappoġġja l-objettiv li l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja tiżdied minn 12.5 % għal 15 % sal-2020 u jħeġġeġ biex tittieħed azzjoni adegwata; għal dan l-għan, jappella lill-universitajiet biex jiffaċilitaw aċċess aktar wiesa' għall-istudju, jiddiversifikaw u jwessgħu l-bażi ta' studenti u biex jemendaw programmi ta' studju sabiex jagħmluhom attraenti għall-adulti li jkunu se jerġgħu jibdew jistudjaw; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni aktar deċiżiva biex jappoġġaw u jxerdu l-istituzzjonijiet ta' tagħlim tul il-ħajja bħal pereżempju l-“Skejjel li jagħtu t-Tieni Ċans”; jappella biex il-perspettiva fir-rigward tas-sessi tittieħed inkunsiderazzjoni u tiġi promossa, fl-implimetazzjoni tal-istrateġiji tat-tagħlim tul il-ħajja; jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-universitajiet tat-tielet età jkollhom rwol essenzjali fit-tagħlim tul il-ħajja;

60.  Jinnota li wieħed mill-ostakli ewlenin li jħabbtu wiċċhom miegħu l-adulti li jridu jipparteċipaw fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa n-nuqqas ta' faċilitajiet ta' appoġġ għall-familji tagħhom; għaldaqstant, jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex joħolqu miżuri ta' appoġġ bħala mezz li jiżgura li l-istudenti u l-ħaddiema kollha b'responsabilitajiet familjari (bħal pereżempju l-kura tat-tfal jew ta' dipendenti oħrajn) ikollhom l-opportunità biex jaġġornaw u/jew ikabbru l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom, abbażi l-prattiki tajba żviluppati f'dan il-qasam taħt il-programmar tal-Fond Soċjali Ewropew, filwaqt li jiġu involuti kupuni għas-servizz u għar-rikonċiljazzjoni; iqis li l-opportunitajiet tat-tagħlim-e, b'mod partikolari, għandhom jiġu studjati minħabba li dawn jagħtu lok għal aktar flessibilità biex wieħed jgħaqqad flimkien l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-kura ta' persuni dipendenti;

61.  Jinkoraġġixxi lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex jieħu passi bl-għan li jtejjeb il-ġabra u l-analiżi tad-dejta komparabbli dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u biex jiżgura li l-istatistika dwar l-indikaturi relevanti li jirrigwardaw il-Pjattaforma għall-Azzjoni issir disponibbli u tiġi aġġornata regolament;

62.  Jirrakkomanda lill-istabbilimenti edukattiv u ta' taħriġ biex jippubliċizzaw b'mod aktar wiesa' lill-programmi tagħhom li huma miftuħa għall-adulti u biex jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi għall-ksib tal-aċċess għal dawn il-programmi;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra b'mod sħiħ l-għarfien speċjalizzat tal-partijiet konċernati u r-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-istrateġija ET2020;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi l-edukazzjoni mhux formali, l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u l-istudenti tal-iskola fil-Kriterju tal-Mobilità għall-ET 2020 li għadu jrid isir u biex tieħu r-responsabilità tal-kriterju tal-Proċess ta' Bologna dwar il-mobilità tal-istudenti;

o
o   o

65.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(2) ĠU C 290, 4.12.2007, p. 1.
(3) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(4) ĠU C 41 E, 19.2.2009, p. 46.
(5) ĠU C 45 E, tad-23.2.2010, p. 33.
(6) Dokument tal-Kunsill 9152/2007.


Kwistjonijiet deontoloġiċi marbuta mal-ġestjoni tal-kumpaniji
PDF 237kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-kwistjonijiet ta' etika professjonali marbuta mal-ġestjoni tal-intrapriżi (2009/2177(INI))
P7_TA(2010)0165A7-0135/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' April 2009 li tikkumplementa r-Rakkomandazzjonijiet 2004/913/KE u 2005/162/KE fir-rigward tar-reġim għar-rimunerazzjoni tad-diretturi ta' kumpaniji kkwotati(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2009, dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji(2),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, li takkumpanja ż-żewġ rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq, li ġiet ippubblikata fit-30 ta' April 2009 ukoll (COM(2009)0211),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar ir-rekwiżiti kapitali għall-kotba tal-kummerċ u għar-rititolizzazzjonijiet, u r-reviżjoni superviżorja tal-politiki dwar ir-rimunerazzjoni (COM(2009)0362),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpaniji kkwotati(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0135/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea u l-bqija tad-dinja għaddejjin mill-iktar kriżi serja ta' dawn l-aħħar 60 sena, u l-ekonomija reali qed tiffaċċja l-agħar riċessjoni ta' dak l-istess perjodu, u billi huma mistennija kundizzjonijiet tal-impjieg diffiċli, minkejja l-irkupru relattiv tal-ekonomija,

B.  billi, irrispettivament mit-tip ta' kumpanija jew is-settur li fih topera, għadd ta' kwistjonijiet relatati mal-amministrazzjoni tal-kumpaniji huma importanti fil-kuntest ġenerali tal-etika professjonali ta' kif jitmexxa n-negozju, bħal pereżempju l-obbligu ta' attenzjoni, it-trasparenza, ir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, l-immaniġġjar tar-riskju, is-sostenibbiltà ekonomika tad-deċiżjonijiet dwar l-investimenti finanzjarji, il-prattiki tal-bord jew l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-azzjonisti; billi l-kriżi finanzjarja riċenti wriet li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu analizzati kontinwament biex jinstabu soluzzjonijiet li jippermettu lill-kumpaniji jaffaċċjaw l-isfidi attwali u bħala għajnuna biex jiġu promossi t-tkabbir ekonomiku u t-tkattir tal-impjiegi fl-UE,

C.  billi l-kriżi wriet ukoll rabtiet mill-qrib bejn l-immaniġġjar tar-riskju u l-politika dwar ir-rimunerazzjoni u l-importanza ta' din tal-aħħar fil-mekkaniżmi li jirregolaw il-funzjonament adegwat tal-kumpaniji; għal din ir-raġuni, l-immaniġġjar tar-riskji għandu jitqies dovutement fit-tfassil ta' politika ta' rimunerazzjonib'tali mod li sistemi effikaċi tal-immaniġġjar tar-riskji jkunu jistgħu jiddaħħlu f'approċċ usa' u bbilanċjat dwar il-governanza, u biex ikun żgurat li, jekk jiġu stabbiliti sistemi ta' inċentiva, tingħata attenzjoni għall-provvediment ta' istemi adegwati tal-immaniġġjar tar-riskji bħala kontrobilanċ,

D.  billi l-kumpaniji fis-setturi kollha għandhom komuni għadd ta' klassijiet tar-riskju, għalkemm ċerti tipi ta' riskji huma speċifiċi għal ċerti setturi (bħal pereżempju r-riskji li jiffaċċjaw kumpaniji li huma attivi fis-settur finanzjarju); billi n-nuqqas ta' mmaniġġjar effettiv tar-riskju ikkawżat minn monitoraġġ inadegwat tal-konformità mar-regoli dwar is-superviżjoni u minn inċentivi mhux allinjati sewwa fil-politiki ta' rimunerazzjoni kellhom rwol ċentrali fil-kriżi finanzjarja riċenti,

E.  billi wieħed għandu jifhem x'jinvolvi l-immaniġġjar tar-riskju u japplikah fil-livell tal-organizzazzjoni kollha u mhux biss fl-unitajiet operazzjonali individwali tagħha; barra minn hekk għandu jkun żvelat, trasparenti u suġġett għar-rekwiżiti ta' rappurtar,

F.  billi kull soluzzjoni għandha tiżgura li, meta jittieħed riskju, ikun f'konformità mal-għan tan-negozju u l-istrateġija tal-kumpanija u bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tal-immaniġġjar effettiv tar-riskju; l-immaniġġjar effettiv tar-riskju għandu jitqies bħala wieħed mill-iktar elementi importanti ta' tmexxija korporattiva tajba fil-kumpaniji kollha,

G.  billi wieħed mill-ewwel passi li ħadet il-Kummissjoni wara l-kriżi kien li indirizzat il-kwistjoni tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni billi kkomplementat ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni 2004/913/KE u 2005/162/KE, li kellhom l-għan li jiżguraw politika dwar ir-rimunerazzjoni adegwata bl-istabbiliment tal-aħjar prattiki għat-tfassil tagħha permezz ta' rakkomandazzjoni ġdida dwar is-sistema għar-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji kkwotati u permezz tal-pubblikazzjoni ta' rakkomandazzjoni dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji,

H.  billi l-grad ta' rakkomandazzjoni jvarja, skont it-tip ta' kumpanija filwaqt li jitqiesu kif xieraq id-daqs, l-organizzazzjoni interna u l-kumplessità tal-attivitajiet; billi distinzjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru bejn kumpanija finanzjarja (kwotata jew le) u kumpanija kwotata iżda mhux finanzjarja, u bejn setturi differenti tal-industrija finanzjarja bħalma huma s-servizzi bankarji, l-assigurazzjoni u l-immaniġġjar tal-fondi,

I.  billi fil-kuntest tar-rimunerazzjoni għandhom jitqiesu diversi punti, bħal pereżempju (i) skemi ta' rimunerazzjoni, inklużi l-istruttura, it-trasparenza u s-simetrija tagħhom u r-rabta bejn ir-rimunerazzjoni u l-inċentiv, (ii) il-proċess ta' determinazzjoni tal-iskemi ta' rimunerazzjoni, inkluża d-definizzjoni ta' atturi, rwoli u responsabilitajiet, (iii) kontroll tal-iskemi ta' rimunerazzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-azzjonisti, u (iv) ir-rimunerazzjoni totali inklużi s-salarji u l-pensjonijiet,

J.  billi xi aspetti ta' prinċipji ta' l-ogħla importanza li jinsabu fir-rakkomandazzjonijiet għadhom mhumiex ċari u jeħtieġ li jiġu implimentati sewwa fil-prattika, bħall-kunċett ta' kriterji ta' prestazzjoni, li għandhom jgħinu biex tinħoloq ir-rabta bejn il-pagi u l-prestazzjoni, il-kunċett ta' “prestazzjoni mhux adegwata” fil-każ ta' pagamenti ma' tmiem l-impjieg, il-pagament ma' tmiem l-impjieg u komponenti varjabbli tar-rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji,

K.  billi, minħabba d-diffikultajiet rikorrenti biex tiġi definita r-rabta bejn il-paga u l-prestazzjoni, l-attenzjoni ewlenija għandha taqa' fuq l-effettività tal-proċess li fih il-politika dwar ir-rimunerazzjoni tiġi determinata u fuq it-trasparenza, liema żewġ aspetti għandhom ikunu bbażati fuq tmexxija soda definita u vvalutata b'referenza għal qafas ta' żmien xieraq orjentata lejn iż-żmien medju u fit-tul sabiex jiġu evitati politiki tal-immaniġġjar tar-riskju perikolużi u mhux sostenibbli maħsuba għaż-żmien qasir (jekk mhux saħansitra qasir ħafna) bi rwoli definiti u separati u fuq ir-responsabilitajiet ta' dawk involuti,

L.  billi kwalunkwe soluzzjoni adottata m'għandhiex timxi fuq il-prinċipju ta' kappell wieħed jiġi lil kulħadd u l-kumpaniji għandhom iżommu ċerta flessibiltà fl-aġġustament tas-sistemi għall-ħtiġijiet tagħhom,

M.  billi hemm bżonn ta' valutazzjoni ex-post tal-prestazzjoni u l-politika dwar ir-rimunerazzjoni,

N.  billi ntwera li t-trasparenza hija element important tal-governanza tajba; billi din m'għandhiex tiġi ridotta għas-sempliċi żvelar, iżda għandha tfisser li l-kumpaniji jkunu jistgħu jispjegaw l-għażla ta' politika partikolari dwar ir-rimunerazzjoni,

O.  billi l-iżvelar tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni tad-diretturi b'mod ċar u li jinftiehem għandu, fil-prinċipju, ikun ta' benefiċċju għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni, partikolarment mill-azzjonisti; tali żvelar jista' jinkludi żvelar dettaljat fil-kontijiet annwali jew fir-rapport dwar ir-rimunerazzjoni fir-rigward tar-rimunerazzjoni totali u benefiċċji oħra li jingħataw lil diretturi individwali,

P.  billi l-objettiv tal-kumpanija għandu jkun l-involviment kostruttiv tal-azzjonisti u l-impjegati; billi dan jirrikjedi esplorazzjoni ta' miżuri oħrajn għall-involviment effettiv tal-azzjonisti fit-tfassil tal-politika tal-kumpanija dwar ir-rimunerazzjoni (bħall-possibbiltà introdotta fil-Ġermanja li l-kumpaniji jfittxu l-approvazzjoni tal-azzjonisti fir-rigward tal-politika dwar ir-rimunerazzjoni bi skali differenti permezz ta' votazzjoni ta' parir), partikolarment peress li l-azzjonisti mhux dejjem ikunu lesti jew preparati li jassumu rwol iktar attiv; billi dan għandu jfisser ukoll li għandhom jiġu esplorati modi ta' kif tiġi żgurata mġiba proattiva iktar milli reattiva mill-azzjonisti vis-à-vis il-bords,

Q.  billi, b'mod speċjali fil-kumpaniji kwotati, hemm nuqqas sostanzjali ta' parteċipazzjoni mill-azzjonisti, u billi għaldaqstant il-votazzjoni elettronika għandha tkun inkoraġġita fil-laqgħat tal-azzjonisti,

R.  billi l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema rigward il-ġestjoni tal-intrapriżi tagħhom għandha tiġi implimentata b'mod korrett sabiex ikun possibbli djalogu reali mal-maniġment u biex jiġu definiti b'mod ċar l-objettivi u l-prattiki salarjali tal-intrapriżi,

S.  billi jaqa' fil-kompetenza legali tal-bordijiet tal-kumpaniji li jistabbilixxu kriterji għar-rimunerazzjoni tal-maniġment u li jiffissaw il-livelli ta' tali rimunerazzjoni,

T.  billi standards volontarji huma essenzjali biex titjieb il-prestazzjoni tal-bords u jista' jkun neċessarju li ssir reviżjoni tal-prattiki tajba,

U.  billi l-għan għandu jkun li jiġu stabbiliti bords ta' diretturi u bords superviżorji li jkunu kapaċi jgħaddu ġudizzju objettiv u indipendenti; billi l-effikaċja u l-effiċjenza tal-bords għandhom jiġu evalwati,

V.  billi, fid-dawl tad-dgħufijiet rikonoxxuti tas-sistema attwali ta' governanza korporattiva, perċentwal (pereżempju 1/3) tad-diretturi (membri tal-bord) għandu jkun magħmul minn professjonisti rimunerati, responsabbli u subordinati biss lill-azzjonisti; billi r-reponsabbiltà u s-subordinazzjoni tagħhom għandhom ikunu ffiltrati minn għarfien espert professjonali,

W.  billi, filwaqt li t-tfassil ta' liġijiet f'dan il-qasam jista' jkun għażla iktar diffiċli u li tieħu iktar ħin mill-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet, l-approċċ ta' liġi li mhix vinkolanti mhux wieħed sodisfaċenti,

X.  billi l-Kummissjoni beħsiebha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet bi proposti leġiżlattivi biex l-iskemi ta' rimunerazzjoni jinġiebu fil-qasam ta' applikazzjoni tas-superviżjoni prudenzjali, u pproponiet notevolment li tirrevedi d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital; billi l-Kummissjoni beħsiebha teżamina miżuri addizzjonali fir-rigward ta' servizzi finanzjarji mhux bankarji,

Y.  billi rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' kumpaniji kkwotati mhux neċessarjament jirrappreżentaw linji gwida ġenerali xierqa għall-iżvilupp tal-aħjar prattiki f'kumpaniji li mhumiex ikkwotati,

Z.  billi implimentazzjoni uniformi u koerenti ta' kull strument adottat f'dan il-qasam madwar l-UE u mill-partijiet rilevanti kollha hija essenzjali,

1.  Jilqa' l-passi li għandhom l-għan li jindirizzaw l-aspetti deontoloġiċi tal-amministrazzjoni tal-kumpaniji, li l-kriżi finanzjarja riċenti żvelat li għadhom “il bogħod milli jiġu riżolti; jilqa” f'dan il-kuntest iż-żewġ rakkomandazzjonijiet maħruġin mill-Kummissjoni;

2.  Jenfasizza li l-approċċ ta' liġi mhix vinkolanti, madankollu, mhuwiex sodisfaċenti;

3.  Jilqa“, għalhekk, l-ewwel proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni li tippermetti lil-leġiżlatur tal-UE jindirizza adegwatement il-kwistjonijiet rilevanti, jiġifieri l-emenda tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital;

4.  Jaqbel mal-prinċipji li l-Kummissjoni ressqet fir-rakkomandazzjonijiet tagħha tat-30 ta' April 2009 dwar, l-ewwel nett, is-sistemi ta' rimunerazzjoni u l-arranġamenti ta' tmexxija fir-rigward tar-rimmunerazzjoni tad-diretturi u l-maniġers ta' kumpaniji kkwotati, u t-tieni, dwar is-sistemi ta' rimunerazzjoni u l-proċess ta' abbozzar u implimentazzjoni tal-politika ta' rimunerazzjoni (governanza), it-trasparenza tal-politika ta' rimunerazzjoni u s-superviżjoni prudenzjali (sorveljanza) fis-settur finanzjarju, iżda jenfasizza li dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx ikkonkretizzati fil-prattika b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri;

5.  Jisħaq li l-UE teħtieġ mudell industrijali, soċjali u ambjentali mmirat għal perjodu ta' żmien fit-tul, konsistenti mal-interessi ġenerali – tal-kumpaniji, tal-azzjonisti u tal-ħaddiema – u bi struttura finanzjarja ġdida bbażata fuq sistema ta' regoli prudenzjali u deontoloġiċi u fuq awtoritajiet superviżorji Ewropej b'setgħat vinkolanti; jemmen ukoll li s-settur finanzjarju għandu jissodisfa l-bżonnijiet tal-ekonomija reali, jikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli, u juri l-ogħla livell possibbli ta' responsabbiltà soċjali;

6.  Ifakkar li, matul il-proċess ta' ristrutturazzjoni tal-ekonomija, minbarra l-miżuri ta' għajnuna għall-ekonomija reali, il-miżuri ta' protezzjoni tal-impjiegi, tat-taħriġ u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol huma ta' importanza fundamentali u għandhom jiġu kkunsidrati mill-partijiet kollha interessati;

7.  Jisħaq li l-politiki ta' rimunerazzjoni mmirati lejn governanza soda u sostenibbli huma neċessarji mhux biss minħabba raġunijiet deontoloġiċi, iżda wkoll minħabba raġunijiet partikularment ekonomiċi, minħabba li l-politiki ta' dan it-tip għandhom impatt dirett fir-rigward tal-assi u l-perspettivi ta' żvilupp għall-kumpaniji nnifishom kif ukoll fir-rigward tal-ekonomija b'mod ġenerali u ż-żamma u l-ħolqien ta' livelli ogħla ta' impjieg;

8.  Iqis li d-dispożizzjonijiet dwar il-politiki ta' rimunerazzjoni għad-diretturi tal-banek u l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom ikunu aktar minn sempliċi rakkomandazzjonijiet u għaldaqstant għandhom jieħdu l-forma ta' miżuri vinkolanti marbuta ma' sistema ta' superviżjoni, bil-għan li jiġi żgurat li l-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni – il-bonusijiet, l-opzjonijiet fuq l-ishma, u l-inċentivi – ma jwassalx lill-kumpaniji biex jadottaw investiment riskjuż iżżejjed u politiki ta' mmaniġġjar li ma jagħtux kas tar-riperkussjonijiet għall-ekonomija reali;

9.  Jenfasizza li l-immaniġġjar korporattiv u l-politiki ta' rimunerazzjoni għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' ugwaljanza fil-pagi u ugwaljanza fit-trattament tan-nisa u l-irġiel stabbiliti bit-Trattati u bid-direttivi tal-UE;

10.  Jara l-bżonn għal azzjoni leġiżlattiva Ewropea ulterjuri biex tiġi riżolta l-problema ta' regoli nazzjonali differenti dwar ir-rimunerazzjoni għal kumpaniji f'każijiet fejn il-maniġers jiċċaqilqu minn Stat Membru għal ieħor fi ħdan kumpanija (possedenti) jew minn kumpanija għal kumpanija oħra fi Stat Membru differenti, jew meta l-kumpaniji jużaw il-moviment ħieles fi ħdan is-suq intern, pereżempju, permezz ta' mergers transkonfinali;

11.  Iqis importanti li tiġi enfasizzata r-responsabbiltà soċjali ġenerali tal-bords tal-kumpaniji fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli u fit-tul tal-kumpaniji bbażati fi Stat Membri tal-UE, u li jkun mistenni bħala d-dover ta' tali bords li jistrutturaw ir-rimunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpaniji b'tali mod li jirrifletti dak l-objettiv u jkun trasparenti għall-pubbliku Ewropew;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi emendi speċifiċi għas-setturi għal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn l-istituzzjonijiet bankarji u dawk mhux bankarji fil-politika ta' rimunerazzjoni. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti leġiżlattivi fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji ħalli jgħinu biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' tmexxija tal-kumpaniji u biex tiġi żgurata konsistenza fil-politika ta' rimunerazzjoni għal kull tip ta' kumpanija;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tappoġġja l-implimentazzjoni effikaċi tal-miżuri adottati fil-livell tal-UE, fejn l-attenzjoni ewlenija tkun fuq il-kumpaniji transkonfinali, u biex taqdi l-obbligu tagħha li tissottometti rapport ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni taż-żewġ rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri; f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta' evalwazzjoni skeda ta' attivitajiet adegwati, kemm leġiżlattivi u kemm mhumiex, li jistgħu jkunu segwitu neċessarju;

14.  Jitlob li jiġu implimentati b'mod effikaċi r-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-impjegati magħżula fil-kuntest tad-Direttiva 2001/86/KE(5) li tikkomplementa l-Istatut tal-Kumpanija Ewropea;

15.  Iħares lejn il-kumpanija Ewropea bħala pjattaforma adattata għall-aħjar prattiki bil-għan li jinżergħu prinċipji etiċi fil-mod kif jitmexxew il-kumpaniji transnazzjonali u sabiex dawn il-prinċipji jiġu kkonkretizzati fil-prattika;

16.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod effettiv miżuri bħad-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti biex ineħħu l-ostakoli għall-parteċipazzjoni tal-azzjonisti fil-votazzjoni u jtejbuha, b'mod partikolari fir-rigward ta' votazzjoni transkonfinali;

17.  Jistieden lill-azzjonisti kollha biex jinvolvu ruħhom b'mod attiv f'reviżjoni ta' prattiki tan-negozju u bidliet fil-kultura tan-negozju;

18.  Jitlob inkuraġġiment sabiex iktar nisa jingħataw karigi maniġerjali permezz ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex tiġi introdotta sistema biex jimtlew karigi fil-korpi responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji, karigi f'korpi oħrajn u karigi b'mod ġenerali;

19.  Jipproponi li filwaqt li jiddefinixxu bl-aktar mod strett l-indipendenza tal-membri tal-korpi fil-livell ta' diriġenti ta' kumpanija, l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza għandhom ifittxu l-aktar mekkaniżmi effikaċi għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li l-implimentazzjoni tagħhom tista' twassal mhux biss għat-tisħiħ fil-ġestjoni etika tal-kumpaniji, iżda wkoll għal żieda fis-suċċess ekonomiku tal-intrapriżi;

20.  Jappoġġja l-istabbiliment ta' gwida uniformi u komprensiva rigward l-immaniġġjar tar-riskju, li attwalment jidher li hu indirizzat minn diversi kodiċi u standards applikabbli fl-Istati Membri b'mod frammentarju biss;

21.  Jisħaq li, fil-każ ta' reati ekonomiċi, huwa possibbli li jinġiebu proċedimenti kriminali kontra membri individwali tal-bord tad-diretturi responsabbli għal dawn ir-reati;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-użu ta' linji gwida dwar l-aħjar prattika fir-rigward ta' kumpaniji mhux ikkwotati adattati sabiex iqisu l-partikolaritajiet u d-differenzi ta' tali kumpaniji;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 120, 15.5.2009, p. 28.
(2) ĠU L 120, 15.5.2009, p. 22.
(3) ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17.
(4) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87.
(5) ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.


Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabilizzazzjoni
PDF 352kWORD 117k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabilizzazzjoni” (2009/2159(INI))
P7_TA(2010)0166A7-0113/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta' Diċembru 2000, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-20 ta' Novembru 1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u b'mod partikolari l-Artikoli 23 u 28 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tat-13 ta' Diċembru 2006 dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 24 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2009 dwar “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabilizzazzjoni. Metodu miftuħ u mġedded ta' koordinazzjoni biex jindirizza l-isfidi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ”(1),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabilizzazzjoni” - Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2009 dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)(3),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”)(4),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2009 dwar il-valutazzjoni tal-qafas attwali għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ u dwar il-perspettivi futuri għall-qafas imġedded(5),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobbiltà ta' voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea(6),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tal-Attivitajiet ta' Volontarjat għall-Promozzjoni ta' Ċttadinanza Attiva (2011)(7),

–  wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ adottat mill-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-22 u t-23 ta' Marzu 2005(8),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 dwar “Aġenda Soċjali Mġedda”, li għandha fil-mira tagħha ż-żgħażagħ u t-tfal bħala prijorità ewlenija(9),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni(10),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni bil-Miktub tiegħu dwar id-dedikazzjoni ta' aktar attenzjoni lir-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki ta' l-UE(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-ġejjieni demografiku tal-Ewropa(12),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0113/2010),

A.  billi l-investiment fiż-żgħażagħ huwa kruċjali għall-ġejjieni tas-soċjetajiet Ewropej, speċjalment fi żminijiet fejn il-proporzjon ta' żgħażagħ fil-popolazzjoni totali qed jonqos b'mod kostanti,

B.  billi ż-żgħażagħ kollha huma riżorsa importanti għas-soċjetà u għandhom jiġu rikonoxxuti bħala tali,

C.  billi l-ġenerazzjonijiet preżenti, meta jfasslu l-politiki tal-lum, għandhom responsabbiltà qawwija lejn iż-żgħażagħ u l-ġenerazzjonijiet futuri; billi min ifassal il-politika u r-riċerkaturi jeħtieġu jqisu l-opinjonijiet taż-żgħażagħ biex jagħtuhom vuċi,

D.  billi l-Unjoni Ewropea għandha strumenti importanti marbuta mal-politiki taż-żgħażagħ, madankollu dawn l-istrumenti għandhom jiġu bis-sħiħ sfruttati, imxandra u integrati mill-Istati Membri,

E.  billi impjieg ifisser aktar minn sempliċement xogħol imħallas: huwa fattur ta' soċjalizzazzjoni u jista' jkun sors importanti ta' appoġġ, ta' struttura u ta' formazzjoni tal-identità,

F.  billi sitwazzjoni ta' xogħol prekarju tista' twassal liż-żgħażagħ biex jevitaw jew jipposponu li jibdew familja, b'effett fuq l-iżviluppi demografiċi,

G.  billi, illum iż-żgħażagħ Ewropej huma esposti għal rati ta' qgħad li qed jikbru u huma affettwati bil-kriżi ekonomika, billi b'mod partikolari ż-żgħażagħ bi kwalifiki baxxi iktar għandhom possibbiltà li jkunu bla xogħol, u billi għalhekk huwa importanti, li jkun żgurat li ż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar taħriġ possibbli li jiggarantilhom aċċess malajr u parteċipazzjoni fuq medda twila ta' żmien fis-suq tax-xogħol,

H.  billi għandu jiġi appoġġjat aċċess ugwali għaż-żgħażagħ kollha għal edukazzjoni u taħriġ ta' livell għoli fil-livelli kollha, u għandhom jiġu promossi aktar l-opportunitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja,

I.  billi t-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni u t-taħriġ għas-suq tax-xogħol għandha tiġi ffaċilitata,

J.  billi bħala kwistjoni ta' urġenza għandha tingħata prijorità assoluta lill-problemi ta' tluq bikri mill-iskola u l-illitteriżmu, b'mod partikolari fost l-adolexxenti u l-popolazjoni żagħżugħa tal-ħabs,

K.  billi kwistjonijiet marbuta mas-saħħa, mal-akkomadazzjoni u mal-ambjent huma ta' importanza kbira għaż-żgħażagħ u jista' jkollhom impatt serju fuq il-ħajja u l-ġejjieni tagħhom; billi għandu jiġi promoss ambjent favorevoli f'dak li jirrigwarda l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u s-saħħa,

L.  billi ż-żgħażagħ, filwaqt li għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq ambjent familjari san, jeħtieġu l-għajnuna biex jissodisfaw il-bżonn ta' awtonomija u indipendenza tagħhom,

M.  billi l-aspetti ambjentali mhumiex inklużi b'mod ċar fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill, minkejja li huma kruċjali għaż-żgħażagħ u jħallu impatt serju fuq is-saħħa, il-kwalità tal-ħajja u l-benessri ta' ġenerazzjonijiet futuri; billi, għalhekk, fi strateġija tal-UE għaż-żgħażagħ, il-kwistjonijiet ambjentali għandhom jissemmew b'mod ċar fl-oqsma ta' azzjoni,

N.  billi l-parteċipazzjoni attiva f'soċjetà mhux biss hija mezz importanti għar-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ iżda tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp personali tagħhom, għal integrazzjoni aħjar fis-soċjetà, għall-ksib ta' ħiliet u għall-iżvilupp ta' sens ta' responsabbiltà,

O.  billi l-ħidma miż-żgħażagħ hija importanti għall-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ, bħala attività rikreattiva valida għaż-żgħażagħ u li għandha titwettaq minnhom, iżda anki sabiex jiksbu ħiliet u żvilupp personali,

P.  billi li titgħallem u tesperjenza xi tfisser li jkollok parti attiva fis-soċjetà tkattar il-fehim u l-parteċipazzjoni attiva fid-demokrazija u l-proċessi tagħha,

Q.  billi l-eżistenza tal-programmi Ewropej li ż-żgħażagħ jibbenefikaw minnhom għandha tiġi mxandra aħjar liż-żgħażagħ sabiex issaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom,

R.  billi politika taż-żgħażagħ effettiva tista' tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' mentalità Ewropea,

Osservazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ – Investiment u Responsabilizzazzjoni”;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018);

3.  Jinnota li n-nuqqas ta' definizzjoni ċara tal-kunċett ta' “żgħażagħ”, tvarja fost l-Istati Membri; jinnota li dan il-kunċett huwa influwenzat minn ċirkostanzi soċjali differenti u li dan jagħti l-opportunità għal approċċ differenti minn kull Stat Membru;

4.  Huwa tal-fehma li l-programmi u l-fondi tal-Komunità għandhom jirriflettu l-ambizzjonijiet tal-Ewropa għaż-żgħażagħ;

5.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona fil-qasam tal-politika taż-żgħażagħ, bħat-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika, l-attenzjoni speċjali għall-isportivi żgħażagħ u l-infurżar legali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

Osservazzjonijiet ewlenin dwar l-effettività tal-istrateġija taż-żgħażagħ

6.  Jirrikonoxxi li l-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni (OMC) imsaħħaħ, b'rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, huwa għodda xierqa għall-kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-politiki taż-żgħażagħ, minkejja n-nuqqasijiet tagħhom, bħad-defiċits ta' leġittimità, in-nuqqas ta' kooperazzjoni effettiva bejn l-“esperti” u l-politiċi eletti, in-nuqqas ta' integrazzjoni xierqa mal-prijoritajiet nazzjonali u r-riskju ta' “konfużjoni dwar il-responsabbiltà” fost il-livelli varji; iqis li, biex jintlaħqu riżultati fit-tul, il-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni għandu jissaħħaħ;

7.  Jenfasizza li l-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni jeħtieġ li jitwettaq b'rieda politika soda min-naħa tal-Istati Membri sabiex irendi l-aqwa riżultati; iqis in-nuqqasijiet tal-implimentazzjoni bħala ostakli fundamentali biex jinksibu l-miri stabbiliti;

8.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni fost l-istituzzjonijiet fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej biex jintlaħqu l-miri ta' din l-istrateġija u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-rappreżentanti taż-żgħażagħ biex jieħdu rwol attiv fl-implimentazzjoni tal-istrateġija taż-żgħażagħ;

9.  Iħeġġeġ kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar kwistjonijiet taż-żgħażagħ bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill u jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar integrata ma' u fost il-parlamenti nazzjonali fl-ambitu tal-proċess tal-OMC;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-definizzjoni ċara tal-approċċ doppju, l-introduzzjoni ta' metodi ta' ħimda u speċjalment il-lista ċara tal-istrumenti ta' implimentazzjoni stabbilita mill-Kunsill; jitlob l-involviment tal-Parlament Ewropew fid-definizzjoni tal-prijoritajiet taċ-ċikli ta' ħidma; jitlob li l-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ tkun ibbażata fuq evidenza, pertinenti u kkonċentrata;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati indikaturi ċari u faċli li jintużaw kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali li jagħmluha possibbli, li jitjieb, jitwessa' u jiġi aġġornat l-għarfien vera tagħna dwar il-qagħda taż-żgħażagħ u li jitkejjel u jiġi kkumparat il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' objettivi stabbiliti b'mod komuni; jenfasizza l-importanza ta' valutazzjoni u monitoraġġ kostanti;

12.  Jinnota l-importanza ta' valutazzjoni tal-istat tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ; jenfasizza li r-rapporti ta' progress tal-Istati Membri fil-qasam taż-żgħażagħ għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku sabiex tiżdied il-kuxjenza pubblika; jenfasizza l-bżonn li jiġi ssorveljat il-mod kif il-ħajjiet taż-żgħażagħ fl-Ewropa qed jiżviluppaw u jinbidlu sabiex il-progress effettiv miksub ikun jista' jiġi vvalutat;

13.  Iqis li t-tagħlim fost il-pari għandu jkun żviluppat aktar bħala mezz li jiffaċilità l-iskambju ta' prattiki tajba u li jikkontribwixxi għall-konsistenza tal-azzjonijiet meħuda fuq livell nazzjonali;

14.  Iqis li sabiex ikun hemm strateġija kompleta tal-UE għaż-żgħażagħ, il-formulazzjoni tal-politiki taż-żgħażagħ u dik tal-programmi u l-azzjonijiet tal-UE għandhom imorru id f'id b'mod korrett u trasparenti; iqis, b'mod partikolari, li r-riżultati li joħorġu mill-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE għandhom jagħtu reazzjoni għall-formulazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ u l-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ inġenerali, u vice versa;

15.  jenfasizza, barra minn hekk, il-bżonn ta' analiżi fil-fond tal-programmi implimentati sabiex tkun possibbli l-ġestjoni tal-kwalità effikaċi u, abbażi tagħha, jitfassal kull titjib li jista' jkun meħtieġ fil-programmi fil-futur;

16.  Jinnota l-ħtieġa li jiġu mobilizzati u simplifikati l-proċeduri ta' aċċess għall-programmi tal-UE u l-fondi soċjali u li jiġi ffaċilitat l-aċċess għalihom; jisħaq fuq kemm huwa importanti li f'dan il-qasam jitfassal approċċ prattiku u mhux burokratiku bil-ħsieb li tiġi implimentata strateġija integrata biex ittejjeb il-ħajja taż-żgħażagħ; jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ jiġu involuti fl-implimentazzjoni tal-programmi għaż-żgħażagħ sabiex il-ħtiġijiet tagħhom ikunu jistgħu jitqiesu aħjar;

17.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-programmi Comenius, Erasmus u Leonardo da Vinci fl-iżvilupp ta' politiki edukattivi u ta' taħriġ Ewropej; itenni l-prijorità politika tiegħu li dawn il-programmi jitqiesu bħala pass fundamentali fl-iżvilupp ta' strateġija tal-UE għaż-żgħażagħ, speċjalment għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi pluriennali;

18.  Iqis li għandu jsir saħansitra sforz akbar biex tkun promossa l-mobbiltà taż-żgħażagħ fl-Ewropa u li, fil-programmi ta' mobbiltà, għandu jkun hemm ambitu biżżejjed u attenzjoni mogħtija għal skambji lil hinn mill-edukazzjoni formali taż-żgħażagħ;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni, fi ħdan il-programmi ta' mobbiltà l-ġodda, biex tagħti attenzjoni speċjali lill-mobbiltà tal-ħaddiema żgħażagħ u għal dan il-għan jitlob biex is-sistema ta' viża speċjali li fil-preżent teżisti għall-istudenti tiġi estiża għall-ħaddiema żgħażagħ;

20.  Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li l-mezzi tax-xandir jiġu involuti biex il-programmi għaż-żgħażagħ isiru popolari;

21.  Jirrikonoxxi li t-titjib tal-ħajja taż-żgħażagħ huwa ħidma trasversali li għandha titqies f'kull qasam tal-politika; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-ħolqien ta' sezzjoni għaż-żgħażagħ fid-dipartimenti u l-ministeri kollha li għandha tgħin biex jissaħħaħ l-abbozzar ta' politiki taż-żgħażagħ adegwati; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex taħtar “'uffiċjali żgħażagħ” fid-direttorati ġenerali tagħha u tagħtihom taħriġ ulterjuri; iqis li l-għan għandu jkun li d-dokumenti tal-Kummissjoni jiġu vvalutati fid-dawl tal-objettivi tal-politika taż-żgħażagħ; għalhekk, jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-approċċ transsettorjali bħala fattur neċessarju biex jinkiseb livell massimu ta' effettività; iqis li l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet taż-żgħażagħ fl-oqsma kollha tal-politika hija fattur ewlieni għas-suċċess tal-istrateġija għaż-żgħażagħ;

22.  Jenfasizza l-bżonn għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-ġustizzja interġenerazzjonali fil-livell Ewropew u l-adozzjoni ta' dan il-prinċipju mill-Istati Membri għar-regolazzjoni ġusta tar-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet;

Oqsma ta' azzjoni

23.  Jenfasizza bil-qawwa li l-kriżi ekonomika globali qed ikollha impatt kbir fuq iż-żgħażagħ u li għaldaqstant għandha tinfluwenza profondament il-prijoritajiet fi ħdan l-oqsma ta' azzjoni; iqis li dan għandu jsir billi tiġi identifikata firxa ta' miżuri biex jirfdu l-istrateġija ta' ħruġ soċjali u li għandha tingħata attenzjoni speċjali għal reviżjoni tax-xbieki ta' sikurezza soċjali u tas-sistemi tas-sigurtà soċjali;

Prinċipji ġenerali li japplikaw għal kull qasam ta' azzjoni

24.  Jenfasizza l-importanza li jitneħħew it-tipi kollha ta' diskriminazzjoni komuni fost iż-żgħażagħ, bħalma hija d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon, id-diżabbiltà, l-età u l-orjentazzjoni sesswali;

25.  Jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ jiġu kkunsidrati bħala grupp ta' prijorità fil-viżjoni soċjali tal-UE;

26.  Jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà jingħataw appoġġ effettiv u magħmul apposta kif ukoll opportunitajiet reali u ugwali fl-aċċess fiżiku, sensorjali u konoxxittiv għall-edukazzjoni, l-impjieg, il-kultura, id-divertiment, l-isports, l-attivitajiet soċjali u l-involvimwent fit-tmexxija tal-affarijiet pubbliċi u ċivili;

27.  Jitlob miżuri li jiżguraw ir-rispett tad-diversità u l-integrazzjoni b'suċċess ta' żgħażagħ u tfal;

28.  Jistieden lill-Istati Membri biex jidentifikaw ir-rabtiet trasversali bejn il-politiki taż-żgħażagħ u l-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi, il-kultura u oħrajn;

29.  Jenfasizza l-bżonn għal rabtiet qawwija bejn il-politiki dwar iż-żgħażagħ u t-tfal;

Edukazzjoni u taħriġ

30.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-interazzjoni bejn it-tliet naħat tat-triangolu tal-għarfien (l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni) bħala element ewlieni għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jirrakkomanda bil-qawwa l-promozzjoni ta' kriterji komuni għal rikonoxximent reċiproku aqwa tal-edukazzjoni mhux formali u t-taħriġ vokazzjonali, pereżempju billi titħaffef l-adozzjoni tas-sistema EQF għar-rikonoxximent tal-kwalifiki, għat-trasparenza u gall-validazzjoni tal-ħiliet;

31.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu aktar inizjattivi ħalli jinvestu fil-ħiliet meħtieġa għall-impjiegi li għalihom hemm domanda, u jinkoraġġihom biex jorbut l-curricula edukattivi mad-domanda fis-suq tax-xogħol, biex jipprovdu leġiżlazzjoni għat-taħriġ vokazzjonali fiż-żmien il-qasir (fejn dan ikun għadu meħtieġ) u li, fejn ikun possibbli, jużaw il-validazzjoni tal-ħiliet u r-rikonoxximent tal-kwalifiki;

32.  Jiġbed l-attenzjoni għall-problema ta' żgħażagħ li jitilqu l-iskola u l-ħtieġa li jittieħdu miżuri li jiżguraw li l-ogħla perċentwali possibbli ta' żgħażagħ jispiċċaw il-perjodu obbligatorju ta' edukazzjoni tagħhom;

33.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Istati Membri, fil-kuntest ta' aktar finanzjament, biex jippromwovu l-mobbiltà tat-tagħlim u t-taħriġ għaż-żgħażagħ kollha, li hija fattur ewlieni biex wieħed jikseb esperjenza ta' tagħlim u ta' xogħol; jenfasizza l-importanza tal-mobbiltà taż-żgħażagħ ukoll fir-reġjuni konfinanti mal-UE billi tkun garantita parteċipazzjoni wiesgħa fil-programmi Ewropej li minnhom jibbenefikaw iż-żgħażagħ;

34.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom kollha biex jilħqu l-għanijiet strateġiċi u jilħqu l-livelli ta' referenza stabbiliti skont il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”), b'mod partikolari fir-rigward ta' dawk li jkollhom livell baxx ta' ħiliet bażiċi u dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni;

35.  Jistieden lill-Istati Membri biex joħolqu biżżejjed rotot li permezz tagħhom in-nies li jkunu ħallew is-sistema edukattiva jkunu jistgħu jerġgħu jidħlu fiha u biex jiżguraw li ponti adegwati jkunu disponibbli ħalli persuni li jkunu segwew korsijiet ta' taħriġ vokazzjonali jkunu jistgħu jimxu “l quddiem lejn livelli ogħla tal-edukazzjoni, u jħeġġiġhom jieħdu l-miżuri u joffru programmi mmirati għaż-żgħażagħ li jkuu waqgħu lura jew li jkunu ħallew l-iskola aktar kmieni minħabba ċirkustanzi diffiċli jew għażliet ħżiena;

36.  Jenfasizza l-importanza li fit-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol iż-żgħażagħ ikunu pprovduti b'aċċess għal gwida u pariri;

37.  Jistieden lil-Istati Membri biex jiżguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ, irrispettivament mill-istatus legali tal-familji tagħhom, ikollhom id-dritt għal edukazzjoni statali li tgħinhom jiksbu, bir-rispett dovut għall-kultura u l-lingwa proprja tagħhom, il-ħakma meħtieġa tal-lingwa tal-Istat Membru ospitanti u għarfien tal-kultura tiegħu bħala għodda għall-integrazzjoni;

38.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw aċċess ugwali għall-edukazzjoni għaż-żgħażagħ irrispettivament mill-oriġini soċjali u l-kundizzjonijiet finanzjarji, u biex jiggarantixxu aċċess ugwali għall-edukazzjoni liż-żgħażagħ żvantaġġati minn familji bi dħul baxx;

39.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u jagħmlu l-edukazzjoni inklussiva – li tkopri kemm l-edukazzjoni formali kif ukoll dik informali – realtà;

40.  Jenfasizza l-importanza ta' sistema ta' taħriġ ġdida, effikaċi u kontinwa għall-għalliema sabiex jgħinu lill-istudenti żgħażagħ biex ikunu jistgħu jlaħħqu aħjar mal-isfidi tas-soċjetà tagħna li qed tinbidel b'rata mgħaġġla;

41.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-litteriżmu tal-midja;

42.  Jinnota li l-edukazzjoni għandha rwol fundamentali fl-iżvilupp pożittiv tal-attitudni personali;

Impjiegi u intraprenditorija

43.  Jinsab ferm imħasseb dwar l-għadd dejjem ikbar ta' żgħażagħ qiegħda, sottoimpjegati jew li m'għandhom l-ebda sigurtà tal-impjieg, speċjalment fil-kriżi ekonomika attwali; jappoġġja bil-qawwa l-istedina indirizzata lill-Kunsill Ewropew biex jiżgura perspettiva taż-żgħażagħ fl-Istrateġija ta' Lisbona għal wara l-2010 u biex jappoġġja l-kontinwazzjoni ta' inizjattivi b'konformità mal-objettivi ġenerali tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ; jappoġġja bil-qawwa l-proposta biex jiġu żviluppati miżuri mmirati għaż-żgħażagħ fil-pjanijiet ta' rkupru mfassla fil-pjanijiet tal-kriżi ekonomika u finanzjarja;

44.  Jenfasizza l-ħtieġa essenzjali li jinkisbu l-objettivi tal-Istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi u jqis li l-aġenda UE 2020 mġedda għandha tippermetti li l-UE tirkupra bis-sħiħ mill-kriżi billi timxi aktar malajr lejn ekonomija innovattiva u li toħloq ix-xogħol; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ li l-aġenda mġedda tkun aktar iffukata fuq iż-żgħażagħ;

45.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni kontra n-nuqqas ta' sigurtà tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tal-impjieg prekarji li ż-żgħażagħ jesperjenzaw fis-suq tax-xogħol u biex jappoġġjaw b'mod attiv ir-rikonċiljazzjoni tad-dinja tax-xogħol mad-dinja tal-ħajja personali u tal-familja;

46.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iqisu d-dimensjoni interġenerazzjonali fil-politiki tagħhom sabiex irawmu l-impjieg;

47.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ għal kull tip ta' impjieg b'kundizzjonijiet tax-xogħol tajba sabiex jiġi evitat li jkun hemm diskrepanza bejn il-ħiliet u x-xogħlijiet, li tirrappreżenta ħela ta' talent; f'dan ir-rigward, jirrakkomanda titjib fil-kwalità tal-apprentistati pprovduti kif ukoll fid-drittijiet tal-apprentisti billi jiġi żgurat li l-maġġoranza tal-programmi interni jattribwixxu kwalifiki liż-żgħażagħ u jwassluhom għal karigi bi ħlas;

48.  Jistieden ukoll lill-Istati Membri biex joffru aktar opportunitajiet ta' impjieg, jimplimentaw politiki ta' protezzjoni soċjali għal żgħażagħ żvantaġġati, jiżguraw opportunitajiet ugwali għaż-żgħażagħ li jgħixu f'żoni periferiċi u f'ċentri urbani, u jagħtu appoġġ speċjali lill-ommijiet żgħażagħ;

49.  Ifakkar fir-riskju ta' telf tal-imħuħ u l-konsegwenzi negattivi għall-pajjiżi ta' oriġini taż-żgħażagħ; jistieden lill-Istati Membri biex jesploraw u jiżviluppaw strateġiji għaż-żamma taż-żgħażagħ f'pajjiżi u reġjuni suxxettibbli għal migrazzjoni “l barra, li tieħu diversi forom, bħal pereżempju t-telf tal-imħuħ, il-mili ta' nuqqas ta' ħiliet u x-xogħol irħis, flessibbli, bla sengħa u ta' sikwit staġunali;

50.  Jistieden lill-Istati Membri biex jeliminaw il-każijiet fejn tiġi nnutata diskrepanza bejn il-livelli ta' dħul bejn iż-żgħażagħ irġiel u dawk nisa fuq il-bażi tas-sess;

51.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw drittijiet ta' impjieg deċenti u sigurtà soċjali f'era ta' globalizzazzjoni billi jilħqu bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà;

52.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiggarantixxu t-trasferibbiltà totali tal-benefiċċji soċjali miksuba sabiex ma tiġix ipperikolata l-protezzjoni tal-benessri għall-ħaddiema żgħażagħ li għażlu l-mobbiltà;

53.  Jenfasizza l-importanza ta' perjodi ta' taħriġ prattiku f'kumpaniji u istituzzjonijiet waqt il-perjodu ta' studju, li sussegwentement jafu jagħmluha iktar faċli biex wieħed isib xogħol;

54.  Jissuġġerixxi l-promozzjoni ta' kultura intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ billi tittejjeb il-komunikazzjoni dwar l-intraprenditorija, permezz tal-appoġ għall-iżvilupp ta' strutturi u netwerks Ewropej għal dak il-għan u billi ż-żgħażagħ jiġu inkoraġġiti jibdew jaħdmu għal rashom u billi jużaw għodda ta' mikrokreditu u mikrofinanzjament; jenfasizza l-importanza ta' tagħlim tul il-ħajja;

55.  Jappoġġja l-bżonn ta' sinerġiji bejn id-dinja tal-edukazzjoni u dik tal-industrija kif ukoll il-bżonn ta' forom avvanzati ta' integrazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji;

56.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jappoġġjaw inizjattivi privati għaż-żgħażagħ, anke permezz ta' programmi nazzjonali li jissuplimentaw il-programmi Ewropej;

57.  Jiġbed l-attenzjoni għal bżonn li jitfasslu politiki għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja privata u li jħeġġu liż-żgħażagħ biex jibdew familja; jinnota wkoll l-attenzjoni il-bżonn li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom dħul biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet indipendenti, inkluża d-deċiżjoni li jibdew familja;

Saħħa, benesseri u ambjent

58.  Jenfasizza li l-impatt tat-tibdil klimatiku u ambjentali kif ukoll id-degradazzjoni ambjentali għandhom impatt negattiv fuq il-ħajja taż-żgħażagħ u jitlob azzjonijiet sostenibbli f'dan il-qasam;

59.  Jistieden lill-Istati Membri biex fil-curricula tagħhom jinkludu forom xierqa ta' edukazzjoni dwar il-prevenzjoni tar-riskji relatati mas-saħħa u mal-ambjent;

60.  Jiddispjaċih ħafna minħabba l-fatt li l-qafas ta' kooperazzjoni ma jagħmel l-ebda referenza għall-politiki tal-konsumatur; huwa tal-fehma li ċerti problemi jistgħu jkunu relatati mal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ikel ħażin għas-saħħa;

61.  Jenfasizza l-ħtieġa li titqies il-vunerabbiltà speċifika taż-żgħażagħ u t-tfal fil-formulazzjoni tal-politiki ambjentali u tal-konsumatur; jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi żgħażagħ permezz ta' azzjonijiet bħal kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni;

62.  Jenfasizza l-importanza li tkompli tikber il-ġlieda kontra l-użu tad-drogi u l-alkoħol, kontra l-ħsara relatata mal-alkoħol u kontra kwalunkwe forma oħra ta' vizzju, inkluż il-logħob tal-ażżard, speċjalment permezz ta' prevenzjoni u riabilitazzjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jisfruttaw kemm jista' jkun il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi u l-Istrateġija tal-UE fir-rigward tal-għajnuna għall-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-ħsara relatata mal-alkoħol u forom oħrajn ta' vizzji;

63.  Ifakkar ukoll li t-tfal u ż-żgħażagħ huma esposti għal numru kbir ta' xeni ta' natura vjolenta fil-midja; jissuġġerixxi li l-kwistjoni tkompli tiġi investigata u li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji bil-għan li jinqered l-impatt fuq is-saħħa mentali tagħhom;

64.  Jirrakkomanda li ż-żgħażagħ jiġu ggwidati fl-użu tagħhom tat-teknoloġiji l-ġodda permezz ta' politiki dwar l-edukazzjoni tal-midja u politiki biex titqajjem kuxjenza fir-rigward tal-perikli inerenti fl-użu bla kontroll tagħhom;

65.  Jenfasizza r-rwol tal-għoti ta' informazzjoni liż-żgħażagħ dwar il-kwistjonijiet relatati mal-edukazzjoni sesswali fil-ħarsien ta' saħħithom;

66.  Jiġbed l-attenzjoni għal-livell kontinwament għoli ta' tqala taħt l-età u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex irawmu kuxjenza fost iż-żgħażagħ u jedukawhom dwar din il-problema;

67.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-immigranti tfal u żgħażagħ fit-territorju tagħhom ikollhom aċċess għal kura tas-saħħa bażika, irrispettivament mill-istatus legali tal-familji tagħhom;

68.  Jenfasizza r-rwol tal-isport bħala sett sħiħ ta' attivitajiet li jippromwovu stili ta' ħajja b'saħħithom għaż-żgħażagħ u li jħeġġu l-ħidma f'tim, l-ispirtu ta' korrettezza u r-responsabbiltà u r-rwol tal-informazzjoni għaż-żgħażagħ fil-ġlieda kontra l-vjolenza fil-grawnds sportivi; isejjaħ għal programmi speċjali għaż-żgħażagħ b'diżabbiltà;

69.  Jistieden lill-Istati Membri biex, fl-isforzi tagħhom biex iħeġġu liż-żgħażagħ jipparteċipaw fl-isports, iqisu l-kwistjonijiet relatati speċifikament mas-sessi u jipprovdu appoġġ għal sports inqas popolari wkoll;

70.  Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' kampanji ta' edukazzjoni għaż-żgħażagħ kontra d-doping u favur sport ħieles mid-drogi;

Parteċipazzjoni

71.  Jenfasizza l-importanza ta' djalogu strutturat kontinwu u konsultazzjoni maż-żgħażagħ; iħeġġeġ bil-qawwa l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-livelli kollha (lokali, nazzjonali u internazzjonali) fil-formulazzjoni tal-politiki ġenerali u, b'mod partikolari iżda mhux esklussivament, tal-politika dwar iż-żgħażagħ, permezz ta' djalogu strutturat kontinwu;

72.  Jenfasizza l-importanza li jiġi kkunsidrat il-metodu ta' konsultazzjoni taż-żgħażagħ, sabiex jiġi żgurat li titqies firxa wiesgħa ta' fehmiet taż-żgħażagħ; huwa favur l-iżvilupp ta' strutturi fejn il-parteċipanti kollha jistgħu jaħdmu flimkien, jinfluwenzaw il-politiki u d-deċiżjonijiet b'mod ugwali u jipprovdu l-mezzi meħtieġa biex jinħolqu dawn l-istrutturi;

73.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-proċess tat-tfassil tal-politika, inkluż fil-livell lokali;

74.  Jenfasizza l-importanza ta' rappreżentanti taż-żgħażagħ rappreżentattivi fid-djalogu strutturat u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkonsulta lir-rappreżentanti tal-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ dwar t-temi prijoritarji taż-żgħażagħ;

75.  Jaqbel mal-ħtieġa indirizzata frekwentement tar-rikonoxximent u l-appoġġ ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-kontribuzzjoni kbira tagħhom għall-edukazzjoni mhux formali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iħeġġu lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu u jipprovdu appoġġ għal parlamenti lokali taż-żgħażagħ u biex iniedu programmi korrispondenti;

76.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu involuti dejjem iżjed żgħażagħ diversi bil-għan li tissaħħaħ ir-rappreżentattività; huwa favur li l-parteċipazzjoni titħeġġeġ minn età bikrija; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ riflessjoni dwar it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-iskejjel, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet oħrajn tas-soċjetà ċivili u jirrakkomanda bil-qawwa t-trawwim ta' rikonoxximent iktar b'saħħtu tal-edukazzjoni mhux formali;

77.  Jissuġġerixxi t-twaqqif ta' skemi ta' għotjiet għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà, bl-iskop aħħari li tiġi stabbilita kultura kemm tad-drittijiet kif ukoll tal-obbligi;

78.  Jenfasizza l-bżonn ta' sforzi partikulari biex iż-żgħażagħ li jgħixu f'żoni periferiċi u rurali u fi kwartieri fqar jitħeġġu jipparteċipaw b'mod attiv fl-attivitajiet Ewropej; f'dan ir-rigward, jiddispjaċih li l-qafas ta' kooperazzjoni ma jipproponi l-ebda azzjoni speċifika sabiex il-programmi tal-UE jiġu kkomunikati aħjar liż-żgħażagħ u b'mod partikulari lil dawk li jgħixu f'żoni remoti u lil dawk li mhumiex organizzati f'organizzazzjonijiet politiċi, soċjali jew mhux governattivi; jitlob mill-Kummissjoni impenn definittiv f'dan ir-rigward;

79.  Jenfasizza l-bżonn li jiżdiedu l-isforzi biex jiġi żgurat skambju ta' fehmiet u informazzjoni effikaċi u trijangolari bejn il-komunitajiet akkademiċi, kummerċjali u politiċi fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

Kreattività u kultura

80.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw l-aċċess għat-teknoloġiji l-ġodda biex jagħtu spinta lill-kreattività u l-kapaċità ta' innovazzjoni taż-żgħażagħ u jiġġeneraw interess fil-kultura, fl-arti u fix-xjenza;

81.  Jinsab sorpriż bin-nuqqas ta' kwalunkwe referenza espliċita għall-kwistjonijiet kulturali fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni; u jiddikjara wkoll li dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux jinkludu biss l-intraprenditorija u l-użu ta' teknoloġiji ġodda;

82.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tqis ir-rwol li għandhom l-attivitajiet soċjali u kulturali, li tikkomplementa r-rwol tas-sistemi tal-edukazzjoni u dak tal-familji; jinnota wkoll li dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu wkoll b'mod deċiżiv għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza u jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ għal attivitajiet ta' divertiment, kultura u sport;

83.  Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ u r-rikonoxximent tal-kultura taż-żgħażagħ meta l-Istati Membri jallokaw il-fondi, minħabba li dan huwa essenzjali għall-iżvilupp tal-kreattività taż-żgħażagħ;

84.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta inkluża fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill sabiex jiġi promoss taħriġ speċjalizzat għall-ħaddiema żgħażagħ fil-kultura, fil-midja ġdida u fil-kompetenzi interkulturali;

85.  Jissuġġerixxi l-inklużjoni ta' perspettiva taż-żgħażagħ fil-politiki, il-programmi u l-azzjonijiet fl-oqsma tal-kultura u l-midja;

86.  Huwa tal-fehma li l-istituzzjonijiet kulturali (pereżempju l-mużewijiet, il-libreriji u t-teatri) għandhom jitħeġġu biex jinvolvu iktar lit-tfal u liż-żgħażagħ;

87.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex joħolqu pass Ewropew taż-żgħażagħ sabiex iż-żgħażagħ ikollhom aċċess għall-istituzzjonijiet kulturali madwar l-UE bi prezz baxx ħafna;

Attivitajiet ta' volontarjat

88.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li jiddikjara s-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat kif ukoll il-miżuri stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobbiltà taż-żgħażagħ voluntieri madwar l-Unjoni Ewropea;

89.  Huwa tal-fehma li l-volontarjat taż-żgħażagħ għandu jkun appoġġjat, anke billi jiġi estiż il-programm tas-Servizz Volontarju Ewropew, u billi ż-żgħażagħ żvantaġġati jiġu megħjuna jimpenjaw irwieħhom għall-volontarjat;

90.  Iqis li, skont ma jkun ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-Azzjoni Preparatorja Amicus, għandhom jiġu eżaminati azzjonijiet ulterjuri ta' dan it-tip;

91.  Huwa tal-fehma li l-attivitajiet volontarji m'għandhomx jieħdu post l-opportunitajiet ta' impjieg professjonali u bi ħlas iżda għandhom iżidu l-valur għas-soċjetà;

92.  Jitlob l-introduzzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta' “Pass Ewropew tal-Voluntiera” bħala żieda għall-“Pass Ewropew taż-Żgħażagħ” eżistenti; dan il-pass jipprovdi reġistru tal-ħidma volontarja mwettqa mit-tfal u miż-żgħażagħ u jkun jista' jiġi ppreżentat lil dawk li potenzjalment jistgħu iħaddmuhom bħala prova ta' kwalifika;

Inklużjoni soċjali

93.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-2010 hija s-Sena Ewropea tal-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, speċjalment fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, li qed ikollha impatt qawwi fuq iż-żgħażagħ;

94.  Huwa tal-fehma li, fl-isfond ta' soċjetajiet li qed jixjieħu, l-ekwità interġenerazzjonali hija sfida ċentrali; jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-interessi taż-żgħażagħ u tal-ġenerazzjonijiet futuri meta jkunu qed jifformulaw il-politiki tagħhom, speċjalment fi żminijiet ta' kriżi ekonomika u finanzjarja;

95.  Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu żviluppati iktar programmi ta' involviment fil-komunità mal-gruppi emarġinati bħall-immigranti żgħażagħ u dawk kollha bi bżonnijiet speċjali (il-persuni b'diżabbiltà, iż-żgħażagħ li jeħtiġilhom jerġgħu jiġu integrati fis-soċjetà wara perjodu ta' priġunerija, dawk bla dar, dawk f'xogħol każwali, eċċ.);

96.  Jirrikonoxxi l-bżonn li titqajjem kuxjenza fir-rigward taż-żgħażagħ b'diżabbiltà u jistieden lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li, fil-ġejjieni, iż-żgħażagħ b'diżabbiltà jkunu integrati b'mod sħiħ;

97.  Ifakkar it-talba tiegħu biex tiġi żgurata ugwaljanza bejn is-sessi minn età bikrija u fl-oqsma kollha tal-ħajja; għaldaqstant, jilqa' b'mod partikulari l-fatt li r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill għandha l-għan li ttejjeb il-kura tat-tfal u tippromwovi l-kondiviżjoni tar-responsabilitajiet bejn il-ġenituri sabiex tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u dik tax-xogħol kemm għaż-żgħażagħ nisa kif ukoll għaż-żgħażagħ irġiel;

98.  Jenfasizza l-bżonn li t-tfal u ż-żgħażagħ ikunu konxji mill-fatt li d-diskriminazzjoni mhija aċċettabbli fl-ebda forma u fl-ebda qasam u li tittieħed azzjoni determinata kontra kull forma ta' estremiżmu;

99.  Jirrakkomanda li tingħata prijorità f'kull Stat Membru biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm minorenni żgħar li ma jiċċaħdu mill-kura soċjali;

100.  Jenfasizza l-importanza ta' ambjent diġitali inklussiv; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw, bħala parti mis-sistemi ta' edukazzjoni formali u informali tagħhom, kunċetti li jiggarantixxu aċċess għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura u li jtejbu l-ħiliet taż-żgħażagħ fir-rigward tal-midja;

Iż-żgħażagħ u d-dinja

101.  Jirrakkomanda għajnuna ta' żvilupp diretta fir-rigward ta' miżuri għall-benefiċċju taż-żgħażagħ u għall-ġlieda kontra l-użu tad-drogi u kontra t-traffikar tad-drogi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

102.  Huwa favur it-trawwim ta' attivitajiet ta' interess ġenerali li joħolqu sens ta' responsabbiltà fost iż-żgħażagħ, bħalma huma l-volontarjat għat-tibdil fil-klima, għall-iżvilupp jew għall-għajnuna umanitarja; f'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon l-opportunitajiet li l-ħolqien ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja se jagħti liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-ħidma umanitarja tal-UE, u jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha jkunu jafu sewwa bl-eżistenza tiegħu;

103.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tesplora l-possibbiltà li jiżdiedu l-attivitajiet ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-volontarjat taż-żgħażagħ;

104.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw skambji u skemi ta' ġemellaġġ ma' pajjiżi u komunitajiet terzi sabiex jippromwovu djalogu interkulturali u jħeġġu liż-żgħażagħ biex jidħlu fi proġetti komuni;

105.  Jitlob it-titjib u l-implimentazzjoni estensiva tal-programm Erasmus Mundus;

o
o   o

106.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.

(1) COM(2009)0200.
(2) SEC(2009)0549.
(3) ĠU C 311, 19.12.2009, p. 1.
(4) ĠU C 119, 28.5.2009, p. 2.
(5) 9169/09.
(6) ĠU C 319, 13.12.2008, p. 8.
(7) 15658/09.
(8) ĠU C 292, 24.11.2005, p. 5.
(9) 11517/08.
(10) SOC/349.
(11) DCE/2008/2193.
(12) Testi Adottati, P6_TA(2008)0066.


Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom ***II
PDF 288kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva 86/613/KEE (17279/3/2009 – C7-0075/2010 – 2008/0192(COD))
P7_TA(2010)0167A7-0146/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17279/3/2009 – C7-0075/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0636),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 141(3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0341/2008),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu: “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0146/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-18 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE

P7_TC2-COD(2008)0192


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2010/41/UE.)

(1) Testi adottati, 6.5.2009, P6_TA(2009)0364.
(2) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 107.


Ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti ***I
PDF 1255kWORD 1194k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti (COM(2009)0031 – C6-0048/2009 – 2009/0006(COD))
P7_TA(2010)0168A7-0122/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0031),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0048/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu: “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2009(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0122/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolamen (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE, id-Direttiva 96/73/KE u d-Direttiva 2008/121/KE

P7_TC1-COD(2009)0006


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE tas-26 ta' Frar 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' tliet fibri(4), id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analizi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' żewġ fibri tat-tessuti(5) u d-Direttiva 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar ismijiet tat-tessuti (abbozzata mill-ġdid)(6) ġew emendati bosta drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi, dawn l-atti għandhom jinbidlu bi strument legali uniku, fl-interess taċ-ċarezza.

(2)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-Ismijiet tat-Tessuti u l-Ittikkettjar ta' Prodotti tat-Tessuti hija teknika ħafna fil-kontenut tagħha, b'dispożizzjonijiet dettaljati li jridu jiġu adattati regolarment. Biex jiġi evitat li l-Istati Membri jittrasponu l-emendi tekniċi f'leġiżlazzjoni nazzjonali u għalhekk jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali u biex jiġu adottati aktar malajr l-ismijiet il-ġodda ta' fibri tat-tessuti biex jiġu applikati fl-istess ħin madwar l-Unjoni kollha, Regolament jidher li huwa l-iżjed strument legali adattat għat-twettiq tas-simplifikazzjoni leġiżlattiva.

(3)  Biex jiġu eliminati l-ostakoli potenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern ikkawżati minn dispożizzjonijiet diverġenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-ismijiet, il-kompożizzjoni u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tessuti, hija meħtieġa l-armonizzazzjoni tal-ismijiet tal-fibri tat-tessuti u l-indikazzjonijiet li jidhru fuq it-tikketti, l-immarkar u d-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti tat-tessuti fl-istadji varji tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tagħhom.

(4)  Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu lill-manifatturi jsaqsu għall-inklużjoni ta' isem ġdid ta' fibra tat-tessuti fuq il-lista ta' ismijiet permessi ta' fibri.

(5)  Għandha ssir dispożizzjoni fir-rigward ta' ċerti prodotti li mhumiex magħmulin esklussivament minn materjal tat-tessut iżda li għandhom kontenut ta' tessut li jikkostitwixxi parti essenzjali tal-prodotti jew li l-operaturi ekonomiċi jkunu ġibdu l-attenzjoni għalih.

(6)  It-tolleranza fir-rigward ta' “fibri oħra”, li ma għandhomx jidhru fuq it-tikketta għandha tapplika kemm għall-prodotti puri kif ukoll għal taħlitiet.

(7)  L-ittikkettjar tal-kompożizzjoni għandu jkun obbligatorju biex ikun żgurat li qed jingħata tagħrif korrett lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni f'livell uniformi. F'każijiet fejn huwa teknikament diffiċli li tiġi speċifikata l-kompożizzjoni ta' prodott fiż-żmien tal-manifattura, għandu jkun possibbli li jidher, fuq it-tikketta, dawk il-fibri biss li huma magħrufa fiż-żmien tal-manifattura sakemm dawn ikunu jiffurmaw ċertu perċentwali mill-prodott mitmum.

(8)  Huwa meħtieġ, biex jiġu evitati d-differenzi ta' prattika fost l-Istati Membri, li jiġu stipulati l-metodi eżatti ta' ittikkettjar għal ċerti prodotti tat-tessuti magħmulin minn żewġ komponenti jew aktar, u li jiġu speċifikati l-komponenti ta' prodotti tat-tessuti li mhemmx għalfejn jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-ittikkettjar u tal-analiżi.

(9)  Prodotti tat-tessuti soġġetti biss għall-ħtiġijiet ta' ittikkettjar inklussiv, u dawk mibjugħin bil-metru jew maqtugħin f'tulijiet, għandhom isiru disponibbli fis-suq b'tali mod li l-konsumatur jista' jsir jaf tajjeb it-tagħrif kollu mwaħħal mal-pakkett ġenerali jew mar-romblu.

(10)  L-użu ta' deskrizzjonijiet jew ta' ismijiet li jgawdu prestiġju partikolari fost l-utenti u l-konsumaturi għandhom ikunu soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, biex jingħata tagħrif lill-utenti u lill-konsumaturi, huwa xieraq li l-ismijiet tal-fibri tat-tessuti jkunu relatati mal-karatteristiċi tal-fibra.

(11)  Is-sorveljanza tas-suq ta' prodotti li jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti(7)kif ukoll għal dawk tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti(8).

(12)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti metodi għat-teħid ta' kampjuni u l-analiżi ta' prodotti tat-tessuti biex tkun eskluża kwalunkwe possibilità ta' oġġezzjoni għall-metodi użati. Il-metodi użati għat-testijiet uffiċjali mwettqa fl-Istati Membri biex jiddeterminaw il-kompożizzjoni tal-fibra tal-prodotti tat-tessuti magħmula minn taħlitiet ta' żewġ u ta' tliet fibri għandhom ikunu uniformi, kemm fir-rigward tat-trattament minn qabel tal-kampjun kif ukoll fir-rigward tal-analiżi kwantitattiva tiegħu; għalhekk dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi metodu uniformi ta' analiżi għall-parti l-kbira tal-prodotti tat-tessuti magħmulin minn taħlitiet ta' żewġ u ta' tliet fibri li jinsabu fis-suq. Madankollu, sabiex dan ir-Regolament jiġi ssimplifikat u metodi uniformi bħal dawn jiġu adattati għall-progress tekniku, hu xieraq li l-metodi stipulati f'dan ir-Regolament jinbidlu fi standards Ewropej. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha torganizza t-transizzjoni mis-sistema attwali, fejn il-metodi huma deskritti f'dan ir-Regolament, għal sistema bbażata fuq standards Ewropej.

(13)  Fil-każ ta' taħlitiet ta' ▌ fibri li għalihom ma jeżisti l-ebda metodu uniformi ta' analiżi f'livell tal-Unjoni, il-laboratorju responsabbli mill-ittestjar għandu jkun jista' jiddetermina l-kompożizzjoni ta' taħlitiet bħal dawn ▌, waqt li jindika r-riżultat miksub fir-rapport tal-analiżi il-metodu użat u l-grad ta' preċiżjoni tiegħu.

(14)  Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-konċessjonijiet miftiehma li għandhom jiġu applikati fuq il-piż anidru ta' kull fibra waqt id-determinazzjoni bl-analiżi tal-kontenut tal-fibra tal-prodotti tat-tessuti, u għandu jagħti żewġ konċessjonijiet differenti miftiehma għall-kalkolazzjoni tal-kompożizzjoni ta' fibri mqardxa jew mimxuta li fihom is-suf u/jew il-pil tal-annimali. Billi mhux dejjem jista' jiġi stabbilit jekk prodott huwiex imqardax jew mimxut, u għalhekk l-applikazzjoni tat-tolleranzi matul il-verifiki ta' konformtià fir-rigward tal-prodotti tat-tessuti mwettqa fl-Unjoni tista' twassal għal riżultati inkonsistenti. Il-laboratorji li jwettqu dawn il-verifiki għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw konċessjoni waħda miftiehma f'każijiet ta' dubju.

(15)  Għandhom jiġu stipulati regoli fir-rigward ta' prodotti eżentati mir-rekwiżiti ġenerali tal-ittikkettjar ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari għall-prodotti li jintremew wara l-użu jew għall-prodotti li jeħtieġu biss ittikkettjar inklussiv.

(16)  Jixraq li tiġi stabbilita proċedura, bl-inklużjoni ta' rekwiżiti speċifiċi, li għandha tiġi osservata minn kwalunkwe manifattur jew minn kwalunkwe persuna li tkun qed taġixxi f'ismu li tixtieq tinkludi isem ġdid ta' fibra tat-tessuti fil-lista armonizzata ta' ismijiet ta' fibri tat-tessuti stipulata fl-Anness I.

(17)  Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament filwaqt li jinżamm il-pass mal-progress tekniku, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, atti ddelegati mfassla biex jissuplementaw jew jemendaw l-elementi mhux essenzjali tal-Annessi I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX ta' dan ir-Regolament.

(18)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-immarkar tal-oriġini(9), il-Parlament Ewropew enfasizza li l-ħarsien tal-konsumatur jeħtieġ regoli trasparenti u konsistenti tal-kummerċ, inklużi l-indikazzjonijiet ta' oriġini. L-għan ta' tali indikazzjonijiet għandu jkun li jippermettu lill-konsumaturi li jkunu kompletament konxji tal-oriġini eżatta tal-prodotti li jixtru, biex ikunu protetti kontra dikjarazzjonijiet ta' oriġini qarrieqa, mhux eżatti jew li jiżgwidawhom. Għandhom jiġu stabbiliti regoli armonizzati għal dan il-għan fir-rigward ta' prodotti tat-tessuti. Fir-rigward ta' prodotti impurtati, dawk ir-reogoli għandhom jieħdu l-forma ta' rekwiżiti obbligatorji dwar it-tikkettar. Għal dawk il-prodotti li mhumiex soġġetti għal tikettar obbligatorju tal-oriġini, għandu jkun hemm regoli li jiżguraw li dikjarazzjonijiet eventwali tal-oriġini ma jkunx foloz jew ta' diżgwid.

(19)  Ir-rekwiżiti ta' ttikettjar rigward oriġini stipulati f' dan ir-Regolament dwar is-settur speċifiku ta' prodotti tat-tessuti għandhom ikunu bla ħsara għad-diskussjonijiet li qed isiru dwar skema ta' mmarkar ta' oriġini li tapplika b'mod ġenerali għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi li għandha titwaqqaf bħala parti mill-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni.

(20)  Billi l-għanijiet tal-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-adozzjoni ta' regoli uniformi għall-użu ta' ismijiet ta' tessuti u għall-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(21)  Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ibbażati fuq it-tagħrif meta jixtru prodott magħmul mit-tessuti, għandhom ikunu jafu jekk prodott bħal dan jinkludix partijiet mhux magħmula mit-tessuti li joriġinaw mill-annimali. Għalhekk hu essenzjali li t-tikketta tindika l-preżenza ta' materjali li joriġinaw mill-annimali.

(22)  Dan ir-Regolament hu limitat għal regoli li jikkonċernaw l-armonizzazzjoni ta' ismijiet ta' fibri tat-tessuti u l-ittikkettjar u l-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti. Sabiex jiġu eliminati l-ostakli possibbli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, ikkawżati minn disposizzjonijiet jew prattiki diverġenti tal-Istati Membri, u sabiex wieħed ilaħħaq mal-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku u l-isfidi futuri fis-suq għall-prodotti tat-tessuti, l-armonizzazzjoni jew l-istandardizzazzjoni ta' aspetti oħra ta' tikkettar tat-tessuti għandhom jiġu eżaminati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward rekwiżiti ġodda ta' ttikketjar li jista' jinħtieġ li jiddaħħlu fil-livell tal-Unjoni bil-għan li jiġi ffaċilitat l-moviment ħieles tal-prodotti tat-tessuti fis-suq intern u biex jinkiseb livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur madwar l-Unjoni. Ir-rapport għandu jeżamina b'mod partikulari l-fehmiet tal-konsumaturi rigward l-ammont ta' tagħrif li għandu jingħata fuq it-tikketta ta' prodotti tat-tessuti, u jinvestiga liema mezzi minbarra l-ittikkettjar jistgħu jintużaw biex jipprovdu tagħrif addizzjonali għall-konsumaturi.Ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kollha, stħarriġ tal-konsumaturi u analiżi bir-reqqa tal-benefiċċju meta mqabbel man-nefqa u, fejn xieraq, għandu jkun fih proposti leġiżlattivi. Ir-rapport għandu jeżamina, b'mod partikolari, il-valur miżjud lill-konsumatur ta' rekwiżiti tat-tikkettar possibbli fir-rigward tat-trattament, id-daqs, is-sustanzi perikolużi, il-fjammabbiltà u l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tat-tessuti, l-użu ta' simboli li ma jiddependux fuq il-lingwa għall-identifikazzjoni tal-fibri tat-tessuti , it-tikkettar soċjali u elettroniku kif ukoll l-inklużjoni ta' numru ta' identifikazzjoni fuq it-tikketta biex wieħed ikun jista' jikseb informazzjoni addizzjonali jekk jixtieq, speċjalment permezz tal-Internet, dwar il-karatteristiċi tal-prodotti.

(23)  Id-Direttivi 73/44/KEE, 96/73/KE u 2008/121/KE,  għandhom jitħassru,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-użu ta' ismijiet tal-fibri ta' tessuti, l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tessuti u d-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti b'metodi uniformi ta' analiżi kwantitattiva, bil-għan li jittejjeb il-moviment ħieles tagħhom fis-suq intern u li l-konsumaturi jingħataw tagħrif eżatt.

Artikolu 2

Ambitu

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti tat-tessuti.

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-prodotti li ġejjin għandhom jitqiesu bl-istess mod li jitqiesu l-prodotti tat-tessuti:

   (a) prodotti li fihom għallinqas 80 % bil-piż ta' fibri tat-tessuti;
   (b) għata tal-għamara, umbrelel u tined li jkun fihom għallinqas 80 % bil-piż ta' komponenti tat-tessuti;
   (c) il-komponenti tat-tessuti ta' għata b'aktar minn saff wieħed ta' pavimenti, saqqijiet u oġġetti tal-ikkampjar, u inforra li ssaħħan għax-xedd tas-saqajn, ingwanti, mittens u mitts, sakemm dawn il-partijiet jew dan il-kisi jkunu jikkostitwixxu għallinqas 80 % bil-piż tal-prodott sħiħ;
   (d) tessuti inkorporati fi prodotti oħra u li jiffurmaw parti integrali minnhom, fejn il-kompożizzjoni tagħhom hija speċifikata.

2.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m' għandhomx japplikaw għall-prodotti tat-tessuti li:

   (a) huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;
   (b) li jidħlu fi Stati Membri, taħt kontroll doganali, għall-għanijiet ta' tranżitu;
   (c) li jiġu importati minn pajjiżi terzi għal ipproċessar għall-intern;
   (d) li jiġu mogħtija b'kuntratt lil persuni li jaħdmu fi djarhom stess, jew lil ditti indipendenti li jwettqu xogħol minn materjali fornuti mingħajr ma l-karatteristici tagħhom jiġu ttrasferiti għal konsiderazzjoni;
   (e) jitwasslu għand il-konsumaturi aħħarin individwali bħala artikoli magħmula għall-individwu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (a) “prodotti tat-tessuti” tfisser kwalunkwe prodotti mhux maħdumin, nofshom maħdumin, maħdumin, nofshom immanifatturati, immanifatturati, nofshom-lesti u lesti li jkunu esklussivament magħmulin minn fibri tat-tessuti, mingħajr ma jingħata kas għall-proċess ta' taħlit jew ta' assemblaġġ użat;
  (b) “fibra tat-tessuti” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
   (i) unità ta' materja kkaratterizzata mill-flessibilità, mill-irquqija u mill-proporzjon għoli ta' tul għall-akbar dimensjoni trasversali tagħha, li tagħmilha xierqa għal applikazzjonijiet f'tessuti;
   (ii) strixxi jew tubi flessibbli, li l-wisa' apparenti tagħhom ma taqbiżx il-5 mm, inklużi strixxi maqtugħin minn strixxi jew films usa, prodotti minn sostanzi użati għall-manifattura tal-fibri elenkati fit-tabella 2 fl-Anness I u xierqa għal applikazzjonijiet f'tessuti;
   (c) “il-wisa” apparenti' hija l-wisa' tal-istrixxa jew tubu meta milwijin, iċċattjati, ikkompressati jew mibrumin, jew il-wisa' medja fejn il-wisa' mhijiex uniformi;
   (d) “il-komponent tat-tessuti” jfisser parti minn prodott tat-tessuti b'kontenut ta' fibra distint;
   (e) “fibri estranji” huma fibri oħra għajr dawk imsemmija fuq it-tikketta;
   (f) “inforra” tfisser oġġett separat użat fit-tiswir ta' ħwejjeġ u ta' prodotti oħra, magħmul minn saff wieħed jew ħafna ta' materjal tat-tessuti mwaħħal b'mod laxk fuq ġewwa tul tarf wieħed jew aktar;
   (g) “ittikkettjar” tfisser li t-tagħrif meħtieġ ikun indikat fuq il-prodott tat-tessuti billi titwaħħal tikketta miegħu, jew bil-ħjata, ir-rakkmar, l-istampar, l-intaljar jew bl-użu ta' kull teknoloġija oħra ta' applikazzjoni;
   (h) “ittikkettjar inklussiv” ifisser mod ta' tikkettjar fejn tikketta waħda tintuża għal bosta prodotti tat-tessuti jew komponenti;
   (i) “prodotti li jintremew wara l-użu” tfisser prodotti tat-tessuti mfassla biex jintużaw darba biss jew għal żmien limitat, u li l-użu normali tagħhom jimpedixxi kwalunkwe ristorazzjoni għal użu sussegwenti għall-istess skop jew għal skop simili.

2.  Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet “magħmul disponibbli fis-suq”, “tqegħid fis-suq”, “manifattur”, “rappreżentant awtorizzat”, “importatur”, “distributur”, “operaturi ekonomiċi”, “standard armonizzat”, “sorveljanza tas-suq” u “awtoritat tas-sorveljanza tas-suq” tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

Artikolu 4

Regoli ġenerali

1.  Il-prodotti tat-tessuti għandhom ikunu disponibbli fis-suq biss jekk ikunu ttikkettjati jew jekk ikollhom magħhom id-dokumenti kummerċjali b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2.  Ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan ir-Regolament, ir-regoli nazzjonali u tal- Unjoni dwar il-ħarsien ta' proprjetà industrijali u kummerċjali, dwar indikazzjonijiet ta' provenjenza, marki ta' oriġini u l-ħarsien minn kompetizzjoni inġusta għandhom jibqgħu applikabbli għall-prodotti tat-tessuti.

Kapitolu 2

Ismijiet ta' fibri tat-tessuti u rekwiżiti relatati tal-ittikkettjar

Artikolu 5

Ismijiet ta' fibri tat-tessuti

1.  L-ismijiet tal-fibri tat-tessuti elenkati fl-Anness I biss għandhom jintużaw biex jindikaw il-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti.

2.  L-użu ta' ismijiet elenkati fl-Anness I għandu jkun riżervat għal fibri li n-natura tagħhom tikkorrispondi mad-deskrizzjoni stipulata f'dak l-Anness.

Dawk l-ismijiet ma għandhomx jintużaw għal fibri oħra, sew jekk waħedhom sew jekk bħala għerq jew bħala aġġettiv.

Il-kelma “ħarir” ma tistax tintuża biex tindika figura jew preżentazzjoni partikolari fi ħjut kontinwu ta' fibri tat-tessuti.

Artikolu 6

Applikazzjonijiet għal ismijiet ġodda ta' fibri tat-tessuti

Kwalunkwe manifattur jew persuna li qed taġixxi f'ismu tista' tapplika għand il-Kummissjoni biex iżżid isem ġdid ta' fibra tat-tessuti mal-lista stipulata fl-Anness I.

L-applikazzjoni għandha tinkludi fajl tekniku kkompilat skont l-Anness II.

Artikolu 7

Prodotti puri

1.  Prodotti tat-tessuti komposti esklussivament mill-istess fibra biss jistgħu jiġu ttikkettjati bħala “100 %”, “puri” jew “kollu.”

Dawn it-termini jew oħrajn simili ma għandhomx jintużaw għal prodotti oħra.

2.  Prodott tat-tessuti jista“ jitqies bħala esklussivament kompost mill-istess fibra jekk ikun fih mhux aktar minn 2 % bil-piż minn fibri estranji, sakemm din il-kwantità tkun iġġustifikata bħala teknikament inevitabbli fil-prattika tajba tal-manifattura u ma tkunx miżjuda bħala materja ta' rutina.

Taħt l-istess kundizzjoni, prodott tat-tessuti, li għadda minn proċess ta' tqardix, jista” jitqies bħala magħmul esklussivament mill-istess fibra jekk ikun fih mhux aktar minn 5 % bil-piż ta' fibri oħra.

Artikolu 8

Prodotti tas-suf

1.  Prodott tat-tessuti jista' jkun ittikkettjat b'wieħed mill-ismijiet imniżżel fl-Anness III sakemm dan ikun magħmul esklussivament minn fibra tas-suf li ma kinitx ġiet inkorporata qabel fi prodott lest, li ma kienx ġie soġġett għal kwalunkwe proċessi ta' brim u/jew ta' feltru għajr dawk meħtieġa fil-manifattura ta' dak il-prodott, u li ma kienx ġie mħassar bi trattament jew b'użu.

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-ismijiet elenkati fl-Anness III jistgħu jintużaw biex jiddeskrivu s-suf li jkun hemm f'taħlita ta' fibra jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu:

   (a) is-suf kollu li jkun hemm f'dik it-taħlita jissodisfa l-ħtiġijiet definiti fil-paragrafu 1;
   (b) dan is-suf ikun jifforma mhux inqas minn 25 % mill-piż totali tat-taħlita;
   (c) fil-każ ta' taħlita mħarrbxa, is-suf ikun imħallat ma' fibra waħda oħra biss.

Il-perċentwali sħiħ ta' kompożizzjoni ta' taħlita bħal din għandu jingħata.

3.  Il-fibri oħra fil-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi l-prodotti tas-suq li għaddew minn proċess ta' tqardix, ma għandhomx jaqbżu ż-0,3 % tal-“piż totali tagħhom u dan għandu jkun ġustifikat bħala teknikament mhux evitabbli f'prattika ta' manifattura tajba.

Artikolu 9

Prodotti tat-tessuti multi-fibri

1.  Prodott tat-tessuti għandu jkun ittikkettjat bl-isem tal-fibri kostitwenti kollha f'ordni dixxendenti tal-perċentwali skont il-piż.

2.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, u bla ħsara għall-Artikolu 7 (2), fibri li individwalment ikopru sa 3% tal-piż totali tal-prodott tessili, jew fibri li kollettivament jammontaw għal sa 10% tal-piż totali , jistgħu jiġu deskritti bit-terminu “fibri oħra”, segwit bil-persentaġġ tagħhom skont il-piż, sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġi ddikjarati faċilment fil-waqt tal-manifattura.

3.  Prodotti li jkollhom medd ta' qoton pur u tgħama ta' kittien pur, li l-perċentwali ta' qanneb fihom jagħmel għallinqas 40 % tal-piż totali tat-tessut mhux imdaqqas jista' jingħata l-isem ta' “unjoni ta' għażel u qoton” li għandu jkun akkumpanjat mill-ispeċifikazzjoni tal-kompożizzjoni “medd ta' qoton pur - tgħama ta' qanneb pur”.

4.  Bla ħsara għall-Artikolu 5(1) għall-prodotti tat-tessuti li l-kompożizzjoni tagħhom ma tistax tingħata faċilment fil-ħin tal-manifattura tagħhom, it-terminu “fibri mħallta” jew it-terminu “kompożizzjoni tat-tessut mhux speċifikata” jista' jintuża fuq it-tikketta.

5.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, fibra li mhijiex inkluża fl-Anness I tista' tiġi deskritta mit-terminu “fibri oħra”, segwit bil-persentaġġ totali tal-piż tagħha, sakemm tkun tressqet applikazzjoni għall-inklużjoni ta' tali fibra fl-Anness I skont l-Artikolu 6.

Artikolu 10

Fibri dekorattivi u fibri b'effett antistatiku

Fibri viżibbli, iżolabbli li jservu biss bħala dekorazzjoni u li ma jaqbżux is-7 % tal-piż tal-prodott lest ma għandhom għalfejn jissemmew fil-kompożizzjonijiet ta' fibri stipulati fl-Artikoli 7 u 9.

l-istess għandu japplika għal fibri metalliċi u għal fibri oħra li jiġu inkorporati biex jinkiseb effett antistatiku u li ma jaqbżux it-2 % tal-piż tal-prodott lest.

Fil-każ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 9(3), perċentwali bħal dawn għandhom jiġu kkalkolati fuq il-piż tad-drapp u fuq dak tat-tgħama separatament.

Artikolu 11

Materjali li joriġinaw mill-annimali

1.  Meta prodott tat-tessuti jinkludi partijiet mhux magħmula minn tessuti li joriġinaw mill-annimali, għandu jkollu tikketta li tiddikjara li dawn il-partijiet huma magħmula minn materjali li joriġinaw mill-annimali. L-ittikkettjar m'għandux jiżgwida u għandu jiġi preżentat b'tali mod li l-konsumatur ikun jista' jifhem faċilment għal liema parti tal-prodott jirreferi t-tagħrif fuq it-tikketta.

2.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-metodi analitiċi li huma jużaw biex jidentifikaw il-materjali li joriġinaw mill-annimali sa ...(10) u sussegwentement kull meta jkun meħtieġ kif indikat minn żviluppi ġodda.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikoli 24, 25 u 26, li jispeċifikaw il-forma dettaljata ta' u l-modalitajiet għall-ittikettjar fuq il-prodotti tat-tessuti msemmija fil-punt 1 u jistabilixxu l-mezzi analitiċi li għandhom jintużaw fl-identifikazzjoni ta' materjali li joriġinaw mill-annimali.

Artikolu 12

L-ittikkettjar

1.  Il-prodotti tat-tessuti għandhom jiġu ttikkettjati jew immarkati kull meta jsiru disponibbli fis-suq.

It-tikketti għandhom ikunu faċilemt aċċessibbli, viżibbli u mwaħħla sew mal-prodott tat-tessuti. Għandhom jibqgħu leġġibbli tul il-perjodu ta' użu normali tal-prodott. L-ittikkettjar u l-mod kif jiġi mwaħħal għandhom jitwettqu b'tali mod li l-iskumdità kkawżata lill-konsumatur tkun minima meta jkun liebes l-prodott.

Madankollu, it-tikketti jistgħu jinbidlu jew jiġu ssupplimentati b'dokumenti kummerċjali li jakkumpanjawhom meta l-prodotti fornuti lil operaturi ekonomiċi fil-katina tal-forniment, jew meta jkunu qegħdin jitwasslu għal ordni magħmula minn kwalunkwe awtorità kontraenti kif definita fid-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi(11).

L-ismijiet u d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9 għandhom ikunu indikati b'mod ċar f'dokumenti kummerċjali bħal dawn li jkunu mal-prodotti.

L-abbrevjazzjonijiet m'għandhomx jintużaw ħlief għal kodiċi ta' pproċessar mekkanizzat, jew fejn dawn huma definiti fl-istandards rikonoxxuti internazzjonalment, sakemm l-abbrevjazzjonijiet huma spjegati fl-istess dokument kummerċjali.

2.  Meta jqiegħed prodott tat-tessuti fis-suq, il-manifattur, jew jekk dan ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-importatur għandu jiżgura l-provvista tat-tikketta u l-preċiżjoni tat-tagħrif stampat fuqha.

Meta jagħmel prodott tat-tessuti disponibbli fis-suq, għandu jiżgura li l-prodotti tat-tessuti ▌jkollhom l-ittikkettjar xieraq preskritt minn dan ir-Regolament.

Distributur għandu jitqies manifattur għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament meta jagħmel prodott tat-tessuti disponibbli fis-suq b'ismu jew bit-trademark tiegħu, iwaħħal it-tikketta jew jibdel il-kontenut tat-tikketta.

L-operaturi ekonomiċi msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandhom jiżguraw li kwalunkwe tagħrif mogħti meta prodotti tat-tessuti jsiru disponibbli fis-suq ma jkunx jista' jiġu mfixkel mal-ismijiet u mad-deskrizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.

Artikolu 13

L-użu ta' ismijiet u ta' deskrizzjonijiet

1.  Meta prodott tat-tessuti jsir disponibbli fis-suq, l-ismijiet u l-kompożizzjoni tal-fibri msemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9 għandhom jiġu indikati fil-katalogi u fil-letteratura kummerċjali, fuq l-ippakkeġġjar, u fuq it-tikketti b'mod li jkun faċilment aċċessibbli, viżibbli u leġibbli u b'mod li l-ittri/n-numri jkunu uniformi rigward id-daqs, l-istil u t-tipa. Dan it-tagħrif għandu jkun viżibbli b'mod ċar għall-konsumatur qabel ma jixtri, anke f'każijiet meta x-xiri jsir b'mezzi elettroniċi.

2.  It-trejdmarks jew l-isem tal-impriża jistgħu jidhru eżatt qabel jew wara l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9.

Madankollu, fejn trejdmark jew isem ta' impriża jkun fih, waħdu jew bħala aġġettiv jew għerq, wieħed mill-ismijiet imniżżla fl-Anness I jew isem li jista' jiġi konfuż magħhom, dan it-trejdmark jew isem għandu jitpoġġa eżatt qabel jew wara l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9.

Tagħrif ieħor għandu dejjem jidher separatament.

3.  L-ittikkettjar għandu jkun disponibbli bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem faċilment mill-konsumatur aħħari fl-Istat Membru li fih il-prodotti tat-tessuti jsiru disponibbli. Meta jkun xieraq, l-ismijiet tal-fibri tat-tessuti jistgħu jinbidlu b'simboli intelliġibbli li ma jiddependux mil-lingwa, jew jiġu kombinati magħhom.

Fil-każ ta' mkebba, irkiekel, marelli u kobob, jew kwantità żgħira oħra ta' ħjut tal-ħjata, tat-tiswija u r-rakkmu, l-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-ittikkettjar inklussiv imsemmi fl-Artikolu 16(3). Meta prodotti bħal dawn jinbiegħu individwalment lill-utent aħħari, jistgħu jiġu ttikkettjati bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni, sakemm ikollhom ukoll ittikkettjar inklużiv. Meta jkun xieraq, l-ismijiet tal-fibri tat-tessuti jistgħu jinbidlu b'simboli intelliġibbli li ma jiddependux mil-lingwa, jew jiġu kombinati magħhom.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikoli 24, 25 u 26, li jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati dwar l-użu tas-simboli msemmija f'dan il-paragrafu.

Artikolu 14

Prodotti tat-tessuti multi-komponenti

1.  Kwalunkwe prodott tat-tessuti li fih żewġ komponenti jew iżjed għandu jkollu tikketta li fuqha jidher il-kontenut tal-fibra ta' kull komponent.

Ittikkettjar bħal dan ma għandux ikun obbligatorju għall-komponenti għajr għat-tberfil ewlieni u li jirrappreżentaw inqas minn 30 % tal-piż totali tal-prodott.

2.  Fejn żewġ prodotti tat-tessuti jew aktar għandhom l-istess kontenut ta' fibra u normalment jiffurmaw unità waħdanija, dawn jeħtieġu li jkollhom tikketta waħda biss.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet speċjali

Il-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti mniżżla fl-Anness IV għandha tiġi indikata skont ir-regoli tal-ittikkettjar stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 16

Derogi

1.  B'deroga mill-Artikoli 12, 13 u 14, ir-regoli stipulati fil-paragrafi 2, 3, u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw.

Fi kwalukwe każ, il-prodotti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jsiru disponibbli fis-suq b'tali mod li l-konsumatur aħħari jista' jsir jaf fid-dettall dwar il-kompożizzjoni ta' dawn il-prodotti.

2.  L-indikazzjoni tal-ismijiet ta' fibri tat-tessuti jew tal-kompożizzjoni tal-fibri fuq it-tikketti jew l-immarkar tal-prodotti tat-tessuti msemmija fl-Anness V mhijiex meħtieġa.

Madankollu, fejn trejdmark jew isem ta' impriża jkun fih, waħdu jew bħala aġġettiv jew għerq, wieħed mill-ismijiet imniżżla fl-Anness I jew isem li jista' jiġi konfuż miegħu, l-Artikoli 12, 13 u 14 għandhom japplikaw.

3.  Fejn prodotti tat-tessuti mniżżla fl-Anness VI huma tal-istess tip u kompożizzjoni, dawn jistgħu jsiru disponibbli fis-suq flimkien taħt tikketta inklussiva.

4.  Il-kompożizzjoni ta' prodotti tat-tessuti mibjugħin bil-metru għandha tintwera biss fuq it-tul tar-romblu li jsir disponibbli fis-suq.

Kapitolu 3

Is-sorveljanza tas-suq

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq

1.  L-awtoritajiet ▌ għas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu verifiki fir-rigward tal-konformità tal-kompożizzjoni tal-prodotti tat-tessuti bit-tagħrif provdut dwar il-kompożizzjoni ta' dawk il-prodotti skont dan ir-Regolament.

2.  Għall-għan li tkun determinata l-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessuti, il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont il-metodi jew l-istandards armonizzati stipulati fl-Anness VIII.

Għal dawn il-finijiet, il-perċentwali ta' fibra stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9 għandhom jiġu stabbiliti bl-applikazzjoni tal-konċessjoni miftehma xierqa għall-massa anidra ta' kull fibra stabbilita fl-Anness IX, wara li jkunu tneħħew l-oġġetti msemmija fl-Anness VII.

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-fibri stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9, l-oġġetti mniżżla fl-Anness VII ma għandhomx jitqiesu.

3.  Kwalunkwe laboratorju akkreditat u approvat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għall-ittestjar ta' taħlitiet ta' tessuti li għalihom ma hemm l-ebda metodu ta' analiżi uniformi fil-livell tal-Unjoni għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-fibri ta' taħlitiet bħal dawn ▌, waqt li jindika r-riżultat miksub fir-rapport tal-analiżi il-metodu li ntuża, u l-grad ta' preċiżjoni ta' dan il-metodu.

Artikolu 18

Tolleranzi

1.  Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-kompożizzjoni tal-prodotti tat-tessuti maħsuba għall-konsumatur aħħari, it-tolleranzi stipulati fil-paragrafi 2, 3, u 4 għandhom japplikaw.

2.  Il-preżenza ta' fibri estranji fil-kompożizzjoni li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 9 ma għandhiex għalfejn tiġi indikata jekk il-perċentwali ta' dawn il-fibri ma jilħaqx dawn il-punti li ġejjin:

   (a) 2 % tal-piż totali tal-prodott tat-tessuti, sakemm din il-kwantità tkun ġustifikata bħala teknikament inevitabbli fil-prattika tajba tal-manifattura u ma tkunx ġiet miżjuda bħala kwistjoni ta' rutina;
   (b) taħt l-istess kundizzjoni, 5 % tal-piż totali fil-każ ta' prodotti tat-tessuti li jkunu għaddew minn proċess ta' tqardix.

Il-punt (b) ta' dan il-paragrafu għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 8(3).

3.  Għandha tkun permessa tolleranza ta' manifattura ta' 3 % bejn il-perċentwali tal-fibra mistqarra li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 9 u l-perċentwali miksuba mill-analiżi mwettqa skont l-Artikolu 17, fir-rigward tal-piż totali tal-fibri muri fuq it-tikketta. Tolleranza bħal din għandha tapplika wkoll għal dan l-ġej:

   (a) fibri li huma elenkati mingħajr l-ebda indikazzjoni tal-perċentwali tagħhom skont l-Artikolu 9(2);
   (b) il-perċentwali ta' suf imsemmi fl-Artikolu 8(2)(b).

Għall-finijiet tal-analiżi, it-tolleranzi għandhom jiġu kkalkulati b'mod separat. Il-piż totali li għandu jitqies fil-kalkolu tat-tolleranza msemmija f'dan il-paragrafu għandu jkun dak tal-fibri tal-prodott lest li minnu għandu jitnaqqas il-piż ta' kwalunkwe fibri estranji misjuba meta tkun ġiet applikata t-tolleranza msemmija fil-paragrafu 2.

Iż-żieda tat-tolleranzi li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun permessa biss jekk xi fibri estranji misjuba b'analiżi, meta tiġi applikata t-tolleranza msemmija fil-paragrafu 2, tinzerta tkun tal-istess tip kimiku bħala waħda jew iktar mill-fibri murija fuq it-tikketta.

4.  Fil-każ ta' prodotti partikolari li għalihom il-proċess tal-manifattura jitlob tolleranzi ogħla minn dawk mogħtija fil-paragrafi 2 u 3, tolleranzi ogħla jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni meta l-konformità tal-prodott tiġi kkontrollata skont l-Artikolu 17(1) f'każijiet eċċezzjonali biss u fejn tkun ipprovduta ġustifikazzjoni xierqa mill-manifattur.

Il-manifattur għandu jressaq talba li tagħti raġunijiet u evidenza biżżejjed taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-manifattura.

Kapitolu 4

Indikazzjoni ta' oriġini għall-prodotti tat-tessuti

Artikolu 19

Indikazzjoni ta' oriġini għall-prodotti tat-tessuti impurtati minn pajjiżi terzi

1.  Għall-għan ta' dan l-Artikolu, it-termini “oriġini” jew “li joriġinaw” għandhom jirreferu għal oriġini mhux preferenzjali skont l-Artikoli 35 u 36 tar- Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)(12).

2.  L-importazzjoni jew t-tqegħid fuq is-suq ta' prodotti tat-tessuti impurtati minn pajjiżi terzi, barra minn dawk li joriġinaw mit-Turkija u l-Pajjiżi Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE, għandhom ikunu soġġetti għall-ittikkettjar tal-oriġini skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

3.  Il-pajjiż tal-oriġini ta' prodotti tat-tessuti għandu jiġi indikat fuq it-tikketta ta' dawk il-prodotti. F'każijiet fejn il-prodotti huma ppakkjati, għandu jkun hemm indikazzjoni separata fuq il-pakkett. L-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini ma tistax tiġi sostitwita b' indikazzjoni li tikkorrispondi fid-dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-prodott.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti delegati, skont l-Artikoli 24, 25 u 26, sabiex jiġu stabbiliti l-każijiet fejn l-indikazzjoni tal-oriġini fuq il-pakkett għandha tiġi aċċettata minflok l-ittikkettjar tal-prodotti nfushom. Dan jista' jkun il-każ, partikolarment meta l-prodotti normalment jaslu għand il-konsumatur jew l-utent aħħari fil-pakkett normali tagħhom.

5.  Il-kliem “made in” flimkien mal-isem tal-pajjiż tal-oriġini għandhom jindikaw l-oriġini tal-prodotti tat-tessuti. L-ittikkettjar għandu jkun disponibbli bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem faċilment mill-konsumatur aħħari fl-Istat Membru li fih il-prodotti ser isiru disponibbli fis-suq fis-suq.

6.  L-ittikkettjar tal-oriġini għandu jkun jidher sew, jinqara b'mod ċar u ma jitħassarx, għandu jkun viżibbli tul l-immaniġġjar normali, distint b'mod ċar minn kull informazzjoni oħra u għandu jkun ppreżentat b'tali mod li la jiżgwida u l-anqas ma' jagħti impressjoni żbaljata dwar l-oriġini tal-prodott.

7.  Il-prodotti tat-tessuti għandu jkollhom it-tikkettjar meħtieġ fil-ħin tal-importazzjoni. Dan l-ittikkettjar ma jistax jitneħħa jew jiġi mbgħabas sa meta l-prodotti ma jinbigħux lill-konsumatur jew lill-utent aħħari.

Artikolu 20

Indikazzjoni ta' oriġini għal prodotti oħra tat-tessuti

1.  Meta l-oriġini tal-prodott tat-tessuti barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 19 tkun indikata fuq it-tikketta, din l-indikazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.  Il-prodott għandu jitqies li joriġina mill-pajjiż fejn għadda minn minn tal-inqas tnejn mill-istadji ta' manifattura li ġejjin:

   għażil;
   insiġ;
   irfinar;
   tiswir.

3.  Il-prodott tat-tessut ma jistax jiġi deskritt fuq it-tikketta bħala li joriġina kollu kemm hu minn pajjiż jekk ma jkunx għadda mill-istadji ta' manifattura kollha f'dak il-pajjiż, kif imsemmi f'punt 2.

4.  Il-kliem “made in” flimkien mal-isem tal-pajjiż tal-oriġini għandhom jindikaw l-oriġini tal-prodotti tat-tessuti. L-ittikkettjar għandu jkun disponibbli bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tinftiehem faċilment mill-konsumatur aħħari fl-Istat Membru li fih il-prodott ser isiru disponibbli fis-suq fis-suq.

5.  L-ittikkettjar tal-oriġini għandu jkun jidher sew, jinqara b'mod ċar u ma jitħassarx, għandu jkun viżibbli tul l-immaniġġjar normali, distint b'mod ċar minn kull informazzjoni oħra u għandu jkun ppreżentat b'tali mod li ma jiżgwidax u lanqas ma' jagħti impressjoni żbaljata dwar l-oriġini tal-prodott.

Artikolu 21

Atti ddelegati

Il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikoli 19a, 19b u 19c sabiex:

   tiddetermina l-forma dettaljata ta u l-modalitajiet tal-ittikkettjar tal-oriġini;
   tistabbillixxi lista ta' termini fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni li jesprimu b'mod ċar li l-prodotti joriġinaw mill-pajjiż indikat fuq it-tikketta;
   tiddetermina l-każijiet fejn l-abbrevjazzjonijiet użati normalment jindikaw b'mod ċar il-pajjiż tal-oriġini u jistgħu jintużaw għall-għan ta' dan ir-Regolament;
   tiddetermina l-każijiet fejn il-prodotti ma jistgħux jew ma jeħtiġux li jiġu ttikkettar għal raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi;
   tiddetermina regoli oħrajn li jistgħu jinħtieġu meta jidher li l-prodotti ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet komuni

1.  Il-prodotti tat-tessuti msemmija fl-Artikolu 19 għandhom jitqiesu li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jekk:

   ma jkollhomx tikketta tal-oriġini;
   it-tikketta tal-oriġini ma taqbilx mal-oriġini tal-prodotti;
   it-tikketta tal-oriġini tkun inbidlet jew tneħħiet u jew tbgħabset b'xi mod ieħor, barra meta tkun inħtieġet korrezzjoni f'konformità mal-punt 5 ta' dan l-Artikolu.

2.  Il-prodotti tat-tessuti barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 19 għandhom jitqiesu li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament jekk:

   it-tikketta tal-oriġini ma taqbilx mal-oriġini tal-prodotti;
   it-tikketta tal-oriġini tkun inbidlet jew tneħħiet u jew tbgħabset b'xi mod ieħor, barra meta tkun inħtieġet korrezzjoni f'konformità mal-punt 5 ta' dan l-Artikolu.

3.  Il-kummissjoni tista' tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikoli 24, 25 u 26 fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet u dokumenti ta' prova li jistgħu jitqiesu li jixhdu konformità ma' dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn (13)... , u għandhom javżawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

5.  Meta l-prodotti ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom konsegwentement jadottaw il-miżuri meħtieġa li jitolbu lis-sid tal-prodotti jew lil kull persuna responsabbli oħra, biex jittikkettjaw dawk il-prodotti bi qbil ma' dan ir-Regolament u bi spejjeż għalihom.

6.  Fejn meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħmlu skambju tad-data miġbura waqt il-kontrolli ta' konformità ma' dan ir-Regolament, inklużi mal-awtoritajiet u ma' persuni jew organizzazzjonijiet oħrajn li ngħataw is-setgħa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar negozju mhux ġust lill-konsumatur skont prattiċi kummerċjali fis-suq intern(14).

Kapitolu 5

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 23

Adattament għall-progress tekniku

Emendi għall-Annessi  I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX li hija meħtieġa għall-adattament ta' dawk l-Annessi għall-progress tekniku għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 24, u suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 25 u 26.

Artikolu 24

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 11, 13, 19, 21, 22 u 23 għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin wara ...(15). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar is-setgħat iddelegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Ma' dak ir-rapport, jekk ikun xieraq, għandha ssir proposta leġiżlattiva sabiex jittawwal il-perjodu ta' żmien tad-delega.

2.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 25

Revoka tad-delega

Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 11, 13, 19, 21, 22 u 23 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 26

Oġġezzjonijiet għall-atti ddelegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data ta' notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.  Jekk, kif jintemm il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, jew kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom joġġezzjonaw, l-att għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

Artikolu 27

Rappurtar

Sa ... (16), il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'enfasi fuq it-talbiet u l-adozzjoni tal-ismijiet il-ġodda ta' fibri tat-tessuti u, meta jkun ġustifikat, għandha tressaq proposta leġiżlattiva.

Artikolu 28

Reviżjoni

1.  Sal- ...(17), il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward rekwiżiti ġodda possibbli li jistgħu jiġu introdotti fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li jipprovdu lill-konsumaturi informazzjoni preċiża, rilevanti, intelliġibbli u komparabbli dwar il-karatteristiċi tal-prodotti tat-tessuti. Ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati kollha, stħarriġ tal-konsumaturi u analiżi bir-reqqa tal-benefiċċju meta mqabbel man-nefqa u, fejn xieraq, għandu jkun fih proposti leġiżlattivi. Ir-rapport għandu jeżamina, inter alia, il-kwistjonijiet li ġejjin:

   sistema ta' tikkettjar armonizzata rigward il-kura,
   sistema uniformi fl-UE kollha ta' tikketti tal-istess daqs għall-ilbies u ż-żraben,
   indikazzjoni ta' kull sustanza potenzjalment allerġenika jew perikoluża użata fil-manifattura jew l-ipproċessar ta' prodotti tat-tessuti,
   tikkettar ekoloġiku marbut mal-prestazzjoni ambjentali u l-produzzjoni sostenibbli ta' prodotti tat-tessuti,
   tikkettar soċjali biex jinforma lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet soċjali li taħthom sar il-prodott tat-tessuti,
   tikketti ta' twissija dwar il-prestazzjoni rigward il-fjammabilità tal-prodotti tat-tessuti, b'mod partikulari l-ilbies b'periklu kbir li jaqbad,
   tikkettar elettroniku, inkluża l-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID),
   l-inklużjoni ta' numru ta' identifikazzjoni fuq it-tikketta li għandha tintuza sabiex wieħed jakkwista tagħrif addizzjonali dwar il-prodott jekk jixtieq, per eżempju permezz tal-Internet,
   l-użu ta' simboli li ma jiddependux mil-lingwa għall-identifikazzjoni tal-fibri użati għall-manifattura ta' prodott tat-tessuti, li jippermetti lill-konsumatur jifhem faċilment il-kompożizzjoni tiegħu u, b'mod partikulari, l-użu ta' fibri naturali jew sintetiċi.

2.  Sa ...(18), il-Kummissjoni għandha tagħmel studju biex tevalwa jekk is-sustanzi użati fil-manifattura jew l-ipproċessar tal-prodotti tat-tessuti jistgħux ikunu perikolużi għas-saħħa tal-bniedem. Dan l-istudju għandu jevalwa b'mod partikulari jekk hemmx rabta każwali bejn ir-reazzjonijiet allerġeniċi u l-fibri sintetiċi, il-koloranti, il-bijoċidi, il-preservattivi jew in-nanopartiċelli użati fil-prodotti tat-tessuti. Dan l-istudju għandu jissejjes fuq evidenza xjentifika u għandu jqis ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-swieq. Abbażi tal-istudju, il-Kummissjoni, meta jkun ġustifikat, għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi bil-għan li tipprojbixxi jew tillimita l-użu ta' sustanzi potenzjalment perikolużi użati fil-prodotti tat-tessuti, b'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Artikolu 29

Dispożizzjoni transizzjonali

Prodotti tat-tessuti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/121/KE u li tqiegħdu fis-suq qabel...(19) jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sa ... (20)*.

Artikolu 30

Tħassir

Id-Direttivi 73/44/KEE, 96/73/KE u 2008/121/KE [jew abbozzati mill-ġdid] huma mħassra b'effett minn ....(21)**.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament EwropewGħall-Kunsill

Il-PresidentIl-President

ANNESS I

TABELLA TAL-FIBRI TAT-TESSUTI

Tabella 1

Numru

Isem

Deskrizzjoni tal-fibra

1

suf

Fibri mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief (Ovis aries) jew taħlita ta' fibri mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief u x-xagħar tal-annimali elenkati fil-punt 2

2

alpaka, ljama, ġemel, kaxmer, moher, vikunja Angoraangora, jak, guanako, kaxgora, kastur, lontra, segwiti jew le bl-isem “suf” jew “xagħar”

xagħar tal-annimali li ġejjin: alpaka, ljama, ġemel, mogħża tal-kaxmer, mogħża tal-angora, fenek tal-angora, vikunja, jak, guanako, mogħża tal-kaxgora, kastur, lontra

3

xagħar tal-annimal jew taż-żiemel, bi jew mingħajr indikazzjoni tat-tip ta' annimal (eż. xagħar tal-merħla, xagħar tal-mogħża komuni, xagħar taż-żiemel)

xagħar ta' annimali varji mhux imsemmija f“1 u 2

4

ħarir

fibra miksuba esklussivament minn insetti li jobżqu l-ħarir

5

qoton

fibra miksuba mill-ifsdqa tal-pjanta tal-qoton (Gossypium)

6

kapok

fibra miksuba mill-intern tal-frotta tal-kapok (Ceiba pentandra)

7

kittien

fibra miksuba mill-qalba tal-pjanta tal-kittien (Linum usitatissimum)

8

qanneb ġenwin

fibra miksuba mill-qalba tal-qanneb (Cannabis sativa)

9

ġuta

fibra miksuba mil-qalba tal-Corchorus olitorius u l-Corchorus capsularis. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, fibri tal-qalba miksuba minn l-ispeċi segwenti għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-ġuta: Hibiscus cannabinus, Hibiscus sabdariffa, Abultilon avicennae, Urena lobata, Urena sinuata

10

abaka (Qanneb ta' Manila)

fibra miksuba mill-weraq ta' barra tal-Musa textilis

11

alfa

fibra miksuba mill-weraq tal-Istipa tenacissima

12

kajjar (ġewż tal-Indi)

fibra miksuba mill-frotta tal-Cocos nucifera

13

ġummar

fibra miksuba mill-qalba tas-Cytisus scoparius u/jew tal-iSpartium Junceum

14

rami

fibra miksuba mill-qalba tal-Boehmeria nivea u l-Boehmeria tenacissima

15

sisal

fibra miksuba mill-weraq tal-Agave sisalana

16

Sunn

fibra mill-qalba tal-Crotalaria juncea

17

Sabbara

fibra mill-qalba tal-Agave Fourcroydes

18

Maguey

fibra mill-qalba tal-Agave Cantala

Tabella 2

19

aċetat

fibra tal-aċetat taċ-ċelluluża fejn inqas minn 92 % imma għallinqas 74 % tal-gruppi hydroxyl huma aċetilatati

20

alġinat

fibra miksuba minn imluħa metalliċi u l-aċidu alġiniku

21

kupro (cuprammonium rayon)

fibra taċ-ċelluluża riġenerata miksuba bil-proċess cuprammonium

22

modal

fibra taċ-ċelluloża riġenerata miksuba minn proċess viskuż modifikat li għandu saħħa qawwija li jkisser u modulu għoli ta' tixrib. Is-saħħa biex tkisser (BC) fl-istat ikkundizzjonat u l-forza ((BM) meħtieġa biex tipproduċi titwil ta' 5 % fi stat imxarrab huma:

BC (CN) ≥ 1,3 √T + 2 T

BM (CN) ≥ 0,5 √T

fejn T hija d-densità lineari medja f'decitex

23

proteina

fibra miksuba minn sostanzi ta' proteina naturali riġenerati u stabbilizzati permezz ta' azzjoni ta' aġenti kimiċi

24

triaċetat

fibra tal-aċetat taċ-ċelluloża fejn għallinqas 92 % tal-gruppi hydroxyl huma aċetilitati

25

viskuż

fibra taċ-ċelluluża riġenerata miksuba bil-proċess viskuż għal fibra tal-filament u fibra diskontinwa

26

akrilik

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari li jinkludu għallinqas 85 % (bil-piż) fil-katina tal-mudell acrylonitrilic

27

chlorofibre

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li jkollhom fil-katina tagħhom iktar minn 50 % bil-piż ta' unitajiet monomeriċi ta' vinil klorinat u vinilidene klorinat

28

fluorofibre

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari magħmula minn monomeri fluorcarbon aliphatic

29

modakrilik

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li jkollhom fil-katina tagħhom iktar minn 50 % u inqas minn 85 % (bil-piż) tal-mudell acrylonitrilic

30

poliamide jew najlon

fibra magħmula minn makromollikuli sintetiċi lineari li jkollhom fit-katina rabtiet rikorrenti ma' amide li minnu mill-inqas 85 % huwa magħqud ma' unitajiet alifatiċi jew ċikloalifatiċi'

31

aramid

fibri magħmulin minn makromollikuli lineari sintetiċi magħmula minn gruppi aromatiċi magħqudin b'rabtiet ta' amide jew imide, li minnhom mill-inqas 85 % huma magħqudin direttament ma' żewġ ċrieki aromatiċi u bin-numru ta' konnessjonijiet ta' imide, jekk dawn tal-aħħar ikunu preżenti, ma jaqbżix in-numru ta' konnessjonijiet ta' amide

32

polyimide

fibri ffurmati minn makromollikuli sintetiċi lineari li fit-taħlita fihom unitajiet ripetuti ta' imide

33

lyocell

fibra taċ-ċelluloża riġenerata miksuba mit-tidwib, u proċess ta' solvent organiku (taħlita ta' kimiċi organiċi u ilma) b'tidwir, mingħajr ma jifformaw derivati

34

polylactide

fibra magħmula minn makromollikuli lineari- li jkollhom fil-katina mill-inqas 85 % (f'massa) ta' unitajiet ta' esteri ta' aċidu lattiku derivati minn zokkor naturali, u li jkollhom temperatura li fiha jinħallu ta' mill-inqas 135°C

35

poliester

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari li jkun fihom għallinqas 85 % (bil-piż) fil-katina ta' ester ta' aċidu diol u tereftaliku

36

polyethylene

fibra ffurmata minn makromollikuli linejari ta' idrokarbonju saturizzat allifatiku mhux sostitwit

37

polipropilene

fibra ffurmata minn makromollikulu linejari ta' idrokarbonju saturizzat alifatiku fejn atomu wieħed tal-karbonju minn kull tnejn iġorr methyl side chain fid-dispożizzjoni isotattika u mingħajr iktar sostituzzjoni

38

polyicarbamide

fibra ffurmuta minn makromolekuli lineari li jkollhom fil-katina l-grupp funzjonali tal-ureylene rikorrenti (NH‐CO‐NH)

39

poliurethane

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari magħmula minn ktajjen bil-grupp funzjonali tal-urethane rikorrenti

40

vinilal

fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li l-katina tagħhom hija magħmula bil-poly(alkoħol tal-vinil) b'livelli differenti ta' aċetalizzazzjoni

41

trivinil

fibra ffurmata minn acrylonitrile terpolymer, monomer ta' vinil klorinat u t-tielet monomeru tal-vinil, li l-ebda wieħed minnhom ma jirrapreżenta daqs 50 % tal-piż totali

42

elastodiene

elastofibre magħmul minn polyisoprene naturali jew sintetiku, jew magħmul minn dienes polimerizzat wieħed jew iktar bi jew mingħajr monomeru tal-vinil wieħed jew aktar, u li, meta miġbud għal tliet darbiet it-tul oriġinali tiegħu u rilaxxat, jirkupra minnufih u b'mod sostanzjali t-tul inizjali tiegħu

43

elastane

elastofibre magħmul minn għallinqas 85 % (bil-piż) ta' polyurethane segmentat u li, meta miġbud għal tliet darbiet it-tul oriġinali tiegħu u rrilaxxat, jirkupra minnufih u b'mod sostanzjali t-tul inizjali tiegħu

44

fibra tal-ħġieġ

fibra magħmula mill-ħġieġ

45

isem li jikkorrispondi għall-materjali li minnhom huma magħmula l-fibri, eż. metall (metalliku, metallizzat), asbestos, karta, segwiti jew le mill-kelma “ħjut” jew “fibra”

fibri miksubin minn materjali ġodda jew mixxellanji mhux elenkati hawn fuq

46

elastomultiester

fibra ffurmata b'azzjoni bejn makromollikuli lineari kimikament distinti f'żewġ fażijiet jew aktar (li minnhom l-ebda wieħed ma jaqbeż il-85 % bħala piż ) u li fiha gruppi ta' esteri bħala unitajiet funzjonali dominanti (mill-inqas 85 %) u li, wara trattamemt adatt meta miġbuda għal darba u nofs it-tul oriġinali u rilaxxata, tirkupra malajr u b'mod sostanzjali għat-tul oriġinali tagħha

47

Elastolefin

fibri magħmulin minn mill-inqas 95 % (bħala piż) tal-makromollikuli mmaljati salib parzjalment, magħmulin mill-ethylene u mill-inqas minn olefin wieħed ieħor u li, meta miġbudin darba u nofs it-tul oriġinali tagħhom u rilaxxati, jirkupraw malajr u b'mod sostanzjali għat-tul oriġinali tagħhom

48

Melamine

fibra magħmula minn mill-inqas 85 % bħala piż tal-makromollikuli mmaljati salib magħmula mid-derivati tal-melamina

ANNESS II

REKWIŻITI MINIMI GĦAL FAJL TEKNIKU BIEX JAPPLIKA GĦAL ISEM ĠDID TA' FIBRA TAT-TESSUTI

(Artikolu 6)

Fajl tekniku li jrid jipproponi isem ġdid ta' fibra tat-tessuti għall-inklużjoni fl-Anness I, kif imsemmi fl-Artkolu 6, għandu jkun fih mill-inqas it-tagħrif li ġej:

   Isem propost tal-fibra;

L-isem propost għandu jkun relatat mal-kompożizzjoni kimika u għandu jipprovdu tagħrif dwar il-karatteristiċi tal-fibra, jekk xieraq. L-isem propost għandu jkun ħieles mid-drittijiet u ma għandux ikun marbut mal-manifattur.

   Definizzjoni proposta tal-fibra;

Il-karatteristiċi msemmija fid-definizzjoni tal-fibra l-ġdida, bħal pereżempju l-elastiċità, għandhom ikunu verifikabbli permezz ta' metodi ta' ittestjar li għandhom jitressqu flimkien mal-fajl tekniku u r-riżultati esperimentali tal-analiżi.

   Identifikazzjoni tal-fibra: formula kimika, differenzi mill-fibri eżistenti, flimkien ma', fejn rilevanti, dejta fid-dettall bħall-punt tat-tidwib, id-densità, l-indiċi rifrattiv, l-aġir fi ħruq u l-ispettru FTIR;
   It-tolleranza miftiehma proposta;
   Metodi ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni żviluppati biżżejjed, inkluża dejta esperimentali;

L-applikant għandu jevalwa l-possibilità li juża l-metodi elenkati fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament biex janalizza t-taħlitiet kummerċjali l-aktar mistennija tal-fibra l-ġdida ma' fibri oħra u għandu jipproponi mill-inqas waħda minn dawn il-metodi. Għal dawk il-metodi fejn il-fibra tista' titqies bħala komponent li ma jinħallx, l-applikant għandu jivvaluta l-fatturi ta' korrezzjoni tal-massa tal-fibra l-ġdida. Id-dejta kollha esperimentali għandha titressaq mal-applikazzjoni.

Jekk il-metodi mniżżla f'dan ir-Regolament mhumiex adattati, l-applikant għandu jipprovdi raġunament xieraq u jipproponi metodu ġdid.

L-applikazzjonijiet għandu jkun fihom id-dejta esperimentali għall-metodi proposti. Dejta dwar il-preċiżjoni, ir-robustezza u r-ripetittività tal-metodi għandha tingħata mal-fajl.

   Ir-riżultati tat-testijiet li saru biex ikunu evalwati reazzjonijiet allerġeniċi possibbli jew effetti negattivi oħra tal-fibra l-ġdida fuq is-saħħa tal-bniedem, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE;
   Tagħrif addizzjonali ta' appoġġ għal mal-applikazzjoni: proċess ta' produzzjoni, rilevanza għall-konsumatur;
   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jipprovdi kampjuni rappreżentattivi tal-fibra pura l-ġdida u t-taħlitiet rilevanti tal-fibra meħtieġa għat-twettiq tal-validazzjoni tal-metodi ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni proposti, jekk mitluba mill-Kummissjoni.

 ANNESS III 

ISMIJIET LI JIDRHU FL-ARTIKOLU 8(1)

–bil-Bulgaru: “необработена вълна”,

–bl-Ispanjaol: “lana virgen” jew “lana de esquilado”,

–biċ-Ċek: “střižní vlna”,

–bid-Daniż: “ren, ny uld”,

–bil-Ġermaniż: Schurwolle“,

–bl-Estonjan: “uus vill”,

–bl-Irlandiż: “olann lomra”

–bil-Grieg: “παρθένο μαλλί”,

–bl-Ingliż: “fleece wool” jew “virgin wool”,

–bil-Franċiż: “laine vierge” jew “laine de tonte”,

–bit-Taljan: “lana vergine” jew “lana di tosa”,

–bil-Latvjan: “pirmlietojuma vilna” jew “cirptā vilna”,

–bil-Litwan: “natūralioji vilna”,

–bl-Ungeriż: “élőgyapjú”,

–bil-Malti: “suf verġni”,

–bl-Olandiż: “scheerwol”,

–bil-Pollakk: “żywa wełna”,

–bil-Portugiż: “lã virgem”,

–bir-Rumen: “lână virgină”,

–bis-Slovakk: “strižná vlna”,

–bis-Sloven: “runska volna”,

–bil-Finlandiż: “uusi villa”,

–bl-Iżvediż: “ren ull”.

ANNESS IV

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ITIKKETTJAR TA' ĊERTI PRODOTTI

(Artikolu 15)

Prodotti

Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar

1. Il-prodotti tal-kriepet li ġejjin:

Il-kompożizzjoni tal-fibri għandha tiġi indikata fuq it-tikketta billi tingħata l-kompożizzjoni tal-prodott kollu jew, inklussivament jew b'mod separat, il-kompożizzjoni tal-komponenti elenkati rispettivament:

(a) Riċipetti

Id-drapp ta' ġewwa u ta' barra tal-boroż u d-dahar

(b) Kriepet

Il-panewijiet webbiesa ta' quddiem, ta' wara u tal-ġnub

(c) Corselettes

Id-drapp ta' barra u ta' ġewwa tal-boroż, il-panewijiet webbiesa ta' quddiem u ta' wara u l-panewijiet tal-ġnub

2. Prodotti oħra tal-kriepet mhux elenkati hawn fuq

Il-kompożizzjoni tal-fibri għandha tiġi indikata billi tingħata l-kompożizzjoni tal-prodott kollu jew, inklussivament jew b'mod separat, il-kompożizzjoni tal-komponenti varji tal-prodotti. Ittikkettjar bħal dan ma għandux ikun obbligatorju għal komponenti li jirrapreżentaw inqas minn 10 % tal-piż totali tal-prodott

3. Il-prodotti kollha tal-kriepet

L-ittikkettjar separat tal-partijiet varji tal-prodotti tal-kriepet għandu jsir b'tali mod li l-konsumatur aħħari jkun jista' jifhem faċilment għal liema parti tal-prodott jirreferi t-tagħrif fuq it-tikketta

4. Tessuti stampati b'inċiżjoni

Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista' tkun indikata billi, il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku u dik tal-partijiet inċiżi jiġu ddikjarati separatament. Dawn il-komponenti għandhom jissemmew b'isimhom

5. Tessuti rrakkmati

Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista' tkun indikata billi, il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku u dik tal-hajt tar-rakkmu jiġu ddikjarati separatament. Dawn il-komponenti għandhom jissemmew b'isimhom. L-ittikkettjar bħal dan huwa obbligatorju biss għall-partijiet irrakkmati li jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-wiċċ tal-prodott

6. Ħjut li jikkonsistu minn qalba u kisja magħmula minn fibri differenti u jsiru disponibbli fis-suq bħala tali lill-konsumatur

Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista' tkun indikata billi tingħata l-kompożizzjoni tal-qalba u tal-kisja b'mod separat. Dawn il-komponenti għandhom jissemmew b'isimhom

7. Tessuti tal-bellus u tal-filpa, jew tessuti li jixbħu l-bellus jew il-filpa

Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott sħiħ, u fejn il-prodott ikun fih dahar distint u wiċċ tal-użu magħmul minn fibri differenti, din tista' tiġi ddikjarata separatament għal dawk il-komponenti. Dawn il-komponenti għandhom jissemmew b'isimhom

8. Kisi tal-art u twapet li d-dahar u l-wiċċ tal-użu tagħhom huma magħmula minn fibri differenti

Il-kompożizzjoni tista' tingħata għall-wiċċ tal-użu waħdu. Il-wiċċ tal-użu għandu jissemma b'ismu

ANNESS V

PRODOTTI LI GĦALIHOM L-ITTIKKETTJAR JEW L-IMMARKAR MHUWIEX OBBLIGATORJU

(Artikolu 15(2))

1.  Faxex tal-kmiem

2.  Ċineg tal-arloġġi magħmulin minn materjali tat-tessut

3.  Tikketti u badges

4.  Ingwanti imbottiti għall-irfigħ ta' oġġetti sħan ta' materjali tat-tessut

5.  Għata tal-kafè

6.  Għata tat-te

7.  Protezzjoni tal-kmiem

8.  Manxò (muffs) għajr dawk magħmula mid-drapp tal-pil

9.  Fjuri artifiċjali

10.  Kuxxinetti tal-labar

11.  Kanvas miżbugħ

12.  Prodotti tat-tessut bħala bażi jew drappijiet minn taħt jew fursetti

13.  Prodotti antiki tat-tessut iffabbrikati, fejn mistqarra tali b'mod espliċitu

14.  Takkalji

15.  Ippakkjar, mhux ġdid u mibjugħ bħala tali

16.  Reċipjenti li huma rotob u mingħajr bażi, partijiet magħmulin minn sarrag, jew minn materjali tat-tessut

17.  Oġġetti tal-vjaġġi magħmulin minn materjal tat-tessut

18.  Tapezzeriji rrakkmati bl-idejn, lesti jew mhux lesti, u materjali għall-produzzjoni tagħhom, li jinkludu ħjut tal-irrakkmar, mibjugħin separatament mill-kanvas u ppreżentati b'mod speċjali biex jintużaw f'tapezzeriji bħal dawn

19.  Żippijiet

20.  Buttuni u bokkli miksija b'materjali tat-tessut

21.  Kisi tal-kotba magħmulin minn materjal tat-tessut

22.  Partijiet tat-tessut ta' xedd tas-saqajn, għajr il-kisi li jsaħħan

23.  Sottoplatti li jkollhom bosta komponenti u arja tal-wiċċ ta' mhux iktar minn 500 ċm2

24.  Ingwanti u ċraret tal-forn

25.  Għata tal-bajd

26.  Kaxex tal-make-up

27.  Boroż tat-tabakk magħmulin minn materjal tat-tessut

28.  Kaxex magħmulin minn materjal tat-tessut tan-nuċċalijiet, sigarretti u sigarri, lajters u pettnijiet

29.  Tagħmir ta' protezzjoni użat fl-isports bl-eċċezzjoni tal-ingwanti

30.  Kaxex tat-twaletta

31.  Kaxex għat-tindif taż-żraben

32.  Oġġetti tal-funerali

33.  Prodotti li jintremew wara l-użu, bl-eċċezzjoni tat-tajjar

34.  Prodotti tat-tessuti soġġetti għar-regoli tal-Farmakopija Ewropea u koperti b'referenza għal dawk ir-regoli, faxex għal użu mediku u ortopediku li ma jintremewx wara l-użu u prodotti ortopediċi tat-tessuti ġenerali

35.  Prodotti tat-tessuti inklużi ċwiemi, ħbula u spag, soġġetti għal punt 12 tal-Anness VI normalment maħsuba:

   (a) għal użu bħala komponenti ta' apparat fil-manifattura u fl-ipproċessar ta' oġġetti;
   (b) għal inkorporazzjoni f'magni, stallazzjonijiet domestiċi (eż. tisħin, arja kundizzjonata jew dawl) u apparat ieħor, vetturi u mezzi oħra tat-trasport, jew għat-tħaddim, manutenzjoni jew apparat tagħhom, għajr għata ta' tarpolin u aċċessorji tat-tessuti ta' vetturi b'magna mibjugħin separatament mill-vettura

36.  Prodotti tat-tessuti għal għanijiet ta' protezzjoni u ta' sigurtà bhal ċintorini tas-sigurtà, paraxutijiet, ġkieket tas-salvataġġ, siġġijiet ta' emerġenza, apparat għat-tifi tan-nar, ġkieket għal kontra l-bulits u lbies protettiv speċjali (eż: protezzjoni kontra n-nar, kontra sostanzi kimiċi u perikoli oħra għas-sigurtà)

37.  Strutturi mirfudin fl-arja (eż: swali tal-isport, stands tal-wirjiet jew faċilitajiet ta' ħżin), sakemm jiġu pprovduti d-dettalji tar-rendimenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' dawn il-prodotti

38.  Qlugħ

39.  Għata tal-annimali

40.  Bnadar u bandalori

ANNESS VI

PRODOTTI LI GĦALIHOM L-ITTIKKETTJAR U L-IMMARKAR INKLUSSIV BISS HUWA OBBLIGATORJU

(Artikolu 16(3))

1.  Ċraret tal-art

2.  Ċraret tat-tindif

3.  Tberfil u tirqim

4.  Passementerie

5.  Ċintorini

6.  Ċineg

7.  Takkalji u ġarrettieri

8.  Lazzijiet taż-żraben u tal-boots

9.  Żigarelli

10.  Lastiku

11.  Ippakkjar ġdid mibjugħ bħala tali

12.  Spag tal-ippakkjar u tal-agrikoltura; spag, kordaġġ u ħbula għajr dawk li jaqgħu taħt il-punt 35 tal-Anness V(22)

13.  Sottoplatti

14.  Imkatar

15.  Xbieki tax-xagħar

16.  Ingravajjet u ċfuf għat-tfal

17.  Vavalori; ingwanti tal-ħasil u flanelli tal-wiċċ

18.  Ħjut tal-ħjata, tat-tiswija u tar-rakkmu ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet żgħar b'piż nett ta' gramma waħda jew inqas

19.  Tejp għall-purtieri u persjani u xaters

ANNESS VII

OĠĠETTI LI MA GĦANDHOMX JITQIESU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PERĊENTWALI TAL-FIBRI

(Artikolu 17)

Prodotti

Oġġetti esklużi

a)Il-prodotti kollha tat-tessuti

(i) Partijiet mhumiex tat-tessuti, ċmusa, tikketti u badges, borduri u tirqim li ma jiffurmawx parti integrali mill-prodott, buttuni u bokkli miksijin bil-materjal tat-tessut, aċċessorji, dekorazzjonijiet, żigarelli mhux tal-lastiku, ħjut elastiċi u ċineg miżjuda f'punti speċifiċi u limitati tal-prodott.

(ii) Sostanzi grassi, tberfil, piżijiet, daqsijiet u dressings, prodotti li ma jgħaddix l-ilma minnhom, prodotti addizzjonali ta' żebgħa u ta' stampar u prodotti oħra tal-ipproċessar tat-tessuti

b) Kisi tal-art u twapet:

Il-komponenti l-oħra kollha għajr tal-wiċċ tal-użu

c) Drappijiet tal-kisi

Meddijiet u tgħamiet tat-tberfil u tal-mili li ma jiffurmawx parti mill-wiċċ tal-użu

d) Dendil u purtieri

Meddijiet u tgħamiet tat-tberfil u tal-mili li mhumiex parti min-naħa t-tajba tad-drapp

e) Kalzetti

Ħjut tal-lastiku użati fil-pulzieri u l-fursetti u l-ħajt ta' rinfurzar fis-swaba' tas-saqajn u fl-għarqub

f) Tajts

Ħjut tal-lastiku użati fiċ-ċinturin u l-fursetti u l-ħajt ta' rinfurzar fis-swaba tas-saqajn u fl-għarqub

g) Prodotti oħra tat-tessuti għajr dawk taħt punti b) sa f)

Id-drapp bażiku jew ta' taħt, fursetti u rinforzamenti, inter-linings u qiegħ tal-kanvas, ħjut tal-ħjata u tal-assemblaġġ sakemm ma jissostitwixxux il-medd u/jew it-tgħama tad-drapp, mili li ma għandux funzjoni ta' iżolazzjoni u, soġġetta għall-Artikolu 14(1), inforra.

Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni:

(i)il-bażi tal-materjal ta' taħt ta' prodotti tat-tessuti li sservi bħala qiegħ għall-wiċċ tal-użu, b'mod partikolari fi gvieret u drappijiet doppji, u bħala qiegħ għal drappijiet tal-bellus u tal-filpa u prodotti simili ma għandhomx jitqiesu bħala qigħan li għandhom jitwarrbu

(ii)“fursetti u rinforzamenti” jfissru ħajt jew materjali miżjuda f'punti speċifiċi u limitati tal-prodotti tat-tessuti biex isaħħuhom jew jagħtuhom riġidità jew ħxuna

ANNESS VIII

METODI GĦALL-ANALIŻI KWANTITATTIVA TA' TAĦLITIET TA' FIBRI TA' TESSUTI TA' ŻEWĠ U TA' TLIET FIBRI

KAPITOLU 1

I.  Tħejjijiet ta' kampjuni ta' ttestjar u eżemplari ta' testijiet biex jiddeterminaw il-kompożizzjoni ta' fibri tal-prodotti tat-tessuti

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

Dan il-Kapitolu jagħti proċeduri għall-kisba ta' kampjuni tat-testijiet tal-laboratorju ta' daqs tajjeb għal trattament minn qabel għal analiżi kwantitattiva (jiġifieri għal piż li ma jaqbiżx il-100 g) minn kampjuni tal-laboratorju f'lott, u għall-għażla ta' eżemplari tat-test minn kampjuni tat-testijiet tal-laboratorju li jkunu ġew ittrattati minn qabel biex titneħħa l-materja mhux fibruża(23).

2.  DEFINIZZJONIJIET

2.1.  Sors tal-lott - Il-kwantità ta' materjal li tiġi ġġudikata fuq il-bażi ta' sensiela waħda ta' riżultati tat-test. Dan jista' jkun fih, pereżempju, il-materjal kollu f'kunsinna waħda ta' drapp; id-drapp kollu minsuġ minn mitwa partikolari; kunsinna ta' ħajt, balla jew grupp ta' balel ta' fibra mhux maħduma.

2.2.  Kampjun tal-lott tal-laboratorju - I-porzjon tas-sors tal-lott meħud biex ikun rappreżentattiv tal-kunsinna kollha, u li jkun disponibbli għal-laboratorju. Id-daqs u n-natura tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju għandhom ikunu biżżejjed biex jegħlbu b'mod adegwat il-varjabilità tas-sors tal-lott u biex jiffaċilitaw in-nuqqas ta' xkiel fit-tqandil fil-laboratorju(24).

2.3.  Kampjun tat-test tal-laboratorju ‐ Dak il-porzjon tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju li jiġi soġġett għal trattament minn qabel biex titneħħa materja mhux fibruża, u li minnu jittieħdu kampjuni tat-test. Id-daqs u n-natura tal-kampjun tat-test tal-laboratorju għandhom ikunu biżżejjed biex jegħlbu b'mod adegwat il-varjabilità tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju(25).

2.4.  Kampjun tat-test ‐ Il-porzjon tal-materjal meħtieġ biex jagħti riżultat tat-test individwali, u magħżul mill-kampjun tat-test tal-laboratorju.

3.  IL-PRINĊIPJU

Il-kampjun tat-test tal-laboratorju jintagħżel biex ikun rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju.

L-eżemplari tat-test jittieħdu mill-kampjun tat-test tal-laboratorju b'tali mod li kull wieħed minnhom ikun rappreżentattiv tal-kampjun tat-test tal-laboratorju.

4.  TEĦID TA' KAMPJUNI MINN FIBRI MAĦLULA

4.1.  Fibri mhux orjentati ‐ Ikseb il-kampjun tat-test tal-laboratorju billi tagħżel b'mod każwali mostri mill-eżemplari tal-lott tal-laboratorju. Ħallat sewwa l-kampjun kollu tat-test tal-laboratorju permezz ta' moxt tal-laboratorju(26). Għaddi n-nisġa jew it-taħlita, inklużi l-fibri maħlula u l-fibri li jeħlu mat-tagħmir użat għat-taħlit minn trattament li jsir qabel. Imbagħad agħżel eżemplari tat-test, fi proporzjon tal-piż rispettivi tagħhom, min-nisġa jew mit-taħlita, mill-fibri maħlula u mill-fibri li jeħlu mat-tagħmir.

Jekk in-nisġa mimxuta tibqa' intatta wara t-trattament minn qabel, agħżel l-eżemplari tat-test bil-mod deskritt f“4.2. Jekk in-nisġa mimxuta tiġi ddisturbata mit-trattament minn qabel, agħżel kull eżemplari tat-test billi tneħħi b'mod każwali għallinqas 16-il mostra żgħira ta' daqs tajjeb u li bejn wieħed u ieħor ikunu tal-istess daqs u mbagħad għaqqadhom.

4.2.  Fibri orjentati, (mxat, nsiġ, frak, truf) - Minn partijiet magħżula b'mod każwali mill-kampjun tal-lott tal-laboratorju aqta' mhux inqas minn 10 strixxi kull waħda ta' piż bejn wieħed u ieħor ta' 1 g. Għaddi l-kampjuni tat-test tal-laboratorju li ġew iffurmati minn trattament li jsir qabel. Erġa' għaqqad l-istrixxi billi tpoġġihom ġenb maġenb u ikseb l-eżemplari tat-test billi taqta' minnhom biex hekk tieħu porzjon minn kull wieħed mill-10 tulijiet.

5.  ĦAJT GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI

5.1.  Ħajt f'pakketti jew bil-piż ‐ Ittestja l-pakketti kollha fil-kampjun tal-lott tal-laboratorju.

Neħħi t-tulijiet indaqs kontinwi xierqa minn kull pakkett jew billi tkebbeb marelli tal-istess numru ta' dwawar fuq rukkell(27), jew b'xi mezz ieħor. Għaqqad it-tulijiet ġenb maġenb jew bħala marella waħda jew inkella bħala stoppa biex tifforma kampjun tat-test tal-laboratorju, waqt li tiżgura li hemm tulijiet ugwali minn kull pakkett fil-marella jew fl-istoppa.

Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju soġġett għat-trattament minn qabel.

Ħu eżemplari tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju billi taqta' mazz ħjut tal-istess daqs mill-marella jew stoppa, waqt li toqgħod attent li l-mazz ikun fih il-ħajt kollu fil-kampjun.

Jekk it-teks tal-ħajt huwa t u n-numru tal-pakketti magħżula mill-kampjun tal-lott tal-laboratorju huwa n, allura biex tikseb il-kampjun tat-test ta' 10 g, it-tul ta' ħajt li għandu jitneħħa minn kull pakkett huwa ta' 106/nt cm

Jekk l-nt huwa għoli, jiġifieri aktar minn 2 000, kebbeb marella itqal u aqtagħha min-naħa għall-oħra f'żewġ postijiet biex tagħti piż xieraq lill-istoppa. It-truf ta' kwalunkwe kampjun f'forma ta' stoppa għandhom jintrabtu sew qabel it-trattament minn qabel u l-eżemplari tat-test għandhom jittieħdu minn post “il bogħod mill-post tal-irbit.

5.2.  Ħajt fuq medd ‐ Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju billi taqta' tul mit-tarf tal-medd, mhux inqas minn 20 ċm fit-tul u li jinkludu l-ħjut kollha fil-medd għajr il-ħjut tat-tarf li jiġu mwarrba. Orbot il-mazz ta' ħjut flimkien qrib tarf minnhom. Jekk il-kampjun ikun kbir wisq għal trattament minn qabel bħala ħaġa sħiħa aqsmu f'żewġ porzjonijiet jew iktar, kull wieħed marbut għal trattament minn qabel, u erġa' għaqqad il-porzjonijiet wara li kull wieħed ikun ġie trattat minn qabel separatament. Ħu kampjun tat-test billi taqta' tul tajjeb mill-kampjun tat-test tal-laboratorju mit-tarf “il bogħod mill-għoqda, u waqt li tgħaqqad il-ħjut kollha fil-medd. Għal medd ta' ħjut N ta' teks t, it-tul ta' kampjun ta' piż 1 g huwa ta' 105/Nt cm.

6.  DRAPP GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

6.1.  Minn kampjun tal-lott tal-laboratorju li jikkonsisti f'qatgħa waħdanija rappreżentattiva tad-drapp

Aqta' strixxa dijagonali minn rokna għal oħra u neħħi t-truf. Din l-istrixxa hija l-kampjun tat-test tal-laboratorju. Biex tikseb kampjun tat-test tal-laboratorju ta' x g, id-daqs tal-istrixxa għandu jkun ta' x104/G cm2.

fejn G huwa l-piż tad-drapp f'g/m2.

Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju soġġett għat-trattament minn qabel u mbagħad aqta' l-istrixxa b'mod trasversali f'erba' tulijiet indaqs u poġġihom fuq xulxin. Ħu kampjuni tat-test minn kwalunkwe parti tal-materjal fi strixxi billi taqta' mill-istrixxi kollha biex b'hekk kull kampjun ikun fih tul ugwali ta' kull strixxa.

Jekk id-drapp għandu disinn minsuġ, agħmel li l-wisa' tal-kampjun tat-test tal-laboratorju, imkejla b'mod parallel għad-direzzjoni tal-medd, tkun mhux inqas minn repetizzjoni waħda tal-medd tad-disinn. Jekk b'din il-kundizzjoni sodisfatta, il-kampjun tat-test tal-laboratorju jkun kbir wisq biex jiġi ttrattat kollu f'salt, aqtgħu f'partijiet ugwali, ittrattahom separatament minn qabel, u poġġi fuq xulxin dawn il-partijiet qabel għażla ta' kampjun tat-test, waqt li toqgħod attent li l-partijiet li jikkorrispondu tad-disinn ma jikkoinċedux.

6.2.  Minn kampjun tal-lott tal-laboratorju magħmul minn bosta qatgħat

Ittratta kull qatgħa kif deskritt f“6.1, u agħti kull riżultat separatament.

7.  TEĦID TA' KAMPJUNI TA' PRODOTTI MAGĦMULA U LESTI

Il-kampjun tal-lott tal-laboratorju huwa normalment prodott magħmul u lest għal kollox jew frazzjoni rappreżentattiva ta' wieħed.

Fejn xieraq agħti l-perċentwali tal-partijiet differenti tal-prodott li ma għandhomx l-istess kontenut ta' fibra, biex tivverifika l-konformità mal-Artikolu 14.

Agħżel kampjun tat-test tal-laboratorju rappreżentattiv tal-parti tal-prodott magħmul u lest, li l-kompożizzjoni tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta. Jekk il-prodott ikollu diversi tikketti, agħżel kampjuni tat-test tal-laboratorju rappreżentattivi għal kull parti li tikkorrispondi għat-tikketta mogħtija.

Jekk il-prodott li l-kompożizzjoni tiegħu għad trid tiġi ddeterminata mhuwiex uniformi, jista' jkun meħtieġ li tagħżel il-kampjuni tat-test tal-laboratorju minn kull waħda mill-partijiet tal-prodott u li tiddetermina l-proporzjoniiet relattivi tal-partijiet varji rigward il-prodott kollu kkonċernat.

Imbagħad ikkalkula l-perċentwali waqt li jitqiesu l-proporzjonijiet relattivi tal-partijiet tal-kampjuni meħudin.

Agħmel il-kampjuni tat-test tal-laboratorju soġġetti għat-trattament minn qabel.

Imbagħad agħżel kampjuni tat-test rappreżentattivi tal-kampjuni tat-test tal-laboratorju ttrattati minn qabel.

II.  Introduzzjoni għall-metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri ta' tessuti

Metodi għal analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri huma msejsa fuq żewġ proċessi ewlenin, is-separazzjoni manwali u s-separazzjoni kimika tal-fibri.

Il-metodu ta' separazzjoni manwali għandu jintuża kull meta jkun possibbli minħabba li ġeneralment jagħti riżultati iktar preċiżi mill-metodu kimiku. Jista' jintuża għat-tessuti kollha li l-fibri komponenti tagħhom ma jiffurmawx taħlita intima, bħala pereżempju fil-każ tal-ħajt kompost minn diversi elementi li kull wieħed minnhom huwa magħmul minn tip wieħed ta' fibra biss, jew tessuti li l-fibra fihom tal-medd hija ta' tip differenti għal dik tat-tgħama, jew drappijiet innittjati li jistgħu jiġu miftuqa magħmulin minn ħajt ta' tipi differenti.

B'mod ġenerali, il-metodi tal-analiżi kimika kwantitattiva huma msejsa fuq soluzzjoni selettiva tal-komponenti individwali. Wara t-tneħħija ta' komponent il-fdal li ma jdubx għandu jintiżen, u l-proporzjon ta' komponent li jdub jiġi kkalkulat mit-telf tal-piż. Din l-ewwel parti tal-Anness tagħti l-informazzjoni komuni tal-analiżi b'dan il-metodu tat-taħlitiet tal-fibri kollha li ġew ittrattati fl-Anness, tkun xi tkun il-kompożizzjoni tagħhom. Għalhekk għandu jintuża mas-sezzjonijiet individwali suċċessivi tal-Anness, li fihom il-proċeduri ddettaljati applikabbli għal taħlitiet ta' fibri partikolari. Kultant, analiżi tkun ibbażata fuq prinċipju differenti minn soluzzjoni selettiva; f'każijiet bħal dawn, jiġu mogħtija dettalji sħaħ fis-sezzjoni x-xierqa.

Taħlitiet ta' fibri matul l-ipproċessar u, ftit inqas, tessuti lesti jista' jkun fihom materja mhux fibruża, bħal xaħmijiet, xama' jew faxex, jew materja li ddub fl-ilma, li jew ikunu naturali jew jiġu miżjuda biex jiffaċilitaw l-ipproċessar. Il-materja mhux fibbruża għandha titneħħa qabel l-analiżi. Għal din ir-raġuni qiegħed jingħata wkoll metodu ta' kif jitneħħew ix-xaħmijiet, ix-xama' u l-materja li tinħall fl-ilma.

Flimkien ma' dan, it-tessuti jista' jkun fihom reżini jew materja oħra miżjuda biex jingħatawlhom kwalitajiet speċjali. Materja bħal din, inkluża ż-żebgħa f'każijiet eċċezzjonali, tista' tfixkel l-azzjoni tar-reaġent fuq il-komponent li jdub fl-ilma u/jew tista' titneħħa parzjalment jew kompletament mir-reaġent. Dan it-tip ta' materja miżjuda jista' għalhekk joħloq żbalji u għandu jitneħħa qabel issir l-analiżi tal-kampjun. Jekk ma jkunx possibbli li titneħħa materja miżjuda bħal din, il-metodi tal-analiżi kimika kwantitattiva mogħtija f'dan l-Anness ma jibqgħux iktar applikabbli.

Żebgħa fi drappijiet miżbugħin titqies bħala parti integrali mill-fibra u ma titneħħiex.

L-analiżi jitwettqu fuq il-bażi tal-piż xott u tingħata proċedura biex jiġi stabbilit il-piż xott.

Ir-riżultat jinkiseb permezz tal-applikazzjoni mal-piż ta' kull fibra xotta tal-konċessjonijiet miftehma mniżżla fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

Qabel ma tkompli bl-analiżi, il-fibri kollha preżenti fit-taħlita għandhom ikunu ġew identifikati. F'xi metodi, il-komponent ta' taħlita li ma jdubx fl-ilma jista' jinħall parzjalment fir-reaġent użat biex idewweb il-komponent/i li jdub/u.

Fejn possibbli, intagħżlu reaġenti li għandhom effett żgħir jew li ma għandhom l-ebda effett fuq il-fibri li jdubu. Jekk ikun magħruf li jkun hemm telf fil-piż waqt l-analiżi, ir-riżultat għandu jiġi kkoreġut; fatturi ta' korrezzjoni għal dan l-għan huma mogħtija. Dawn il-fatturi kienu determinati f'diversi laboratorji billi ġew ittrattati fibri mnaddfa bil-trattament minn qabel, b'reaġent xieraq kif speċifikat fil-metodu tal-analiżi.

Dawn il-fatturi ta' korrezzjoni japplikaw biss għall-fibri sottogradati u jistgħu jkunu meħtieġa fatturi differenti ta' korrezzjoni jekk il-fibri jkunu ġew sottogradati qabel jew matul l-ipproċessar. Il-proċeduri mogħtija japplikaw għal determinazzjonijiet singoli.

Tal-inqas żewġ determinazzjonijiet fuq kampjuni tat-test separati għandhom isiru, kemm fil-każ ta' separazzjoni manwali kif ukoll fil-każ ta' separazzjoni kimika.

Għall-konferma, jekk mhux teknikament impossibbli, huwa rakkomandat li jintużaw proċeduri alternattivi fejn il-kostitwent li kien il-fdal fil-metodu standard ikun maħlul l-ewwel.

KAPITOLU 2

Metodi għall-analiżi kwantitattivi ta' ċerti taħlitiet ta' żewġ fibri

I.  Tagħrif ġenerali komuni għall-metodi mogħtija għall-analiżi kimika kwantitattiva ta' taħlit ta' fibri tat-tessuti.

I.1.  Ambitu u qasam tal-applikazzjoni

Il-qasam ta' applikazzjoni għal kull metodu jispeċifika għal liema fibri japplika l-metodu.

I.2.  Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti ta' taħlita, il-materjal mhux fibruż jitneħħa bi trattament minn qabel addattat u mbagħad wieħed mill-komponenti, ġeneralment b'soluzzjoni selettiva(28). Ir-residwu li ma jdubx jintiżen, u l-proporzjon ta' komponent li jdub jiġi kkalkulat mit-telf tal-piż. Għajr fejn dan jippreżenta diffikultajiet tekniċi, huwa preferibbli li l-fibra preżenti tinħall fil-proporzjon il-kbir, biex b'hekk tikseb il-fibra preżenti fil-proporzjon iż-żgħir bħala fdal.

I.3.  Materjali u apparat

I.3.1.  Apparat

I.3.1.1.  Griġjoli filtru u flixkien tal-użin kbar biżżejjed li jżommu fihom griġjoli bħal dawn, jew kwalunkwe apparat li jagħti riżultati identiċi.

I.3.1.2.  Termos.

I.3.1.3.  Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

I.3.1.4.  Forn ventilat għall-inxif tal-eżemplari f“105 ± 3 ºC.

I.3.1.5.  Miżien analitiku, eżatt sa 0,0002 g.

I.3.1.6.  Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.2.  Reaġenti

I.3.2.1.  Żejt mhux raffinat ħafif, iddistillat mill-ġdid, medda ta' togħlija minn 40 sa 60°C.

I.3.2.2.  Reaġenti oħra huma speċifikati fis-sezzjonijiet addattati ta' kull metodu. Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

I.3.2.3.  Ilma ddistillat jew dejonizzat.

I.3.2.4.  Aċetun.

I.3.2.5.  Aċidu ortofosforiku.

I.3.2.6.  Urea.

I.3.2.7.  Bikarbonat tas-sodju.

Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

I.4.  Atmosfera ta' kundizzjonar u ttestjar

Minħabba li jiġu stabbiliti piżijiet xotti, mhux meħtieġ li tikkundizzjona l-kampjun jew li twettaq analiżi fl-atmosfera kkundizzjonata.

I.5.  Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju li huwa rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju u biżżejjed biex jipprovdi l-kampjuni kollha, kull wieħed ta' mill-inqas 1 g, li huma meħtieġa.

I.6.  Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju(29)

Fejn tkun preżenti sostanza li ma għandhiex titqies fil-kalkoli perċentwali (ara l-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva), din għandha l-ewwel titneħħa permezz ta' metodu xieraq li ma jaffettwa l-ebda kostitwent tal-fibri.

Għal dan l-għan, materja mhux fibruża li tista' tiġi estratta b'żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma titneħħa billi l-kampjun tat-test imnixxef bl-arja f'estrattur Soxhlet jiġi ttrattat b'żejt mhux raffinat ħafif għal siegħa b'rata minima ta' sitt ċikli fis-siegħa. Ħalli ż-żejt ħafif jevapora mill-kampjun, li mbagħad jiġi estratt bi trattament dirett li jkun jikkonsisti fit-tixrib tal-kampjun fl-ilma fit-temperatura tal-kamra għal siegħa u mbagħad xarrbu fl-ilma f“65 ± 5°C għal siegħa oħra, waqt li tħawwad il-likur minn ħin għal ieħor. Uża proporzjon tal-kampjun-likur ta' 100:1. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun billi tagħsru, tiġbdu jew bl-użu ta' magni ċentrifugi u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

F'każ ta' elastolefin jew ta' taħlitiet ta' fibri li fihom l-elastolefin jew fibri oħra (suf, xagħar tal-annimali, ħarir, qoton, kittien, qanneb ġenwin, ġuta, abaka, alfa, kajjar, ġummar, rami, sisal, kupru, modal, proteina, viskuż, akrilik, poliamide jew najlon, poliesteri, elastomultiester) il-proċedura li għadha kemm ġiet deskritta għandha tkun daqsxejn modifikata, fil-fatt, iż-żejt mhux raffinat eteru ħafif għandu jinbidel bl-aċetun.

F'każ ta' taħlitiet b'żewġ fibri li fihom l-elastolefin u l-aċetat il-proċedura li ġejja għandha tapplika bħala t-trattament ta' qabel. Oħroġ il-kampjun għal 10 minuti f'temperatura ta' 80°C b'soluzzjoni ta' 25 g/l ta' 50 % aċidu ortofosforiku u 50 g/l ta' urea. Uża proporzjon tal-kampjun-likur ta' 100:1. Aħsel il-kampjun fl-ilma, qattar u aħslu f'soluzzjoni ta' 0,1 % bikarbonat tas-sodju, fl-aħħar nett aħsel sewwa fl-ilma.

Meta materja mhux fibruża ma tkunx tista' titneħħa biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma, għandha titneħħa billi tissostitwixxi l-metodu tal-ilma deskritt hawn fuq b'metodu adattat li bl-ebda mod ma jbiddel sostanzjalment kwalunkwe mill-kostitwenti tal-fibra. Madankollu, għal xi fibri ta' ħaxix naturali mhux ibbliċjati (eż. il-ġuta, il-kajjar), għandu jiġi osservat li t-trattament normali ta' qabel biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi mhux fibrużi naturali kollha; madankollu t-trattament addizzjonali ta' qabel ma jiġix applikat għajr jekk il-kampjun ikun fih sostanzi użati għat-tirqim li la jinħallu fiż-żejt mhux raffinat ħafif u lanqas fl-ilma.

Ir-rapporti tal-analiżi għandhom jinkludu dettalji sħaħ tal-metodi użati għat-trattament ta' qabel.

I.7.  Proċedura tat-test

I.7.1.  Struzzjonijiet ġenerali

I.7.1.1.  Tnixxif

Wettaq l-operazzjonijiet kollha tat-tnixxif għal mhux anqas minn erba' sigħat u mhux aktar minn 16-il siegħa f“105 ± 3C f'forn ventilat bil-bieba tal-forn magħluqa minn kullimkien. Jekk il-perjodu tat-tnixxif huwa inqas minn 14-il siegħa, il-kampjun għandu jintiżen biex jiġi vverifikat li l-piż tiegħu sar kostanti. Il-piż jista” jitqies li sar konstanti jekk, wara perjodu ieħor ta' tnixxif ta' 60 minuta, il-varjazzjoni tiegħu hija inqas minn 0,05 %.

Evita li tmiss il-griġjoli u l-flixken tal-użin, il-kampjuni jew ir-residwi bl-idejn waqt l-operazzjonijiet ta' tnixxif, tibrid u użin.

Kampjuni xotti fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin bit-tapp qabel ma tneħħih mill-forn, u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Nixxef il-griġjol filtru fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu fil-forn. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Fejn jiġi użat apparat ieħor għajr griġjol filtru, l-operazzjonijiet ta' tnixxif fil-forn għandhom jitwettqu b'tali mod li jippermettu li jiġi stabbilit il-piż xott tal-fibri mingħajr telf.

I.7.1.2.  Tibrid

Wettaq l-operazzjonijiet kollha ta' tibrid fid-dessikatur b'dan tal-aħħar imqiegħed ħdejn il-miżien, sakemm jinkiseb it-tibrid sħiħ tal-fliexken tal-użin, u fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn sagħtejn.

I.7.1.3.  Użin

Wara t-tkessiħ, kompli l-użin tal-flixkun tal-użin fi żmien żewġ minuti minn meta tneħħih mid-dessikatur. Iżen sa preċiżjoni ta' 0,0002 g.

I.7.2.  Proċedura

Ħu kampjun tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel li jkun jiżen għallinqas 1 g. Aqta' ħajta jew biċċa f'tulijiet ta' madwar 10 mm, mifrudin kemm jista' jkun possibbli. Nixxef il-kampjun fi flixkun tal-użin, berrdu fid-dessikatur u iżnu. Ittrasferixxi l-kampjun għar-reċipjent tal-ħġieġ speċifikat fis-sezzjoni x-xierqa tal-metodu rilevanti tal-Unjoni, erġa' iżen il-flixkun tal-użin minnufih u ikseb il-piż xott tal-kampjun permezz tad-differenza. Kompli t-test kif speċifikat fis-sezzjoni x-xierqa tal-metodu applikabbli. Eżamina l-fdal mikroskopikali biex tikkontrolla li fil-fatt it-trattament ikun neħħa għal kollox il-fibra li ddub.

I.8.  Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Fisser il-piż tal-komponent li ma jdubx bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibra fit-taħlita. Il-perċentwali tal-komponent li jdub jinkiseb permezz tad-differenza. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta' piż xott, nadif, aġġustati b“(a) il-konċessjoni miftehma u (b) il-fatturi tal-korrezzjoni meħtieġa biex jagħtu kas tat-telf tal-materja waqt it-trattament minn qabel u l-analiżi. Il-kalkoli għandhom isiru bl-applikazzjoni tal-formula mogħtija f'I.8.2.

I.8.1.  Il-kalkolu tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx fuq bażi ta' piż xott, nadif, li ma jagħtix kas tal-piż tal-fibra mitluf waqt it-trattament minn qabel.

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000001.jpg

fejn

P1 %huwa l-perċentwali ta' komponent li ma jdubx xott, nadif,

mhuwa l-perċentwali ta' piż xott tal-kampjun wara t-trattament minn qabel,

rhuwa l-piż xott tal-fdal,

dhuwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż tal-komponent li ma jdubx fir-reaġent waqt l-analiżi. Il-valuri xierqa ta' “d” huma mogħtija fis-sezzjoni rilevanti ta' kull metodu.

Naturalment, valuri bħal dawn ta' “d” huma l-valuri normali applikabbli għal fibri sottogradati kimikament.

I.8.2.  Il-kalkolu tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx fuq bażi ta' piż xott, nadif, b'aġġustament b'fatturi konvenzjonali u fejn xieraq fatturi ta' korrezzjoni għal telf fil-piż waqt it-trattament minn qabel.

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000002.jpg

fejn

P1A % huwa l-perċentwali ta' komponent li ma jdubx, aġġustat b'konċessjonijiet konvenzjonali miftehma u għal telf ta' piż waqt it-trattament minn qabel,

P1 huwa l-perċentwali ta' komponent li ma jdubx xott, nadif kif ikkalkulat mill-formula murija f'I.8.1,

a1 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma għall-komponent li ma jdubx (ara l-Anness IX),

a2 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma għall-komponent li jdub (ara l-Anness IX),

b1 huwa t-telf tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx ikkawżat bit-trattament minn qabel,

b2 huwa t-telf tal-perċentwali tal-komponent li jdub ikkawżat bit-trattament minn qabel.

Il-perċentwali tat-tieni komponent huwa P2A % = 100 - P1A %.

Fejn ikun intuża trattament minn qabel speċjali, il-valuri ta' b1 u b2 għandhom jiġu stabbiliti, jekk possibbli, billi tkun sottomessa kull waħda mill-kostitwenti tal-fibri puri għat-trattament minn qabel applikat fl-analiżi. Fibri puri huma dawk ħielsa minn materjal mhux fibruż għajr dak li normalment ikun preżenti fihom (kemm b'mod naturali jew minħabba l-proċess ta' manifattura), fl-istat (mhux ibbliċjat, ibbliċjat) li fih jinstabu fil-materjal li għandu jiġi analizzat.

Fejn l-ebda fibri kostitwenti separati nodfa użati fil-manifattura tal-materjal li għandu jiġi analizzat ma jkunu disponibbli, għandhom jintużaw il-valuri medji ta' b1 u b2 kif miksuba mit-testijiet imwettqa fuq fibri nodfa simili għal dawk fit-taħlita li tkun qegħda tiġi eżaminata.

Jekk jiġi applikat trattament normali minn qabel permezz tal-estrazzjoni biż-żejt mhux raffinat ħafif u l-ilma, il-fatturi ta' korrezzjoni b1 u b2 jistgħu ma jitqisux, għajr fil-każ ta' qoton mhux ibbliċjat, kittien mhux ibbliċjat u qanneb mhux ibbliċjat, fejn it-telf ikkawżat minn trattament minn qabel huwa qiegħed konvenzjonalment jitqies ta' 4 %, u fil-każ ta' polipropilene, fejn qed jitqies ta' 1 %.

Fil-każ ta' fibri oħra, it-telf dovut għat-trattament minn qabel huwa mwarrab b'mod konvenzjonali fil-kalkoli.

II.  Metodu ta' analiżi kwantitattiva b'separazzjoni manwali

II.1.  Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-metodu huwa applikabbli għal fibri tat-tessuti ta' kull tip sakemm dawn ma jiffurmawx taħlita intima u sakemm ikun possibbli li dawn jiġu mifrudin bl-idejn.

II.2.  Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-kostitwenti tat-tessuti, il-materjal mhux fibruż jitwarrab bi trattament minn qabel addattat u mbagħad il-fibri jiġu sseparati bl-idejn, imnixxfa u miżuna sabiex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' kull fibra fit-taħlita.

II.3.  Apparat

II.3.1.  Flixkun tal-użin jew xi apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.2.  Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

II.3.3.  Forn ventilat għall-inxif tal-eżemplari f“105 ± 3ºC.

II.3.4.  Miżien analitiku, eżatt sa 0,0002 g.

II.3.5.  Soxhletextractor, jew apparat ieħor li jagħti riżultat identiku.

II.3.6.  Labra.

II.3.7.  Twist tester jew apparat simili.

II.4.  Reaġenti

II.4.1.  Żejt mhux raffinat ħafif, distillat mill-ġdid, medda ta' togħlija 40 sa 60°C.

II.4.2.  Ilma ddistillat jew dejonizzat.

II.5.  Atmosfera ta' kundizzjonar u ttestjar

Ara I.4.

II.6.  Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.5.

II.7.  Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.6.

II.8.  Proċedura

II.8.1.  Analiżi tal-ħajt

Agħżel mill-kampjun tal-test tal-laboratorju li ġie trattat minn qabel, eżamplari ta' piż mhux inqas minn 1 g. Għal ħajt fin ħafna, l-analiżi tista' ssir fuq tul minimu ta' 30 m, ikun kemm ikun il-piż.

Aqta' l-ħajt f'biċċiet ta' tul addattat u ifred it-tipi ta' fibri permezz ta' labra u, jekk ikun meħtieġ, twist tester. It-tipi ta' fibri hekk miksuba jitqiegħdu fi fliexken tal-użin li twieżnu minn qabel u mnixxfa f“105 ± 3°C sakemm jinkiseb piż kostanti, kif deskritt f'I.7.1 u I.7.2.

II.8.2.  Analiżi tad-drapp

Agħżel minn kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel, “il bogħod sewwa mit-truf tiegħu, kampjun ta' piż mhux inqas minn 1 g, bit-truf ittrimmjati sewwa biex jiġi evitat il-ftuq u imxi b'mod parallel mal-ħjut tat-tgħama jew tal-medd, jew fil-każ ta drappijiet innittjati fil-linja tal-għoqod u l-korsijiet. Ifred it-tipi tal-fibri differenti, iġborhom fi fliexken tal-użin miżuna qabel u kompli kif deskritt f'II.8.1.

II.9.  Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż tal-fibri kostitwenti bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibri fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta' piż xott, nadif, aġġustat b“(a) il-konċessjonijiet miftehma u (b) il-fatturi tal-korrezzjoni meħtieġa biex jagħtu kas tal-materja waqt it-trattament minn qabel.

II.9.1.  Il-kalkolu tal-piżijiet tal-perċentwali tal-fibra niexfa, nadifa, mingħajr ma jingħata kas tal-piż tal-fibra mitluf waqt it-trattament minn qabel:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000003.jpg

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott, nadif,

m1 huwa l-piż nadif, niexef tal-ewwel komponent,

m2 huwa l-piż nadif, niexef tat-tieni komponent.

II.9.2.  Għall-kalkolu tal-perċentwali ta' kull komponent b'aġġustament tal-konċessjonijiet miftehma u, fejn xieraq, bil-fatturi tal-korrezzjoni għat-telf ta' materja waqt it-trattament minn qabel, ara I.8.2.

III.1.  Preċiżjoni tal-metodi

Il-preċiżjoni indikata f'metodi individwali għandha x'taqsam mar-riproduċibilità.

Ir-riproduċibilità tirreferi għall-affidabilità, jiġifieri l-viċinanza ta' ftehim bejn valuri esperimentali miksubin minn operaturi f'laboratorji differenti jew fi żminijiet differenti li jużaw l-istess metodu u li jiksbu riżultati individwali fuq kampjuni ta' taħlita identika konsistenti.

Ir-riproduċibilità hija espressa bil-limiti ta' fiduċja tar-riżultati għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

Għalhekk, ifisser li d-differenza bejn żewġ riżultati f'sensiela ta' analiżi magħmula f'laboratorji differenti tinqabeż biss f'ħames każi minn 100, dejjem jekk jintuża metodu tal-applikazzjoni korrett u normali għal taħlita konsistenti u identika.

III.2.  Rapport tat-test

III.2.1.  Għid li l-analiżi saret skont dan il-metodu.

III.2.2.  Agħti dettalji ta' xi trattament minn qabel speċjali (ara I.6).

III.2.3.  Agħti r-riżultati individwali u l-medja aritmetika, kollha sa l-eqreb 0,1.

IV.  Metodi speċjali

TABELLA SOMMARJA

Il-metodu osservat

Kamp ta' applikazzjoni

Reaġent

Komponent li jinħall

Komponent li ma jinħallx

1.

Aċetat

Ċerti fibri oħra

Aċetun

2.

Ċerti fibri ta' proteina

Ċerti fibri oħra

Ipoklorit

3.

Viskuż, kupru jew ċerti tipi ta' modal

Qoton, elastolefin jew melamina

Aċidu formiku u klorur taż-żingu

4.

Poliamide jew najlon

Ċerti fibri oħra

Aċidu formiku, 80 % m/m

5.

Aċetat

Triaċetat, elastolefin jew melamina

Alkoħol tal-benżil

6.

Triaċetat jew polilactid

Ċerti fibri oħra

Diklorometan

7.

Ċerti fibri ċellulożi

Poliester, elastomultiester jew elastolefin

Aċidu sulfuriku, 75 % m/m

8.

Akriliki, ċerti modakriliki jew ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Dimethylformamide

9.

Ċerti klorofibri

Ċerti fibri oħra

Disulfid tal-karbonju/aċetun, 55.5/44.5 v/v

10.

Aċetat

Ċerti klorofibri, elastolefin jew melamina

Aċidu aċetiku glaċjali

11.

Ħarir

Suf, xagħar, elastolefin jew melamina

Aċidu sulfuriku, 75 % m/m

12.

Ġuta

Ċerti fibri tal-annimali

Metodu bil-kontenut ta' nitroġenu

13.

Polipropilene

Ċerti fibri oħra

Ksilin

14.

Ċerti fibri oħra

Klorofibri (omopolimeri tal-klorur tal-vinil), elastolefin jew melamina

Metodu ta' aċidu sulfuriku konċentrat

15.

Klorofibri, ċerti modakriliki, ċerti elastani, aċetati, triaċetati

Ċerti fibri oħra

Ċikloesanun

16.

Melamina

Qoton jew aramid

Aċidu formiku jaħraq, 90 % m/m

METODU Nru 1

AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu tal-aċetun)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. aċetat (19)
   2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb ġenwin (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), ġummar (13), rami (14), sisal (15), kupru (21), modal (22), proteina (23), viskuż (25), akrilik (26), poliamide jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

Il-metodu, f'ebda ċirkostanza ma huwa applikabbli għal fibri tal-aċetat li jkunu ġew deaċetilitati fuq il-wiċċ.

2.  IL-PRINĊIPJU

L-aċetat jiġi maħlul minn piż xott magħruf tat-taħlita, mal-aċetun. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (addizzjonali għal dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

Flasks konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' għallinqas 200 ml.

3.2.  Reaġent

Aċetun.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' għallinqas 200 ml, żid 100 ml ta' aċetun għal kull gramma tal-kampjun, ħawwad il-flask, ħallih joqgħod għal 30 minuta f'temperatura tal-kamra, minn ħin għall-ieħor ħawdu, u mbagħad għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun.

Irrepeti t-trattament għal darbtejn oħra (b'kollox agħmel tliet estrazzjonijiet), iżda għal perjodi ta' 15-il minuta biss, biex hekk il-ħin totali tat-trattament fl-aċetun ikun ta' siegħa. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru. Aħsel il-fdal fil-griġjol filtru bl-aċetun u nixxfu bil-ġbid tal-arja. Erġa' imla l-griġjol filtru bl-aċetun u ħallih jinxef taħt il-gravità.

Finalment, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d”=1,01.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 2

ĊERTI FIBRI TA' PROTEINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tal-ipoklorit)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. ċerti fibri ta' proteina, li huma: suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), proteina (23)
   2. qoton (5), kupru (21), viskuż (25), akrilik (26), klorofibri (27), poliamide jew najlon (30), poliester (35), polipropilene (37), elastan (43), fibri ta' ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

Jekk fibri ta' proteina differenti huma preżenti, il-metodu jagħti t-total tal-ammonti tagħhom imma mhux il-kwantitajiet individwali tagħhom.

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-proteina tiddewweb minn piż magħruf tat-taħlita niexfa, b'soluzzjoni ta' ipoklorit. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-proteina niexfa jinstab permezz tad-differenza.

Jistgħu jintużaw jew ipoklorit tal-litju jew ipoklorit tas-sodju għall-preparazzjoni tas-soluzzjoni tal-ipoklorit.

L-ipoklorit tal-litju huwa rrakkomandat f'każijiet li jinvolvu numru żgħir ta' analiżi jew għal analiżi magħmula f'intervalli aktarx twal. Dan minħabba li l-perċentwali ta' ipoklorit fl-ipoklorit tal-litju solidu ‐ differenti mill-ipoklorit tas-sodju ‐ huwa virtwalment kostanti. Jekk il-perċentwali ta' ipoklorit huwa magħruf, ma hemmx bżonn li l-kontenut ta' ipoklorit jiġi kkontrollat jodometrikament għal kull analiżi, minħabba li jista' jintuża porzjon miżun kostanti tal-ipoklorit tal-litju.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Erlenmeyer flask b'tapp tal-ħġieġ, 250 ml.

(ii)  Thermostat, li jista' jiġi aġġustat għal 20 (± 2)°C.

3.2.  Reaġenti

(i)  Reaġent tal-ipoklorit

(a)  Soluzzjoni tal-Ipokloritta l-Litju

Din tikkonsisti f'soluzzjoni mħejjija friska li jkun fiha 35 (± 2) g/l ta' klorin attiv (bejn wieħed u ieħor 1 M), li magħha jiġu miżjudin 5 (± 0,5) g/l ta' idrossidu tas-sodju maħlul qabel. Biex tipprepara, dewweb 100 gramma tal-ipoklorit tal-litju li jkun fih 35 % ta' klorin attiv (jew 115-il gramma li jkun fihom 30 % klorin attiv) f'bejn wieħed u ieħor 700 ml ilma ddistillat, żid 5 grammi ta' idrossidu tas-sodju maħlul f'bejn wieħed u ieħor 200 ml ilma ddistillat u imla sa litru wieħed bl-ilma ddistillat. Is-soluzzjoni li tkun ġiet imħejjija friska ma hemmx bżonn li tiġi kkontrollata b'mod jodometriku.

(b)  Soluzzjoni tal-Ipokloritta s-sodju

Din tikkonsisti f'soluzzjoni mħejjija friska li jkun fiha 35 (± 2) g/l ta' klorin attiv (bejn wieħed u ieħor 1 M), li miegħu jiżdiedu 5 (± 0,5) g/l ta' idrossidu tas-sodju maħlul qabel.

Ivverifika l-kontenut ta' klorin attiv tas-soluzzjoni jodometrika qabel kull analiżi.

(ii)  Aċidu aċetiku, soluzzjoni dilwita

Iddilwa 5 ml ta' aċidu aċetiku glaċjali għal litru wieħed bl-ilma.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej: ħallat bejn wieħed u ieħor gramm wieħed mill-kampjun ma' bejn wieħed u ieħor 100 ml tas-soluzzjoni tal-ipoklorit (ipoklorit tal-litju jew tas-sodju) fi flask ta' 250 ml u ħawdu sewwa biex ixxarrab il-kampjun.

Imbagħad saħħan il-flask għal 40 minuta f'thermostat f“20°C u ħawwdu kontinwament, jew għallinqas f'intervalli regolari. Minħabba li t-tidwib tas-suf jibqa” sejjer b'mod eżotermiku, ir-reazzjoni tas-sħana ta' dan il-metodu għandha tkun imqassma u mneħħija. Inkella, jistgħu jinħolqu żbalji mis-dissoluzzjoni inizjali tal-fibri li ma jdubux.

Wara 40 minuta, iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa griġjol filtru tal-ħġieġ miżun u ttrasferixxi kwalunkwe fdal tal-fibri fil-griġjol filtru billi tlaħlaħ il-flask b'daqsxejn reaġent tal-ipoklorit. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal suċċessivament bl-ilma, iddilwa l-aċidu aċetiku, u fl-aħħar bl-ilma, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Fl-aħħar nett, ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00, għajr għall-qoton, il-viskuż, il-modal u l-melamina, li għalihom “d” = 1,01, u l-qoton mhux ibbliċjat, li għalih “d” = 1,03.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 3

VISKUŻ, KUPRU JEW ĊERTI TIPI TA' MODAL U QOTON

(Metodu li juża l-aċidu formiku u l-klorur taż-żingu)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. viskuż (25) jew kupru (21), inklużi ċerti tipi ta' fibra tal-modal (22),
   2. qoton (5), elastolefin (47) u melamina (48).

Jekk jinstab li tkun preżenti fibra tal-modal, għandu jsir test preliminarju biex jivverifika jekk din iddubx fir-reaġent.

Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet li fihom, il-qoton ġarrab degradazzjoni kimika eċċessiva, u lanqas meta l-viskuż jew il-kupru jiġi mdewweb għal kollox bil-preżenza ta' ċerti żebgħat jew tirqim li ma jistgħux jiġu mwarrba għal kollox.

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-viskuż, tal-kupru jew tal-modal tiġi mdewwba minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'reaġent li jkun magħmul mill-aċidu formiku u mill-klorur taż-żingu. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu kkorreġut huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-vikuż, kupru u modal xotti jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flasks konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)  Apparat biex iżomm il-flasks f“40 (± 2)°C.

3.2.  Reaġenti

(i)  Soluzzjoni li jkun fiha 20 g ta' klorur taż-żingu anidruż mdewweb u 68 g ta' aċidu formiku anidruż magħmul minn 100 g bl-ilma (jiġifieri 20 parti bil-piż ta' klorur taż-żingu anidruż imdewweb għal 80 parti bil-piż ta' 85 % mm ta' aċidu formiku).

Innota sewwa:

F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni, għall-punt I.3.2.2, li jistabbilixxi li r-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri; barra minn hekk, huwa essenzjali li jintuża klorur taż-żingu anidruż imdewweb biss.

(ii)  Soluzzjoni tal-idrossidu tal-ammonja: iddilwa 20 ml ta' soluzzjoni tal-ammonja kkonċentrata (gravità speċifika 0,880 g/ml) għal litru wieħed bl-ilma.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej: poġġi l-kampjun minnufih fil-flask, imsaħħan minn qabel għal 40°C. Żid 100 ml tas-soluzzjoni tal-aċidu formiku u klorur taż-żingu, imsaħħna minn qabel għal 40°C għal kull gramma tal-kampjun. Daħħal it-tapp u ħawwad il-flask sewwa. Żomm il-flask u l-kontenut tiegħu f'temperatura kostanti ta' 40°C għal sagħtejn u nofs, waqt li tħawwad il-flask f'intervalli ta' siegħa.

Iffiltra l-kontenut tal-flask minn griġjol filtru miżun u bl-għajnuna ta' reaġent ittrasferixxi għal ġewwa l-griġjol xi fibri li jifdal fil-flask. Laħlaħ b“20 ml tar-reaġent.

Aħsel il-griġjol u l-fdal sewwa bl-ilma f“40°C. Laħlaħ il-fdal fibruż f'bejn wieħed u ieħor 100 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja kiesħa (3.2.ii) waqt li tiżgura li dan il-fdal jibqa” mgħaddas għal kollox fis-soluzzjoni għal 10 minuti; imbagħad laħlaħ sew bl-ilma kiesaħ.

La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Finalment, ixxotta l-likwidu li jifdal bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, u berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa 1,02 għall-qoton, 1,01 għall-melamina u 1,00 għall-elastolefin.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 2 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 4

POLIAMIDE JEW NAJLON, U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 80 % m/m ta' aċidu formiku)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. poliamide jew najlon, (30),
   2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), klorofibra (27), poliester (35), polipropilene (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

Kif issemma hawn fuq, dan il-metodu huwa applikabbli wkoll għal taħlitiet bis-suf, iżda meta l-kontenut ta' suf jaqbeż il-25 %, għandu jiġi applikat il-metodu Nru 2 (tħoll is-suf f'taħlita ta' alkalin sodju ipokloritu).

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-poliamide tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-aċidu formiku. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-poliamide xott jew najlon jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

3.2.  Reaġenti

(i)  Aċidu formiku (80 % m/m, densità relattiva f“20°C: 1,186). Iddilwa 880 ml ta' 90 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f”20°C: 1,204) għal litru wieħed bl-ilma. Inkella, iddilwa 780 ml ta' 98 sa 100 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f“20°C: 1,220) għal litru wieħed bl-ilma.

Il-konċentrazzjoni mhijiex kritika fi ħdan il-medda ta' 77 sa 83 % m/m aċidu formiku.

(ii)  Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 80 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja kkonċentrata (densità relattiva f“20°C: 0,880) għal litru wieħed bl-ilma.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej: għall-kampjun miżmum fi flask konikali ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' aċidu formiku għal kull gramm ta' kampjun. Poġġi t-tapp, ħawwad il-flask biex ixarrab il-kampjun. Ħalli l-flask għal 15-il minuta f'temperatura tal-kamra, waqt li tħawdu minn ħin għal ieħor. Iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa l-ġriġjol filtru miżun u ttrasferixxi kwalunkwe fdal tal-fibri fil-griġjol filtru billi taħsel il-flask b'daqsxejn reaġent tal-aċidu formiku.

Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal fuq il-filtru suċċessivament bir-reaġent tal-aċidu formiku, ilma sħun, soluzzjoni ta' ammonja ddilwita, u fl-aħħar bl-ilma kiesaħ, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Fl-aħħar nett, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d”=1,01.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 5

AĊETAT U TRIAĊETAT

(Il-metodu bl-użu tal-alkoħol tal-benżil)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

     ‐aċetat (19)
     ‐ triaċetat (24), elastolefin (47) u melamina (48).

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-aċetat tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-alkoħol tal-benżil fi 52 ± 2°C.

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)  Xejker mekkaniku.

(iii)  Thermostat jew apparat ieħor biex iżomm il-flask f'temperatura ta' 52 ± 2°C.

3.2.  Reaġenti

(i)  Alkoħol tal-benżil.

(ii)  Etanol.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali, żid 100 ml ta' alkoħol tal-benżil għal kull gramm tal-kampjun. Daħħal it-tapp, orbot il-flask mal-ħawwâd biex ikun mgħaddas fil-banju bl-ilma, miżmum fi 52 ± 2°C, u ħawwad għal 20 minuta f'din it-temperatura.

(Minflok l-użu ta' xejker mekkaniku, il-flask jista' jitħawwad bis-saħħa bl-idejn).

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid doża oħra ta' alkoħol tal-benżil fil-flask u ħawwdu bħal qabel fi 52 ± 2°C għal 20 minuta.

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru. Irrepeti ċ-ċiklu tal-operazzjonijiet għat-tielet darba.

Fl-aħħar battal il-likwidu u l-fdal fil-griġjol filtru; aħsel xi fibri li jifdal mill-flask għal ġewwa l-griġjol bi kwantità żejda ta' alkoħol tal-benżil fi 52 ± 2°C. Ixxotta sewwa l-griġjol.

Ittrasferixxi l-fibri fi flask, laħlaħ bl-etanol u wara li tħawwad b'mod manwali għaddi mill-griġjol filtru.

Irrepeti l-proċess tat-tlaħliħ għal darbtejn jew tliet darbiet oħra. Ittrasferixxi l-fdal fil-griġjol u xxotta sewwa. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d”=1,01.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 6

TRIAĊETATI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tad-diklorometan)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. triaċetat (24) jew polilactide (34)
   2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), poliamide jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47). u melamina (48).

Nota

Fibri triaċetati li saritilhom l-aħħar passata li wasslet għal idrolisi parzjali ma jibqgħux jinħallu kompletament f'dan ir-reaġent. F'każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli.

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibri tat-triaċetat jew tal-polylactide jiddewbu minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-diklorometan. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-triaċitat jew tal-polylactide niexef jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

3.2.  Reaġent

Diklorometan.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta' 200 ml, żid 100 ml ta' diklorometan għal kull gramma tal-kampjun, daħħal it-tapp, ħawwad il-flask kull 10 minuti biex ixxarrab il-kampjun u ħallih għal 30 minuta fit-temperatura tal-kamra, waqt li tħawwad il-flask f'intervalli regolari. Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid 60 ml ta' diklorometan fil-flask li fih il-fdal, ħawwad b'mod manwali u ffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru. Ittrasferixxi l-fibri residwi għall-griġjol billi taħsel il-flask minn ġewwa bi ftit iktar diklorometan. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu żejjed, erġa' imla l-griġjol bid-diklorometan u ħallih jixxotta taħt gravità.

Fl-aħħar, applika l-ġbid tal-arja biex telimina l-eċċess tal-likwidu, imbagħad ittratta l-fdal bil-misħun biex telimina s-solvent kollu, applika l-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00, barra fil-każ tal-poliester, tal-elastomultiester, tal-elastolefin, u tal-melamina li għalihom il-valur ta' “d” huwa ta' 1,01.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 7

ĊERTI FIBRI TAĊ-ĊELLULOŻA U POLYESTER

(Metodu li juża 75 % m/m ta' aċidu sulfuriku)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. qoton (5), kittien (7), qanneb ġenwin (8), rami (14), kupru (21), modal (22), viskuż (25)
   2. poliester (35), elastomultiester (46) u elastolefin (47).

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibra taċ-ċelluloża tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b“75 % m/m aċidu sulfuriku. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-proporzjon tal-fibra taċ-ċelluloża niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 500 ml.

(ii)  Thermostat jew apparat ieħor biex iżomm il-flask f'temperatura ta' 50 ± 5°C.

3.2.  Reaġenti

(i)  Aċidu sulfuriku, 75 ± 2% m/m

Ħejji billi żżid b'attenzjoni, waqt li tberred, 700 ml ta' aċidu sulfuriku (densità relattiva f“20°C: 1,84) sa 350 ml ta' ilma ddistillat.

Wara li s-soluzzjoni tkun birdet għat-temperatura tal-kamra, iddilwa għal litru wieħed bl-ilma.

(ii)  Ammonja, soluzzjoni dilwita

Iddilwa 80 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja (densità relattiva f“20°C: 0,88) għal litru wieħed bl-ilma.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta' kapaċita ta' għallinqas 500 ml, żid 200 ml ta' 75 % ta' aċidu sulfuriku għal kull gramm tal-kampjun, daħħal it-tapp u b'attenzjoni ħawwad il-flask biex ixxarrab il-kampjun.

Żomm il-flask f“50 ± 5°C għal siegħa, ħawwdu f'intervalli regolari ta' bejn wieħed u ieħor 10 minuti. Iffiltra l-kontenut mill-griġjol filtru miżun permezz tal-ġbid tal-arja. Ittrasferixxi xi fibri residwi billi taħsel il-flask b'daqsxejn aċidu sulfuriku ta' 75 %. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal fuq il-filtru darba bil-mili tal-griġjol b'porzjon frisk ta' aċidu sulfuriku. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma l-aċidu jkun ixxotta taħt gravità.

Aħsel suċċessivament il-fdal diversi drabi bl-ilma kiesaħ, darbtejn b'soluzzjoni ta' ammonja dilwita, u mbagħad waħda sew bl-ilma kiesaħ, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Fl-aħħar nett, ixxotta l-likwidu li jifdal mill-griġjol bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 8

AKRILIKI, ĊERTI MODAKRILIKI JEW ĊERTI KLOROFIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tad-dimethylformamide)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. akriliki (26), ċerti modakriliki (29), jew ċerti klorofibri (27) (30).
   2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), poliamide jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

Huwa applikabbli ugwalment għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b'żebgħa mmetallizzata minn qabel, iżda mhux għal dawk miżbugħin b'żebgħat afterchrome.

2.  IL-PRINĊIPJU

L-akrilik, il-modakrilik jew il-klorofibra jiġi mdewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-dimethylformamide msaħħan f'banju ilma fil-punt tat-togħlija. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk ikun meħtieġ, jiġi mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita u l-perċentwali tal-akrilik, il-modakrilik jew tal-klorofibra niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)  Banju tal-ilma fil-punt tat-togħlija.

3.2.  Reaġent

Dimethylformamide (punt tat-togħlija 153 ± 1°C) li ma jkunx fih iktar minn 0,1 % ilma.

Ir-reaġent huwa tossiku u l-użu ta' għata huwa għalhekk rakkommandabbli.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-eżemplari miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid għal kull gramma tal-eżemplari 80 ml ta' dimethylformamide, imsaħħan qabel f'banju bl-ilma fil-punt tat-togħlija, daħħal it-tapp, ħawwad il-flask biex ixxarrab l-eżemplari u saħħan fil-banju bl-ilma fil-punt tat-togħlija għal siegħa. Ħawwad il-flask u l-kontenut tiegħu ġentilment bl-idejn għal ħames darbiet waqt dan il-perjodu.

Għaddi l-likwidu mill-griġjol filtru miżun, waqt li żżomm il-fibri fil-flask. Żid 60 ml oħra ta' dimethylformamide fil-flask u saħħan għal 30 minuta oħra, waqt li tħawwad il-flask u l-kontenut tiegħu ġentilment bl-idejn għal darbtejn matul dan il-perjodu.

Iffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru permezz tal-ġbid tal-arja.

Ittrasferixxi kwalunkwe fibra residwa fil-griġjol billi taħsel it-tazza minn ġewwa bid-dimethylformamide. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja. Aħsel il-fdal b'madwar litru misħun jaħraq f“70 ‐ 80°C, waqt li timla l-griġjol kull darba.

Wara kull żieda ta' ilma, applika għal ftit ħin il-ġbid tal-arja imma mhux qabel ma l-ilma jkun ixxotta taħt gravità. Jekk il-likur tal-ħasil joħroġ mill-griġjol bil-mod ħafna tista' tinġibed l-arja kemm xejn.

Fl-aħħar nixxef il-griġjol mal-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00 għajr fil-każijiet li ġejjin:

suf 1,01

qoton 1,01

kupru 1,01

modal 1,01

poliester 1,01

elastomultiester 1,01

melamina1,01.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 9

ĊERTI KLOROFIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża taħlita ta' 55,5/44,5 ta' disulfid tal-karbonju u aċetun)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. ċerti klorofibri (27), b'mod partikolari ċerti fibri tal-klorur tal-polivinil , kemm jekk ikklorinati wara kif ukoll jekk le(31).
   2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), poliamide jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), u melamina (48).

Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.

Meta l-kontenut tal-poliamide jew najlon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4.

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-klorofibra tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'taħlita ażeotropika ta' disulfid tal-karbonju u aċetun. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-klorur tal-polivinil niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)  Xejker mekkaniku.

3.2.  Reaġenti

(i)  Taħlita ażeotropika ta' disulfid tal-karbonju u aċetun (b'volum ta' 55,5 % ta' disulfid tal-karbonju sa 44,5 % aċetun). Billi dan ir-reaġent huwa tossiku, l-użu ta' għata protettiva huwa rakkommandabbli.

(ii)  Etanol (volum ta' 92 %) jew metanol.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' taħlita ażeotropika għal kull gramma ta' kampjun. Issiġilla sewwa l-flask, u ħawwad il-flask fuq xejker mekkaniku, jew b'mod vigoruż bl-idejn, għal 20 minuta f'temperatura tal-kamra.

Għaddi l-likwidu li jgħum fil-wiċċ minn ġewwa l-griġjol filtru miżun.

Irrepeti t-trattament b“100 ml ta' reaġent frisk. Kompli dan iċ-ċiklu ta' operazzjonijiet sakemm ebda depożitu ta' polimeri ma jibqa” fuq il-ħġieġa tal-laboratorju meta tevapora qatra mill-estrazzjoni. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru billi tuża iktar reaġent, applika l-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu, u laħlaħ il-griġjol u l-fdal b“20 ml ta' alkoħol u mbagħad tliet darbiet bl-ilma. Ħalli l-likur tal-ħasil jixxotta taħt gravità qabel ma jixxotta bil-ġbid tal-arja. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

Nota:

Ma' ċerti taħlitiet li jkollhom kontenut għoli ta' klorofibra, il-kampjun jista' jinxtorob b'mod sostanzjali waqt il-proċedura tat-tnixxif, li b'riżultat ta' dan it-tidwib tal-klorofibra bis-solvent jittardja.

Dan, iżda, ma jaffettwax it-tidwib aħħari tal-klorofibra fis-solvent.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d”=1,01.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksubin b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 10

AĊETAT U ĊERTI KLOROFIBRI

(Metodu li juża l-aċidu aċetiku glaċjali)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. aċetat (19)
   2. ċerti klorofibri (27), b'mod partikolari ċerti fibri tal-klorur tal-polivinil, kemm jekk ikklorinati wara kif ukoll jekk le, elastolefin (47) u melamina (48).

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-aċetat tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'aċidu aċetiku glaċjali. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)  Xejker mekkaniku.

3.2.  Reaġent

Aċidu aċetiku glaċjali (iktar minn 99 %). Dan ir-reaġent għandu jiġi ttrattatt b'attenzjoni minħabba li huwa kawstiku ħafna.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' aċidu aċetiku glaċjali għal kull gramma tal-eżemplari. Issiġilla sewwa l-flask, u ħawwdu fuq xekjer mekkaniku, jew b'mod vigoruż bl-idejn, għal 20 minuta f'temperatura tal-kamra. Għaddi l-likwidu li jgħum fil-wiċċ minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Irrepeti t-trattament għal darbtejn, billi tuża 100 ml ta' reaġent frisk kull darba, waqt li tagħmel tliet estrazzjonijiet b'kollox.

Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru, ixxotta bil-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu u laħlaħ il-griġjol u l-fdal b“50 ml ta' aċidu aċetiku glaċjali, u mbagħad tliet darbiet bl-ilma. Wara kull tlaħliħa, ħalli l-likwidu jixxotta taħt gravità qabel ma tapplika l-ġbid tal-arja. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksubin b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 11

ĦARIR U SUF JEW XAGĦAR

(Metodu li juża 75 % m/m ta' aċidu sulfuriku)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. ħarir (4)
   2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), elastolefin (47) u melamina (48).

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-ħarir tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b“75 % m/m aċidu sulfuriku(32).

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, korrett jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta' ħarir xott jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

3.2.  Reaġenti

(i)  Aċidu sulfuriku (75 ± 2 % m/m)

Ħejji billi żżid b'attenzjoni, waqt li tberred, 700 ml ta' aċidu sulfuriku (densità ta' 20°C: 1,84) ma' 350 ml ta' ilma ddistillat.

Wara li tberred għat-temperatura tal-kamra, iddilwa għal litru wieħed bl-ilma.

(ii)  Aċidu sulfuriku, soluzzjoni dilwita: żid 100 ml aċidu sulfuriku (densità ta' 20°C: 1,84) bil-mod ma' 1 900 ml ta' ilma ddistillat.

   (iii) Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 200 ml ta' ammonja konċentrata (densità ta' 20°C: 0,880) għal 1 000 ml bl-ilma.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' 75 % m/m aċidu sulfuriku għal kull gramma tal-eżemplari u poġġi t-tapp. Ħawwad b'mod vigoruż u ħallih għal 30 minuta f'temperatura tal-kamra. Ħawwad mill-ġdid u ħallih joqgħod għal 30 minuta.

Ħawwad għall-aħħar darba u ffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Aħsel kwalunkwe fibri li jkun fadal mill-flask bir-reaġent ta' 75 % ta' aċidu sulfuriku. Aħsel il-fdal fuq il-griġjol suċċessivament b“50 ml ta' reaġent ta' aċidu sulfuriku dilwit, 50 ml ilma u 50 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja dilwita. Kull darba ħalli li l-fibri jibqgħu f'kuntatt mal-likwidu għal madwar 10 minuti qabel ma tapplika l-ġbid bl-arja. Finalment laħlaħ bl-ilma, waqt li tħalli l-fibri f'kuntatt mal-ilma għal madwar 30 minuta.

Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 0,985 għas-suf, 1,00 għall-elastolefin u 1,01 għall-melamina.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 12

ĠUTA U ĊERTI FIBRI TAL-ANNIMALI

(Il-metodu bid-determinazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. ġuta (9)
   2. ċerti fibri tal-annimali.

Il-komponent tal-fibra tal-annimali jista' jkun magħmul biss minn xagħar (2 u 3) jew suf (1) jew minn kwalunkwe taħlita tat-tnejn. Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet tat-tessuti li jkun fihom materja mhux fibruża (żebgħa, tirqim, eċċ) b'bażi ta' nitroġenu.

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-kontenut tan-nitroġenu tat-taħlita jiġi determinat, u minn dan u mill-kontenut magħruf jew maħsub tan-nitroġenu taż-żewġ komponenti, jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' kull komponent.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask tad-diġestjoni Kjeldahl, ta' kapaċità ta' 200 ‐ 300 ml.

(ii)  Apparat tad-distillazzjoni Kjeldahl b'injezzjoni tal-fwar.

(iii)  Apparat tat-titrazzjoni, li jippermetti preċiżjoni ta' 0,05 ml.

3.2.  Reaġenti

(i)  Toluene.

(ii)  Metanol.

(iii)  Aċidu sulfuriku, densità relattiva f“20°C: 1,84.

(iv)  Sulfat tal-potassju.

(v)  Diossidu tas-selenju.

(vi)  Soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju (400 g/litru). Dewweb 400 g ta' idrossidu tas-sodju f“400 – 500 ml ilma u ddilwa sa litru wieħed bl-ilma.

(vii)  Indikatur imħallat. Dewweb 0,1 g ta' metil aħmar f“95 ml etanol u 5 ml ilma, u ħallat ma' 0,5 g ta' bromocresol aħdar imdewweb f”475 ml etanol u 25 ml ilma.

(viii)  Soluzzjoni ta' aċidu boriku. Dewweb 20 g ta' aċidu boriku f'litru wieħed tal-ilma.

(ix)  Aċidu sulfuriku, 0,02N (soluzzjoni volumetrika standard).

4.  TRATTAMENT MINN QABEL TA' KAMPJUN TAT-TEST

Il-trattament minn qabel li ġej huwa sostitwit bit-trattament minn qabel deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali:

Islet il-kampjun mingħajr arja f'apparat Soxhlet ma' taħlita ta' volum wieħed ta' toluene u tliet volumi ta' metanol għal erba' sigħat f'rata minima ta' ħames ċikli kull siegħa. Ħalli s-solvent jevapora mill-kampjun fl-arja, u neħħi l-aħħar traċċi f'forn f“105 ± 3°C. Imbagħad agħmel estrazzjoni tal-kampjun fl-ilma (50 ml għal kull gramm tal-kampjun) billi tgħallih taħt rifluss għal 30 minuta. Iffiltra, reġġa” lura l-kampjun fil-flask, u rripeti l-estrazzjoni b'volum identiku ta' ilma. Iffiltra, neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun bit-tagħsir, ġbid jew billi tiċċentrifugah u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

Nota:

L-effetti tossiċi tat-toluene u l-metanol għandhom jitqiesu l-ħin kollu u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha fl-użu tagħhom.

5.  PROĊEDURA TAT-TEST

5.1.  Struzzjonijiet ġenerali

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali rigward l-għażla, it-tnixxif u l-użin tal-kampjun.

5.2.  Proċedura ddettaljata

Ittrasferixxi l-kampjun għal ġewwa flask tad-diġestjoni Kjeldahl. Għall-eżemplari li jiżen għallinqas 1 g miżmum fil-flask tad-diġestjoni, żid, bl-ordni li ġejja, 2,5 g sulfat tal-potassju, 0,1 ‐ 0,2 g diossidu tas-selenju u 10 ml aċidu sulfuriku (densità relattiva 1,84). Saħħan il-flask, fil-bidu b'mod ħafif, sakemm tinqered il-fibra kollha, u mbagħad saħħnu iktar bis-saħħa sakemm is-soluzzjoni ssir ċara u kważi bla kulur. Saħħanha għal 15-il minuta oħra. Ħalli l-flask jibred, iddilwa l-kontenut b'attenzjoni b“10 ‐ 20 ml ilma, berred, ittrasferixxi l-kontenut b'mod kwantitattiv għal flask gradwat ta' 200 ml u żid il-volum bl-ilma biex tifforma s-soluzzjoni diġestiva. Poġġi madwar 20 ml soluzzjoni ta' aċidu boriku fi flask konikali ta' 100 ml u poġġi l-flask taħt il-kondenser tal-apparat tad-distillazzjoni Kjeldahl b'tali mod li t-tubu tat-twassil jogħdos eżatt taħt il-wiċċ tas-soluzzjoni tal-aċidu boriku. Ittrasferixxi eżattament 10 ml tas-soluzzjoni diġestiva fil-flask tad-distillazzjoni, żid mhux inqas minn 5 ml soluzzjoni ta' idrossidu tas-sodju fil-lembut, għolli ftit it-tapp u ħalli s-soluzzjoni ta' idrossidu tas-sodju tinżel bil-mod fil-flask. Jekk is-soluzzjoni diġestiva u s-soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju jibqgħu bħala żewġ saffi separati, ħallathom billi taġita b'mod ħafif. Saħħan il-flask tad-distillazzjoni ġentilment u għaddih fil-fwar mill-ġeneratur. Iġbor madwar 20 ml tad-distillat, baxxi l-flask konikali biex it-tarf tat-tubu tat-twassil tal-kondenser ikun madwar 20 mm ”l fuq mill-wiċċ tal-likwidu u ddistilla għal minuta oħra. Laħlaħ it-tarf tat-tubu tat-twassil bl-ilma, waqt li taqbad il-likwidu maħsul fil-flask konikali. Neħħi l-flask konikali u ibdlu ma' flask konikali ieħor li jkun fih bejn wieħed u ieħor 10 ml soluzzjoni ta' aċidu boriku u iġbor madwar 10 ml mill-iddistillat.

Ittitra ż-żewġ distillati separatament b“0,02N aċidu sulfuriku, uża l-indikatur imħallat. Irreġistra t-titrazzjoni totali għaż-żewġ distillati. Jekk it-titrazzjoni għat-tieni distillat hija iktar minn 0,2 ml, irrepeti t-test u ibda d-distillazzjoni mill-ġdid b'użu ta' alikwot tas-soluzzjoni diġestiva friska.

Wettaq determinazzjoni vojta, jiġifieri diġestjoni u distillazzjoni li fiha tuża biss ir-reaġenti.

6.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

6.1.  Ikkalkula l-perċentwali tal-kontenut tan-nitroġenu fil-kampjun xott kif ġej:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000004.jpg

fejn

A = perċentwali ta' nitroġenu fil-kampjun nadif xott,

V = il-volum totali f'ml ta' aċidu sulfuriku standard użat fid-determinazzjoni,

b = volum totali f'ml ta' aċidu sulfuriku standard użat fid-determinazzjoni vojta,

N = normalità tal-aċidu sulfuriku standard,

W = piż xott (g) tal-kampjun.

6.2.  Billi tuża l-valuri ta' 0,22 % għall-kontenut tan-nitroġenu tal-ġuta u 16,2 % għall-kontenut tan-nitroġenu tal-fibri tal-annimali, waqt li ż-żewġ perċentwali jiġu espressi fuq il-piż xott tal-fibra, ikkalkula l-komposizzjoni tat-taħlita kif ġej:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000005.jpg

fejn

PA = il-perċentwali tal-fibra tal-annimali fil-kampjun nadif xott.

7.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 13

FIBRI TAL-POLIPROPILENE U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu tal-Ksilin)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. fibri tal-polipropilene (37)
   2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), aċetat (19), kupru (21), modal (22), triaċetat (24), viskuż (25), akrilik (26), poliamid jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46) u melamina (48).

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-polipropilene tiġi mdewwba minn piż xott magħruf tat-taħlita bil-ksilin jagħli. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-polipropilene jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)  Reflux condenser (tajjeb għal likwidi b'punt tat-togħlija għolja), li joqgħod fi flask konikali (i).

3.2.  Reaġent

Iddistillar tal-ksilin bejn 137 u 142°C.

Nota:

Dan ir-reaġent jista' jieħu n-nar faċilment u għandu duħħan tossiku. Meta jintuża wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-eżemplari miżmum fil-flask konikali (3.1 (i)), żid 100 ml ta' ksilin (3.2) għal kull gramm tal-eżemplari. Waħħal il-kondenser (3.1 (ii)), wassal il-kontenut għat-togħlija u żommu fil-punt tat-togħlija għal tliet minuti.

Minnufih għaddi l-likwidu sħun minn ġewwa l-griġjol filtru miżun (ara Nota 1). Irrepeti dan it-trattament għal darbtejn oħra, waqt li kull darba tuża porzjon frisk ta' 50 ml tas-solvent.

Aħsel il-fdal li jibqa' fil-flask b'mod suċċessiv bi 30 ml ta' ksilin jagħli (darbtejn), imbagħad b“75 ml ta' żejt mhux raffinat ħafif (I.3.2.1 tal-istruzzjonijiet ġenerali) (darbtejn). Wara t-tieni ħasla bil-petroleum ħafif, iffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol, ittrasferixxi kwalunkwe fibri residwi għall-griġjol bl-għajnuna ta' kwantità żgħira ta' żejt mhux raffinat ħafif u ħalli s-solvent jevapora. Nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

Noti :

1.  Il-griġjol filtru li minnu jiġi mferra' l-ksilin għandu jissaħħan minn qabel.

2.  Wara t-trattament bil-ksilin jagħli, żġura li l-flask li jkun fih il-fdal jiġi mberred biżżejjed qabel ma jiġi introdott iż-żejt mhux raffinat ħafif.

3.  Biex tnaqqas il-perikli tan-nar u ta' tossiċità għall-operatur, jista' jintuża apparat jaħraq ta' estrazzjoni li juża l-proċeduri xierqa, u li jagħti riżultati identiċi (33).

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d”=1,01.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 14

KLOROFIBRI (OMOPOLIMERI TAL-KLORUR TAL-VINIL) U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu tal-aċidu sulfuriku konċentrat)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. klorofibri (27) ibbażati fuq omopolimeri tal-klorur tal-vinil, kemm jekk wara li ġew klorinati kif ukoll jekk le, elastolefin (47)
   2. qoton (5), aċetat (19) kupru (21), modal (22), triaċetat (24), viskuż (25), ċerti akriliki (26), ċerti modakriliki (29), poliamid jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester (46), u melamina (48).

Il-modakriliki konċernati huma dawk li jagħtu soluzzjoni limpida meta mgħaddsa fl-aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva 1,84 f“20°C).

Dan il-metodu jista' jintuża minflok il-metodi Nri 8 u 9.

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-kostitwent għajr il-klorofibra u l-elastolefin (jiġifieri l-fibri li ssemmew fil-paragrafu 1.2) jinħall mill-piż xott magħruf tat-taħlita mal-aċidu sulfuriku konċentrat (densità relattiva 1,84 f'temperatura ta' 20°C).

Il-fdal, li jikkonsisti fi klorofibra jew f'elastolefin, jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwenti tinkiseb mid-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)  Virga tal-ħġieġ bit-tarf iċċattjat.

3.2.  Reaġenti

(i)  Aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva 1,84 f“20°C).

(ii)  Aċidu sulfuriku, bejn wieħed u ieħor 50 % (m/m) ta' soluzzjoni milwiema.

Ħejji billi żżid b'attenzjoni, waqt li tberred, 400 ml ta' aċidu sulfuriku (densità relattiva 1,84 f“20°C) ma' 500 ml ilma ddistillat jew dejonizzat. Wara li tberred għat-temperatura tal-kamra, iddilwa s-soluzzjoni għal litru wieħed bl-ilma.

(iii)  Ammonja, soluzzjoni dilwita.

Iddilwa 60 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja konċentrata (densità relattiva ta' 0,880 f“20°C) għal litru wieħed bl-ilma ddistillat.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-eżemplari miżmum fil-flask (3.1 (i)), żid 100 ml ta' aċidu sulfuriku (3.2 (i)) għal kull gramma tal-eżemplari.

Żomm il-kontenut tal-flask f'temperatura tal-kamra għal 10 minuti u f'dan il-ħin ħawwad il-kampjun tat-test okkażjonalment permezz tal-virga tal-ħġieġ. Jekk drapp minsuġ jew innittjat ikun qiegħed jiġi ttrattat, ikkumpressah bejn il-flask u l-virga tal-ħġieġ u uża pressa ħafifa biex tissepara l-materjal imdewweb bl-aċidu sulfuriku.

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid fil-flask porzjon ġdid ta' 100 ml ta' aċidu sulfuriku (3.2 (i)) u rrepeti l-istess proċess. Ittrasferixxi l-kontenut ta' ġewwa l-flask fil-griġjol filtru u ttrasferixxi l-fdal fibruż għal hemm bl-għajnuna tal-virga tal-ħġieġ. Jekk meħtieġ, żid daqsxejn aċidu sulfuriku kkonċentrat (3.2 (i)) fil-flask biex tneħħi xi fibri li jkunu weħlu mal-ġenb tal-ħġieġ tal-flask. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja; neħħi l-filtrat billi tbattal jew tbiddel il-flask filtru, aħsel il-fdal fil-griġjol suċċessivament b“50 % soluzzjoni ta' aċidu sulfuriku (3.2 (ii)), ilma ddistillat jew dejonizzat (I.3.2.3) tal-istruzzjonijiet ġenerali, soluzzjoni ta' ammonja (3.2 (iii)) u fl-aħħar aħsel sewwa bl-ilma ddistillat jew dejonizzat, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. (Tapplikax il-ġbid tal-arja waqt l-operazzjoni tal-ħasil, iżda biss wara li l-likwidu jixxotta bil-gravità). Nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha “d”=1,01.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 15

KLOROFIBRI, ĊERTI MODAKRILIKI, ĊERTI ELASTANI, AĊETATI, TRIAĊETATI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tas-cyclohexanone)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. aċetat (19), triaċetat (24), klorofibra (27), ċerti modakriliki (29), ċerti elastani (43)
   2. suf (1), suf tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viskuż (25), poliamid jew najlon (30), akrilik (26), fibra tal-ħġieġ (44) u melamina (48).

Fejn il-modakriliki jew l-elastani huma preżenti għandu l-ewwel jitwettaq test preliminari biex jiddetermina jekk il-fibra ddubx kompletament fir-reaġent.

Huwa wkoll possibbli li t-taħlitiet li fihom il-klorofibri jiġu analizzati bl-użu tal-metodu Nru 9 jew 14.

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-fibri tal-aċetat u tat-triaċetat, il-klorofibri, ċerti modakriliki u ċerti elastani jiddewbu minn piż xott magħruf bis-Cyclohexanone f'temperatura qrib il-punt tat-togħlija. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali ta' klorofibra, modakrilik, elastane, aċetat u triaċetat jinstab permezz tad-differenza.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Apparat ta' estrazzjoni sħun addattat għall-użu fil-proċedura tat-test fis-sezzjoni 4. (Ara l-figura: dan huwa varjant tal-apparat deskritt fil-Melliand Textilberichte 56 (1975) 643 ‐ 645).

(ii)  Griġjol filtru li jesa' l-eżemplari.

(iii)  Regolatur poruż (grad tal-porożità 1).

(iv)  Kondenser tar-riflaks li jista' jiġi addattat għall-flask tad-distillazzjoni.

(v)  Strument tas-sħana.

3.2.  Reaġenti

(i)  Cyclohexanone, il-punt tat-togħlija 156 C.

(ii)  Alkoħol etiliku, 50 % bil-volum.

INNOTA SEWWA:

Is-cyclohexanone jieħu n-nar malajr u huwa tossiku. Meta jintuża wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Ferragħ fil-flask tad-distillazzjoni 100 ml ta' cyclohexanone għal kull gramm ta' materjal, daħħal ir-reċipjent tal-estrazzjoni li fih ikun tpoġġa qabel il-griġjol filtru li fih il-kampjun u r-regolatur poruż, kemxejn inklinat. Daħħal il-kondenser tar-riflaks. Wassal għat-togħlija u kompli l-estrazzjoni għal 60 minuta bir-rata minima ta' 12-il ċiklu fis-siegħa.

Wara l-estrazzjoni u t-tibrid neħħi r-reċipjent tal-estrazzjoni, oħroġ il-griġjol filtru u neħħi r-regolatur poruż. Aħsel il-kontenut tal-griġjol filtru tlieta jew erba' darbiet b“50 % alkoħol tal-etiliku msaħħan sa madwar 60°C u sussegwentement b'litru ilma f”60°C.

La tapplikax ġbid tal-arja waqt jew bejn l-operazzjonijiet tal-ħasil. Ħalli l-likwidu jixxotta taħt gravità u mbagħad applika l-ġbid tal-arja.

Fl-aħħar, nixxef il-griġjol bil-fdal, berrdu u iżnu.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” huwa 1,00 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

   ħarir u melamina 1,01
   akrilik 0,98.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' fibri tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ±1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000006.jpg

METODU 16

MELAMINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu formiku jaħraq)

1.  IL-QASAM TA' APPLIKAZZJONI

ma“

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

   1. melamina (47)
   2. qoton (5) u aramid (31).

2.  IL-PRINĊIPJU

Il-melamina tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-aċidu formiku jaħraq (90 % bil-piż).

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f'perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwenti jinkiseb mid-differenza.

Nota:

Imxi strettament mal-medda ta' temperatura rakkomandata minħabba li t-tidwib tal-melamina jiddependi bil-kbir fuq it-temperatura.

3.  APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1.  Apparat

(i)  Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)  Banju tal-ilma jew xi apparat ieħor biex tħawwad u żżomm il-flask f'temperatura ta' 90 ± 2 ºC.

3.2.  Reaġenti

(i)  Aċidu formiku (90 % m/m, densità relattiva f“20°C: 1,204 g/ml). Iddilwa 890 ml ta' 98 sa 100 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f”20°C: 1,220 g/ml) għal litru wieħed bl-ilma.

L-aċidu formiku jaħraq huwa ferm korrużiv u jrid jiġi mmaniġġjat b'attenzjoni.

(ii)  Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 80 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja kkonċentrata (densità relattiva f“20°C: 0,880) għal litru wieħed bl-ilma.

4.  PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml aċidu formiku għal kull gramma tal-eżemplari. Poġġi t-tapp, ħawwad il-flask biex ixarrab il-kampjun. Żomm il-flask f'banju tal-ilma biex tħawwad f'temperatura ta' 90 ± 2ºC għal siegħa filwaqt li tħawdu bis-saħħa. Berred il-flask sa ma jiġi għat-temperatura tal-kamra. Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid 50 ml ta' aċidu formiku fil-flask li fih il-fdal, ħawwad b'mod manwali u ffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru. Ittrasferixxi l-fibri residwi li jista' jifdal għall-griġjol billi taħsel il-flask bi ftit iktar reaġent ta' aċidu formiku. Qattar il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal bir-reaġent tal-aċidu formiku, misħun, soluzzjoni ta' ammonja mħallta, u fl-aħħar bl-ilma kiesaħ, waqt li tqattar il-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull żieda. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Fl-aħħar nett, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5.  IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' “d” għall-qoton u l-aramid huwa ta' 1,02.

6.  PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 2 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

KAPITOLU 3

Analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' tliet fibri

DAĦLA

B'mod ġenerali, il-metodi ta' analiżi kimika kwantitattiva huma bbażati fuq is-soluzzjoni selettiva tal-komponenti indvidwali. Hemm erba' varjanti possibbli ta' dan il-metodu:

1.  Bl-użu ta' żewġ eżemplari tat-test differenti, komponent (a) jiġi maħlul mill-ewwel eżemplari tat-test, u komponent ieħor (b) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdal li ma jinħallx ta' kull eżemplari jintiżen u l-perċentwali ta' kull wieħed miż-żewġ komponenti li jinħallu jiġi kkalkulat mit-telf fil-piż rispettiv. Il-perċentwali tat-tielet komponent (c) jiġi kkalkulat permezz tad-differenza.

2.  Bl-użu ta' żewġ eżemplari tat-test differenti, komponent (a) jiġi maħlul mill-ewwel eżemplari tat-test, u żewġ komponenti (a u b) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdal li ma jinħallx tal-ewwel eżemplari tat-test jintiżen u l-perċentwali tal-komponent (a) jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż. Il-fdal li ma jinħallx tat-tieni eżemplari tat-test jintiżen; dan ikun jikkorrispondi għal komponent (ċ). Il-perċentwali tat-tielet komponent (b) jiġi kkalkolat permezz tad-differenza.

3.  L-użu ta' żewġ eżemplari tat-test differenti, żewġ komponenti (a u b) jiġu mdewwba mill-ewwel eżemplari tat-test, u żewġ komponenti (b u ċ) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdalijiet li ma jinħallux jikkorrispondu għal żewġ komponenti (ċ) u (a) rispettivament. Il-perċentwali tat-tielet komponent (b) jiġi kkalkolat permezz tad-differenza.

4.  Bl-użu ta' eżemplari ta' test wieħed, wara t-tneħħija ta' wieħed mill-komponenti, il-fdal li ma jinħallx iffurmat miż-żewġ fibri l-oħra jintiżen u l-perċentwali tal-komponent li jinħall jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż. Waħda miż-żewġ fibri tal-fdal tiddewweb, il-komponent li ma jinħallx jintiżen u l-perċentwali tat-tieni komponent li jinħall jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż.

Fejn tista' ssir għażla, huwa tal-parir li jintuża wieħed mill-ewwel tliet varjanti.

Fejn tintuża analiżi kimika, l-espert responsabbli għall-analiżi għandu jieħu ħsieb li jagħżel metodi li jużaw solventi li jdewbu biss il-fibra(i) korretta(i), filwaqt li jħalli l-fibra(i) l-oħra intatta(i).

Permezz ta' eżempju, hemm tabella mogħtija fil-Kapitolu 3.VI li fiha ċertu numru ta' taħlit ta' tliet fibri, flimkien ma' metodi għall-analiżi ta' taħlit ta' żewġ fibri li jistgħu, fil-prinċipju, jintużaw għall-analiżi ta' dan it-taħlit bi tliet fibri.

Biex il-possibilità ta' żball titnaqqas għal minimu, huwa rrakkomandat li, kull meta jkun possibbli, għandha ssir analiżi kimika bl-użu ta' għallinqas tnejn mill-erba' varjanti hawn fuq imsemmija.

Qabel tgħaddi għal analiżi oħra, il-fibri kollha preżenti fit-taħlita għandhom jiġu identifikati. F'xi metodi kimiċi, il-komponent ta' taħlita li ma jdubx fl-ilma jista' jinħall parzjalment fir-reaġent użat biex idewweb il-komponent/i li jdub/u fl-ilma. Kull fejn kien possibbli, intgħażlu reaġenti li għandhom ftit jew l-ebda effett fuq il-fibri li ma jinħallux. Jekk ikun magħruf li jkun hemm telf fil-piż waqt l-analiżi, ir-riżultat għandu jiġi kkoreġut; għal dan l-għan, qed jingħataw fatturi ta' korrezzjoni. Dawn il-fatturi kienu determinati f'diversi laboratorji billi ġew ittrattati fibri mnaddfa bil-trattament minn qabel, bir-reaġent xieraq kif speċifikat fil-metodu tal-analiżi. Dawn il-fatturi ta' korrezzjoni japplikaw biss għall-fibri sottogradati u jistgħu jkunu meħtieġa fatturi differenti ta' korrezzjoni jekk il-fibri jkunu ġew degradati qabel jew matul l-ipproċessar. Jekk għandu jintuża r-raba' varjant, li fih il-fibra tat-tessut tkun soġġetta għall-azzjoni suċċessiva ta' żewġ solventi differenti, għandhom jiġu applikati fatturi ta' korrezzjoni għal telf possibbli fil-piż li fibra tkun għaddiet minnu fiż-żewġ trattamenti. Għallanqas għandhom isiru żewġ determinazzjonijiet, kemm fil-każ ta' separazzjoni manwali kif ukoll fil-każ ta' separazzjoni kimika.

I.  Tagħrif komuni dwar metodi għall-analiżi kimika kwantitattiva ta' taħlit ta' tliet fibri.

Tagħrif komuni għall-metodi mogħtija għall-analiżi kimika kwantitattiva ta' taħlit ta' tliet fibri.

I.1.  Ambitu u qasam tal-applikazzjoni

Il-qasam ta' applikazzjoni ta' kull metodu għall-analizzar ta' taħlit b'żewġ fibri jispeċifika għal liema fibri l-metodu huwa applikabbli. (Ara l-Kapitolu 2, li għandu x'jaqsam ma' ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlit ta' żewġ fibri).

I.2.  Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti ta' taħlita, il-materjal mhux fibruż jitneħħa permezz ta' trattament minn qabel addattat, u wara, jiġi applikat wieħed jew aktar mill-erba' varjanti tal-proċess ta' soluzzjoni selettiva deskritt fl-introduzzjoni. Għajr fejn dan joħloq diffikultajiet tekniċi, huwa preferibbli li l-komponent ewlieni tal-fibra jiddewweb biex jinkiseb il-komponent minuri tal-fibra bħala fdal finali.

I.3.  Materjali u apparat

I.3.1.  Apparat

I.3.1.1.  Griġjoli filtru u flixkien tal-użin kbar biżżejjed li jżommu fihom griġjoli bħal dawn, jew kwalunkwe apparat li jagħti riżultati identiċi.

I.3.1.2.  Termos.

I.3.1.3.  Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

I.3.1.4.  Forn ventilat għall-inxif tal-eżemplari f“105 ± 3ºC.

I.3.1.5.  Miżien analitiku, preċiż sa 0,0002 g.

I.3.1.6.  Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.2.  Reaġenti

I.3.2.1.  Żejt mhux raffinat ħafif, iddistillat mill-ġdid, medda ta' togħlija minn 40 sa 60°C.

I.3.2.2.  Reaġenti oħra huma speċifikati fis-sezzjonijiet addattati ta' kull metodu.

Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

I.3.2.3.  Ilma ddistillat jew dejonizzat.

I.3.2.4.  Aċetun

I.3.2.5.  Aċidu ortofosforiku.

I.3.2.6.  Urea.

I.3.2.7.  Bikarbonat tas-sodju.

I.4.  Atmosfera ta' kundizzjonar u ttestjar

Minħabba li jiġu stabbiliti piżijiet xotti, mhux meħtieġ li tikkundizzjona l-kampjun jew li twettaq analiżi fl-atmosfera kkundizzjonata.

I.5.  Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju li huwa rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju u huwa biżżejjed biex jipprovdi l-kampjuni kollha, kull wieħed ta' mill-inqas 1 g, li huma meħtieġa.

I.6.  Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju(34)

Fejn tkun preżenti sostanza li ma għandhiex titqies fil-kalkolazzjonijiet perċentwali (ara l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament), din għandha l-ewwel titneħħa permezz ta' metodu xieraq li ma jaffettwa l-ebda kostitwent tal-fibri.

Għal dan l-għan, materja mhux fibruża li tista' tiġi estratta b'żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma titneħħa billi l-kampjun tat-test imnixxef bl-arja f'estrattur Soxhlet jiġi ttrattat b'żejt mhux raffinat ħafif għal siegħa b'rata minima ta' sitt ċikli fis-siegħa. Ħalli ż-żejt ħafif jevapora mill-kampjun, li mbagħad jiġi estratt bi trattament dirett li jkun jikkonsisti fit-tixrib tal-kampjun fl-ilma fit-temperatura tal-kamra għal siegħa u mbagħad xarrbu fl-ilma f“65 ± 5°C għal siegħa oħra, waqt li tħawwad il-likur minn ħin għal ieħor. Uża likur: proporzjon tal-kampjun ta' 100:1. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun billi tagħsru, tiġbdu jew bl-użu ta' magni ċentrifugi u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

F'każ ta' elastolefin jew ta' taħlitiet ta' fibri li fihom l-elastolefin jew fibri oħra (suf, xagħar tal-annimali, ħarir, qoton, kittien, qanneb ġenwin, ġuta, abaka, alfa, kajjar, ġummar, rami, sisal, kupru, modal, proteina, viskuż, akrilik, poliamide jew najlon, poliesteri, elastomultiester) il-proċedura li għadha kemm ġiet deskritta għandha tkun daqsxejn modifikata, fil-fatt, iż-żejt mhux raffinat eteru ħafif għandu jinbidel bl-aċetun.

Meta materja mhux fibruża ma tkunx tista' titneħħa biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma, għandha titneħħa billi tissostitwixxi l-metodu tal-ilma deskritt hawn fuq b'metodu adattat li bl-ebda mod ma jbiddel sostanzjalment kwalunkwe mill-kostitwenti tal-fibra. Madankollu, għal xi fibri ta' ħaxix naturali, mhux ibbliċjati (eż. l-ġuta, l-kajjar), għandu jiġi nnotat li trattament minn qabel normali biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi mhux fibrużi naturali kollha; madankollu t-trattament addizzjonali ta' qabel ma jiġix applikat għajr jekk il-kampjun ikun fih tirqim li ma jinħallx la fiż-żejt mhux raffinat ħafif u lanqas fl-ilma.

Ir-rapporti tal-analiżi għandhom jinkludu dettalji sħaħ tal-metodi użati għat-trattament ta' qabel.

I.7.  Proċedura tat-test

I.7.1.  Struzzjonijiet ġenerali

I.7.1.1.  Tnixxif

Mexxi l-operazzjonijiet kollha tat-tnixxif għal mhux anqas minn erba' siegħat u mhux aktar minn 16-il siegħa f“105 ± 3 C f'forn ventilat bil-bieba tal-forn magħluqa minn kullimkien. Jekk il-perjodu ta' tnixxif ikun inqas minn 14-il siegħa, il-kampjun għandu jkollu l-piż ikkontrollat biex jiġi determinat jekk it-toqol tiegħu huwiex kostanti. Il-piż jista” jitqies li huwa konstanti jekk, wara perjodu ieħor ta' tnixxif ta' 60 minuta, il-varjazzjoni tiegħu hija inqas minn 0,05 %.

Evita li tmiss il-griġjoli u l-fliexken tal-użin, il-kampjuni jew ir-residwi bl-idejn waqt l-operazzjonijiet ta' tnixxif, tat-tibrid u tal-użin.

Kampjuni xotti fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin bit-tapp qabel ma tneħħih mill-forn, u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Nixxef il-griġjol filtru fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu fil-forn. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Fejn jintuża apparat ieħor għajr griġjol tal-filtru, għandhom jitwettqu proċessi ta' tnixxif fil-forn biex jiddeterminaw il-piż xott tal-fibri mingħajr telf.

I.7.1.2.  Tibrid

Mexxi l-operazzjonijiet kollha tat-tibrid f'dessikatur, imqiegħed maġenb il-miżien, sakemm ikun intemm it-tibrid tal-fliexken tal-kejl, u f'kull każ għal mhux anqas minn sagħtejn.

I.7.1.3.  Użin

Wara t-tkessiħ, kompli l-użin tal-flixkun tal-użin fi żmien żewġ minuti minn meta tneħħiħ mid-dessikatur; iżen sa preċiżjoni ta' 0,0002 g.

I.7.2.  Proċedura

Ħu kampjun tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel ta' mill-inqas 1 g (fil-piż). Aqta' ħajt jew drapp f'tulijiet ta' madwar 10 mm, mifrudin kemm jista' jkun possibbli. Nixxef il-kampjun(i) fi flixkun/fliexken tal-użin, berrdu/berridhom f'dessikatur u iżnu/iżinhom. Ittrasferixxi l-kampjun(i) għar-reċipjent(i) tal-ħġieġ speċifikat fit-taqsima xierqa tal-metodu tal-Unjoni, iżen mill-ġdid il-flixkun/fliexken tal-użin minnufih u kkalkula piż niexef/piżijiet niexfa tal-kampjun(i) permezz tad-differenza; wettaq it-test kif speċifikat fit-taqsima x-xierqa tal-metodu applikabbli. Eżamina l-fdal(ijiet) mikroskopikament biex tivverifika li fil-fatt it-trattament neħħa għal kollox il-fibra(i) li tinħall(jinħallu).

I.8.  Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż ta' kull komponent bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibra fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi tal-piż xott medju, aġġustat permezz (a) tal-konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u (b) tal-fatturi ta' korrezzjoni meħtieġa biex jitqies it-telf ta' materja mhux fibruża matul it-trattament minn qabel u l-analiżi.

I.8.1.  Kalkolu tal-perċentwali tal-piż tal-fibri xotti u nodfa mingħajr ma jingħata kas tat-telf tal-piż tal-fibra matul it-trattament minn qabel.

I.8.1.1.  - VARJANT 1 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn komponent tat-taħlita jitneħħa minn kampjun wieħed u jitneħħa komponent ieħor minn tieni kampjun:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000008.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000009.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000010.jpg

P1 %huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent fl-ewwel eżemplari li dab fl-ewwel reaġent);

P2 %huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent fit-tieni eżemplari li dab fit-tieni reaġent);

P3 %huwa l-perċentwal tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma dab fl-ebda wieħed miż-żewġ eżemplari);

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel eżemplari fl-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa t-tieni komponent mit-tieni eżemplari fit-tieni reaġent;

d1 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tieni komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari (35);

d2 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari;

d3 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tal-ewwel komponent li ma dabx fit-tieni eżemplari;

d4 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fit-tieni eżemplari.

I.8.1.2.  - VARJANT 2 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn komponent (a) jitneħħa mill-ewwel kampjun tat-test, filwaqt li jħalli bħala fdal iż-żewġ komponenti l-oħra (b + ċ), u jitneħħew żewġ komponenti (a + b) mit-tieni kampjun tat-test, bit-tielet komponent (ċ) jitħalla bħala fdal:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000011.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000012.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000013.jpg

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent fl-ewwel eżemplari li dab fl-ewwel reaġent);

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent li jdub, fl-istess ħin tal-ewwel komponent tat-tieni eżemplari, fit-tieni reaġent);

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma dab fl-ebda wieħed miż-żewġ eżemplari);

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel eżemplari fl-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mit-tieni eżemplari fit-tieni reaġent;

d1 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tieni komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari;

d2 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari;

d4 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fit-tieni eżemplari.

I.8.1.3.  - VARJANT 3 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn jitneħħew żewġ komponenti (a + b) minn kampjun, filwaqt li t-tielet komponent (ċ) jitħalla bħala fdal, imbagħad jitneħħew żewġ komponenti (b + ċ) minn kampjun ieħor, bl-ewwel komponent (a) jitħalla bħala fdal:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000014.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000015.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000016.jpg

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent li dab permezz tar-reaġent);

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent li dab permezz tar-reaġent);

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li dab fit-tieni eżemplari permezz tar-reaġent);

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mill-ewwel eżemplari bl-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew it-tieni u t-tielet komponenti mit-tieni eżemplari bit-tieni reaġent;

d2 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari;

d3 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent tal-ewwel komponent li ma dabx fit-tieni eżemplari.

I.8.1.4.  - VARJANT 4 -

Formola li għandha tiġi applikata fejn żewġ komponenti jitneħħew wara xulxin mit-taħlita bl-użu tal-istess kampjun:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000017.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000018.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000019.jpg

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (l-ewwel komponent li jdub);

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (it-tieni komponent li jdub);

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma jdubx);

m huwa l-piż xott tal-kampjun wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mill-ewwel u t-tieni reaġent;

d1 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tieni komponent fl-ewwel reaġent;

d2 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel reaġent;

d3 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel u t-tieni reaġenti.

1.8.2.  Kalkolu tal-perċentwali ta' kull komponent bl-aġġustament permezz ta' konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u, fejn xieraq, permezz ta' fatturi ta' korrezzjoni għal telf fil-piż matul proċessi ta' trattament minn qabel:

Mogħtija:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000020.jpg20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000021.jpg20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000022.jpg

imbagħad:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000023.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000024.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000025.jpg

P1A %huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P2A % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P3A % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P1huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif miksub permezz ta' waħda mill-formuli mogħtija f'I.8.1;

P2 huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif miksub permezz ta' waħda mill-formuli mogħtija f'I.8.1;

P3 huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif miksub permezz ta' waħda mill-formuli mogħtija f'I.8.1;

a1 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma tal-ewwel komponent;

a2 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma tat-tieni komponent;

a3 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma tat-tielet komponent;

b1 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tal-ewwel komponent matul it-trattament minn qabel;

b2 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tat-tieni komponent matul it-trattament minn qabel;

b3 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tat-tielet komponent matul it-trattament minn qabel.

Fejn jintuża trattament minn qabel speċjali, għandhom jiġu stabbiliti l-valuri b1, b2 u b3, jekk ikun possibbli, billi kull komponent tal-fibra pura jiġi sottomess għal trattament minn qabel applikat fl-analiżi. Fibri puri huma dawk ħielsa minn kull materjal mhux fibruż għajr dawk li normalment ikunu jinsabu fihom (jew b'mod naturali jew minħabba l-proċess tal-manifattura), fl-istat (mhux ibbliċjat, ibbliċjat) li jinstabu fil-materjal li għad irid jiġi analizzat.

Fejn mhumiex disponibbli fibri kostitwenti separati u nodfa użati fil-manifattura tal-materjal li għandu jiġi analizzat, għandhom jintużaw il-valuri medji ta' b1, b2 u b3 kif miksuba mit-testijiet imwettqa fuq fibri nodfa simili għal dawk fit-taħlita li tkun qegħda tiġi eżaminata.

Jekk jiġi applikat trattament normali minn qabel permezz tal-estrazzjoni biż-żejt mhux raffinat ħafif u l-ilma, il-fatturi ta' korrezzjoni b1, b2 u b3 jistgħu ġeneralment ma jitqisux, għajr fil-każ ta' qoton mhux ibbliċjat, kittien mhux ibbliċjat u qanneb mhux ibbliċjat, fejn it-telf ikkawżat minn trattament minn qabel jitqies bħala ta' 4 %, u fil-każ ta' polipropilene, bħala 1 %.

Fil-każ ta' fibri oħra, normalment, ma jingħatax kas tat-telf minħabba trattament minn qabel fil-kalkoli.

I.8.3.  Nota

Eżempji ta' kalkoli jinsabu fil-Kapitolu 3.V.

II.  Metodu ta' analiżi kwantitattiva b'separazzjoni manwali ta' taħlitiet bi tliet fibri

II.1.  Ambitu

Dan il-metodu huwa applikabbli għal fibri tat-tessuti ta' kull tip sakemm dawn ma jiffurmawx taħlita intima u sakemm ikun possibbli li dawn jiġu mifrudin bl-idejn.

II.2.  Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti tat-tessuti, il-materja mhux fibruża titneħħa permezz ta' trattament minn qabel xieraq u mbagħad il-fibri jiġu sseparati bl-idejn, imnixxfa u jintiżnu biex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta' kull fibra fit-taħlita.

II.3.  Apparat

II.3.1.  Fliexken tal-użin jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.2.  Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

II.3.3.  Forn ventilat għall-inxif tal-eżemplari f“105 ± 3 ºC.

II.3.4.  Miżien analitiku preċiż sa 0,0002 g.

II.3.5.  Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.6.  Labra.

II.3.7.  Twist tester jew apparat simili.

II.4.  Reaġenti

II.4.1.  Zejt mhux raffinat ħafif, distillat mill-ġdid, medda ta' togħlija 40 sa 60°C.

II.4.2.  Ilma ddistillat jew dejonizzat.

II.5.  Atmosfera ta' kundizzjonar u ttestjar

Ara I.4.

II.6.  Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.5.

II.7.  Trattament minn qabel tal-kampjuni tat-test tal-laboratorju

Ara I.6.

II.8.  Proċedura

II.8.1.  Analiżi tal-ħajt

Mill-kampjun tal-test tal-laboratorju li ġie trattat minn qabel, agħżel eżamplari ta' piż mhux inqas minn1 g. Għal ħajt fin ħafna, l-analiżi tista' ssir fuq tul minimu ta' 30 m, ikun kemm ikun il-piż.

Aqta' l-ħajt f'biċċiet ta' tul addattat u ifred it-tipi ta' fibri permezz ta' labra u, jekk ikun meħtieġ, twist tester. It-tipi ta' fibra hekk miksuba jitqiegħdu fi fliexken tal-użin li jkunu ntiżnu minn qabel u mnixxfa għal 105 ± 3°C sa toqol kostanti, kif deskritt f'I.7.1 u I.7.2.

II.8.2.  Analiżi tad-drapp

Mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel, agħżel eżemplari ta' piż ta' mhux anqas minn 1 g, li ma jinkludix ċmusa, bi truf mirqumin b'attenzjoni biex ikun evitat it-tiżrit u li jkun parallel mat-tgħama jew mal-ħjut għall-medd, jew fil-każ ta' drappijiet innittjati fil-linja tal-għoqod u l-korsijiet. Ifred it-tipi differenti ta' fibri u iġborhom fi fliexken tal-użin li jintiżnu minn qabel u pproċedi kif deskritt fi II.8.1.

II.9.  Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż ta' kull fibra komponent bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibri fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta' piż nadif u xott, aġġustati permezz (a) tal-konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u (b) tal-fatturi ta' korrezzjoni meħtieġa biex jitqies it-telf fil-piż matul l-operazzjonijiet tal-trattament minn qabel.

II.9.1.  Kalkolu tal-perċentwali tal-piż ta' fibra xotta u nadifa, mingħajr ma jingħata kas tat-telf fil-piż tal-fibra matul it-trattament minn qabel:

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000026.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000027.jpg

20100518-P7_TA(2010)0168_MT-p0000028.jpg

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott, nadif;

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif;

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif;

m1 huwa l-piż nadif niexef tal-ewwel komponent;

m2 huwa l-piż nadif niexef tat-tieni komponent;

m3 huwa l-piż nadif niexef tat-tielet komponent;

II.9.2.  Għall-kalkolu tal-perċentwali ta' kull komponent bl-aġġustament permezz ta' konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u, fejn xieraq, permezz ta' fatturi ta' korrezzjoni għal telf fil-piż matul it-trattament minn qabel: ara I.8.2.

III.  Metodu ta' analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet bi tliet fibri b'kombinazzjoni ta' separazzjoni bl-idejn u separazzjoni kimika

Fejn ikun possibbli, għandha tintuża separazzjoni manwali, waqt li jitqiesu l-proporzjonijiet ta' komponenti separati qabel jgħaddu għal kwalunkwe trattament kimiku ta' kull wieħed mill-komponenti separati.

IV.1.  Preċiżjoni tal-metodi

Il-preċiżjoni indikata f'kull metodu tal-analiżi ta' taħlit ta' żewġ fibri għandha x'taqsam mar-riproduċibilità (ara l-Kapitolu 2 relatat ma' ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva tat-taħlit ta' żewġ fibri tat-tessut).

Ir-riproduċibilità tirreferi għall-affidabilità, jiġifieri l-qrubija tal-qbil bejn valuri esperimentali miksubin minn operaturi f'laboratorji differenti jew fi żminijiet differenti bl-użu tal-istess metodu u bil-kisba ta' riżultati individwali fuq eżemplari ta' taħlita omoġenja identika.

Ir-riproduċibilità hija espressa permezz ta' limiti ta' fiduċja tar-riżultati għal-livell ta' fiduċja ta' 95 %.

Dan ifisser li d-differenza bejn żewġ riżultati f'sensiela ta' analiżi magħmula f'laboratorji differenti, f'applikazzjoni normali u korretta tal-metodu għal taħlita omoġenja u identika, tinqabeż biss f'ħames każijiet minn 100.

Biex tiġi stabbilita l-preċiżjoni tal-analiżi ta' taħlita ta' tliet fibri, il-valuri indikati fil-metodi għall-analiżi ta' taħlit ta' żewġ fibri li ntużaw għall-analiżi tat-taħlita bi tliet fibri jiġu applikati bil-mod normali.

Billi fl-erba' varjanti tal-analiżi kimika kwantitattiva ta' taħlit ta' tliet fibri, hemm dispożizzjoni għal żewġ dissoluzzjonijiet (bl-użu ta' żewġ eżemplari separati għall-ewwel tliet varjanti u eżemplari singolari għar-raba' varjant) u, billi wieħed jassumi li E1 u E2 jirrappreżentaw il-preċiżjoni taż-żewġ metodi għall-analizzar ta' taħlit ta' żewġ fibri, il-preċiżjoni tar-riżultati għal kull komponent qed tintwera fit-tabella li ġejja:

Fibra komponent

Varjanti

1

2 u 3

4.

a

E1

E1

E1

b

E2

E1+E2

E1+E2

c

E1+E2

E2

E1+E2

Jekk ir-raba' varjant jintuża, il-grad ta' preċiżjoni jista' jinstab li jkun aktar baxx minn dak ikkalkulat bil-metodu muri hawn fuq, minħabba azzjoni possibbli tal-ewwel reaġent fuq il-fdal magħmul mill-komponenti b u c, li għandu jkun diffiċli li jiġi evalwat.

IV.2.  Rapport tat-test

IV.1.  Indika l-varjant(i) użati għat-twettiq tal-analiżi, il-metodi, ir-reaġenti u l-fatturi ta' korrezzjoni.

IV.2.  Agħti dettalji ta' kwalunkwe trattament minn qabel speċjali (Ara I.6).

IV.3.  Agħti r-riżultati individwali u l-medja aritmetika, kull wieħed sa punt deċimali wieħed.

IV.4.  Kull meta jkun possibbli, agħti l-preċiżjoni tal-metodu għal kull komponent, ikkalkolat skont it-tabella fit-taqsima IV.1.

V.  Eżempji tal-kalkolu tal-perċentwali tal-komponenti ta' ċertu taħlit ta' tliet fibri li jagħmlu użu minn xi wħud mill-varjanti deskritti fil-punt I.8.1.

Ikkonsidra l-każ ta' taħlita ta' fibra li meta analizzata b'mod kwantitattiv għall-kompożizzjoni ta' materja prima, tat il-komponenti li ġejjin: 1. suf imqardax; 2.najlon (poliamide); 3.qoton mhux ibbliċjat.

VARJANT Nru. 1

Bl-użu ta' dan il-varjant, jiġifieri bl-użu ta' żewġ eżemplari differenti u t-tneħħija ta' komponent wieħed (a = suf) permezz ta' dissoluzzjoni mill-ewwel eżemplari u t-tieni komponent (b = poliamide) mit-tieni eżemplari ,jistgħu jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

1.  Il-piż xott tal-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel huwa ta' (m1) = 1,6000 g;

2.  Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin (poliamide+qoton) (r1) = 1,4166 g;

3.  Il-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel m2) = 1,8000 g;

4.  Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-aċidu formiku (suf+qoton) (r2) = 0,9000 g

Trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta' poliamide, filwaqt li qoton mhux ibbliċjat jitlef 3 %, għalhekk d1 = 1,0 u d2 = 1,03.

Trattament bl-aċidu formiku ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta' suf jew qoton mhux ibbliċjat, għalhekk d3 u d4 = 1,0.

Jekk il-valuri miksuba permezz tal-analiżi kimika u l-fatturi ta' korrezzjoni jiġu mibdula fil-formula taħt punt I.8.1.1, jinkiseb ir-riżultat li ġej:

P1 % (suf) = [1,03/1,0 – 1,03×1,4166/1,6000 + 0,9000/1,8000 × (1 – 1,03 / 1,0)] ×100 = 10,30

P2 % (poliamide) = [1,0 / 1,0 – 1,0×0,9000 / 1,8000 + 1,4166 / 1,6000 × (1– 1,0 /1,0)] ×100 = 50,00

P3 % (qoton) = 100–(10,30 + 50,00) = 39,70.

Il-perċentwali tad-diversi fibri xotti u nodfa fit-taħlita huma kif ġej:

suf

10,30%

poliamide

50,00%

qoton

39,70%.

Dawn il-perċentwali għandhom jiġu korretti skont il-formoli taħt punt I.8.2 biex jitqiesu wkoll il-konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u l-fatturi ta' korrezzjoni għal kwalunkwe telf fil-piż wara t-trattament minn qabel.

Kif indikat fl-Anness IX, il-konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma huma kif ġej: suf imqardax 17,0 %, poliamide 6,25 %, qoton 8,5 %, u wkoll il-qoton mhux ibbliċjat juru tnaqqis fil-piż ta' 4 %, wara trattament minn qabel b'żejt mhux raffinat ħafif u ilma.

Għalhekk:

P1A % (suf) = 10,30×[1+(17,0+0,0)/100] / [10,30×(1+ (17,0+0,0)/100) + 50,00× (1+ (6,25+0,0)/100) + 39,70×(1+(8,5+4,0 /100)] × 100 = 10,97

P2A % (poliamide) = 50,0 × (1+ (6,25+0,0)/100) /109,8385 ×100 = 48,37

P3A % (qoton) = 100 - ((10,97 + 48,37) = 40,66.

Il-kompożizzjoni tal-materja prima tal-ħajta hija għalhekk kif ġej:

poliamide

48,4 %

qoton

40,6 %

suf

11,0 %

100,0 %.

VARJANT Nru. 4:

Ikkonsidra l-każ ta' taħlita ta' fibra li meta analizzata b'mod kwantitattiv tat il-komponenti li ġejjin: suf imqardax, viskuż, qoton mhux ibbliċjat.

Ejja ngħidu li bl-użu ta' varjant 4, jiġifieri t-tneħħija suċċessiva ta' żewġ komponenti mit-taħlita ta' kampjun waħdieni singolari, jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

1.  Il-piż xott tal-eżemplari wara t-trattament minn qabel (m1) = 1,6000 g;

2.  Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin (viskuż+qoton)

(r1) = 1,4166 g;

3.  Il-piż xott tal-fdal wara t-tieni trattament tal-fdal r1 bil-klorur taż-żingu/aċidu formiku (qoton)

(r2) = 0,6630 g.

Trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta' viskuż, filwaqt li qoton mhux ibbliċjat jitlef 3 %, għalhekk d1 = 1,0 u d2 = 1,03.

Bħala riżultat ta' trattament bl-aċidu formiku-klorur taż-żingu, il-piż tal-qoton jiżdied b“4 %, biex b'hekk d3 = 1,03 × 0,96 = 0,9888; li huwa approssimativ għal 0,99, (b'd3 jkun il-fattur ta' korrezzjoni għat-telf rispettiv jew żieda fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel u t-tieni reaġenti).

Jekk il-valuri miksuba permezz tal-analiżi kimika u l-fatturi ta' korrezzjoni jiġu mibdula fil-formula mogħtija f'punt I.8.1.4, jinkiseb ir-riżultat li ġej:

P2 % (viskuż) = 1,0×1,4166 / 1,6000 ×100 – 1,0 / 1,03 ×40,98=48,75 %

P3 % (qoton) = 0,99×0,6630 / 1,6000 × 100= 41,02 %

P1 % (suf) = 100 - (48,75 + 41,02) = 10,23 %.

Kif diġà ġie indikat għall-Varjant 1, dawn il-perċentwali għandhom jiġu korretti permezz tal-formoli indikati f'punt I.8.2.

P1A % (suf) = 10,23 × [1 + (17,0+0,0 / 100)]/[10,23×(1+ (17,00+0,0)/100) +48,75×(1+(13+0,0 / 100) + 41,02×(1+(8,5+4,0)/ 100)] × 100 = 10,57 %

P2A % (viskuż) = 48,75× [1+(13+0,0) / 100] / 113,2041 ×100 = 48,65 %

P3A % (qoton) = 100 - ((10,57 + 48,65) = 40,78 %.

Il-kompożizzjoni tal-materja prima tat-taħlita hija għalhekk kif ġej:

viskuż

48,6 %

qoton

40,8 %

suf

10,6 %

______

100,0 %.

VI.  Tabella ta' taħlitiet tipiċi bi tliet fibri li jistgħu jiġu analizzati bl-użu ta' metodi tal-Unjoni ta' analiżi ta' taħlitiet ta' żewġ fibri (għall-għanijiet illustrattivi)

Nru tat-Taħlita

Fibri komponent

Varjant

In-numru tal-metodu użat u r-reaġent għal taħlitiet b'żewġ fibri

Komponent 1

Komponent 2

Komponent 3

1.

suf jew xagħar

Viskuż, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

1 u/jew 4

2. (ipolklorit tas-sodju alkalin) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

2.

suf jew xagħar

poliamide 6 jew 6-6

qoton, viskuż, kupru jew modal

1 u/jew 4

2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w)

3.

suf, xagħar jew ħarir

ċerti klorofibri

viskuż, kupru,modal jew qoton

1 u/jew 4

2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun 55,5/44,5 w/w)

4.

suf jew xagħar

poliamide 6 jew 6-6

poliester, polipropilene, akrilik jew fibra tal-ħġieġ

1 u/jew 4

2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w)

5.

suf, xagħar jew ħarir

ċerti klorofibri

poliester, akrilik, poliamide, jew fibra tal-ħġieġ

1 u/jew 4

2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun 55,5/44,5 w/w)

6.

ħarir

suf jew xagħar

poliester

2

11. (aċidu sulfuriku 75 % w/w) u 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin)

7.

poliamide 6 jew 6-6

akrilik

qoton, viskuż, kupru jew modal

1 u/jew 4

4. (aċidu formiku 80 % w/w) u 8. (dymethylformamide)

8.

ċerti klorofibri

poliamide 6 jew 6-6

qoton, viskuż, kupru jew modal

1 u/jew 4

8. (dymethylformamide) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w)

jew 9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w)

9.

akrilik

poliamide 6 jew 6-6

poliester

1 u/jew 4

8. (dymethylformamide) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w)

10.

aċetat

poliamide 6 jew 6-6

viskuż, qoton, kupru jew modal

4

1. (aċetun) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w)

11.

ċerti klorofibri

akrilik

poliamide

2 u/jew 4

9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 8. (dymethylformamide)

12.

ċerti klorofibri

poliamide 6 jew 6-6

akrilik

1 u/jew 4

9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w)

13.

poliamide 6 jew 6-6

viskuż, kupru, modal jew qoton

poliester

4

4. (aċidu formiku, 80 % w/w) u 7. (aċidu sulfuriku, 75 % w/w)

14.

aċetat

viskuż, kupru, modal jew qoton

poliester

4

1. (aċetun) u 7 (aċidu sulfuriku, 75 % w/w)

15.

akrilik

viskuż, kupru, modal jew qoton

poliester

4

8. (dymethylformamide) u 7 (aċidu sulfuriku, 75 % w/w)

16.

aċetat

suf, xagħar jew ħarir

qoton, viskuż, kupru, modal, poliamide, poliester, akrilik

4

1. (aċetun) u 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin)

17.

triaċetat

suf, xagħar jew ħarir

qoton, viskuż, kupru, modal, poliamide, poliester, akrilik

4

6. (diklorometan) u 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin)

18.

akrilik

suf, xagħar jew ħarir

poliester

1 u/jew 4

8. (dymethylformamide) u 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin)

19.

akrilik

ħarir

suf jew xagħar

4

8. (dymethylformamide) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % w/w)

20.

akrilik

suf, xagħar jew ħarir

qoton, viskuż, kupru jew modal

1 u/jew 4

8. (dymethylformamide) u 2 (ipoklorit tas-sodju alkalin)

21.

suf, xagħar jew ħarir

qoton, viskuż, modal, kupru

poliester

4

2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 7. (aċidu sulfuriku 75 %)

22.

viskuż, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

poliester

2 u/jew 4

3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku) u 7 (aċidu sulfuriku 75 % w/w)

23.

akrilik

viskuż, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

4

8. (dymethylformamide) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

24.

Ċerti klorofibri

viskuż, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

1 u/jew 4

9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 3. (korur taż-żinġu/aċidu formiku) jew 8 (dymethylformamide) u 3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

25.

aċetat

viskuż, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

4

1. (aċetun) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

26.

triaċetat

viskuż, kupru jew ċerti tipi ta' modal

qoton

4

6. (diklorometan) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku)

27.

aċetat

ħarir

suf jew xagħar

4

1. (aċetun) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % w/w)

28.

triaċetat

ħarir

suf jew xagħar

4

6. (diklorometan) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % w/w)

29.

aċetat

akrilik

qoton, viskuż, kupru jew modal

4

1. (aċetun) u 8. (dymethylformamide)

30.

triaċetat

akrilik

qoton, viskuż, kupru jew modal

4

6. (diklorometan) u 8. (dymethylformamide)

31.

triaċetat

poliamide 6 jew 6-6

qoton, viskuż, kupru jew modal

4

6. (diklorometan) u 4. (aċidu formiku 80 % w/w)

32.

triaċetat

qoton, viskuż, kupru jew modal

poliester

4

6. (diklorometan) u 7 (aċidu sulfuriku 75 % w/w)

33.

aċetat

poliamide 6 jew 6-6

poliester jew akrilik

4

1. (aċetun) u 4. (aċidu formiku 80 % w/w)

34.

aċetat

akrilik

poliester

4

1. (aċetun) u 8. (dymethylformamide)

35.

ċerti klorofibri

qoton, viskuż, kupru jew modal

poliester

4

8. (dymethylformamide) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % w/w)

jew 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % w/w)

36

qoton

poliester

elastolefin

2 u/jew 4

7 (aċidu sulfuriku 75 % w/w) u 14 (aċidu sulfuriku konċentrat)

[37

Ċerti modakriliki

poliester

melamina

2 u/jew 4

8 (dimethylformamide) u 14 (aċidu sulfuriku konċentrat)]

ANNESS IX

KONĊESSJONIJIET MIFTIEHMA UŻATI BIEX JIĠI KKALKOLAT L-AMMONT TA' FIBRI KONTENUTI FI PRODOTT TAT-TESSUTI

(Artikolu 17(2))

Nru tal-Fibra

Fibri

Perċentwali

1‐2

Suf u xagħar tal-annimali:

fibri mimxuta

18,25

fibri mqardxa

17,00(1)

3

Xagħar tal-annimali:

fibri mimxuta

18,25

fibri mqardxa

17,00(1)

Xagħar taż-żiemel:

fibri mimxuta

16,00

fibri mqardxa

15,00

4

Ħarir

11,00

5

Qoton:

fibri normali

8,50

fibri mogħtija l-leqqa

10,50

6

Kapok

10,90

7

Kittien

12,00

8

Qanneb ġenwin

12,00

9

Ġuta

17,00

10

Abaka

14,00

11

Alfa

14,00

12

Kajjar

13,00

13

Ġummar

14,00

14

Rami (fibra bbliċjata)

8,50

15

Sisal

14,00

16

Sunn

12,00

17

Sabbara

14,00

18

Maguey

14,00

19

Aċetat

9,00

20

Alġinat

20,00

21

Kupru

13,00

22

Modal

13,00

23

Proteina

17,00

24

Triaċetat

7,00

25

Viskuż

13,00

26

Akrilik

2,00

27

Klorofibra

2,00

28

Fluorofibra

0,00

29

Modakrilik

2,00

30

Poliamide jew najlon:

fibra mhux kontinwa

6,25

filament

5,75

31

Aramid

8,00

32

Polijimide

3,50

33

Lyoċell

13,00

34

Polilaktid

1,50

35

Poliester

fibra mhux kontinwa

1,50

filament

1,50

36

Polietilene

1,50

37

Polipropilene

2,00

38

Polikarbamid

2,00

39

Poliurethane

fibra mhux kontinwa

3,50

filament

3,00

40

Vinilal

5,00

41

Trivinil

3,00

42

Elastodin

1,00

43

Elastan

1,50

44

Fibra tal-ħġieġ:

b'dijametru medju ta' iktar minn 5 μm

2,00

b'dijametru medju ta' 5 μm jew inqas

3,00

45

Fibra tal-metall

2,00

Fibra metalizzata

2,00

Asbestos

2,00

Ħjut tal-karta

13,75

46

Elastomultiester

1,50

47

Elastolefin

1,50

48

Melamina

7,00

(1)Il-konċessjonijiet miftehma ta' 17,00 % għandhom jiġu applikati wkoll fejn huwa impossibbli li jiġi aċċertat jekk il-prodott tat-tessut li fih is-suf u/jew ix-xagħar tal-annimali huwiex mimxut jew imqardex.

ANNESS X

TABELLI TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 2008/121/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 4(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 2(1)(b),kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 3(1) kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 2(1)(b)(i) l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1)(b)(i)

Artikolu 2(1)(b)(ii)it-tieni inċiż

Artikolu 3(1)(b)(ii)

Artikolu 2(2) kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 2(1) kliem ta' introduzzjoni

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(2)(b) it-tieni inċiż

Artikolu 2(1)(b) u (c)

Artikolu 2(2)(c) it-tielet inċiż

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 7

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(1) u Anness III

Artikolu 5(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 9(2)

Direttiva 2008/121/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 6(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 9(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 18

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 8(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 13(1) u (2)

Artikolu 8(4)

Artikolu 13(3)

Artikolu 8(5)

-

Artikolu 9(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 9(3)

L-Artikolu 15 u l-Anness IV

Artikolu 10(1)(a)

Artikolu 16(2)

Artikolu 10(1)(b)

Artikolu 16(3)

Artikolu 10(1)(ċ)

Artikolu 16(4)

Artikolu 10(2)

Artikolu 16(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11

Artikolu 12(2) ir-raba subparagrafu

Direttiva 2008/121/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 12

▌Anness VII

Artikolu 13

Artikolu 17(2)

Artikolu 14(1)

-

Artikolu 14(2)

Artikolu 4(2)

Artikoli 15 u16

Artikoli 23 ▌

Artikolu 17

-

Artikoli 19 u 20

-

Anness I, Nru 1 sa 46

Anness I, Nru 1 sa 47

Anness II, Nru 1 sa 46

Anness IX, Nru 1 sa 47

Anness III

Anness V

Anness III, punt 36

Artikolu 3(1)(i)

Anness IV

Anness VI

Direttiva 96/73/KE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I (2)

Artikolu 3

Artikolu 17(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4

Artikolu 17(3)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 23

Artikolu 6

Artikolu 7

-

Artikolu 8

-

Artikolu 9

-

Anness I

Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I

Anness II (1) introduzzjoni

Anness VIII, kapitolu 1, taqsima II

Anness II (1) taqsimiet I, II u III

Anness VIII kapitolu 2 taqsimiet I, II u III

Anness II(2)

Anness VIII, kapitolu 2, taqsima IV

Direttiva 73/44/KEE

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I

Artikolu 3

Artikolu 17(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4

Artikolu 17(3)

Artikolu 5

Artikolu 23 ▌

Artikolu 6

-

Artikolu 7

-

Anness I

Anness VIII kapitolu 3 introduzzjoni u taqsimiet I sa IV

Anness II

Anness VIII, kapitolu 3, taqsima V

Anness III

Anness VIII, kapitolu 3, taqsima VI

(1) Għadha mhux ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2)Opinjoni tas-16 ta' Diċembru 2009 (Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3)Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010.
(4)ĠU L 83, 30.3.1973, p. 1
(5)ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.
(6)ĠU L 19, 23.1.2009, p. 29.
(7)ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.
(8) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.
(9) Testi adottati, P7_TA(2009)0093.
(10)* Id-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.
(11) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(12) ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.
(13)* Disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(14) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(15)* Id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament
(16)* Tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(17)* Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(18)* Sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(19)* Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(20)** Sentejn u sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(21)*** Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(22)Għall-prodotti li jaqgħu taħt dan il-punt u mibjugħin f'tulijiet maqtugħin, l-ittikkettjar inklussiv għandu jkun dak tar-rukkell. Iċ-ċwiemi u l-ħbula li jaqgħu taħt dan il-punt inklużi dawk użati għall-isport tal-muntanji u tal-ilma.
(23)F'xi każijiet huwa meħtieġ li l-eżemplari individwali tat-test jiġi trattat minn qabel.
(24)Għal oġġetti magħmula u lesti ara t-Taqsima 7.
(25)Ara l-punt 1.
(26)Il-moxt tal-laboratorju jista' jinbidel bi blender tal-fibra, jew il-fibri jistgħu jitħalltu bil-metodu tat-“trofof u l-fdalijiet”
(27)Jekk il-pakketti jistgħu jiġu mmuntati fuq kavetta konvenjenti jkun possibbli li numru minnhom jiddawru fl-istess ħin.
(28)Il-Metodu 12 huwa eċċezzjoni. Huwa msejjes fuq determinazzjoni tal-kontenut ta' sustanza kostitwenti ta' wieħed miż-żewġ komponenti.
(29)Ara l-Kapitolu 1.1.
(30)It-tidwib ta' modaċriliki bħal dawn jew ta' klorofibri fir-reaġent għandu jiġi vverifikat qabel ma titwettaq l-analiżi.
(31)Qabel titwettaq l-analiżi għandu jiġi vverifikat it-tidwib tal-klorur tal-polivinil fir-reaġent.
(32)Il-ħarir selvaġġ, bħall-ħarir tussah, ma jdubx għal kollox f”75 % m/m ta' aċidu sulfuriku.
(33)Ara pereżempju l-apparat deskritt f“Melliand Textilberichte 56 (1975), p. 643-645.
(34)Ara l-Kapitolu 1.1.
(35)Il-valuri ta' d huma indikati fil-Kapitolu 2 ta' dan l-Anness relatat mal-metodi varji għall-analiżi tat-taħlitiet b'żewġ fibri


Għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukraina ***I
PDF 288kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi l-għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukraina (COM(2009)0580 – C7-0277/2009 – 2009/0162(COD))
P7_TA(2010)0169A7-0058/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0580),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0101/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665) u l-addendum għaliha (COM(2010)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tas-17 ta' Mejju 2010 biex japprova l-pozizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0058/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawn hekk;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi l-għajnuna makrofinanzjarja lill-Ukraina

P7_TC1-COD(2009)0162


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 388/2010/UE.)


Miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni (Emenda tar-Regolament (KE) Nru 247/2006) ***I
PDF 290kWORD 36k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar “il bogħod tal-Unjoni (COM(2009)0510 – C7-0255/2009 – 2009/0138(COD))
P7_TA(2010)0170A7-0054/2010

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2009)0510),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 36, 37 u 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0255/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament u l-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 42, 43(2) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010(1),

–  wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0054/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari stipulata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Mejju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar “il bogħod tal-Unjoni

P7_TC1-COD(2009)0138


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 641/2010.)

(1) Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-estimi tad-dħul u tal-infiq għas-sena 2011 - Taqsima I - Il-Parlament
PDF 485kWORD 90k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2011 (2010/2005(BUD))
P7_TA(2010)0171A7-0134/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit 2011 – it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2011,

–  wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fid-19 ta' April 2010 skont l-Artikoli 23(6) u 79(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-estimi mħejji mill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 79(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0134/2010),

A.  billi biex jaqdi l-ħidmiet tiegħu taħt it-Trattat il-Parlament qed jimmira li juża u jiżviluppa bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu u billi dan jirrikjedi t-tisħiħ ta' għadd ta' oqsma prijoritarji waqt li fl-istess ħin, jirrikjedi approċċ strett għall-użu tar-riżorsi disponibbli,

B.  billi, f'dan ir-rigward, is-sitwazzjoni baġitarja marbuta mal-intestatura 5 (nefqa amministrattiva) għall-2011 teħtieġ aktar minn qatt qabel approċċ attent u dixxiplinat għall-baġit tal-Parlament sabiex jiġu rikonċiljati l-għanijiet politiċi u l-iffinanzjar tagħhom,

C.  billi proċess pilota ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits beda sentejn ilu u nżamm għall-proċedura tal-2011,

D.  billi l-prerogattivi tal-plenarja biex jiġu adottati l-estimi u l-baġit finali għandhom jinżammu għal kollox skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u r-Regoli ta' Proċedura,

E.  billi saru żewġ laqgħat ta' prekonċiljazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fl-24 ta' Marzu 2010 u fit-13 ta' April 2010, li matulhom ġew diskussi għadd ta' kwistjonijiet ewlenin bejn iż-żewġ delegazzjonijiet,

Il-qafas ġenerali u l-baġit globali

1.  Jinnota li l-livell tal-baġit tal-2011, kif issuġġerit mill-Bureau, jammonta għal EUR 1 710 547 354, li jirrappreżenta 20.32 % tal-intestatura 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF); jinnota li ż-żieda ssuġġerita hija ta' 5.8 % fuq il-baġit tal-2010, inkluż l-Abbozz ta' baġit ta' emenda (DAB) Nru 1/2010;

2.  Filwaqt li konxju sew mill-isfidi futuri, hu tal-fehma li r-rata ta' tkabbir u l-livell finali tal-baġit jeħtieġ li jiġu aġġustati f'dawn l-estimi; jiddeċiedi li f'dan l-istadju, il-livell ġenerali tal-baġit huwa ta' EUR 1 706 547 354 miljun, li jirrappreżenta rata ta' żieda ta' 5.5% u li jirrappreżenta sehem perċentwali ta' 20.28 % tal-intestatura 5; jimmira wkoll li jikkjarifika bosta kwistjonijiet u jeżamina ulterjorment il-miżuri proposti, kif ukoll jidentifika ffrankar ta' flus, qabel jiġi stabbilit il-baġit finali fil-Ħarifa 2010;

3.  Ifakkar fil-fehma tiegħu li, abbażi tar-referenzi oriġinali tal-MFF nnegozjati fl-2006 u li daħlu fis-seħħ fl-2007, l-infiq tiegħu għandu jiġi stabbilit madwar il-limitu tradizzjonali ta' 20%, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet l-oħrajn u l-marġni disponibbli; jinnota f'dan ir-rigward ir-rikjesti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għal aktar minn EUR 10 miljun għas-sena 2010 biss; itenni li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jista' jkollu impatt ukoll fuq l-intestatura 5; jikkonferma l-fehma tiegħu li l-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits għandhom jaħdmu flimkien biex jivvalutaw mill-ġdid dan il-limitu qabel ma jiftħu djalogu interistituzzjonali dwar din il-kwistjoni; jissuġġerixxi li jiġi stabbilit grupp ta' ħidma għal dan il-għan, li għandu jibda l-ħidma tiegħu qabel tmiem Lulju 2010;

4.  Ifittex kjarifika dwar l-ipprogrammar finanzjarju ta' nofs it-terminu għall-intestatura 5 u l-marġini previsti ta' EUR 109 miljun għall-2011, EUR 102 miljun għall-2012 u EUR 157 miljun għall-2013; iqis li jkun ta' għajnuna li jinkiseb tagħrif dwar l-ipoteżi ta' ħidma tal-Parlament dwar is-sitt rapport tas-segretarji-ġenerali (Ottubru 2009) f'termini tal-baġit u tal-karigi meta mqabblin mal-proposta għall-estimi li issa hija disponibbli; jixtieq jikkjarifika liema proġetti (potenzjali) sinifikanti u żviluppi tal-persunal diġà huma inklużi f'dan l-ipprogrammar għas-sentejn tlieta li ġejjin; jenfasizza, fl-istess ħin, li l-ipprogrammar finanzjarju huwa biss strument ta' ppjanar indikattiv li ma jorbotx u li l-awtorità baġitarja tieħu d-deċiżjonijiet finali;

5.  Filwaqt li m'huwiex kontra r-raġunament prinċipali li 1% tal-baġit jiġi allokat bħala riżerva ta' kontinġenza raġonevoli għal infiq mhux mistenni, jaqbel mal-proposta tal-Bureau, meta jikkunsidra s-sitwazzjoni ristretta ħafna fl-intestatura 5, li din ir-riżerva tiġi stabbilita għal EUR 14-il miljun;

6.  Jifhem li, fir-rigward tal-każ dwar is-salarji li jinsab pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-“effett” totali għall-Parlament fl-2011, li jista' jammonta għal EUR 12-il miljun fil-każ ta' sentenza favur il-Kummissjoni, huwa inkluż bħala provvediment, f'bosta linji baġitarji, fil-proposta;

7.  Ifakkar fir-rikjesti preċedenti tiegħu li proposta sħiħa tal-baġit għandha tiġi ppreżentata fl-istadju tal-estimi fir-Rebbiegħa u konsegwentement jistenna biss tibdil minuri jew tekniku fl-hekk imsejħa “ittra ta' emenda” fil-Ħarifa;

8.  Jenfasizza mill-ġdid l-importanza li jorbot mal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits fil-kjarifika konġunta dwar il-konsegwenzi baġitarji tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu; jenfasizza wkoll li fi ħdan kull entità ta' teħid tad-deċiżjonijiet, huwa kruċjali l-użu ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji li jagħtu preżentazzjoni ċara lill-membri dwar il-konsegwenzi baġitarji kollha;

Kwistjonijiet speċifiċi
Kwistjonijiet relatati mat-Trattat ta' Lisbona

9.  Jilqa' b'sodisfazzjon u japprova l-iffinanzjar tas-suġġerimenti tal-Bureau fir-rigward ta' dawn il-miżuri, i.e. il-ħolqien ta' riżerva speċifika għat-18-il Membru, ta' EUR 9.4 miljun;

10.  Jaqbel mal-iffukar tal-Bureau fuq it-tisħiħ tal-kompetenza li jikkontribwixxi għall-objettiv tal-eċċellenza leġiżlattiva;

11.  F'dan ir-rigward, jappoġġja l-idea li tinstab taħlita ta' kompetenza interna u esterna għad-dipartimenti tal-politika li jiddependu fuq it-tip ta' informazzjoni meħtieġa għall-fajls speċifiċi taħt kunsiderazzjoni iżda jixtieq spjegazzjonijiet addizzjonali dwar jekk u kif iż-żieda proposta fil-persunal tista' tintuża b'mod flessibbli u jixtieq jirċievi aktar tagħrif dwar ir-rati ta' implimentazzjoni tal-passat u t-talba mill-kumitati għal din il-kompetenza;

12.  Jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Bureau kkunsidra t-tħassib muri dwar il-proporzjon tal-ADs u l-ASTs, li rriżulta fi tnaqqis ta' 3 karigi AST, meta mqabbla mal-proposta inizjali; japprova l-approprjazzjonijiet għall-ħolqien ta' 19-il kariga AD 5 u 13-il kariga AST 1 għad-dipartiment tal-politka kif qed jissuġġerixxi issa l-Bureau;

13.  Iħaddan il-bżonn li jissaħħu l-istudji esterni u jilqa' bi pjaċir il-ftehim milħuq bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits li l-ammont addizzjonali jiġi stabbilit għal EUR 1.7 miljun;

14.  Jinnota l-proposta li l-librerija tissaħħaħ bi 28 kariga, li minnhom 13 għas-servizz ta' għoti ta' informazzjoni għall-membri (qabel kienu persunal b'kuntratt); jista' japprova l-finanzjament u l-integrazzjoni ta' dawn it-tlettax-il kariga fl-organigramma sakemm tingħata l-assigurazzjoni li dawn se jimtlew permezz ta' kompetizzjonijiet miftuħa u li jsir iffrankar korrispondenti fil-pakkett finanzjarju għall-kuntratti; iqis li aktar tisħiħ f'termini ta' fondi u riżorsi umani tas-servizzi tal-informazzjoni eżistenti tal-PE irid jimxi id f'id mal-iżvilupp ta' sistema li faċli tintuża mill-utent , hekk li jippermetti li l-Membri jkunu jistgħu jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni kollha prodotta internament; jiddeċiedi li jdaħħal l-approprjazzjonijiet għal 15-il kariga addizzjonali fl-estimi iżda jqiegħed nofs dan l-ammont fir-riżerva sakemm:

   jingħataw ġustifikazzjonijiet ulterjuri dwar kif dawn il-karigi għandhom jintużaw biex jitjiebu s-servizzi ta' għarfien espert għall-Membri;
   tingħata informazzjoni konkreta dwar il-passi li ttieħdu mill-Bureau u mill-amministrazzjoni sabiex tiġi implimentata Sistema ta' Ġestjoni tal-Għarfien interna, inkluża l-iskeda ppjanata għall-implimentazzjoni tagħha u l-iffrankar li jirriżulta mir-razzjonalizzazzjoni tar-sorsi ta' informazzjoni;

15.  Iqis li l-għarfien u l-viżibilità għaż-żewġ servizzi ta' appoġġ indirett imsemmija hawn fuq, inkluż permezz tal-paġni fuq il-websajt tal-Parlament, għandhom jiġu żgurati għall-benefiċċju tal-Membri;

16.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-linji gwida li fiha diġà ġiet mitluba valutazzjoni, inkluż dikjarazzjoni finanzjarja dettaljata tal-ispejjeż ġenerali li jirriżultaw miż-żieda proposta tal-allowances ta' assistenza; għalhekk jiddeċiedi li jintroduċi fir-riżeva l-approprjazzjonijiet korrispondenti;

Tkabbir

17.  Jilqa' d-dispożizzjonijiet għat-tkabbir biex tiġi inkluża l-Kroazja u japprova l-approprjazzjonijiet korrispondenti u l-miżuri marbuta mal-persunal;

L-organigramma ġenerali

18.  Jinnota li apparti mir-rikjesti għal 68 kariga marbuta ma' Lisbona u 62 marbuta mat-tkabbir, (inklużi 11-il kariga għall-gruppi), 17-il kariga huma mitluba biex tiġi finalizzata t-tieni sena tal-pjan ta' tliet snin għal DĠ INLO li kien hemm qbil dwaru fil-proċedura tal-2010 u 30 kariga għal oqsma oħra li ma setgħux jiġu koperti anki wara li kien ġie identifikat l-użu mill-ġdid ta' 20 kariga mill-2011, li jġib it-total għal 180 kariga ġdida; jirrikjedi tagħrif aktar dettaljat dwar il-karigi użati mill-ġdid jew trasferiti mill-bidu tal-leġiżlatura, inkluż l-estimi tal-użu mill-ġdid tal-karigi u t-trasferimenti għall-2010 u, fejn possibbli, l-2011; jiddeċiedi li jdaħħal l-approprjazzjonijiet għall-ħolqien ta' dawn il-karigi fl-estimi iżda jqiegħed l-ammont marbut mal-ħolqien ta' 30 kariga għal “oqsma oħra” f'riżerva sakemm issir analiżi tal-informazzjoni mitluba;

19.  Jinnota li l-proposta tal-Bureau issa tinkludi wkoll kariga waħda AD5 u kariga waħda AST1 għall-Assemblea Parlamentari Ewromediterranja u 3 karigi AD5 u kariga waħda AST1 għall-Immaniġġjar tar-Riskju, iżda m'għadhiex tinkludi pjani għal EUR 3 miljun addizzjonali għad-DĠ ITEC;

20.  Jinnota wkoll li l-Bureau inkluda 56 kariga addizzjonali għall-gruppi politiċi;

21.  Japprova l-miżuri u l-karigi tal-2011 kif imressqa għat-tieni sena tal-programm ta' tliet snin ta' DĠ INLO li kien hemm qbil dwaru s-sena li għaddiet;

22.  Jixtieq jirċievi aktar tagħrif dwar l-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-aġenti kuntrattwali u perspettiva ġenerali tal-ispejjeż netti jew tal-iffrankar nett fil-pakkett li għandu x'jaqsam mal-aġenti kuntrattwali, li rriżultaw minn żidiet mogħtija għall-organigramma tiegħu, speċjalment fir-rigward tal-internalizzazzjoni tal-funzjonijiet differenti fil-qasam tas-sigurtà, l-ICT u l-librerija;

Bini

23.  Jenfasizza li politika tal-bini raġonevoli hija intimament marbuta mal-proċedura tal-2011 u anki mal-kwistjoni ġenerali ta' baġit sostenibbli;

24.  Jilqa' l-fatt li l-Bureau, bid-Deċiżjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2010, wara t-talba li saret mill-Parlament Ewropew, ikkonforma mal-politika tal-proprjetà u l-bini fuq terminu medju sa terminu twil; jesprimi tħassib inizjali dwar jekk huwiex fattibbli li jitmexxew b'mod parallel l-operazzjonijiet tal-bini preżenti u ppjanati li jistgħu joħorġu mill-istrateġija tal-bini fuq terminu medju sa terminu twil; mhuwiex ċar kif l-ammont kbir ta' proġetti se jidħlu fl-MFF u jitlob għall-kjarifiki meħtieġa;

25.  Jinnota f'dan ir-rigward il-proposta tal-Bureau li juża EUR 85.9 miljun ta' dħul assenjat (li għandu jintuża fi ħdan il-qasam tal-politika tal-bini tal-Parlament) għall-uffiċċji tal-Membri fi Brussell; ifakkar li kull proġett marbut mal-bini li probabbli jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit huwa suġġett għall-konsultazzjoni tal-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju; ifakkar ulterjorment li fir-rigward tat-trasferimenti “l quddiem ir-Regolament Finanzjarju jistipula li d-dħul assenjat trasferit ”il quddiem għandu jintuża l-ewwel; jilqa“, f'dan il-kuntest, il-fatt li l-Parlament, permezz tar-rimborż tal-istat Bejġjan ta' EUR 85.9 miljun, issa huwa fil-pożizzjoni li jagħti prijorità lil proġetti ġodda ta' kostruzzjoni u b'hekk jimplimenta b'aktar ħeffa parti mill-istrateġija tal-bini fuq terminu medju;

26.  Ma jistax jaqbel li dan id-dħul assenjat jiġi riżervat għal dan il-proġett tal-bini partikolari;

27.  Jitlob li fil-ġejjieni l-fondi neċessarji skont l-ippjanar tal-bini fuq terminu medju jiġu stabbiliti fil-baġit; jitlob ukoll li tinħoloq linja speċifika tal-baġit għall-proġetti kbar ta' bini, biex jiġi ffaċilitat pjan ta' finanzjament fuq terminu medju għall-proġetti ta' kostruzzjoni u sabiex tiżdied it-trasparenza;

28.  Jinnota li sar provvediment għal finanzjament minn qabel dirett tal-istadju inizjali tal-kostruzzjoni tal-bini tal-KAD il-ġdid għal EUR 10.2 miljun fuq il-linja baġitarja għall-ħlasijiet tal-kera fil-proposta tal-Bureau; jirrikonoxxi li dan il-finanzjament minn qabel volontarju jgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' finanzjament iżda, meta titqies is-sitwazzjoni stretta immens għall-2011, jiddeċiedi li jdaħħal ammont aktar baxx ta' EUR 6.2 miljun għal dan il-għan fl-estimi; lest biex jerġa' jevalwa dan l-ammont fil-Ħarifa tal-2010 abbażi ta' aġġornament tas-sitwazzjoni baġitarja u tal-iżviluppi fil-politika tal-bini tal-Parlament;

Sigurtà

29.  Jorbot importanza mar-reviżjoni fid-dettall dwar il-politika tas-sigurtà mħabbra mill-Bureau u, f'dan ir-rigward, ifakkar li jemmen fl-użu prudenti tar-riżorsi u, b'mod partikolari, fil-bilanċ effettiv f'sens ta' nefqa bejn persunal intern u aġenti esterni; jitlob lill-Bureau biex jeżamina sew l-implikazzjonijiet operattivi u finanzjarji ta' strateġija ġdida, li għandha l-għan li ssib bilanċ tajjeb fil-proposti li għandhom isiru bejn it-tħassib tas-sigurtà minn naħa u l-aċċessibilità u t-trasparenza min-naħa l-oħra; jenfasizza li l-Parlament għandu jibqa' kemm jista' jkun istituzzjoni miftuħa u aċċessibbli; għalhekk jixtieq jirċievi aktar informazzjoni mill-amministrazzjoni dwar l-hekk imsejjaħ “proġett Wiertz” sabiex jevalwa l-implikazzjonijiet tiegħu relatati mal-aċċessibilità tal-pubbliku għall-Parlament;

L-istrateġija ICT

30.  Jilqa' l-approċċ aktar strutturat tal-ICT u l-elaborazzjoni ta' strateġija komprensiva f'dan il-qasam; itenni wkoll l-appoġġ tiegħu għal internalizzazzjoni biżżejjed tal-funzjonijiet biex titnaqqas id-dipendenza fuq fornituri esterni; jinnota, madankollu, li karigi ġodda diġà ngħataw għal tliet snin wara xulxin; għalhekk iqis li din hija kwistjoni li trid tiġi kkjarifikata;

31.  Jinnota li EUR 5 miljun ġew allokati għal proġett ta' mobilità tal-IT tal-Membri u, b'mod partikolari biex ikopru l-komunikazzjonijiet mobbli; jixtieq jirċievi aktar tagħrif minħabba l-ammont relattivament għoli;

Kwistjonijiet marbuta mal-ambjent

32.  Jilqa' ż-żieda modesta fl-iffinanzjar għall-implimentazzjoni tal-EMAS u l-miżuri għat-tnaqqis tas-CO2, mifruxa mal-baġit kollu, u jenfasizza ulterjorment l-importanza li jorbot ma' din il-kwistjoni;

33.  Jinnota l-evoluzzjoni ta' indikaturi ta' rendiment prinċipali sa mill-2006 f'dan ir-rigward kif inkluż fir-Reviżjoni tal-Ġestjoni Ambjentali għas-Sena 2008, primarjament it-tnaqqis fil-marka tal-karbonju ta' 12.9%, it-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku ta' 0.8%, iż-żieda fil-konsum tal-gass/żejt/sħana ta' 7.4% fl-2008, wara tnaqqis ta' 17.5% fl-2007, iż-żieda fl-emissjonijiet tal-mobilità/tat-trasport ta' 8.8%, iż-żieda fil-perċentwali ta' skart riċiklat minn 49.8% fl-2006 għal 55.4% fl-2008, iż-żieda fil-konsum tal-ilma ta' 18.1% u t-tnaqqis tal-konsum ta' karti ta' 16.9%;

34.  Jilqa' l-anness baġitarju dwar il-ġestjoni ambjentali li tagħti perspettiva teknika tajba tal-partiti baġitarji involuti; jilqa' wkoll kieku, f'dan il-kuntest u li fl-istess anness, l-inklużjoni fir-rapporti annwali tal-EMAS ta' aktar tagħrif dwar il-marka tal-karbonju differenzjata tal-bini tal-Parlament fi Strasburgu, Brussell u l-Lussemburgu kif ukoll fuq it-trasport u l-ivvjaġġar marbut mas-sessjoni, biex ikunu ppreżentati r-riżultati attwali dwar it-tnaqqis tal-marka tal-karbonju tal-Parlament u jiġi illustrat l-impatt benefiku għall-ambjent bħala riżultat ta' dawn l-investimenti, u fil-verità kull iffrankar miksub fuq terminu ta' żmien itwal;

35.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għat-tmexxija ta' miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu ulterjorment il-marka tal-karbonju tal-Parlament. Jilqa' f'dan ir-rigward l-istudji li jinsabu għaddejjin dwar l-aspetti tal-iffrankar tal-enerġija marbuta mal-bini u l-modi kif jiġu implimentati skemi ta' newtralizzazzjoni tal-emissjonijiet għall-ivvjaġġar; barra minn hekk jappoġġja inċentivi għall-użu ta' trasport pubbliku minflok karozzi u d-disponibilità ta' aktar roti fi Strasburgu;

36.  Jinnota li l-partita baġitarja għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-Membri hija fil-verità ogħla minn dik tas-salarji; jenfasizza l-bżonn għall-użu responsabbli tal-allowances, primarjament l-allowances tal-ivvjaġġar, u jinnota li mingħajr ma jinbidlu r-regoli attwali u bl-użu, fejn possibbli, ta' mezzi oħra ta' trasport li ma jkunux titjiriet f'business class minn u għall-postijiet tax-xogħol tal-Parlament, il-marka tal-karbonju tista' titnaqqas u l-ispejjeż iffrankati fl-istess ħin; jistieden lill-Bureau biex jippreżenta, kif miftiehem fl-aħħar laqgħa ta' prikonċiljazzjoni, fil-ħin qabel l-ewwel qari fil-Parlament, studju li jiffoka fuq il-funzjonament tas-sistema l-ġdida u s-soluzzjonijiet possibbli għall-iffrankar li jrid ikun hemm;

37.  Ifakkar li fuq inizjattiva tas-Sur Barroso l-baġits tal-Istituzzjonijiet Ewropej ingħataw allokazzjoni mill-awtorità baġitarja sabiex jiffinanzjaw sussidju marbut mat-trasport pubbliku għall-persunal, bħala miżura ambjentali; jitlob għal aġġornament dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-Parlament;

38.  Jitlob li, fejn possibbli u xieraq, id-dikjarazzjonijiet ambjentali jiżdiedu mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji użati fl-istituzzjoni;

39.  Jemmen li d-direttivi dwar ix-xiri pubbliku jeħtieġ jiġu adattati aħjar, fejn possibbli u xieraq, biex jiffaċilitaw l-inklużjoni ta' klawżoli ambjentali u soċjali;

Proġetti pluriennali u punti oħra ta' infiq

40.  Jilqa' l-ftehim għal żieda ta' EUR 2.6 miljun sabiex jiġu ffinanzjati 110 viżitatur annwali flok il-100 preżenti li l-Membri jistgħu jistiednu; hu tal-fehma li xieraq li jkun hemm iżjed żmien biex jiġi valutat il-funzjonament taċ-ċentru l-ġdid għall-viżitaturi qabel titqies xi żieda oħra; is-servizzi responsabbli għall-organizzazzjoni taż-żjarat għandhom iqisu wkoll li l-Membri jistgħu jaqsmu l-gruppi ta' viżitaturi f'daqsijiet differenti matul is-sena;

41.  Japprova EUR 3 miljun allokati fir-rigward tal-ftuħ taċ-ċentru għall-viżitaturi u l-ispejjeż operattivi għal sena sħiħa standard; jinnota l-bżonn li s-sena inizjali tiġi evalwata wkoll mill-perspettiva finanzjarja, inkluż dawn l-ispejjeż rikorrenti;

42.  Jinnota d-deċiżjoni tal-Bureau li jiddaħħlu allowances għall-persuni li jkollhom karigi b'impatt baġitarju ta' EUR 400 000; jinnota, madankollu, li d-diskussjoni fuq il-prinċipju kienet kontroversjali; f'dan ir-rigward, jilqa' bi pjaċir il-fatt li jridu jiġu pprovduti dokumenti ta' ġustifikazzjoni sabiex jiġu rimbursati għall-ispejjeż żejda li jagħmlu fil-qadi ta' dmirijiethom;

43.  Jinnota l-proposta tal-Bureau biex jiddaħħlu EUR 2.5 miljun għad-Dar tal-Istorja Ewropea, dwar studji li jsegwu r-riżultati tal-kompetizzjoni tal-periti li attwalment qed tiġi vvalutata; ifakkar fit-talba tiegħu tas-sena l-oħra li jirċievi deskrizzjoni ċara tal-ispejjeż previsti għall-proġett kollu kemm hu, inklużi l-ispejjeż amministrattivi, sa mhux aktar tard mill-istadju tal-abbozz preliminari tal-estimi għall-proċedura baġitarja tal-2011; ifakkar ukoll fil-ftehim mal-Bureau li sar fil-laqgħa ta' qabel il-konċiljazzjoni fl-2009; jenfasizza li r-rapport tal-Kumitat ta' esperti għad-Dar tal-Istorja Ewropea jelenka 11-il punt li jinvolvu aktar spejjeż: (1)“konsulenti akkademiċi magħmula minn esperti u speċjalisti tal-mużewijiet”, (2) “indipendenza istituzzjonali tal-istituzzjoni”, (3) “offerti pedagoġiċi tal-mużew estensivi” (4) “post fejn jiltaqgħu l-akkademiċi żgħażagħ”, (5) “evalwazzjoni permanenti” (6) esebizzjoni temporanja u esebizzjoni li tivvjaġġa“, (7) ”avvenimenti relevanti b'referenza Ewropea“, (8) ”pubblikazzjonijiet proprji“, (9) ”offerti on-line estensivi' (10) “Il-ħolqien ta' kollezzjoni tal-mużewijiet proprja”, (11) l-iżvilupp kontinwu ta' esebizzjonijiet u tal-infrastruttura tal-mużew“; għalhekk jenfasizza li l-ispiża globali ta' dan il-proġett jeħtieġ li tiġi identifikata b'urġenza;

Kwistjonijiet orizzontali

44.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni ta' analiżi inizjali li tidentifika l-ispejjeż fissi u varjabbli fil-proposta tal-baġit; jirrikonoxxi d-diffikultajiet metodoloġiċi involuti iżda konvint li dawn il-kunċetti għandhom jiġu eżaminati ulterjorment; f'dan ir-rigward, ifakkar li qed jistenna tweġiba mill-entitajiet kompetenti dwar kif il-kunċett ta' politika baġitarja b'bażi ta' żero, li tiddistingwi wkoll bejn l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, jista' jiġi applikat fil-kuntest tal-proċedura tal-baġit tal-Parlament; jitlob eżami aktar dettaljat tal-ispejjeż fissi li jiddistingwi bejn spejjeż permanenti fissi, spejjeż fissi għal termini fissi u oqsma fejn jista' jiġi ġġenerat iffrankar; jitlob eżami aktar dettaljat rigward spejjeż varjabbli li jagħmel rabta aktar ċara bejn spejjeż u objettivi, politiki u azzjonijiet, u li jidentifika u jqassam il-prijoritajiet skont l-importanza;

45.  Jinnota li l-limiti ta' referenza għall-proċeduri differenti tax-xiri pubbliku attwalment huma iktar stretti għall-istituzzjonijiet Ewropej minn dawk stipulati fid-direttivi Ewropej dwar ix-xiri pubbliku u li din is-sitwazzjoni twassal għal spejjeż amministrattivi addizzjonali u użu ta' riżorsi umani li jistgħu jiġu ffrankati b'allinjament aħjar tal-limiti ta' referenza;

46.  Jappoġġja attivitajiet li għandhom dimensjoni soċjali, kulturali jew lingwistika, għall-persunal u l-familji tagħhom, iżda ma jaqbilx ma sussidji individwali mogħtija f'dan il-kuntest u għalhekk jimmodifika r-rimarki għall-partita baġitarja rilevanti;

47.  Jappoġġja bis-saħħa sforzi ulterjuri biex l-istituzzjoni issir aktar adattata għall-persuni b'diżabilità kemm fir-rigward tal-bidliet meħtieġa għall-infrastruttura kif ukoll għall-miżuri tal-persunal;

Kunsiderazzjonijiet finali

48.  Jenfasizza li eżami aktar dettaljat tal-partiti baġitarji individwali, inkluża analiżi tar-rati ta' implimentazzjoni, għandu jseħħ qabel il-votazzjoni fuq l-abbozz tal-baġit fil-Ħarifa; għalhekk se jeżamina u se jieħu d-deċiżjonijiet baġitarji finali dak iż-żmien;

49.  Jadotta tal-estimi għas-sena finanzjarja 2011 u jfakkar li l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz tal-Baġit, kif modifikat mill-Kunsill, se sseħħ f'Ottubru 2010, skont il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fit-Trattat;

50.  Japprova l-konklużjonijiet konġunti tat-trilogu baġitarju tal-25 ta' Marzu 2010 anness hawnhekk;

o
o   o

51.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

KONKLUŻJONIJIET KONĠUNTI TAT-TRILOGU BAĠITARJU TAL-25 TA' MARZU 2010

TRILOGU BAĠITARJU

25 ta' Marzu 2010

Konklużjonijiet

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħadu nota tat-tħassib espress mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u mis-Segretarji Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali fl-ittra tagħhom mibgħuta lis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-proċedura baġitarja l-ġdida u speċjalment dwar il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. Huma jissuġġerixxu li dawn l-istituzzjonijiet jiġu mistiedna jibagħtu direttament bil-miktub ir-rimarki tagħhom lill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar l-impatt tal-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0087.


Semplifikazzjoni tal-PAK
PDF 309kWORD 73k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar is-semplifikazzjoni tal-PAK (2009/2155(INI))
P7_TA(2010)0172A7-0051/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2005 - Semplifikazzjoni u Regolamentazzjoni aħjar għall-Politika Agrikola Komuni (COM(2005)0509),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2009 - PAK semplifikata għall-Ewropa – suċċess għal kulħadd (COM(2009)0128),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0051/2010),

A.  billi l-leġiżlazzjoni kollha trid tkun proporzjonata mal-objettiv u għandha tiddaħħal biss wara li ssir verifika sħiħa tal-impatt li tanalizza l-piż finanzjarju li tkun se timponi l-leġiżlazzjoni, u li tinkludi analiżi sħiħa tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż,

B.  billi s-semplifikazzjoni għandha l-ewwel u qabel kollox tkun ta' benefiċċju għall-bdiewa u mhux biss għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-aġenziji tal-pagamenti fl-Istati Membri, kif ġie osservat b'mod predominanti,

C.  billi l-PAK il-ġdida għandha tippermetti lill-bdiewa jikkonċentraw fuq l-għan ewlieni tal-forniment ta' ikel sigur, ta' kwalità u traċċabbli filwaqt li tappoġġjahom wkoll biex jipprovdu prodotti pubbliċi li mhumiex tas-suq,

D.  billi l-objettiv għandu jkun ir-riduzzjoni tal-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-PAK filwaqt li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq il-produtturi Komunitarji, ħalli l-bdiewa jkunu jistgħu jiddedikaw aktar ħin jaħdmu r-raba“,

E.  billi l-PAK il-ġdida għandha tkun kompetittiva b'mod sostenibbli,

F.  billi jeħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm leġiżlazzjoni ċara u li tinftiehem u li tipprovdi ċertezza legali għall-awtoritajiet kompetenti u għall-bdiewa, u li tiġi eliminata l-leġiżlazzjoni bla bżonn,

G.  billi d-distribuzzjoni tal-pagament uniku għal kull azjenda agrikola għandha tiżgura l-ġustizzja,

H.  billi jinħtieġ qafas legali operattiv għall-ġestjoni tal-kwestjonijiet legali importanti li għandhom x'jaqsmu mal-PAK,

I.  billi l-KAP il-ġdida għandha tkun aktar orjentata lejn is-suq, in linja mar-riformi reċenti tal-politika agrikola komuni, u aktar iffokata fuq ir-riduzzjoni tal-protezzjoniżmu eċċessiv, filwaqt li żżomm disponibbli l-għodod biex tgħin lill-bdiew fi żminijiet ta' volatilità ekonomika severa,

J.  billi l-PAK il-ġdida għandha tkun aktar sempliċi u sensittiva,

K.  billi l-leġiżlazzjoni għandha tkun aktar flessibbli, sabiex il-PAK tadatta ruħha b'mod li tirrikonoxxi reġjuni u territorji speċifiċi, mingħajr ma tipperikola l-karattru komuni tal-PAK,

L.  billi l-iskambju tal-aħjar prattika għandu jkun promoss fost l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali,

M.  billi l-Politika Agrikola Komuni għandha importanza ċentrali fl-UE-27 bħala mezz li mhux biss jiżgura l-provvista adegwata ta' ikel sigur iżda wkoll ikompli jirreaġixxi għal sfidi bħall-konservazzjoni ta' żoni rurali, ta' reġjuni muntanjużi, ta' żoni żvantaġġati u ta' żoni estremament periferali u l-multifunzjonalità tal-agrikoltura Ewropea,

Prinċipji ġenerali

1.  Jenfasizza li l-PAK għandha tfittex li tarmonizza r-regolamentazzjoni billi tneħħi d-duplikazzjoni; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex meta tintroduċi regolament ġdid fl-istess waqt tagħmel ħilitha biex tneħħi l-piżijiet bla bżonn;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonsulta b'mod wiesa' u regolari mal-partijiet agrikoli interessati sabiex tkun tista' tivvaluta aħjar l-impatt tar-regolamentazzjoni fuq il-post, u sabiex tidentifika regoli prattiċi, sempliċi u trasparenti għall-bdiewa;

3.  Jenfasizza li s-semplifikazzjoni ulterjuri tal-PAK hija meħtieġa sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħha għall-istituzzjonijiet tal-UE, għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji nfushom; b'dan il-mod, il-politika għandha tinfthiem aħjar mill-bdiewa u miċ-ċiitadini li jħallsu t-taxxi;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza r-regoli tal-PAK billi telimina d-duplikazzjoni tal-kompiti u billi tnaqqas il-burokrazija, bil-ħsieb li tiżdied il-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Istati Membri kollha;

5.  Jenfasizza li l-miżuri tal-PAK għandhom ikunu proporzjonati għall-objettiv u li t-triq leġiżlattiva għandha tintagħżel biss meta din tkun ġenwinament ġustifikabbli, biex b'hekk tiġi evitata kostruzzjoni legali li tkun diffiċli biex tinftiehem mill-bdiewa;

6.  Jitlob li l-PAK tkun immexxija mill-eżitu aktar milli ffokata fuq ir-regolamentazzjoni u li l-Istati Membri kollha u l-awtoritajiet reġjonali tagħhom joffru aktar assistenza u konsulenza lill-bdiew permezz ta' għodod ta' konsulenza u permezz ta' metodi ta' komunikazzjoni li jgħoddu għaċ-ċirkostanzi;

7.  Jistenna li, b'konformità mal-prinċipji ta' Regolamentazzjoni Aħjar, il-leġiżlazzjoni fil-ġejjieni tkun akkumpanjata minn valutazzjoni sħiħa tal-impatt li tqis il-piżijiet regolatorji u amministrattivi, u li tiżgura li kwalunkwe regolament ġdid ikun proporzjonat għall-miri li jkollu l-għan jilħaq;

8.  Jemmen li, fejn ikun possibbli, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-awtoċertifikazzjoni;

9.  Iqis li l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla, fil-pjanijiet ta' żvilupp rurali, li jintroduċi skemi ta' land parcels b'rata fissa, b'mod partikulari għal azjendi agrikoli żgħar, bil-kundizzjoni li tkun iggarantita l-konformità mal-obbligi li jkunu daħlu għalihom;

10.  Jirrikonoxxi l-valur tal-prinċipju tal-kundizzjonalità bħala wieħed mill-kunċetti fundamentali tal-pagamenti diretti tal-PAK, għad li jirrakkomanda li jkun hemm semplifikazzjoni qawwija, mingħajr ma titnaqqas l-effikaċja tagħhom;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-PAK tkun aktar sempliċi, aktar trasparenti u aktar ġusta;

12.  Jindika li s-semplifikazzjoni tal-PAK mhux bilfors għandha twassal għal anqas appoġġ għall-bdiew u għall-ħatt tal-istrumenti tradizzjonali tal-ġestjoni tas-suq; jistieden lill-Unjoni Ewropea tintroduċi mekkaniżmi effiċjenti ħalli titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet bil-ġejjieni fi ħsiebha;

13.  Jenfasizza li s-semplifikazzjoni tal-PAK għandha timxi id f'id mal-miżuri ta' informazzjoni għall-benefiċjarji, u jistieden lill-Kummissjoni tespandi u tiżviluppa miżuri ta' informazzjoni dwar il-politika agrikola komuni;

14.  Jitlob għall-possibbiltà ta' korrezzjoni awtonoma tal-iżbalji li tippermetti lil dawk li jkunu rċivew il-pagamenti u li jkunu kisru r-regoli involontarjament jinformaw lill-awtoritajiet mingħajr ma jkunu soġġetti għal multi;

15.  Jirrimarka li s-sistema ta' multi fuq il-bdiewa li tippenalizza l-iżbalji fit-talbiet tal-pagamenti għandha tkun kommensurata mal-iskala tal-infrazzjoni, u li l-penali ma għandhomx jiġu applikati fil-każ ta' żbalji minuri, b'mod partikulari fil-każ ta' żbalji li ma jkunux ħtija tal-bidwi;

16.  Jirrimarka li kwalunkwe multa amministrattiva, inkluż l-obbligu li jitħallas lura kwalunkwe pagament miksub mill-bidwi, ma għandhiex tkun ibbażata fuq ċirkustanzi oġġettivament lil hinn mill-kontroll tal-bidwi;

17.  Jirrimarka l-problema tal-bdiewa miżżewġa li jmexxu l-ażjendi agrikoli separati, li għaldaqstant għandhom ikollhom drittijiet u obbligi separati fir-rigward tat-talbiet għall-ħlasijiet tal-PAK;

Il-Kundizzjonalità

18.  Jemmen li l-mira bażika tal-ispezzjonijiet hija li jingħata parir lill-bdiewa u li tiggwidahom fit-triq it-tajba sabiex jottemperaw ruħhom aħjar mar-rekwiżiti leġiżlattivi u bl-inqas piżijiet possibbli; l-ispezzjonijiet għandhom, għalhekk, ikomplu jsiru mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġi żgurat li jkunu indipendenti u imparzjali;

19.  Jenfasizza li, skont in-NU, il-produzzjoni globali tal-ikel għandha tiżdied b“70% sal-2050 biex tissodisfa d-domanda ta' disa” biljun ruħ;

20.  Iqis li għandhom jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-kundizzjonalità u li dawn għandhom ukoll iqisu d-daqs tal-farm sabiex jitnaqqas il-piż minn fuq il-azjendi agrikoli żgħar, fejn ir-riskju jkun iżjed baxx;

21.  Jinsisti li, meta l-Istati Membri japplikaw il-penali fuq il-bdiewa minħabba xi nuqqas ta' konformità mar-regolamenti, dawn penali għandhom ikunu applikati b'mod trasparenti, sempliċi u proporzjonat li jqis ir-realtajiet konkreti;

22.  Iqis li r-rekwiżiti statutorji għall-kontroll tal-kundizzjonalità u għandhom jinftiehmu faċilment mill-bdiewa u mill-awtoritajiet ta' kontroll;

23.  Jemmen li l-objettiv fundamentali tal-verifiki hija li jinkuraġġixxu lill-bdiewa jottemperaw ruħhom bis-sħiħ mal-liġi u li l-kontrolli annwali tal-kundizzjonalità għar-rekwiżiti statutorji ta' tmexxija (SMR) jistgħu jitnaqqsu jew flok isiru l-kontrolli każwali, jekk kemm-il darba jkun hemm biss ftit infrazzjonijiet fis-snin reċenti;

24.  Jenfasizza li r-rekwiżit ta' kontrolli ta' segwitu fir-rigward ta' infrazzjonijiet żgħar (limitu de minimis) għandu jitnaqqas għal kampjuni aleatorji;

25.  Iqis li l-użu tar-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni li ma jistgħux ikunu kontrollati b'mod sempliċi u li ma jistgħux jitkejlu għandu jiġi abolit;

26.  Iqis li l-Istati Membri, jew l-awtoritajiet reġjonali u lokali, skont kif jgħodd fiċ-ċirkostanzi, għandhom jitħallew inaqqsu l-kwota ta' spezzjonijiet għal limitu baxx speċifiku jekk ikollhom qafas ta' analiżi tar-riskju li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi Komunitarja, flimkien ma' evidenza ta' ottemperanza għolja;

27.  Jitlob li jkun hemm l-introduzzjoni ta' qafas ta' analiżi tar-riskju li jkun ottemperanti mal-liġi Komunitarja f'kull Stat Membru, bil-għan li titnaqqas il-kwota tal-ispezzjonijiet għal limitu speċifiku iżjed baxx;

28.  Iqis li aktar assistenza u aktar konsulenza permezz ta' għodod effiċjenti ta' informazzjoni u konsulenza, bħalma huma helpline telefonika jew l-użu tal-Internet, għandhom jgħinu fil-prevenzjoni tal-infrazzjonijiet u lill-Istati Membri għandhom jagħtuhom il-mezzi kif b'mod kostanti jnaqqsu l-kwota tagħhom ta' spezzjonijiet;

29.  Iqis li l-kontrolli li jsiru - jew li jkunu se jsiru - fl-azjendi agrikoli mid-diversi partijiet li x-xogħol jew id-dmir statutorju tagħhom huwa li jagħmlu dawn il-kontrolli, għandhom ikunu kkoordinati bil-ħsieb li jitnaqqas l-għadd ta' żjarat ta' spezzjoni fl-azjendi agrikoli;

30.  Iqis li għandu jitfassal pjan ta' komunikazzjoni dwar il-kundizzjonalità sabiex jipprovdi informazzjoni kemm jista' jkun, kemm għall-bdiewa u kemm għall-konsumaturi, dwar ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità u l-benefiċċji li joħorġu mill-oġġetti u s-servizzi pubbliċi li jitwasslu minn bdiewa li jkollhom l-attivitajiet tagħhom konformi ma' dawk ir-rekwiżiti;

31.  Iqis li n-numru ta' rekwiżiti tal-kundizzjonalità għandu jitnaqqas u li l-ambitu tagħhom għandu jiġi aġġornat;

32.  Jitlob l-awtorizzazzjoni ta' sistema prattikabbli u trasparenti ta' indikaturi bil-għan li jiġu ssimplifikati l-istrumenti ta' valutazzjoni tal-kontrolli tal-kundizzjonalità, u jitlob għat-tneħħija tas-sistema attwali u tal-possibbiltà li jiġu imposti żewġ penali jew aktar għal żball wieħed; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-isproporzjon bejn l-infrazzjonijiet tar-regolamenti dwar l-identifikazzjoni tal-annimali, li jammontaw għal madwar 70% tal-infrazzjonijiet kollha, u rekwiżiti oħra, u biex tagħmel il-bidliet li jgħoddu fiċ-ċirkostanzi;

33.  Iqis li għandu jitfassal test leġiżlattiv singolu dwar il-kundizzjonalità, u jikkunsidra li l-esternalitajiet pożittivi ġġenerati mill-azjendi agrikoli, f'termini ta' beni u servizzi pubbliċi, għandhom jiġu remunerati;

34.  Jitlob biex jinżammu ċerti regoli fissi u definiti tal-kundizzjonalità, li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaqblu u jikkonformaw magħhom;

Pagamenti diretti

35.  Iqis li l-bdiewa għandu jkollhom aċċess għal sistemi prattiċi li jippermettulhom, faċilment u mingħajr burokrazija bla bżonn, jressqu applikazzjonijiet għal ħlasijiet diretti, tipikament fil-post fejn jgħixu;

36.  Jemmen li, sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli għall-iskema ta' pagament uniku, l-obbligu li tingħata l-istess informazzjoni dettaljata fuq bażi annwali għandu jitneħħa;

37.  Iqis li mal-applikazzjonijiet għandha tingħata inqas informazzjoni, minħabba li l-informazzjoni meħtieġa tista' tinstab fl-aġenziji tal-pagament tal-Istati Membri;

38.  Jitlob li jkun permess li jsiru arranġamenti ta' ħlasijiet aktar flessibbli li jippermettu li l-ħlasijiet isiru anke qabel ma jkunu tlestew il-kontrolli kollha b'mod definittiv;

39.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina d-definizzjoni ta “art eliġibbli u l-interpretazzjoni tagħha fl-Istati Membri;

40.  Jemmen li d-definizzjoni attwali ta' attività agrikola għall-finijiet ta' pagament singolu għandhom jiġu riveduti sabiex jiġi żgurat li l-atturi li mhumiex bdiewa attivi ma jkunux eliġibbli;

41.  Iqis li s-sistema futura għandha tqis il-prinċipji tas-semplifikazzjoni u li s-semplifikazzjoni, it-trasparenza, u t-trattament ġust huma l-prijoritajiet fundamentali għar-riforma tal-PAK;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi s-sistema tal-kontroll u tal-ħlas tal-kontijiet;

43.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tadotta approċċ iżjed proporzjonat u fl-aħħar mill-aħħar approċċ ibbażat fuq ir-riskju fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kontrolli regolatorji, tat-twettiq tal-verifiki tal-konformità u tal-impożizzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ bi proposti li bihom il-verifika u l-qafas ta' kontroll tal-PAK jistgħu jittejbu;

45.  Iqis li d-disparitajiet maġġuri eżistenti fl-appoġġ dirett bejn l-Istati Membri għandhom jiġu evitati, biex ikun żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa fl-Unjoni Ewropea kollha u biex ma jitħalliex li jkun hemm distorsjonijiet fis-suq u fil-kompetizzjoni;

46.  Jirrikonoxxi li, sabiex ikampaw mal-isfidi ambjentali, fosthom l-adattament u l-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, il-bdiewa għandhom irwol importanti fid-definizzjoni tal-miżuri prattiċi meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-objettivi, u jemmen li l-ftehimiet tar-riżultat, iżjed milli r-regolazzjoni, huma l-aqwa mekkaniżmi sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi;

47.  Jenfasizza li kwalunkwe tnaqqis fil-piż amministrattiv relatat mal-monitoraġġ u mar-rapportar li jiġi impost fuq organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex jagħmel lil dawn l-organizzazzjonijiet aktar attraenti għall-bdiewa u jinkuraġġihom jingħaqdu f'assoċjazzjonijiet u jaġixxu flimkien;

Żvilupp rurali

48.  Jenfasizza li meta l-pagamenti jsiru skont skema eżistenti ta' ċertifikazzjoni (pereżempju, il-produzzjoni organika u l-iskemi ta' għajnuna ambjentali), verifika waħda hija biżżejjed;

49.  Jinnota bi tħassib il-livell għoli ta' żbalji fl-applikazzjonijiet għall-pagamenti diretti li ġew irreġistrat f'xi Stati Membri; jenfasizza li dawn l-iżbalji huma attribwibbli l-aktar għat-tagħmir ortofotografiku użat, iżjed milli għall-bdiewa; jitlob li tali żbalji jiġi kkastigat biss f'każi ċari ta' attentat ta' frodi;

50.  Iqis li l-leġiżlazzjoni li tikkunfliġġi ma' leġiżlazzjoni oħra għandha tkun irregolata qabel ma tiġi imposta fuq il-bidwi (pereżempju, leġiżlazzjoni ambjentali u l-iskema tal-pagamenti singoli);

51.  Iqis li d-definizzjonijiet fil-leġiżlazzjonii dwar l-iżvilupp rurali għandhom jiġu riveduti u, jekk ikun meħtieġ, imwessa' sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni dwar il-pagamenti diretti;

52.  Jemmen li t-trasparenza fir-rigward tal-penali u l-obbligi għandha tiżdied;

53.  Jitlob li jiddaħħlu obbligi li jkunu ddefiniti b'mod preċiż għall-bdiewa bil-ħsieb li jitneħħa n-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-penali;

54.  Jittama li jkun jista' jintuża metodu aktar wiesa' u fuq żmien fit-tul, tal-kontroll ta' dawn l-iskemi, b'aktar enfasi fuq l-impatt u r-riżultati aħħarin minflok ma tingħata attenzjoni fuq rati speċifiċi ta' żbalji li jirriżultaw minn miżuri ta' żvilupp rurali jew minn miżuri ambjentali;

55.  Jenfasizza li s-sistema kumplessa attwali ta' indikaturi jeħtieġ li tiġi riveduta u simplifikata, u li s-sistema ta' monitoraġġ, ir-rapporti annwali u l-evalwazzjonijiet ex-ante, ta' nofs iż-żmien, u ex-post, ħolqu sistema kkumplikata ferm ta' indikaturi u rapporti;

56.  Jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-użu tal-ftehimiet dwar l-eżitu bħala metodu sempliċi u aktar effiċjenti għall-provvista tal-oġġetti pubbliċi fil-ġejjieni;

57.  Jitlob għall-introduzzjoni ta' sistema ta' indikaturi li tkun issimplifikata u konsistenti, li għandha tirriżulta b'mod impliċitu f'aktar tħaffif akbar fil-fehim u fl-applikazzjoni, f'valutazzjonijiet rilevanti u f'anqas burokrazija;

58.  Iqis li r-regoli dwar l-eliġibilità tal-VAT li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Pilastru II tal-PAK, speċjalment għal attivitajiet magħmula minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku, għandhom jiġu armonizzati ma' dawk użati għall-Fondi Strutturali;

59.  Jenfasizza li s-semplifikazzjoni tal-PAK trid timxi id f'id mas-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tagħha, u jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu l-formalitajiet burokratiċi rikjesti mill-benefiċjarji potenzjali tal-PAK, speċjalment fil-qasam ta' l-iżvilupp rurali;

60.  Jistieden lill-Istati Membri, biex fil-programmi nazzjonali tagħhom tal-iżvilupp rurali, iqiegħdu disponibbli għall-benefiċjarji potenzjali sistemi li jiggarantixxu t-trasparenza, u biex jagħtuhom il-ħin meħtieġ ħalli jħejju l-applikazzjonijiet għall-finanzjament u ħalli jissodisfaw id-diversi kriterji ta' eliġibilità għall-iskemi ta' għajnuna; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li din il-kwistjoni tkun punt permanenti fid-diskussjonijiet bilaterali mal-Istati Membri;

Identifikazzjoni tal-annimali

61.  Iħeġġeġ lill-Kumissjoni teżamina s-sistema ta' identifikazzjoni tal-annimali użata f'kull Stat Membru, u taħdem favur sistema uniforma ta' identifikazzjoni tal-annimali li tkun tiżgura li titneħħa r-regolamentazzjoni mhux neċessarja; b'mod partikolari, l-eżami tan-numri tal-produttur u n-numri tal-azjendi, il-għadd ta' reġistri rikjesti u d-differenzi bejn il-produttur u l-azjenda;

62.  Jitlob biex ikumn hemm armonizzazzjoni wiesgħa tar-regolamenti dwar l-identifikazzjoni tal-annimali li bħalissa huma differenzjati bil-kbir;

63.  Jemmen li r-rapportaġġ tal-moviment tan-ngħaġ u l-mogħoż u l-għoti tat-tagħrif lid-databases u lill-awtoritajiet għandhom ikunu ssemplifikati kemm jista' jkun, billi jkunu permessi l-għodod kollha tal-komunikazzjoni, inklużi t-teknoloġiji l-ġodda;

64.  Iqis li għan-nagħaġ u l-mogħoż, kif ukoll għall-ħnieżer, l-identifikazzjoni tal-merħla hija biżżejjed;

65.  Jitlob biex ikun hemm differiment tal-obbligu dwar l-identifikazzjoni elettronika ta' nagħaġ u mogħoż li jibda mill-31 ta' Diċembru 2009, minħabba l-ispiża eċċessiva tiegħu fi żmien ta' kriżi ekonomika;

66.  Jitlob għal amnestija ta' tliet snin dwar il-penali tal-kundizzjonalità li huma relatati mal-identifikazzjoni elettronika tan-nagħaġ u tal-mogħoż, minħabba li din hija teknoloġija ġdida u kumplessa u l-bdiewa ser jeħtieġu ż-żmien biex jidrawha u jipprovawha; barra dan, jistieden lill-Kummissjoni tagħmel reviżjoni bir-reqqa tar-regolament;

o
o   o

67.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi
PDF 428kWORD 122k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi (2009/2175(INI))
P7_TA(2010)0173A7-0151/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'referenza partikolari għall-bidliet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona,

–  wara li kkunsidra d-Direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE dwar il-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi u d-Direttiva 2007/66/KE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta' proċeduri ta' reviżjoni dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2009 bit-titolu “Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat u pubbliku għall-irkupru u tibdil strutturali fit-tul: l-iżvilupp tal-Partenarjati Pubbliċi Privati” (COM(2009)0615),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-5 ta' Mejju 2009 bl-isem “Minn kriżi finanzjarja għall-irkupru: Ir-rwol tal-Kummerċ Ġust u l-iskemi mhux governattivi ta' assigurazzjoni ta' sostenibilità relatati mal-kummerċ” (COM(2009)0215),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-16 ta' Lulju 2008 bit-titolu “Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar” (COM(2008)0400),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2008 dwar l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja dwar l-Akkwisti Pubbliċi u l-Konċessjonijiet lil Sħubijiet Pubbliċi-Privati Istituzzjonalizzati (IPPP) (C(2007)6661),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni bit-titolu “Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prassi għat-Tħaffif tal-Aċċess mill-SMEs għall-Kuntratti Pubbliċi” (SEC(2008)2193),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni tal-1 ta “Awwissu 2006 dwar il-ligi Komunitarja applikabbli għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi li ma jkunux suġġetti, jew mhux kompletament suġġetti, għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Akkwist Pubbliku(1),

–  wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja:

   tad-19 ta' April 2007 fil-każ C-295/05 (Tragsa),
   tat-18 ta' Diċembru 2007 fil-każ C-532/03, Il-Kummissjoni vs l-Irlanda (Is-Servizzi tas-Salvatagg Irlandizi),
   tat-13 ta' Novembru 2008 fil-każ C-324/07 (Coditel Brabant),
   tad-9 ta' Ġunju 2009 fil-każ C-480/06, Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja (Stadtwerke Hamburg),
     –tal-10 ta' Settembru 2009 fil-każ C-206/08 (Eurawasser),
     –tad-9 ta' Ottubru 2009 fil-każ C-573/07 (Sea S.r.l.),
     –tal-15 ta' Ottubru 2009 fil-każ C-196/08, (Acoset),
   tal-15 ta' Ottubru 2009 fil-każ C-275/08, Il-Kummissjoni vs il-Ġermanja (Datenzentrale Baden-Württemberg),
     –tal-25 ta' Marzu 2010 fil-każ C-451/08 (Helmut Müller),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Frar 2010 dwar “Kontribut għall-Iżvilupp Sostenibbli: Ir-rwol tal-Kummerċ Ġust u l-iskemi mhux governattivi ta' assigurazzjoni ta' sostenibilità relatati mal-kummerċ” (RELEX-IV-026),

–  wara li kkunsidra dawn l-istudji:

   “Evaluation of Public Procurement Directives: Markt/2004/10/D Final Report”, Europe Economics tal-15 ta' Settembru 2006,
   “The Institutional Impacts of EU Legislation on Local and Regional Governments: A Case Study of the 1999/31/EC Landfill Waste and 2004/18/EC Public Procurement Directives”, tal-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA) ta' Settembru 2009,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar l-akkwist pubbliku pre-kummerċjali: Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi sostenibbli u ta' kwalità għolja fl-Ewropa(2),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar problemi speċifiċi fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwisti pubbliċi u r-relazzjoni tagħha mal-aġenda ta' Lisbona(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar sħubijiet pubbliċi-privati u l-liġi Komunitarja dwar l-akkwisti pubbliċi u l-konċessjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-Kummerċ Ġust u l-Iżvilupp(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, kif ukoll il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0151/2010),

A.  billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja enfasizzat l-importanza ekonomika vitali tal-akkwist pubbliku, billi l-effetti tal-kriżi fuq l-awtoritajiet lokali diġà huma evidenti , u billi l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod xieraq fl-interess pubbliku biss jekk ikunu jistgħu jistrieħu fuq iċ-ċertezza legali meħtieġa f'dan il-qasam u l-proċeduri ta' akkwist ma jkunux kumplessi wisq,

B.  billi suq tal-akkwisti li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, biex jinkoraġġixxi kompetizzjoni transkonfinali, jistimula l-innovazzjoni, jippromwovi l-ekonomija b'użu baxx tal-karbonju u kif ukoll jilħaq l-aħjar valur għall-awtoritajiet pubbliċi,

C.  billi l-liġi tal-akkwist pubbliku sservi biex tiżgura li l-fondi pubbliċi huma mmaniġġati b'mod effettiv u effiċjenti u biex tagħti lill-kumpaniji interessati l-opportunità li jingħataw kuntratti pubbliċi f'kuntest ta' kompetizzjoni ġusta,

D.  billi r-reviżjoni tal-2004 tad-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku kienet maħsuba biex tissimplifika u timmodernizza l-proċeduri relevanti, tagħmilhom aktar flessibbli u tistabbilixxi ċertezza legali akbar,

E.  billi t-Trattat ta' Lisbona inkorpora fil-liġi primarja tal-Unjoni Ewropea l-ewwel rikonoxximent tad-dritt tal-awtonomija ta' entitajiet lokali u reġjonali, saħħaħ is-sussidjarjetà u ta kemm lill-parlamenti nazzjonali u kemm lill-Kumitat tar-Reġjuni d-dritt li jġibu azzjonijiet quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja,

F.  billi l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja eżaminat numru sproporzjonat ta' każijiet ta' ksur f'dan il-qasam, li jindika li ħafna Stati Membri ppruvaw jgħelbu d-diffikultà biex ikunu konformi mad-direttivi dwar il-kuntratti pubbliċi,

G.  billi, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-politiki Ewropej jiżviluppaw b'tali mod li jissodisfaw l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinkorpora l-kunċett ta' ekonomija tas-suq soċjali, klawżola soċjali u protokoll dwar is-servizzi ta' interess ġenerali li jiddefinixxu l-valuri komuni tal-Unjoni,

H.  billi l-Konvenzjoni 94 tal-ILO tistipula li l-kuntratti pubbliċi ġenerali għandhom jinkludu klawżoli li jiżguraw rimunerazzjoni ġusta, u kundizzjonijiet tax-xogħol li mhumiex inqas favorevoli minn dawk stipulati fi ftehimiet kollettivi, pereżempju,

Osservazzjonijiet ġenerali u rakkomandazzjonijiet

1.  Jiddeplora l-fatt li l-għanijiet tar-reviżjoni tal-2004 tad-direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi għadhom ma ntlaħqux b'mod partikolari fir-rigward tas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-akkwist u tal-ħolqien ta' ċertezza legali akbar; jesprimi t-tama, madankollu, li s-sentenzi reċenti mogħtija mill-Qorti Ewropea tal-Ġusitzzja se jgħinu biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet legali pendenti u li n-numru tal-proċeduri ta' appell se jonqos; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra u tipprova tilħaq il-miri ta' simplifikazzjoni u organizzazzjoni tal-proċedura tal-akkwist pubbliku fi kwalunkwe reviżjoni tar-regoli Ewropej;

2.  Jiddeplora, barra minn hekk, il-fatt li r-regolamenti eżistenti, flimkien mal-miżuri ta' implimentazzjoni mhux kompluti fil-livell nazzjonali u reġjonali, l-għadd kbir ta' proposti ta' liġijiet mhux vinkolanti mressqa mill-Kummissjoni u l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali relevanti mill-qrati Ewropej u nazzjonali, wasslu għal sett ikkumplikat u konfuż ta' regoli li qed joħloq, b'mod partikolari għall-entitajiet pubbliċi, l-intrapriżi privati u l-fornituri ta' servizzi ta' interess ġenerali, problemi legali serji li m'għadhomx jistgħu jingħelbu mingħajr spejjeż amministrattivi sostanzjali jew mingħajr ma wieħed ifittex parir legali estern; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrimedja din is-sitwazzjoni u, bħala parti mill-inizjattiva għat-“tfassil aħjar tal-liġijiet”, biex teżamina l-impatt ta' dispożizzjonijiet ta' liġijiet mhux vinkolanti, biex tillimita proposti ta' dan it-tip għal aspetti ewlenin u biex tevalwahom fid-dawl tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, filwaqt li tikkunsidra l-ħames prinċipji stabbilitu fil-White Paper tal-2001 dwar il-Governanza Ewropea (trasparenza, parteċipazzjoni, kontabilità, effikaċja u koerenza);

3.  Jenfasizza li b'riżultat ta' dan l-iżvilupp, ix-xerreja pubbliċi spiss ikollhom jipprijoritizzaw iċ-ċertezza legali qabel il-ħtiġijiet tal-politika, u meta wieħed jikkunsidra l-pressjoni fuq il-baġits pubbliċi, spiss ikollhom jagħtu l-kuntratt jew is-servizz ikkonċernat lill-aktar offerta baxxa, aktar milli lill-offerta li hija l-aktar vantaġġuża ekonomikament; huwa beżgħan li dan se jdgħajjef il-bażi innovattiva tal-UE u l-kompetittività globali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirranġa din is-sitwazzjoni u biex tiżviluppa miżuri strateġiċi biex tħeġġeġ u tawtorizzaw lix-xerrejja pubbliċi biex jagħtu kuntratti lill-offerti li jkunu l-aktar ekonomiċi u tal-aqwa kwalità;

4.  Jenfasizza li l-inizjattivi Ewropej fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi għandhom jiġu kkoordinati b'mod aktar effettiv sabiex ma jipperikolawx il-konsistenza mad-direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi u joħolqu problemi legali għal dawk li japplikaw ir-regoli; jitlob, għalhekk, li jittieħdu miżuri ta' koordinazzjoni obbligatorji fi ħdan il-Kummissjoni, taħt it-tmexxija tad-Direttorat Ġenerali tas-Suq Intern u tas-Servizzi, li huwa responsabbli mill-akkwist pubbliku, u bil-parteċipazzjoni ta' Direttorati Ġenerali oħra relevanti; jitlob għal preżenza uniformi fl-internet u informazzjoni regolari għall-awtoritajiet kontraenti, bil-ħsieb li d-dispożizzjonijiet legali rilevanti jsiru aktar trasparenti u faċli għall-utent;

5.  Jikkritika n-nuqqas ta' trasparenza rigward il-kompożizzjoni u r-riżultati tal-ħidma tal-kumitat konsultattiv intern tal-Kummissjoni dwar l-akkwisti pubbliċi (ACPP) jew ir-rwol u l-kompetenzi tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ftuħ tal-Akkwisti Pubbliċi (CCO), u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu passi sabiex tiżgura li kemm dan il-kumitat kif ukoll il-kumitat konsultattiv il-ġdid ippjanat dwar is-sħubijiet pubbliċi-privati jkunu bbilanċjati, jinkludu trejdjunjonisti u rappreżentanti tal-komunità kummerċjali, b'mod partikulari l-SMEs, u jaħdmu b'mod trasparenti; jitlob li l-Parlament Ewropew ikun infurmat b'mod xieraq u jiġi pprovdut bl-informazzjoni kollha disponibbli f'kull fażi u fit-tmiem tal-proċess;

6.  Huwa tal-fehma li minħabba li l-kuntratti pubbliċi jikkonċernaw il-fondi pubbliċi, għandhom ikunu trasparenti u miftuħa għall-iskrutinju tal-pubbliku; jitlob lill-Kummissjoni għal kjarifika biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi lokali u oħrajn ikollhom ċertezza legali u jistgħu jinfurmaw liċ-ċittadini dwar l-obbligi kuntrattwali tagħhom;

7.  Jenfasizza li l-għoti ta' kuntratti pubbliċi għandu jsir taħt il-kundizzjonijiet ta' trasparenza u t-trattament ugwali tal-partijiet kollha interessati bir-relazzjoni tal-prezz mal-prestazzjoni tal-proġett bħala l-kriterju aħħari, sabiex titqies l-aħjar sejħa u mhux biss u esklussivament l-aktar offerta bi prezz baxx;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni ex-post tad-direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi, bil-konsiderazzjoni tal-fehmiet espressi f'dan ir-rapport; jistenna li l-istħarriġ jitwettaq bl-involviment sħiħ tal-partijiet interessati kollha u f'koperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew; jitkellem favur li reviżjoni ta' dan it-tip għandha tikkunsidra l-qafas kollu u li għandha tinkludi wkoll id-direttiva dwar il-proċeduri ta' reviżjoni li jikkonċernaw l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, kif ukoll l-analiżi tal-liġijiet nazzjonali li permezz tagħhom issir it-traspożizzjoni tad-direttiva dwar il-proċeduri ta' reviżjoni, sabiex tkun evitata kwalunkwe frammentazzjoni ulterjuri tal-liġi tal-akkwisti pubbliċi; huwa tal-fehma li l-impatt prattiku ta' din id-direttiva għadu ma jistax jiġi stmat, billi għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kollha,

Kooperazzjoni pubblika-pubblika

9.  Ifakkar li t-Trattat ta' Riforma ta' Liżbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, jinkorpora fil-liġi primarja tal-Unjoni, għall-ewwel darba, l-għarfien tad-dritt tat-tmexxija awtonoma fil-livell lokali u reġjonali (Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea); jenfasizza li f'diversi sentenzi l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja invokat id-dritt tal-awtogovernanza lokali u semmiet li l-possibilità għall-awtoritajiet pubbliċi li jużaw ir-riżorsi tagħhom stess għat-twettiq tal-ħidmiet ta' interess pubbliku mogħtija lilhom tista' tiġi eżerċitata f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi oħrajn (C-324/07); jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, għas-sentenza tal-Awla Manja tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-9 ta' Ġunju 2009 fil-Kawża C-480/06 li stipulat li, barra minn hekk, il-liġi Komunitarja ma timponix fuq l-awtoritajiet pubbliċi li jużaw xi forma legali partikolari sabiex iwettqu l-ħidmiet tagħhom ta' servizz pubbliku b'mod konġunt; għaldaqstant iqis li s-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, bħalma huma ftehimiet ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u forom ta' koperazzjoni nazzjonali, jaqgħu barra mill-ambitu tal-liġi dwar l-akkwisti pubbliċi, fuq il-bażi tal-kriterji kumulattivi li ġejjin:

   dak li huwa involut hawnhekk huwa l-forniment ta' kompitu ta' servizz pubbliku mogħtija lill-awtoritajiet lokali kollha kkonċernati,
   isir biss mill-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati, jiġifieri mingħajr l-involviment ta' individwi jew impriżi privati, u
   l-attività involuta titwettaq essenzjalment f'isem l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati;

10.  Jirrimarka li l-Kummissjoni kkjarifikat li mhux kull azzjoni meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi hija suġġetta għal-liġi tal-akkwsit, u li sakemm id-dispożizzjonijiet tal-liġi Ewropea ma jeħtiġux ħolqien ta' suq f'qasam partikolari, jibqa' f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess;

11.  Jenfasizza li l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fis-sentenza msemmija hawn fuq ma japplikawx biss għal koperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali iżda ġeneralment huma validi, bir-riżultat li huma jistgħu jiġu applikati għal koperazzjoni bejn awtoritajiet kuntrattwali pubbliċi oħra;

12.  Jinnota li fis-sentenza tagħha tal-10 ta' Settembru 2009 fil-każ C-573/07, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li l-ftuħ tal-kapital ta' kumpanija li qabel kienet proprjetà pubblika għall-investituri privati ma jistax jiġi kkunsidrat ħlief jekk in-natura tal-kumpanija tal-kapital pubbliku tinbidel waqt iż-żmien li fih il-kuntratt huwa validu, u b'hekk jinbidlu l-kundizzjonijiet fundamentali tal-kuntratt u tkun meħtieġa għal sejħa kompetittiva ġdida għall-offerti; jinnota li kien hemm żviluppi kbar fir-rigward tar-regoli fil-qasam tal-kooperazzjoni pubblika-pubblika bħala riżultat tal-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, u jilqa' b'sodisfazzjon is-sentenzi riċenti mogħtija mill-Qorti f'dan il-qasam; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli b'mod wiesa' informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet legali ta' dawn is-sentenzi;

Konċessjonijiet ta' servizz

13.  Jirrimarka li l-konċessjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(3)(b) tad-Direttiva 2004/17/KE u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/18/KE huma kuntratti li b'konnessjoni magħhom “il-kunsiderazzjoni għall-provvista tas-servizzi tikkonsisti jew unikament fid-dritt li x-xogħol jiġi esplojtat jew f'dan id-dritt kif ukoll fil-ħlas”; jenfasizza li l-konċessjonijiet tas-servizz ġew esklużi mill-kamp tal-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku sabiex joffru lill-awtoritajiet kontraenti u l-kuntratturi flessibilità akbar; jirrimarka li f'bosta sentenzi l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kkonfermat li l-konċessjonijiet tas-servizzi mhumiex koperti minn dawn id-direttivi, iżda pjuttost mill-prinċipji ġenerali stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, il-prinċipju ta' trattament ugwali u t-trasparenza), u li l-awtoritajiet kontraenti pubbliċi għandu jkollhom aċċess biex jiżguraw il-provvista ta' servizzi permezz ta' konċessjoni jekk huma jqisu li dan ikun l-aħjar metodu biex jiġi żgurat is-servizz pubbliku kkonċernat, anki jekk ir-riskju marbut ma' operazzjoni ta' dan it-tip huwa limitat, imma dak ir-riskju limitat jiġi ttrasferit kollu lill-konċessjonarju (sentenza fil-każ C-206/08 tal-10 ta' Settembru 2009, punti 7275);

14.  Jinnota l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2009 dwar l-iżvilupp ta' sħubijiet pubbliċi-privati u jistenna l-evalwazzjoni tal-impatt rilevanti b'interess kbir; jistenna li l-Kummissjoni tislet lezzjonijiet mill-PPPs li mhux wed jirnexxu; jenfasizza li wieħed għandu jqis kemm il-kumplessità tal-proċeduri kif ukoll f'termini tal-kultura u l-prattika legali fl-Istati Membri fir-rigward tal-konċessjonijiet tas-servizzi; huwa tal-fehma li bid-direttivi tal-2004 dwar l-akkwist pubbliku u l-każistika supplimentari tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tlestew il-proċess tad-definizzjoni tat-terminu “konċessjoni ta' servizz ” u t-twaqqif ta' qafas legali li jirregola konċessjonijiet bħal dawn; jinsisti li kwalunkwe proposta għal att legali li jittratta l-konċessjonijiet tas-servizz tkun ġustifikata biss b'viżjoni li tirrimedja t-tagħwiġ fil-funzjonament tas-suq intern; jirrimarka li tali tagħwiġ għadu ma ġiex identifikat, u li għalhekk, att legali dwar il-konċessjonijiet tas-servizz mhux neċessarju sakemm ma jkunx immirat lejn żvilupp identifikabbli fil-funzjonament tas-suq intern;

Sħubija pubblika-privata

15.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-kjarifika legali tal-kondizzjonijiet li taħthom tapplika l-liġi tal-akkwisti għas-sħubijiet pubbliċi-privati istituzzjonalizzati, b'mod partikolari fid-dawl tal-importanza kbira li l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Novembru 2009, tagħti lil sħubijiet bħal dawn rigward il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-promozzjoni ta' forom ta' enerġija li jiġġeddu u t-trasport sostenibbli; jirrimarka li d-direttivi dwar l-akkwist pubbliku dejjem japplikaw jekk kompitu għandu jingħata lil impriża li hija proprjetà privata, anki jekk is-sehem privat ikun żgħir ħafna; jenfasizza, madankollu, li kemm il-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha tal-5 ta' Frar 2008, kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tal-15 t'Ottubru 2009 fil-Każ C-196/08, għamluha ċara li proċedura ta' sejħa kompetittiva għal offerti doppja mhijiex meħtieġa f'konnessjoni mal-għoti ta' kuntratti jew ta' ċerti ħidmiet lil sħubija pubblika-privata li tkun għadha kif ġiet imwaqqfa, iżda li l-kriterji kollha li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti qabel ma tkun tista' tingħata konċessjoni mingħajr sejħa kompetittiva għall-offerti lil impriża pubblika-privata imħallta stabbilita speċifikament għal dak l-iskop:

huwa tal-fehma, għalhekk, li l-kwistjoni tal-applikazzjoni tal-liġi tal-akkwist għas-sħubijiet pubbliċi-privati istituzzjonalizzati ssolviet, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex joħorġu dikjarazzjonijiet dwar dan il-fatt;

   is-sieħeb privat għandu jintgħażel permezz ta' proċedura trasparenti, bil-pubblikazzjoni bil-quddiem tal-kuntratt following a review of the financial, technical, operational and administrative requirements and the characteristics of the tender in the light of the particular service to be provided;
   l-impriża mħallta pubblika-privata għandha żomm l-istess għan korporattiv matul it-tul tal-konċessjoni. Skont il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, kull tibdil materjali għal dan il-għan korporattiv jew għall-kompitu li għandu jitwettaq ikun jeħtieġ it-tnedija ta' proċedura ġdida kompetittiva ta' sejħa għall-offerti;

16.  Jenfasizza, madankollu, li l-kriżi finanzjarja riċenti tefgħet dawl ġdid fuq il-modi li bihom is-sħubijiet pubbliċi-privati huma ħafna drabi ffinanzjati u kif ir-riskji finanzjarji jitqassmu; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa kif xieraq ir-riskji finanzjarji marbuta mal-ħolqien tal-PPPs;

L-ippjanar tal-ibliet / l-iżvilupp urban

17.  Jilqa' b'sodisfazzjoni is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġusitzzja fil-Każ C-451/08; huwa tal-fehma li l-għanijiet wesgħin u ambizzjużi tad-direttiva għandhom jitqiesu fl-interpretazzjoni tagħha, iżda li wieħed ma għandux jassumi li, billi jappella għall-għan tal-miżura, l-ambitu tagħha jista' jiġi estiż b'mod indefinit, inkella jkun hemm il-periklu li l-attivitajiet kollha marbuta mal-ippjanar tal-ibliet ikunu suġġetti għad-direttiva peress li, skont id-definizzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni possibbli ta' xogħlijiet ta' bini tbiddel sostanzjalment il-valur tal-art in kwistjoni; huwa tal-fehma li fl-aħħar ftit snin il-liġi tal-akkwist nxterdet f'oqsma li mhumiex klassifikati b'mod inerenti taħt ix-xiri pubbliku u jissuġġerixxi, għalhekk, li l-kriterju tax-xiri jiġi enfasizzat aktar bis-saħħa fl-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-akkwist;

Akkwist inqas mil-livell stabbilit

18.  Jirrimarka li l-Parlament Ewropew huwa parti fil-każ il-Ġermanja vs il-Kummissjoni ppreżentat quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fl-14 ta' Settembru 2006 kontra l-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni tal-1 ta' Awwissu 2006 dwar il-liġi tal-Komunità applikabbli għall-għoti tal-kuntratti li ma jkunux suġġetti, jew mhux kompletament suġġetti, għad-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi, u jistenna deċiżjoni fil-pront;

Intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju

19.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt tad-direttivi tal-akkwisti pubbliċi dwar l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju speċjalment fir-rwol tagħhom bħala sottokuntratturi u biex tagħmel evalwazzjoni, bil-għan ta'reviżjoni futura tad-direttivi, dwar jekk hemmx ħtieġa ta' regoli ulterjuri għall-għotja tas-sottokuntratti, speċifikament biex jiġi evitat li l-SMEs bħala sottokuntratturi jkunu suġġetti għal kundizzjonijiet agħar mill-kuntrattur prinċipali tal-kuntratt pubbliku;

20.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tissimplifika l-proċeduri għall-akkwisti pubbliċi biex teħles lill-gvernijiet lokali u lill-kumpaniji milli jaħlu ammont kbir ta' ħin u flus fuq kwistjonijiet purament burokratiċi; jenfasizza li jekk jeħfiefu l-proċeduri, l-SME's ikollhom aċċess aħjar għal dawn il-kuntratti u jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod aktar ekwu u ġust;

21.  Huwa tal-fehma li s-sottokuntrattar huwa forma ta' organizzazzjoni ta' xogħol adattat għall-aspetti speċjalizzati tal-ħidmiet ta' esekuzzjoni; jenfasizza li l-kuntratti sottokuntrattwali jridu jikkonformaw mal-obbligi kollha imposti fuq il-kuntratturi ewlenin, speċjalment fir-rigward tal-liġi tax-xogħol u s-sigurtà. huwa tal-fehma li, għal dan il-għan, tajjeb li tiġi stabbilita rabta bejn il-kuntrattur u s-sottokuntrattur f'termini ta' responsabilità;

22.  Jappoġġa l-aċċess sistematika ta' offerti ta' prezz (jew varjanti); jenfasizza li l-kundizzjonijiet tas-sejħa, b'mod partikolari l-aċċess għal offerti ta' prezz alternattivi, huma kruċjali għall-promozzjoni u t-tixrid ta' soluzzjonijiet innovattivi; jenfasizza li speċifikazzjonijiet li jirreferu għar-rekwiżiti tal-prestazzjoni u l-funzjonalità u l-aċċess espress ta' varjanti jagħti lil dawk li jitfgħu s-sejħiet, l-opportunità biex jipproponu soluzzjonijiet innovattivi;

23.  Iħeġġeġ il-ħolqien ta' portal uniku għall-aċċess għall-web għall-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-kuntratti pubbliċi, bħala netwerk “l fuq għas-sejħiet kollha għall-offerti; jinnota li l-għan għandu jkun li jiġu pprovduti t-taħriġ u l-informazzjoni, li jiġu ggwidati l-intrapriżi lejn il-kuntratti u li tiġi spjegata l-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikolari għall-SMEs (li ġeneralment ma jkollhomx għadd kbir ta' riżorsi umani u amministrattivi b'ħila fit-terminoloġija u proċeduri marbuta mal-akkwist), u li jkun hemm helpdesks speċjalizzati li jistgħu jgħinuhom ukoll fl-evalwazzjoni dwar jekk jissodisfawx ġenwinament il-kundizzjonijiet tas-sejħa, u jekk iva, jgħinuhom biex ilestu l-offerta tagħhom;

24.  Jinnota li l-SMEs stinkaw biex ikollhom aċċess għas-swieq ta' akkwist pubbliku u li għandu jkun hemm aktar sforzi biex tiġi żviluppata “strateġija tal-SMEs”; jappella, għalhekk, bħala parti minn din l-istrateġija, lill-Istati Membri biex jaħdmu mal-awtoritajiet kuntrattwali biex jinkoraġġixxu opportunitajiet sottokuntrattwali fejn ikun xieraq, biex jiżviluppaw u jxerrdu l-aqwa tekniki ta' prattika, biex jevitaw proċessi ta' qabel il-kwalifikar li jkunu preskrittivi wisq, biex jużaw standards fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti biex jiżguraw li l-fornituri ma jkollhomx jibdew mill-bidu nett u biex jiżviluppaw portal ċentralizzat ta' reklamar għall-kuntratti; jappella wkoll lill-Kummissjoni biex tagħti widen lill-inizjattivi tal-Istati Membri f'dan il-qasam u tinkoraġġixxi tixrid aktar wiesa' tal-Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar;

25.  Jinkoraġġixxi l-Istati Membri biex jippromwovu “programm tal-iżvilupp għall-fornitur”, kif diġà jinsab żviluppat f'ċerti pajjiżi; jinnota li tali strument jista' jintuża biex jinkoraġġixxi djalogu bejn il-fornituri u l-prokuraturi, u b'hekk jippermetti l-atturi jiltaqgħu flimkien waqt stadju bikri ta' proċess ta' xiri; isostni li tali mekkaniżmu huwa essenzjali biex jistimula l-innovazzjoni u t-titjib tal-aċċess tal-SMEs għas-swieq tal-akkwist;

26.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar biex tiżgura rwol akbar għall-SMEs Ewropej fl-akkwist pubbliku internazzjonali u biex tintensifika l-isforzi ħalli tevita diskriminazzjoni kontra l-SMEs Ewropej billi tqabbel id-dispożizzjonijiet speċifiċi applikati minn uħud mill-partijiet tal-FAG (bħall-Kanada u l-Istati Uniti); jinnota li miżuri għat-titjib kemm tat-trasparenza u kemm tal-aċċess għas-swieq nazzjonali tal-akkwist jgħinu lill-SMEs biex jidħlu fi swieq bħal dawn;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-inklużjoni, fil-Ftehim tal-Akkwist Pubbliku (FAG) tad-WTO, ta' klawżola li tippermetti lill-Unjoni Ewropea li tagħti preferenza lill-SMEs fl-għoti ta' kuntratti pubbliċi, simili għal dawk il-klawżoli li diġà huma applikati minn Stati oħra li huma parti għal dan il-ftehim;

L-akkwist ekoloġiku

28.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza kbira tal-akkwist pubbliku għall-ħarsien tal-klima u tal-ambjent, l-effiċjenza fl-enerġija, l-innovazzjoni u l-istimolu tal-kompetizzjoni, u jtenni li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu mħeġġa u mqiegħda fil-pożizzjoni li jibbażaw l-akkwist pubbliku fuq kriterji ambjentali, soċjali u oħrajn; jilqa' bil-ferħ l-assistenza prattika mogħtija lill-awtoritajiet pubbliċi u entitajiet oħra rigward l-akkwisti sostenibbli; jitlob lill-Kummissjoni biex tesplora l-possibilità li tuża kuntratti pubbliċi favur l-ambjent bħala għodda biex tippromwovi żvilupp sostenibbli;

29.  Itenni l-appell preċendenti tiegħu, tar-rapport tiegħu ta' Frar 2009, lill-Kummissjoni biex tipproduċi manwal dwar akkwist prekummerċjali, li għandu jispjega eżempji prattiċi tal-qsim tar-riskji u l-benefiċċji skont il-kundizzjonijiet tas-suq; huwa tal-fehma li, flimkien ma' dan, għandhom jingħataw id-drittijiet ta' propjetà lill-kumpaniji li qed jipparteċipaw f'akkwist prekummerċjali, li jistgħu jrawmu ftehim fost l-awtoritajiet pubbliċi u jinkoraġġixxu l-fornuturi biex jinvolvi lilhom infushom fi proċeduri ta' akkwist prekummerċjali;

30.  Jilqa' t-twaqqif tal-helpdesk tal-EMAS tal-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi informazzjoni prattika u appoġġ għall-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħra biex jevalwaw, jirrappurtaw u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom fil-kuntest tal-akkwist pubbliku; jappella lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li tiżviluppa portal onlajn aktar ġeneriku li jkun jista' joffri parir prattiku u appoġġ għal dawk li qed jużaw il-proċessi ta' akkwist pubbliku, partikolarment l-atturi involuti fil-proċeduri kumplessi u kollaborattivi ta' akkwist;

L-akkwist soċjali responsabbli

31.  Jenfasizza n-nuqqas ta' ċarezza fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi soċjalment responsabbli, u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna f'forma ta' manwali; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-bidliet fil-qafas legali miġjuba mit-Trattat ta' Liżbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jistenna lill-Kummissjoni sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet rilevanti b'mod xieraq; jenfasizza l-problema bażika li l-kriterji soċjali jiffokaw fuq il-proċess tal-manifattura b'tali mod li l-impatt tagħhom ġeneralment ma jkunx jingħaraf fil-prodott finali, u li s-sistemi ta' produzzjoni globalizzati u l-ktajjen tal-provvista kumplessi jwasslu biex ikun diffiċli li wieħed jikkontrolla l-konformità mal-kriterji; jistenna, għalhekk, kriterji dettaljati verifikabbli u bażi ta' data bi kriterji speċifiċi għall-prodotti li għandhom jiġu żviluppati fil-qasam tal-kuntratti tal-akkwisti pubbliċi soċjalment responsabbli wkoll; jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultà li jiffaċċjaw l-awtoritajiet kontraenti u l-ispejjeż li jġarrbu fil-verifika tal-konformità mal-kriterji u jistieden lill-Kummissjoni biex toffri għajnuna adegwata u biex tippromwovi l-istrumenti li jistgħu jintużaw biex jiċċertifikaw l-affidabilità tal-katini tal-provvista;

32.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmilha ċara li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jibbażaw l-akkwist pubbliku fuq kriterji soċjali bħall-ħlas tal-pagi standard relevanti u rekwiżiti oħra; jitlob lill-Kummissjoni biex toħloq linji ta' gwida jew assistenza prattika oħra għall-awtoritajiet pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħra rigward l-akkwisti sostenibbli, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jorganizzaw ta' spiss korsijiet ta' taħriġ u kampanji biex iqajmu kuxjenza dwar din il-kwistjoni jappoġġja l-idea ta' proċess trasparenti, li jinvolvi l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali, bil-għan li jkomplu jiġi żviluppati l-kriterji rilevanti; jirrimarka li, fil-qasam tal-kriterji soċjali b'mod partikolari, proċess bħal dan joffri opportunitajiet tajbin ta' suċċess;

33.  Jappella lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi l-awtoritajiet pubbliċi biex jużaw il-kriterji tal- kummerċ ġust fis-sejħiet għall-offerti pubbliċi u politika dwar ix-xiri tagħhom fi ħdan it-tifsira tal-kummerċ ġust kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kummerċ ġust u l-iżvilupp tas-6 ta' Lulju 2006 u l-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2009; itenni bħal qabel biex il-Kummissjoni tippromwovi dan billi, pereżempju, tipproduċi linji gwida kostruttivi għall-akkwist tal-kummerċ ġust; jilqa' l-adozzjoni unanima tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta' Frar 2010 għal strateġija komuni Ewropea dwar il-Kummerċ Ġust għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

Għajnuna prattika: bazi ta' dejta u korsijiet ta' taħriġ

34.  Jappella sabiex l-iżvilupp ta' bażi ta' data aġġornata ta' spiss rigward l-istandards, b'mod speċjali dawk li jirrigwardaw kriterji ambjentali u soċjali, ikun disponibbli għall-awtoritajiet pubbliċi, biex jiżgura li l-prokuraturi għandhom aċċess għal gwida adegwata u sett ċar ta' regoli meta jkunu qed ifasslu sejħiet għall-offerti, biex jivverifikaw b'mod faċli l-konformità tagħhom mal-istandard relevanti; jistenna li l-Istati Membri u l-partijiet interessati kollha jkunu involuti b'mod sħiħ f'dan il-proċess; jinnota li dan il-proċess minn fuq għal isfel għandu jirrikonoxxi l-esperjenza u l-għarfien prezzjużi li ta' spiss jeżistu f'livell lokali, reġjonali u nazzjonali; jiġbed l-attenzjoni, barra minn hekk, għall-impatt negattiv li għandu suq frammentat fuq l-innovazzjoni u r-riċerka minħabba l-eżistenza ta' dawn it-tikketti differenti reġjonali, nazzjonali, Ewropej u internazzjonali;

35.  Jinnota l-importanza tal-istandards għall-akkwisti pubbliċi sabiex ikunu ta' għajnuna għax-xerrejja pubbliċi biex jilħqu l-miri tagħhom, billi jitħallew jużaw proċessi ppruvati u ttestjati biex jipproduċu prodotti u servizzi, billi jwasslu proċedura ta' sejħa tal-offerti aktar effikaċi u billi jiġi żgurat li l-akkwisti jilħqu objettivi ta' politika oħra, bħas-sostenibilità jew xiri min-negozji żgħar;

36.  Jirrikonoxxi li t-taħriġ u l-iskambju ta' esperjenzi bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-Kummissjoni huma essenzjali sabiex jintgħelbu ftit mill-kumplessitajiet tas-suq pubbliku tal-akkwist; jinsab imħasseb, madankollu, li malli jonqsu l-baġits pubbliċi, tali inizjattivi jistgħu jiġu mdgħajfa; jappella, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jużaw ir-riżorsi u l-mekkaniżmi eżistenti li għandhom, bħal pereżempju reviżjonijiet mill-pari, stipulati fid-Direttiva dwar is-Servizzi, biex jinkoraġġixxu lil gruppi żgħar ta' esperti tal-akkwist minn reġjun wieħed biex jirrevedu l-attivitajiet f'reġjun ieħor tal-UE, u dan jista' jgħin fil-bini ta' fiduċja u fit-twaqqif tal-aħjar prattiki fost Stati Membri differenti;

37.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jorganizzaw korsijiet ta' taħriġ u kampanji li jqajmu l-kuxjenza fost l-awtoritajiet lokali u għal min ifassal il-politiki u biex jinkludu partijiet interessati oħra, partikolarment fornituri ta' servizzi soċjali;

Żvilupp reġjonali

38.  Jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri tagħti indikazzjoni regolari fir-rapporti annwali tagħha tal-implimentazzjoni tal-Baġit tal-UE kif ukoll fl-aħħar rapport annwali għas-sena finanzjarja 2008 li n-nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-akkwist tal-UE huwa wieħed miż-żewġ raġunijiet l-aktar komuni ta' żbalji u irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-proġetti Ewropej kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-irregolaritajiet ta' spiss huma kkawżati minn traspożizzjoni mhux korretta ta' regoli tal-UE u minn differenzi fir-regoli applikati mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrevedu, f'koperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, id-diversi settijiet ta' regoli applikabbli għall-akkwisti pubbliċi sabiex jiġu unifikati u biex il-qafas legali għall-akkwisti pubbliċi kollu kemm hu jiġi ssimplifikat, b'mod partikolari bil-ħsieb li jitnaqqas ir-riskju ta' żbalji u jiġi żgurat l-użu aktar effiċjenti tal-Fondi Strutturali;

39.  Huwa tal-fehma li mhumiex biss l-ispejjeż u l-kumplessità li jistgħu jkunu projbittivi, iżda wkoll iż-żmien meħtieġ biex jitlesta l-proċess tal-akkwisti pubbliċi, flimkien mat-theddida ta' azzjoni legali fis-sura ta' proċeduri ta' appell, li jieħdu ħafna żmien, u li spiss isibu xkiel minn diversi bnadi, u għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-pjan ta' rkupru jippermetti l-applikazzjoni ta' verżjonijiet aċċellerati tal-proċeduri mfissra fid-direttivi tal-akkwisti pubbliċi għal proġetti pubbliċi kbar b'mod speċifiku fl-2009 u l-2010; jistieden lill-Istati Membri biex jużaw il-proċedura u jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimplimentaw u jużaw dawn il-proċeduri, b'konformità, f'kull każ, mar-regoli u r-regolamenti standard tal-akkwisti pubbliċi;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-possibilità li tkompli tuża proċeduri mgħaġġla fir-rigward tal-Fondi Strutturali, anke lil hinn mill-2010, u li testendi ż-żieda temporanja fil-limiti, bl-għan speċifiku li jitħaffef l-investiment;

Il-kummerċ internazzjonali

41.  Jirrimarka li s-suq intern u s-swieq internazzjonali huma kulma jmur aktar interkonnessi; huwa tal-fehma, f'dan il-kuntest, li l-leġiżlaturi tas-suq intern tal-UE u n-negozjaturi tal-UE fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali għandhom iżommu quddiem għajnejhom il-konsegwenzi reċiproċi possibbli meta jkunu qed iwettqu l-attivitajiet tagħhom u li huma għandhom jadottaw politika koerenti li għandha tkun dejjem orjentata lejn il-promozzjoni tal-valuri tal-UE fil-politiki tal-akkwist pubbliku, inklużi t-trasparenza, pożizzjoni bi prinċipju kontra l-korruzzjoni, u l-avvanz tad-drittijiet soċjali u dawk tal-bniedem; jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali biex jagħmlu sessjonijiet konġunti ta' informazzjoni, bil-għan li jiġu inkuraġġiti s-sinerġiji;

42.  Jenfasizza li qafas sod ta' akkwist tal-gvern huwa prekondizzjoni għal suq orjentat lejn kompetizzjoni ġusta u ħielsa u jgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

43.  Jenfasizza wkoll, fil-kuntest tal-impenji tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-akkwist pubbliku internazzjonali, l-importanza tat-tisħiħ tal-mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni f'dan il-qasam, u jiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa tal-iffukar tal-isforzi fuq l-iżgurar tat-trasparenza u l-ekwità fl-użu tal-fondi pubbliċi;

44.  Iħeġġeġ lit-22 stat osservatur fil-kumitat tal-FAG sabiex iħaffu l-proċess ta' adeżjoni mal-FAG;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-possibiltà li tinkorpora fil-ftehimiet ta' akkwist pubbliku ma' sħab internazzjonali dispożizzjonijiet li jirrikjedu konformità mal-obbligi fundamentali dwar id-drittijiet tal-bniedem stipulati f'konvenzjonijiet u fi ftehimiet internazzjonali;

46.  Filwaqt li jargumenta bil-qawwa kontra l-miżuri protezzjonisti fil-qasam tal-akkwist pubbliku fuq livell globali, jemmen bis-sħiħ fil-prinċipju tar-reċiproċità u l-proporzjonalità f'dak il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-possibilità li timponi restrizzjonijiet proporzjonati b'miri preċiżi fuq l-aċċess għal partijiet mis-swieq tal-akkwist pubbliku tal-UE għal dawk is-sħab kummerċjali li jibbenefikaw mill-ftuħ tas-suq tal-UE, imma li ma wrew l-ebda ħsieb li jiftħu s-swieq tagħhom stess għall-kumpaniji tal-UE, bil-għan li tħeġġeġ lil sħabna sabiex joffru arranġamenti reċiproċi u proporzjonali ta' aċċess għas-suq għall-kumpaniji Ewropej;

47.  Jiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ mill-possibilità li jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-problemi dwar l-aċċess mill-intrapriżi tagħhom għas-swieq ta' pajjiżi terzi, u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri effettivi ħalli tiżgura li l-intrapriżi tal-UE jgawdu aċċess ġenwin għas-swieq ta' pajjiżi terzi;

o
o   o

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 179, 1.8.2006, p. 2.
(2) ĠU C 67E, 18.3.2010, p. 10.
(3) ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 227.
(4) ĠU C 313E, 20.12.2006, p. 447.
(5) Testi adottati, P6_TA(2006)0320.


Koerenza tal-Politiki tal-UE għall-Iżvilupp - L-Istabbiliment ta' qafas ta' politika għall-approċċ uniku tal-Unjoni
PDF 295kWORD 129k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Koerenza tal-Politiki tal-UE għall-Iżvilupp u l-kunċett ta' “Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp u iktar” (2009/2218(INI))
P7_TA(2010)0174A7-0140/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 35 tad-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika għall-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea: “Il-Kunsens Ewropew”(1),

–  wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u speċjalment l-Artikolu 21(2), li jistabbilixxi l-prinċipji u l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat ta' Lisbona) li jtenni li l-UE se tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li hija timplimenta u li x'aktarx li jolqtu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat ta' Lisbona) li jafferma mill-ġdid li l-UE għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-politiki u l-attivitajiet tagħha, meta jitqiesu l-għanijiet kollha tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 12 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (il-Ftehim ta' Cotonou),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-UE, adottata f'Lisbona f'Diċembru 2007,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Il-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp: It-tħaffif tal-progress biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju” (COM(2005)0134 - SEC(2005)0455),

–  wara li kkunsidra l-ewwel Rapport biennali tal-UE dwar Koerenza fil-Politika għall-Iżvilupp (COM(2007)0545) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SEC(2007)1202),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata “il-Kodiċi ta' Mġiba tal-UE dwar it-Tqassim tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp” (COM(2007)0072),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-UE tal-2009 dwar Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (COM(2009)0461 finali) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SEC(2009)1137),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp – L-Istabbiliment ta' qafas ta' politika għall-approċċ uniku tal-Unjoni” (COM(2009)0458),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-Koerenza tal-Politiki għall-Programm ta' Ħidma għall-Iżvilupp” (SEC(2010)0421 finali) li jakkumpanja l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem “Pjan ta' Azzjoni tal-UE bi tnax-il punt biex jiġu appoġġati l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju” COM(2010)0159),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mal-kriżi” (COM(2009)0160),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar ir-Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2009)0163),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' mgħax, u b'mod partikolari l-Anness I(3) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 u tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar l-agrikultura u s-sajd,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Mejju 2005 dwar it-tħaffif tal-progress biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2006 dwar l-Integrazzjoni ta' Kunsiderazzjonijiet dwar l-Iżvilupp fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-paragrafu 49 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 u l-20 ta' Novembru 2007 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp,

–  wara li kkunsidra l-paragrafu 61 tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2008,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill “Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni' tat-18 ta' Mejju 2009 dwar l-għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jegħlbu l-kriżi,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2009 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp u dwar il-Qafas Operattiv dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna,

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' strateġija tal-1996 tal-OKŻE bl-isem Shaping the 21st Century: the Contributions of Development Cooperation ' u d-dikjarazzjoni ministerjali tal-OKŻE tal-2002 “Action for a Shared Development Agenda” u r-rapport tagħha tal-2008 bl-isem “Building Blocks for Policy Coherence for Development”,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta' Akkra għal Azzjoni,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ministerjali dwar il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp adottata mill-OKŻE fl-4 ta' Ġunju 2008,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tal-2000 u t-tmien Għan ta' Żvilupp tal-Millennju,

–  wara li kkunsidra l-laqgħa ministerjali tad-WTO ta' Novembru 2001 u l-Konsensus ta' Monterrey tal-2002,

–  wara li kkunsidra s-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2002 u r-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-qafas tas-Samit Dinji tal-2005,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni dwar ir-rwol tal-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou fl-indirizzar tal-kriżi tal-ikel u dik finanzjarja fil-pajjiżi tal-AKP, adottata waqt is-17-il Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-AKP u l-UE(4) li saret fi Praga mill-4 sad-9 ta' April 2009,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu bbażati fuq rapporti mill-Kumitat tiegħu għall-Iżvilupp: Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Marzu 2006 dwar l-impatt tal-iżvilupp ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (EPAs) (5); Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Frar 2007 dwar l-integrazzjoni tas-sostenibilita? fil-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp(6); Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika(7); Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u l-effetti li qiegħda tħalli l-esplojtazzjoni mill-UE ta' ċerti riżorsi bijoloġiċi naturali fuq l-iżvilupp tal-Afrika tal-Punent(8); Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar l-Avvanz fl-Agrikoltura Afrikana – Proposta għall-iżvilupp agrikolu u s-sigurtà tal-ikel fl-Afrika(9); u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar is-Segwitu tad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-Effettività tal-Għajnuna(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu bbażati fuq rapporti mill-Kumitat tiegħu għall-Kummerċ Internazzjonali: Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-għajnuna tal-UE għall-kummerċ (Aid for Trade)(11) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-Faqar u l-Kummerċ: it-tfassil tal-politiki tal-kummerċ b'mod li jżidu kemm jista' jkun il-kontribuzzjoni tal-kummerċ sabiex jitnaqqas il-faqar(12),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-CONCORD tal-2009 bit-titolu “Fokus fuq il-Koerenza tal-Politiki”,

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-2003 tal-ActionAid bit-titolu “Policy (in)coherence in European Union support to developing countries: a three country case study” (“(In)koerenza fil-politiki ta' appoġġ tal-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw: studju ta' tliet pajjiżi”),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-2006 ta' Guido Ashoff (2006) bit-titolu “It-tisħiħ tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp: kwistjonijiet kunċettwali, approċċi istituzzjonali u lezzjonijiet minn evidenza komparattiva”,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2007 tal-ECDPM bit-titolu “Il-mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet u tal-Istati Membri tal-UE għall-promozzjoni tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp: rapport finali”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0140/2010),

A.  billi l-OKŻE pproponiet li jiġi ddefinit il-kunċett tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD), li jfisser “ħidma biex jiġi żgurat li l-objettivi u r-riżultati tal-politiki ta' żvilupp ta' gvern ma jiġux ipperikolati minn politiki oħra ta' dak il-gvern, liema politiki jolqtu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li dawn il-politiki jsostnu l-objettivi ta' żvilupp, fejn ikun fattibbli”(13); billi l-UE żviluppat kunċett ta' PCD li għandu l-għan li jibni sinerġiji bejn il-politiki tal-UE, u billi n-nuqqas ta' azzjoni politika għal dan l-iskop jista' jkollu impatt negattiv fuq ir-riżultat mistenni tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp,

B.  filwaqt li jfakkar fl-impenn tal-Unjoni Ewropea biex tieħu miżuri li jħeġġu l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, f'konformità mal-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew fl-2005(14),

C.  billi hemm differenza bejn il-konsistenza fil-politiki (li jiġu evitati l-kontradizzjonijiet bejn oqsma ta' politiki esterni differenti) u l-koerenza għall-iżvilupp (l-obbligu li l-politiki kollha tal-UE li jħallu impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw iqisu l-għanijiet tal-iżvilupp),

D.  billi l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi t-tnaqqis u, fuq perjodu twil ta' żmien, l-eliminazzjoni tal-faqar bħala l-objettiv prinċipali tal-politika tal-UE għall-iżvilupp; billi l-PCD taħdem favur l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni permezz tal-politiki kollha tagħha,

E.  billi hemm inkoerenzi ċari fil-politiki tal-UE dwar il-kummerċ, l-agrikoltura, is-sajd, il-klima, id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, il-migrazzjoni, il-finanzi, l-armi u l-materja prima; u billi l-PCD tista' twassal għat-tnaqqis tal-faqar billi ssib sinerġiji fundamentali fil-politiki tal-UE,

F.  billi n-nuqqas ta' appoġġ politiku, mandati mhux ċari, riżorsi insuffiċjenti, in-nuqqas ta' għodod u indikaturi effikaċi ta' monitoraġġ, kif ukoll in-nuqqas ta' prijoritizzazzjoni tal-PCD fuq interessi kunfliġġenti huma kollha fatturi li jirrestrinġu l-PCD,

G.  billi l-kontributi finanzjarji mogħtija mill-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-settur tas-Sajd (FPAs), ma kkontribwixxewx għat-tisħiħ tal-politiki tas-sajd tal-pajjiżi msieħba, u fil-biċċa l-kbira dan seħħ minħabba nuqqas ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet, minħabba dewmien biex tingħata l-għajnuna , u xi drabi saħansitra minħabba l-fatt li din l-għajnuna ma ntużatx,

H.  billi l-ewwel Għan ta' Żvilupp tal-Millennju għandu l-għan li jnaqqas bin-nofs l-għadd ta' persuni li jbatu l-ġuħ sal-2015, iżda minkejja dan għad hemm kważi biljun persuna li ma jkollhomx x'jieklu ta' kuljum, anke jekk id-dinja tipproduċi biżżejjed ikel biex taqdi l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni kollha,

I.  billi s-sussidji tal-UE għall-esportazzjonijiet tal-prodotti agrikoli Ewropej għandhom effett diżastruż fuq is-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp ta' settur agrikolu vijabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

J.  billi l-UE hija impenjata sabiex tilħaq l-objettiv tan-NU li tagħti 0.7% tad-dħul gross nazzjonali (GNI) f'għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) sal-2015, u l-objettiv interim ta' għajnuna għall-UE kollha kemm hi huwa ta' 0.56% sal-2010,

K.  billi skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) ta' Novembru 2008, l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom jagħtu prijorità lill-iżvilupp, qabel kull għan ekonomiku jew politiku,

L.  billi l-kriżi wriet li l-ODA huwa l-uniku strument li għandu fil-mira l-pajjiżi l-aktar foqra u li jipprovdi finanzi għall-iżvilupp b'mod aktar prevedibbli u affidabbli minn flussi finanzjarja oħra,

M.  billi għadd kbir ta' studji wera li hemm madwar EUR 900 biljun kull sena ta' flussi finanzjarji illegali li joħorġu minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, li jfixkel b'mod serju d-dħul fiskali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u konsegwentement il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw,

1.  Jilqa' ż-żieda fl-attenzjoni u fl-impenn għall-PCD mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Istati Membri, kif muri mir-rappurtar bijennali;

2.  Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jsaħħaħ il-PCD fl-UE u fil-ħidma parlamentari tiegħu;

3.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea hija bil-bosta l-akbar donatur ta' għajnuna fid-dinja (fl-2008 l-għajnuna tal-UE żdiedet għal €49 biljun, li tirrappreżenta 0.40% tal-GNI), u li fl-2010 l-volumi tal-għajnuna mistennija jiżdiedu għal €69 biljun biex titwettaq il-wegħda kollettiva ta' 0.56% tal-GNI tal-UE li kienet saret waqt is-Samit tal-G8 fi Gleneagles fl-2005; jirrimarka li dan ser jirriżulta fi ħruġ ta' €20 biljun addizzjonali għall-objettivi tal-iżvilupp;

4.  Ifakkar fl-adozzjoni, li saret f'Ottubru 2007, tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ, b'impenn ħalli l-għajnuna kollettiva tal-UE relatata mal-kummerċ titla' għal €2 biljun fis-sena sal-2010 (€1 biljun mill-Komunità u €1 biljun mill-Istati Membri);

5.  Jistieden lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod speċjali dawk li jibbenefikaw l-aktar mill-għajnuna tal-UE, biex jiżguraw li jkun hemm governanza tajba fil-kwistjonijiet pubbliċi kollha, u b'mod speċjali fil-ġestjoni tal-għajnuna li jirċievu, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ħalli tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li l-għajnuna tkun implimentata b'mod trasparenti u effiċjenti;

6.  Jilqa' l-Programm ta' Ħidma tal-PCD 2010-2013 bħala linja gwida għall-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE, u jirrikonoxxi r-rwol tiegħu bħala sistema ta' twissija bikrija għal inizjattivi ta' politika li jkunu se jsiru; jilqa' wkoll l-interkonnessjonijiet bejn l-oqsma differenti tal-politika;

7.  Ifakkar fir-responsabilità tal-Unjoni Ewropea li tqis l-interessi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u taċ-ċittadini tagħhom;

8.  Iqis li l-oqsma kollha tal-politika tal-UE b'impatt estern iridu jitfasslu biex ikunu ta' appoġġ għall-ġlieda kontra l-faqar u għall-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u biex ma jikkontradixxuhomx, kif ukoll għall-milja tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

9.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu aspetti rilevanti tal-Koerenza Politika għall-Iżvilupp fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali u reġjonali u fil-ftehimiet kummerċjali multilaterali ankrati fis-sistema tad-WTO li hija msejsa fuq ir-regoli, u f'dan il-kuntest iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ħalli jinvolvu ruħhom b'mod attiv mal-imsieħba l-oħra rilevanti tad-WTO li jistgħu jagħtu kontribut biex jinkiseb riżultat ibbilanċjat, ambizzjuż u orjentat lejn l-iżvilupp fir-Rawnd ta' Doha fil-futur qrib ħafna;

10.  Jenfasizza l-fatt li l-hekk imsejħa “kwistjonijiet ta' Singapor”, bħal-liberalizzazzjoni tas-servizzi, l-investiment u l-akkwist pubbliku, l-introduzzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni u l-infurzar aktar b'saħħtu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ma jgħinux l-għan tal-ilħuq tat-tmien Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

11.  Jinsisti li l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-BEI ikollhom rwol ċentrali f'dan u li jirrendu l-investimenti operati mir-rifuġji fiskali inqas atttraenti, billi jadottaw regoli dwar il-kuntratti pubbliċi u l-għoti ta' fondi pubbliċi li jipprojbixxu lil kwalunkwe intrapriża, bank jew istituzzjoni oħra reġistrata f'rifuġju fiskali milli jibbenefikaw minn fondi pubbliċi; f'dan is-sens, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex japprofittaw irwieħhom mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-attivitajiet esterni ta' self tal-BEI, sabiex konkretament itejbu l-kapaċitajiet tiegħu ta' evalwazzjoni tal-benefiċjarji tas-self tiegħu u sabiex jiġi żgurat li l-investimenti tiegħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jikkontribwixxu effettivament għall-qerda tal-faqar, billi jipprovdu rapporti annwali dwar il-progress tagħhom;

12.  Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħtu evalwazzjoni ġenerali tal-ftehimiet tas-sajd mal-pajjiżi terzi sabiex il-politika esterna tal-Unjoni fil-qasam tas-sajd tkun koerenti mal-politika għall-iżvilupp, hekk li jsaħħu l-ħila tal-pajjiżi msieħba mal-UE li jiggarantixxu s-sajd sostenibbli fl-ilmijiet tagħhom stess, li jtejjeb is-sikurezza tal-ikel u l-impjieg lokali fis-settur;

13.  Ifakkar li l-aċċess tal-UE għall-istokkijiet tal-ħut fil-pajjiżi terzi ma għandu jkun bl-ebda mod kundizzjoni għall-għajnuna għall-iżvilupp għal dawk il-pajjiżi;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex f'diversi klawżoli ta' natura soċjali tinkludi klawżoli relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd (FPA) kollha, sabiex tippermetti lill-Unjoni Ewropea tirrikorri għal miżuri adegwati f'każ li jkun hemm prova ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi firmatarji ta' FPA mal-UE;

15.  Ifakkar li 75% tal-popolazzjoni l-fqira tad-dinja tgħix f'żoni rurali, imma li biss 4% tal-ODA hija ddedikata għall-agrikoltura; jitlob lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex għaldaqstant iqiegħdu l-kwistjoni tal-agrikoltura fuq nett fl-aġendi tal-iżvilupp tagħhom;

16.  Jesprimi tħassib dwar l-impatt negattiv, fuq l-iżvilupp fil-pajjiżi terzi, ta' istituzzjonijiet finanzjarji ddedikati prinċipalment għall-evitar tat-taxxa; jitlob lill-Kummissjoni biex tintensifika l-kooperazzjoni fil-qasam tal-governanza fiskali, b'mod partikolari mal-pajjiżi msemmija fl-Anness 1 tal-proposta leġiżlattiva tagħha tal-24 ta' April 2009 (A6-0244/2009) li jibbenefikaw mill-fondi Ewropej għall-iżvilupp;

17.  Jilqa' r-rakkomandazzjoni inkluża fil-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2008 li tiġi inkluża klawżola dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fil-ftehimiet kummerċjali, għax dawn jikkostitwixxu l-ewwel pass fil-ġlieda kontra l-miżuri u l-prattiki tat-taxxa li jħeġġu l-evażjoni u l-frodi fiskali; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi immedjatament klawżola ta' dan it-tip fin-negozjati tagħha ta' ftehimiet kummerċjali futuri;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-AKP biex ikomplu d-djalogu tagħhom dwar il-migrazzjoni biex isaħħu l-prinċipju tal-migrazzjoni ċirkulari u l-faċilitazzjoni tagħha billi jagħtu viżi ċirkulari; jisħaq li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u t-trattament xieraq taċ-ċittadini tal-pajjiżi tal-AKP huwa kompromess b'mod serju mill-ftehimiet bilaterali dwar l-ammissjoni mill-ġdid ma' pajjiżi ta' tranżitu f'kuntest ta' esternalizzazzjoni mill-Ewropa tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, li ma jiggarantixxux rispett tad-drittijiet tal-migranti u li jistgħu jirriżultaw f'suċċessjoni ta' ammissjonijiet mill-ġdid li jipperikolaw is-sikurezza u l-ħajjiet tagħhom;

19.  Iħeġġeġ lill-Kunsill biex isib malajr ftehim komprensiv dwar il-proposta għal emenda tad-Direttiva dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul, b'mod partikolari fir-rigward tal-pajjiżi msemmija fl-Anness 1 ta' din il-proposta leġiżlattiva li jibbenefikaw mill-fondi Ewropej għall-iżvilupp;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi inkluż il-FEŻ, li huwa l-istrument ta' finanzjament ewlieni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, fil-qafas tal-PCD; jikkonferma l-appoġġ tiegħu għall-baġitarizzazzjoni sħiħa tal-FEŻ fil-kuntest ta' kontroll parlamentari demokratiku u tat-trasparenza fl-implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari ż-żieda fl-importanza tal-implimentazzjoni ta' politiki tal-iżvilupp tal-UE li jistabbilixxu faċilitajiet speċifiċi (bħal fil-każ tal-Istrateġija UE-Afrika);

21.  Jistieden lill-Kummissjoni mhux biss biex timmonitorja l-għanijiet tat-tkabbir ekonomiku, iżda biex tagħti attenzjoni partikolari lit-tnaqqis tal-inugwaljanzi fid-distribuzzjoni tad-dħul kemm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw individwali u kemm fil-livell globali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tkabbir ta' proċessi parteċipattivi ta' awtożvilupp sostenibbli permezz ta' forom ta' assoċjazzjonijiet bħall-koperattivi u metodoloġiji PRA (“Participatory Reflection and Action”) li minħabba li huma bbażati fuq il-kunsens u l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali, jiggarantixxu mudelli organizzattivi aktar effettivi u ta' impatt li jibqa“, waqt li jippromwovu l-irwol tal-ekonomija soċjali fl-iżvilupp;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi azzjonijiet ta' għajnuna għall-iżvilupp li, b'kunsiderazzjoni għall-effetti tal-kriżi finanzjarja, jistgħu jimpedixxu ż-żieda fin-nuqqas ta' sigurtà u l-kunflitt, l-instabilità politika u ekonomika dinjija u żieda fil-migrazzjoni furzata (“rifuġjati minħabba l-ġuħ”);

23.  Jistieden lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jipprovdu servizzi pubbliċi bażiċi u jiggarantixxu l-aċċess għall-art, inkluż il-kreditu għall-bdiewa ż-żgħar, biex jippromwovu s-sigurtà tal-ikel u l-ġlieda kontra l-faqar, li jgħinu biex titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-farms il-kbar u l-isfruttar intensiv tar-riżorsi għall-ispekulazzjoni, bil-qerda tal-ekosistemi, u jistieden barra minn hekk lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-politiki msemmija hawn fuq;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt tal-qasma diġitali bejn pajjiżi sinjuri u pajjiżi fqar, b'attenzjoni partikolari għar-risku li t-teknoloġiji tal-informatika jkunu strumentali fid-diskriminazzjoni, peress li jemarġinaw lil dawk li għal raġunijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi huma esklużi mill-aċċess għal dawn il-prodotti l-ġodda, li huma l-mezz li permezz tagħhom qed isseħħ ir-rivoluzzjoni tal-informatika l-ġdida;

25.  Jappella għal mandati ċari sabiex il-PCD tiġi evalwata, biex ikun hemm objettivi operazzjonali ċari u preċiżi, u sabiex ikun hemm proċeduri dettaljati sabiex jitwettaq dan l-eżerċizzju;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa kruċjali li l-PCD titqies bħala sforz fuq żmien fit-tul sabiex jinkiseb appoġġ dejjiemi għall-PCD; jenfasizza l-importanza ta' valutazzjoni f'waqtha tal-politiki biex jiġu evitati impatti negattivi fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; għal dan l-għan, jitlob li jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet tal-atturi privati Ewropej u dawk li mhumiex Ewropej, b'attenzjoni partikolari għal dawk multinazzjonali;

27.  Jitlob li jiġu vvalutati, b'analiżi komparattiva, l-approċċ, il-metodoloġija u r-riżultati ta' politiki ta' kooperazzjoni u ta' għajnuna mhux Ewropej u l-livelli relattivi ta' kollaborazzjoni internazzjonali, b'attenzjoni partikolari għall-interventi taċ-Ċina fl-Afrika;

28.  Jenfasizza li d-deċiżjoni tal-Kunsill li jiffoka fuq ħames oqsma wiesgħa għall-eżerċizzju tal-PCD fl-2009 m'għandhiex tissostitwixxi l-monitoraġġ tat-tnax-il qasam tradizzjonali - Kummerċ, Ambjent, Tibdil fil-Klima, Sigurtà, Agrikoltura, Ftehimiet Bilaterali dwar is-Sajd, Politiki Soċjali (impjiegi), Migrazzjoni, Riċerka/Innovazzjoni, Teknoloġiji tal-Informazzjoni, Trasport u Enerġija; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tidentifika każijiet ta' nuqqas ta' koerenza kull fejn il-politiki Ewropej ikollhom impatt negattiv fuq l-iżvilupp u biex tissuġġerixxi li tipprovdi soluzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq mekkaniżmi sabiex oqsma ġodda tal-politika li ma joqogħdux b'mod sodisfaċenti fit-tnax eżistenti, bħall-materja prima, jiġu inklużi;

29.  Ifakkar fl-impenji internazzjonali importanti tiegħu ta' ODA/PGN ta' 0.7% sal-2015, li għandhom ikunu ddedikati esklużivament għall-qerda tal-faqar; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-“approċċ ODA u iktar” jista' jdgħajjef il-kontribuzzjoni ta' ODA tal-UE għall-ġlieda kontra l-faqar; huwa mħasseb li l-fondi miġbura bl-“approċċ ODA u iktar” m'għandhom l-ebda impenn legali biex jeqirdu l-faqar jew biex jgħinu biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

30.  Huwa mħasseb li l-ħruġ ta' kapital lejn l-UE ikkawżat minn politiki inkoerenti fl-“approċċ ODA u iktar” mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw ma jissemmiex u li ma jitqiesux il-ħsara ikkawżata lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw mill-kompetizzjoni fiskali żleali u l-ħruġ illegali tal-kapital;

31.  Huwa mħasseb li l-“approċċ ODA u iktar” jiffoka biss fuq l-influssi finanzjarji mill-UE lejn in-Nofsinhar u jinjora l-flussi finanzjarji min-Nofsinhar lejn l-UE, u dan jagħti stampa qarrieqa tad-direzzjoni tal-flussi finanzjarji;

32.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiċċara aktar l-approċċ tal-Unjoni kollha kemm hi u l-impatt tiegħu fuq il-politika ta' żvilupp tal-UE; jesprimi tħassib li dan l-approċċ jista' jiġi integrat fil-Perspettiva Finanzjarja li jmiss;

33.  Jistieden lill-membri Ewropej tad-DAC tal-OECD biex jirrifjutaw kull tentattiv biex titwessa' d-definizzjoni tal-ODA, inklużi l-approċċi tal-“Unjoni kollha” u tal-“ODA+” li ġew proposti reċentament mill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll punti mhux relatati mal-għajnuna bħall-flussi finanzjarji, in-nefqa militari, il-kanċellazzjoni tad-djun, b'mod partikolari l-kanċellazzjoni tad-djun tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, flus minfuqa fl-Ewropa fuq l-Istudenti u r-refuġjati;

34.  Jirrikonoxxi li t-twettiq tal-impenji ta' ODA huwa importanti ħafna iżda xorta mhux biżżejjed biex tiġi indirizzata l-emerġenza tal-iżvilupp, u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tidentifika b'urġenza sorsi innovattivi addizzjonali ta' finanzjament għall-iżvilupp, u biex tippreżenta proposti għall-introduzzjoni ta' taxxa internazzjonali fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji biex tiġġenera riżorsi addizzjonali biex jingħelbu l-agħar konsegwenzi tal-kriżi u biex nibqgħu fit-triq sabiex nilħqu l-MDGs;

35.  Ifakkar b'determinazzjoni lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li l-ODA għandha tibqa' s-sinsla tal-politika Ewropea tal-koperazzjoni għall-iżvilupp li timmira li teqred il-faqar; għalhekk, jenfasizza li jekk is-sorsi innovattivi tal-finanzjament tal-iżvilupp għandhom jiġu promossi b'mod mifrux, għandhom ikunu addizzjonali, użati f'approċċ favur il-fqar u bl-ebda mod ma jistgħu jintużaw biex jissostitwixxu l-ODA;

36.  Jibża' li, f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw, bosta mill-miri MDG mhux se jintlaħqu sal-2015; iħeġġeġ lill-Istati Membri għalhekk biex jilħqu l-mira kollettiva tagħhom u biex jipproċedu biex jgħaddu leġiżlazzjoni vinkolanti u jippreżentaw skedi ta' żmien annwali biex iżommu l-wegħdiet li għamlu; jilqa“, f'dan ir-rigward, l-”Abbozz ta' Liġi dwar l-Iżvilupp Internazzjonali' ippreżentat mill-Gvern tar-Renju Unit f'Jannar 2010;

37.  Ifakkar li, f'konformità mal-qafas istituzzjonali tal-UE, jipproponi li jaħtar rapporteur permanenti għall-“koerenza fil-politiki għall-iżvilupp”, li jkollu l-mandat li jsegwi każijiet ta' nuqqas ta' koerenza fil-politika tal-UE u li jinforma lill-Kumitat DEVE bihom;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tuża benchmarks ċari u sistematiċi u indikaturi aġġornati b'mod regolari sabiex tkejjel il-PCD, pereżempju l-Indikaturi ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll ittejjeb it-trasparenza fir-rigward tal-Parlament Ewropew, Stati li jirċievu l-għajnuna u s-soċjetà ċivili;

39.  Jistieden lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex joħolqu indikaturi speċifiċi għall-pajjiż dwar il-PCD f'konformità mal-indikaturi ġenerali tal-UE, sabiex jivvalutaw il-ħtiġijiet reali u l-kisbiet f'termini ta' żvilupp;

40.  Huwa tal-fehma li, jekk l-azzjonijiet u l-miżuri fil-politika ta' żvilupp tal-UE ma jirrispettawx il-prinċipji u l-objettivi stipulati fl-Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona u tal-azzjoni esterna tal-UE mniżżla fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dan ikun ksur tal-obbligu li dwaru jista' jsir rikors il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewoprea skont l-Artikoli 263 u 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

41.  Jenfasizza l-importanza tal-koerenza bejn il-politiki kummerċjali u dawk tal-iżvilupp għal żvilupp aħjar u implimentazzjoni tanġibbli, u jilqa' f'dan ir-rigward ir-Rapport tal-2009 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (COM(2009)0461);

42.  Itenni l-ħtieġa tal-koerenza bejn il-politika tal-kummerċ u l-politiki l-oħrajn (ambjentali u soċjali), b'mod partikulari fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali li jkun fihom inċentivi għall-produzzjoni ta' bijofjuwils fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

43.  Itenni l-importanza tal-koerenza bejn il-politiki tal-kummerċ u tal-iżvilupp u jenfasizza li l-implimentazzjoni ta' Kapitoli dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi ftehimiet kummerċjali għandha sservi ta' opportunità għall-Kummissjoni Ewropea biex tippromwovi l-governanza tajba u l-applikazzjoni tal-valuri fundamentali Ewropej;

44.  Iqis li d-deċiżjoni riċenti tal-UE li tistabbilixxi mill-ġdid sussidji għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib u ta' prodotti oħra tal-ħalib, li b'mod ewlieni jissussidjaw in-negozju agrikolu fl-Ewropa aspejjeż tal-bdiewa foqra f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, hija vjolazzjoni sfaċċata tal-prinċipji ewlenin tal-koerenza politika għall-iżvilupp, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jirrevokaw din id-deċiżjoni minnufih;

45.  Jappella sabiex jintemmu s-sussidji fuq l-esportazzjoni; għal dan il-għan, ifakkar fl-impenn li ttieħed f'Doha fl-2001 mill-membri kollha tad-WTO biex jikkonkludu Rawnd ta' negozjati dwar l-Iżvilupp li jimmira biex jirrettifika l-iżbilanċi eżistenti fis-sistema tal-kummerċ , ipoġġi l-kummerċ għas-servizz tal-iżvilupp u jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar u l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li jiġi żgurat li d-DĠ Kummerċ ikollu mandat koerenti għan-negozjati kummerċjali, biex tqis kif jixraq il-prekondizzjonijiet tal-Parlament għall-għoti tal-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehimiet kummerċjali;

47.  Jistieden lill-Kummisjoni biex tieħu kull miżura disponibbli biex tiżgura li, meta jiskadi l-Protokoll taz-Zokkor u sseħħ ir-riforma tal-UE tas-sistema taz-zokkor, tissalvagwardja s-sħab rilevanti tagħha minn kwalunkwe taqlib temporanju fis-suq;

48.  Jipproponi li jkomplu jiġu żviluppati l-istrumenti eżistenti tal-UE biex jitnaqqsu t-tariffi doganali bħas-Sistema GSP/GSP+ u kapitoli fl-FTAs u fl-EPA, u li jkomplu jiġu integrati f'dawk l-istrumenti standards tax-xogħol u ambjentali maqbula internazzjonalment;

49.  Jerġa' jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi tal-GSP u l-GSP + għall-bini ta' kapaċità isitituzzjonali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex itejbu l-koerenza interna tagħhom fit-tfassil ta' strateġiji għall-iżvilupp;

50.  Jenfasizza li l-konsultazzjoni sistematika mal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u mat-trejdjunjins dwar l-implimentazzjoni ta' standards soċjali u ambjentali fil-pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-UE, b'mod partikulari qabel il-konklużjoni tal-EPA jew l-għoti tal-GSP +, għandha tiżgura koerenza aħjar fil-politiki kummerċjali u tkun ta' fejda għall-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

51.  Jirrikonoxxi li skont ir-rapport ta' monitoraġġ tal-Istrateġija ta' Għajnuna għall-Kummerċ (AfT) tal-Kummissjoni (COM(2009)0160 finali, p. 30), l-impenji tal-AfT tal-UE għall-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) niżlu minn €2975 miljun fl-2005 għal €2097 miljun fl-2007, li s-sehem tal-AKP fl-impenji ġenerali tal-AfT tal-UE niżlu minn 50% għal 36% tul l-istess perjodu, u li dan mhux konsistenti mal-wegħdiet preċedenti ta' prijoritizzazzjoni għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp;

52.  Jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-inizjattivi eżistenti kollha fil-qasam tal-kummerċ mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-livell tal-UE u tad-WTO, b'mod partikolari l-inizjattiva Kollox Ħlief Armi (EBA), il-GSP u l-GSP+, l-assimmetrija u l-perjodi tranżitorji fil-Ftehimiet ta' Sħubija Ewropej eżistenti kollha (EPAs) u l-Programm ta' Ħidma għall-Għajnuna għall-Kummerċ tal-2010-2011, u jitlob li ssir reviżjoni ta' dan tal-aħħar, bil-ħsieb li jingħata aktar qawwa ħalli jrawwem it-tkabbir sostenibbli;

53.  Jirrikonoxxi s-sehem importanti li s-sistema GSP+ tal-UE jista' jkollha fl-inkuraġġiment tal-governanza tajba u tal-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li din l-għodda tkun effettiva u li l-konvenzjonijiet tal-ILO u tan-NU jkunu implimentati kif xieraq fil-post;

54.  Itenni li l-UE għandha tappoġġa lil dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jużaw il-“flessibilitajiet” tal-Ftehima TRIPS biex ikunu jistgħu jipprovdu mediċini bi prezzijiet li wieħed ikun jiflaħ għalihom skont il-programmi domestiċi tagħhom għas-saħħa pubblika;

55.  Jilqa' l-klawsola ta' salvagwardja dwar is-sigurtà tal-ikel li tfasslet fil-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li din tiġi implimentata b'mod effikaċi;

56.  Jiddeplora d-dispożizzjonijiet tat-TRIPS+ inklużi fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika CARIFORUM-KE, u fil-ftehimiet li qed jiġu nnegozjati mal-pajjiżi tal-Komunità Andina u tal-Amerika Ċentrali, dispożizzjonijiet li joħolqu ostakoli għall-aċċess għal mediċini essenzjali;

57.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex iġġib fit-tmiem l-approċċ TRIPS + attwali tagħha fin-negozjati EPA dwar il-prodotti farmaċewtiċi u l-mediċini, sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jipprovdu mediċini bi prezzijiet li wieħed ikun jiflaħ għalihom fi programmi nazzjonali tas-saħħa pubblika;

58.  Jenfasizza li kwalunkwe miżuri fin-negozjati dwar l-ACTA biex jissaħħu s-setgħat ta' ispezzjoni transkonfinali u l-qbid tal-merkanziji ma għandhomx jagħmlu ħsara lill-aċċess globali għal mediċini legali, li jintlaħqu mill-bwiet ta' kulħadd u sikuri;

59.  Huwa mħasseb dwar każijiet reċenti ta' awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-UE li qabdu mediċini ġeneriċi fi tranżitu fil-portijiet u l-ajruporti Ewropej u jenfasizza li tali mġiba tfixkel id-Dikjarazzjoni tad-WTO dwar l-Aċċess għall-Mediċini; jitlob lill-Istati Membri kkonċernati biex iwaqqfu din il-prattika minnufih; jitlob lill-Kummissjoni biex tassigura lill-Parlament li l-ACTA li attwalment qed isiru negozjati dwaru ma jostakolax l-aċċess għall-mediċina għal pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw;

60.  Jemmen li l-isfida tat-tibdil fil-klima għandha tiġi indirizzata permezz ta' riformi strutturali, u jappella għal valutazzjoni sistematika tar-riskju tat-tibdil fil-klima tal-aspetti kollha tal-ippjanar tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż fil-kummerċ, fl-agrikoltura u fis-sigurtà tal-ikel; jitlob li r-riżultat ta' din il-valutazzjoni jiġi użat biex jifformula dokumenti ta' strateġija reġjonali u tal-pajjiż li jkunu ċari u koerenti, kif ukoll fil-programmi u l-proġetti kollha tal-iżvilupp;

61.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-kummenti riċenti tal-Kummissjoni dwar il-ħsieb tagħha li tikkunsidra mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 1383/2003, li kellu konsegwenzi mhux maħsuba fuq it-tranżitu fl-UE ta' mediċini ġeneriċi li kienu finalment destinati għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

62.  Jemmen li inizjattivi bħall-ġabra ta' privattivi tal-Unitaid għall-mediċini tal-HIV/Aids jistgħu jgħinu ħalli jkun hemm koerenza fil-politiki tal-UE dwar is-saħħa u l-proprjetà intellettwali;

63.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ tal-Kummissjoni għal proposti li jgħinu lill-komunitajiet indiġeni jisfruttaw u jibbenefikaw mill-għarfien tradizzjonali u mir-riżorsi ġenetiċi tagħhom;

64.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-kummenti tal-Kummissjoni li l-UE tista' traħħas it-tariffi fuq prodotti li jirrispettaw l-ambjent ma' pajjżi tal-istess fehma f'każ li ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim fid-WTO;

65.  Jappoġġa lill-Kummissjoni fl-iffaċilitar tat-trasferiment tat-teknoloġija lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw, speċifikament teknoloġiji li jkollhom livell baxx ta' karbonju u li jifilħu għat-tibdil fil-klima, li hi xi ħaġa essenzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima;

66.  Jirrikonoxxi l-importanza ekonomika tar-rimessi għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, iżda jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-ħarba tal-imħuħ fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali, b'mod partikulari fis-settur tas-saħħa;

67.  Jenfasizza l-ħidma li saret minn bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq l-evażjoni tat-taxxa mill-kumpaniji multinazzjonali tal-UE fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jitlob lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom fin-negozjati tal-ġejjieni;

68.  Jilqa' l-mekkaniżmi sabiex tissaħħaħ il-PCD fi ħdan il-Kummissjoni, l-aktar is-sistema ta' konsultazzjoni bejn is-servizzi, il-proċess ta' Valutazzjoni tal-Impatt, il-Valutazzjoni tal-Impatt fuq is-Sostenibilità u l-Grupp bejn is-Servizzi għall-Appoġġ għall-Kwalità u, fejn ikun xieraq, l-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali;jistaqsi, madankollu, liema kriterji uża d-DĠ Żvilupp meta ddeċieda li jreġġa' lura inizjattivi inkoerenti ta' politika, u jappella għal aktar trasparenza fir-rigward tal-eżitu tal-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi;jitlob li l-informazzjoni miġbura fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt issir disponibbli għall-Parlament Ewropew b'mod li jinftiehem aħjar, u li l-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali u l-parlamenti tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu involuti aktar mill-qrib f'dawn il-mekkaniżmi;

69.  Jitlob li l-istrateġija “għajnuna għall-kummerċ” tibbenefika lill-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, u mhux biss lil dawk li jaqblu li jilliberalizzaw aktar is-swieq tagħhom; matul in-negozjati kummerċjali, l-iktar fil-kuntest tal-Ftehimiet ta' Sħubija Eknomika, jistieden lill-Kummissjoni biex ma timponix, kontra x-xewqa tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-ftuħ ta' kapitoli ta' negozjati dwar il-“kwistjonijiet ta' Singapor” u s-servizzi finanzjarji, u biex ma tidħolx fi ftehimiet ta' dan it-tip sakemm dawn il-pajjiżi ma jkunux l-ewwel stabbilixxew qafas regolatorju u ta' sorveljanza nazzjonali xieraq;

70.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex sistematikament tinkludi standards soċjali u ambjentali li jorbtu legalment fil-ftehimiet kummerċjali nnegozjati mill-Unjoni Ewropea, sabiex jiġi promoss l-għan ta' kummerċ favur l-iżvilupp;

71.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibda l-valutazzjonijiet dwar l-impatt minn kmieni, jiġifieri qabel mal-proċess ta' abbozzar tal-inizjattivi ta' politika jkun diġà avvanzat wisq u sabiex tibbażahom fuq studji bbażati fuq l-evidenza eżistenti jew li jitwettqu apposta, u biex tinkludi b'mod sistematiku d-dimensjonijiet soċjali, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem, peress li analiżi prospettiva hija utli u prattika l-aktar minħabba n-nuqqas ta' dejta u l-kumplessitajiet tal-kejl tal-PCD; jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-impatt fid-Dokumenti Strateġiċi Reġjonali u tal-Pajjiż tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) flimkien ma' suġġerimenti għas-segwitu;

72.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li, mit-82 valutazzjoni tal-impatt li saru fl-2009 mill-Kummissjoni, waħda biss minnhom kienet iddedikata għall-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ sistematiku ta' kejl tal-prestazzjoni tal-PCD; għalhekk jappella lill-Kummissjoni biex tagħti lill-unità tagħha għall-istudji prospettivi u għall-koerenza politika fid-DĠ DEVE rwol ewlieni fit-titjib tal-kunsiderazzjoni tal-PCD;

73.  Jistiden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-Parlament Ewropew fil-proċess tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-PCD, pereżempju fir-rigward tal-kwestjonarju, tal-kalendarju opportun, u filwaqt li tqis r-rapporti ta' inizjattiva proprja tal-Parlament;

74.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinvolvi d-Delegazzjonijiet tal-UE fil-ħidma tagħha ta' PCD billi taħtar punti fokali responsabbli mill-PCD f'kull delegazzjoni biex jimmoniterjaw l-impatt tal-politiki tal-UE fil-livell ta' pajjiżi sħab; jitlob sabiex il-PCD jiddaħħal fit-taħriġ tal-istaff; jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika kull sena r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fil-post li għandhom isiru mid-delegazzjonijiet tal-UE; għal dan il-għan, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-delegazzjonijiet tal-UE jkollhom biżżejjed kapaċità biex jikkonsultaw b'mod estensiv mal-gvernijiet u l-parlamenti lokali u biex jiggarantixxu opportunitajiet għal parteċipazzjoni attiva minn parteċipanti mhux statali u mis-soċjetà ċivili dwar il-kwistjoni tal-PCD;

75.  Jissuġġerixxi li l-istaff tal-Kummissjoni u l-membri tad-delegazzjonijiet tal-Kunsill li jaħdmu fil-qasam tal-PCD jitħarrġu bil-ħsieb li tiżdiedilhom il-kuxjenza dwar dak l-għan tal-politika;

76.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti lill-Kummissarju għall-Iżvilupp ir-responsabilità unika għall-allokazzjonijiet nazzjonali, id-dokumenti Strateġiċi Nazzjonali, Reġjonali u Tematiċi, il-Programmi Indikattivi Nazzjonali u Pluriennali, il-programmi ta' Azzjoni Annwali u l-implimentazzjoni tal-għajnuna fil-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, b'kooperazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja, sabiex jiġu evitati approċċi li ma jkunux koerenti fil-Kulleġġ u fil-Kunsill;

77.  Jistieden lill-Istati Membri u l-parlamenti nazzjonali tagħhom biex jippromwovu l-PCD permezz ta' programm ta' ħidma speċifiku bi skedi ta' żmien vinkolanti, sabiex jitjieb il-programm ta' ħidma tal-PCD Ewropew kif ukoll l-isforzi tal-għajnuna, filwaqt li jiġi żgurat li din l-aġenda ma tmurx kontra l-istrateġiji tal-iżvilupp tal-pajjiżi sħab;

78.  Jissuġġerixxi li l-PCD tiddaħħal fir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tad-DCI, speċjalment fil-programmi tematiċi relevanti;

79.  Jissuġġerixxi li jiddaħħlu impenji speċifiċi tal-PCD fil-programm ta' ħidma ta' kull Presidenza;

80.  Jissuġġerixxi li l-Kunsill itejjeb il-ħidma ta' strutturi eżistenti għat-tisħiħ tal-PCD, pereżempju billi jkun hemm aktar laqgħat konġunti tal-gruppi ta' ħidma u billi l-programm ta' ħidma jkun aċċessibbli għall-pubbliku;

81.  Jissuġġerixxi li jabbozza rapport biennali tal-Parlament Ewropew dwar il-PCD; jissuġġerixxi lill-kumitati kollha tiegħu li jabbozzaw rapporti li jindirizzaw il-perspettivi rispettivi tagħhom dwar l-iżvilupp;

82.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni bejn il-kumitati fil-Parlament Ewropew; għal dan il-għan, jissuġġerixxi li, meta tiġi diskussa kwistjoni sensittiva dwar il-PCD minn kumitat, il-kumitati relevanti l-oħra għandhom ikunu assoċjati mill-qrib, u meta kumitat jorganizza smigħ espert dwar kwistjoni sensittiva li tikkonċerna l-PCD, il-kumitati relevanti l-oħra għandhom ikunu parti mill-organizzazzjoni tas-smigħ;

83.  Jitlob kjarifika istituzzjonali dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Koerenza tal-Politika (COM(2009)0458) rigward sħubija u djalogu mtejba mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-kwistjoni tal-PCD; jistaqsi jekk din is-sħubija mtejba tinkludix ukoll mekkaniżmu biex jingħataw pariri lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar dak li jistgħu jagħmlu huma stess biex jippromwovu l-PCD u pjan għall-bini tal-kapaċità fil-livell tal-pajjiż biex jitwettqu l-valutazzjonijiet tal-PCD;

84.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0039.
(3) Testi adottati, P6_TA(2009)0325.
(4) ACP-EU/100.568/09/fin.
(5) ĠU C 292E, 1.12.2006, p. 121.
(6) ĠU C 250E, 25.10.2007, p. 77.
(7) ĠU C 263E, 16.10.2008, p. 633.
(8) ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 5.
(9) ĠU C 297E, 20.11.2008, p. 201.
(10) ĠU C 279E, 19.11.2009, p. 100.
(11) ĠU C 102E, 24.4.2008, p. 291.
(12) ĠU C 298E, 8.12.2006, p. 261.
(13) “Il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp: Approċċi Istituzzjonali: Workshop Tekniku”: Laqgħa ta' ħidma tal-OKŻE li saret f'Pariġi fit-13 ta' Ottubru 2003.
(14) L-Artikolu 35 tad-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp tal-Unjoni Ewropea: “Il-Kunsens Ewropew” (2006/C 46/01).


Penali għall-ksur serju ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq
PDF 303kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar penali għall-ksur serju ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq (2009/2154(INI))
P7_TA(2010)0175A7-0130/2010

Il-Parlament Ewropew,

  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni li janalizza l-penali għall-ksur serju ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq, kif stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri' (COM(2009)0225),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0130/2010),

A.  billi matul dawn l-aħħar snin l-Unjoni Ewropea ħolqot sistema ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq bl-adozzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 561/2006 kif ukoll tad-Direttiva 2006/22/KE bil-għan li tiżdied is-sikurezza fit-toroq u li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta,

B.  billi s-sistemi ta' penali li hemm fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma riżultat ta' żvilupp storiku u għal din ir-raġuni jippreżentaw differenzi sinifikanti bejniethom, b'multi f'każijiet estremi li jistgħu jkunu sa għaxar darbiet ogħla minn pajjiż għall-ieħor,

C.  billi l-pożizzjoni legali rigward it-trasport internazzjonali tant saret kumplessa li l-intraprendituri u fuq kollox anki s-sewwieqa qed isibuha bi tqila li jsibu rkaptu tagħha, l-implimentazzjoni tar-regoli qed toħloq sfidi kbar għall-Istati Membri u s-sitwazzjoni attwali mhijiex kompatibbli mas-suq intern,

D.  imħasseb dwar ir-rapporti tan-nuqqasijiet li jaffettwaw it-takografi diġitali li jagħmluhom vulnerabbli ħafna għall-manipulazzjoni,

Rimarki ġenerali

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tal-penali għall-ksur serju ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq, kif stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri; jiddispjaċih però li, minħabba n-nuqqas ta' data minn xi Stati Membri individwali, ma jikkostitwixxix analiżi kompleta tas-sitwazzjoni fl-Ewropa kif inhi bħalissa; jitlob lill-Kummissjoni biex tistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu d-data nieqsa;

2.  Jinnota li r-rapport tal-Kummissjoni jirreferi għall-kategorizzazzjoni tal-ksur skont l-Anness III l-ġdid tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Kummissjoni, mingħajr ma tkun ikkunsidrata l-iskadenza għall-implimentazzjoni stabbilita mill-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/5/KE tal-Kummissjoni;

3.  Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex, diġà fl-2010, tippreżenta rapport aġġornat u komplet dwar l-implimentazzjoni tal-Anness III l-ġdid tad-Direttiva 2006/22/KE;

4.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-perjodi ta' rappurtar ta' qabel kien hemm dewmien sinifikanti, biex b'hekk, pereżempju, ir-rapport attwali tat-3 ta' Awwissu 2009 (l-24 rapport mill-Kummissjoni li janalizza l-penali għall-ksur serju ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq) jittratta biss id-data mill-2005 u l-2006, u għaldaqstant bilkemm jista' jwassal għal konklużjonijiet dwar l-istat attwali tal-armonizzazzjoni tar-regoli soċjali għall-utenti tat-trasport bit-triq;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom kollha biex jiżguraw li l-objettivi stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 jiġu sodisfati aktar malajr, sabiex ikun hemm aktar statistika reċenti disponibbli għall-miżuri futuri ta' armonizzazzjoni;

6.  Jiġbed l-attenzjoni li anki l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 jagħti elenku tal-ksur serju kif definit f'dak ir-Regolament; għaldaqstant huwa tal-fehma li kategorizzazzjoni armonizzata tal-ksur serju ta' regoli soċjali tikkostitwixxi neċessità ta' importanza eċċezzjonali;

Differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri

7.  Jinnota li d-differenzi fil-penali applikabbli għall-ksur serju ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq kif stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri jirrigwardaw mhux biss il-livell tal-multi, iżda wkoll it-tipi ta' penali u l-kategorizzazzjoni tagħhom;

8.  Jiġbed l-attenzjoni li dawn id-differenzi jistgħu jiġu spjegati bil-kundizzjonijiet ekonomiċi u ġeografiċi differenti, kif ukoll bis-sistemi legali differenti tal-Istati Membri fejn tidħol il-prosekuzzjoni kriminali u bl-approċċi politiċi differenti fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq;

9.  Jinnota li r-regoli soċjali fit-trasport bit-triq, u b'mod partikulari r-Regolamenti (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 561/2006 kif ukoll id-Direttiva 2006/22/KE, iħallu ħafna lok għall-interpretazzjoni tagħhom mill-Istati Membri; jiddispjaċih li l-għadd kbir ta' formulazzjonijiet impreċiżi fir-regolamenti Ewropej inevitabbilment iwassal għal implimentazzjoni inkonsistenti min-naħa tal-Istati Membri; huwa tal-fehma li biex ikun hemm aktar armonizzazzjoni, l-ewwel neħtieġu interpretazzjoni uniformi u vinkolanti ta' dawn ir-Regolamenti u ta' din id-Direttiva;

10.  Jiddispjaċih li xi wħud mill-Istati Membri ma jipprovdux għal differenzjazzjoni tal-penali skont il-livell ta' ksur; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw dispożizzjonijiet legali nazzjonali b'effett effikaċi, proporzjonat u deterrenti u bil-kunsiderazzjoni tal-livell ta' ksur;

Aktar armonizzazzjoni

11.  Jenfasizza li sistema ta' penali effikaċi, ibbilanċjat u deterrenti jista' jkun imsejjes biss fuq penali ċari, trasparenti u paragunabbli bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri biex isibu soluzzjonijiet leġiżlattivi u prattiċi biex jitnaqqsu d-differenzi parzjalment kbar ħafna fit-tipi u l-livell tal-penali;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex wara li tikkonsulta mal-entitajiet ta' monitoraġġ u mar-rappreżentanti tas-settur tat-trasport, tħejji interpretazzjoni uniformi u vinkolanti tar-Regolament tas-sewqan u tal-ħinijiet tal-mistrieħ. L-entitajiet ta' monitoraġġ għandu jikkunsidra din l-interpretazzjoni;

13.  Huwa tal-fehma li, bil-għan li jitqarrbu aktar lejn xulxin it-tipi tal-penali u l-livell tal-multi, hija meħtieġa kategorizzazzjoni tal-multi marbuta ma' kategorizzazzjoni tal-penali, u għandhom jiġu stabbiliti penali minimi u massimi għal kull tip ta' ksur ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq; jenfasizza li, fis-simplifikazzjoni tal-penalitajiet, il-ħtieġa li l-multi ikunu proporzjonati, fl-Istati Membri differenti, skont kriterji oġġettivi (bħall-PNG jew fatturi ġeografiċi), trid tiġi bbilanċjata permezz ta' detterent effettiv kontra ksur serju;

14.  Jiġbed ukoll l-attenzjoni li l-Anness III l-ġdid tad-Direttiva 2006/22/KE, li ġie introdott bid-Direttiva 2009/5/KE tal-Kummissjoni, għandu jitqies bħala bażi għal approċċ uniformi fir-rigward tal-kategorizzazzjoni tal-ksur ta' regoli soċjali fit-trasport bit-triq kif stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jadottaw id-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni rapida tad-Direttiva 2009/5/KE tal-Kummissjoni;

15.  Barra minn hekk ifakkar li t-Trattat ta' Lisbona daħħal Artikolu 83(2) ġdid dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri f'materji kriminali fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga dawn il-mezzi leġiżlattivi l-ġodda fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u biex fi żmien tnax-il xahar tippreżenta rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-miżuri possibbli ta' armonizzazzjoni, inklużi l-aspetti relatati mas-sikurezza fit-toroq u l-applikazzjoni transkonfinali tal-multi, jekk għadha m'għamlitx dan;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ħejjiet “linji gwida” f'konformità mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 biex tipprovdi appoġġ għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-Istati Membri individwali; jinnota però li dawk mhumiex vinkolanti legalment u b'hekk ma laħqux l-għan tagħhom ta' traspożizzjoni uniformi fl-Istati Membri;

17.  Iqis li, sabiex ikun hemm suq intern fit-trasport u tiżdied iċ-ċertezza legali għas-sewwieqa u l-impriżi tat-trasport, l-interpretazzjoni tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali għandha tiġi armonizzata; fil-kunsiderazzjoni ta' dan, jistieden lill-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' CORTE, TISPOL u l-Euro Contrôle Route, biex tressaq proposti bl-għan li jtemmu l-applikazzjoni diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni soċjali fit-trasport bit-triq; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal interpretazzjoni komuni, fuq il-bażi ta' Artikolu b'Artikolu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85;

18.  Jitlob lill-Istati Membri biex jagħmlu użu minn dawn il-linji gwida waqt l-implimentazzjoni tar-regoli soċjali sabiex tkun tista' ssir traspożizzjoni armonizzata;

Monitoraġġ

19.  Jenfasizza li l-kompetizzjoni żleali tista tiġi evitata u s-sikurezza fit-toroq tista' tkun żgurata biss permezz tal-infurzar konsegwenti u bla diskriminazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ; jenfasizza li t-traspożizzjoni tar-regoli soċjali fit-trasport bit-triq tippresupponi kunċett armonizzat u effikaċi ta' monitoraġġ;

20.  Jiġbed l-attenzjoni li s-sitwazzjoni fit-toroq tvarja ħafna fir-rigward tal-infrastruttura, il-volum tat-traffiku u l-livell ta' konġestjoni bejn l-Istati Membri individwali, u għaldaqstant iqis li dawn il-fatturi, fost l-oħrajn, għandhom jitqiesu meta wieħed jiġi biex jiddetermina l-frekwenza tal-monitoraġġ, li tajjeb niftakru li wieħed mill-għanijiet ewlieni tiegħu huwa li jiżgura l-konformità mar-regoli tal-benesseri soċjali;

21.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tippromwovi approċċi armonizzati rigward il-monitoraġġ, u tieħu azzjoni regulatorja biex jingħelbu l-ostakli li jxekklu s-suq intern Ewropew u titjieb is-sikurezza tat-toroq; jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq strument ta' koordinazzjoni fil-livell Ewropew, ħalli jinkisbu dawn l-għanijiet;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal rakkomandazzjonijiet u standards minimi Ewropej għat-taħriġ tal-persunal ta' monitoraġġ u tikkoordina l-koperazzjoni fi ħdanu; jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-ġbir ta' data statistika, bil-għan li ssir analiżi aktar rappreżentattiva dwar l-effikaċja tal-infurzar, u tippromwovi azzjoni armonizzata tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet ta' infurzar;

23.  Jistieden lill-Istati Membri biex dejjem iħarrġu l-persunal ta' infurzar tagħhom fir-rigward tal-aktar żviluppi reċenti fil-ġbir tad-data u fl-implimentazzjoni tal-istandards komuni, biex jaħdem mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea għall-promozzjoni ta' approċċ armonizzat lejn il-monitoraġġ, biex b'hekk tinħoloq iċ-ċertezza legali;

24.  Huwa tal-fehma li għandu jsir monitoraġġ aktar frekwenti u aktar bir-reqqa tat-toroq u tas-siti tal-impriżi; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jirrispettaw in-numru ta' sessjonijiet ta' monitoraġġ li għandu jiġi organizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2006/22/KE; jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-passi li jmiss fir-rigward ta' dan il-monitoraġġ;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq, malajr kemm jista' jkun, rapport dwar il-monitoraġġ li sar fuq in-nuqqasijiet li jaffettwaw it-takografi diġitali u l-miżuri li ttieħdu biex wieħed jipprevieni l-vulnerabilità tagħhom;

26.  Jenfasizza li t-takografu diġitali, fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, għandu jitjieb bħala strument għall-monitoraġġ: il-Kummissjoni għandha tinvestiga kif id-data tista' titniżżel mit-takografu diġitali b'rata aktar mgħaġġla mill-awtoritajiet ta' kontroll;

27.  Jiġbed l-attenzjoni għad-Disproportionate Fines Complaint Desk (Uffiċċju tal-Ilmenti dwar Multi Sproporzjonati) imwaqqaf mill-Euro Contrôle Route, u jistieden lis-sewwieqa u l-impriżi tat-trasport biex jrrikorru għand dan l-uffiċċju tal-ilmenti f'każ ta' applikazzjoni sproporzjonata tal-leġiżlazzjoni soċjali tat-trasport bit-triq;

Inizjattivi oħrajn

28.  Huwa tal-fehma li fuljett li jinftiehem tajjeb bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea jkun utli għall-impriżi u s-sewwieqa tat-trakkijiet; jenfasizza li dan il-fuljett għandu jipprovdi informazzjoni aħjar lis-sewwieqa u lill-impriżi kkonċernati dwar ir-regoli soċjali fis-seħħ u l-penali relatati fl-Istati Membri individwali; huwa tal-fehma li tagħrif bħal dan għandu jkun disponibbli anki għall-impriżi u s-sewwieqa minn stati terzi; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li jintużaw sistemi ta' trasport intelliġenti biex is-sewwieqa jingħataw din l-informazzjoni f'ħin reali;

29.  Huwa konvint li fil-kuntest tal-użu tal-informazzjoni moderna u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u s-sistemi ta' trasport intelliġenti, għandha teżisti l-possibilità għan-negozji u s-sewwieqa biex jiksbu informazzjoni dwar ir-regoli soċjali fis-seħħ u l-penali jekk dawn ir-regoli jinkisru;

30.  Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-koperazzjoni fuq il-bażi tal-istrutturi eżistenti bħall-Euro Contrôle Route u b'hekk itejbu l-koordinazzjoni tal-monitoraġġ komuni, l-iskambju tal-aqwa prattiki u l-organizzazzjoni konġunta ta' programmi ta' taħriġ għall-korpi ta' kontroll;

31.  Iqis li t-teknoloġija disponibbli kollha għandha tintuża biex is-sewwieqa tat-trakkijiet, inklużi dawk minn pajjiżi ġirien, jiġu infurmati f'ħin reali dwar ir-regoli soċjali rilevanti u l-penali applikabbli għall-ksur fid-diversi Stati Membri, pereżempju bl-użu tal-GPS jew għodod oħra disponibbli;

32.  Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu infrastruttura adegwata, inkluż għadd ta' spazji u servizzi ta' parkeġġ sikuri fin-netwerk tat-toroq Ewropew sabiex is-sewwieqa jkunu jistgħu josservaw effettivament ir-regoli dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ u l-monitoraġġ ikun jista' jsir b'mod effikaċi; jiġbed l-attenzjoni li fir-rigward ta' dawn l-infrastrutturi, l-aspett tas-sigurtà għandu jingħata attenzjoni speċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika perjodikament, bl-aktar format adegwat, il-faċilitajiet disponibbli, kemm pubbliċi kif ukoll privati, fin-netwerk tat-toroq Ewropew li jipprovdu informazzjoni dwar is-servizzi offruti għall-professjonisti tas-settur tat-toroq;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħeġġu u jiffinanzjaw skemi għall-bini ta' żoni siguri ta' parkeġġ, billi dawn huma indispensabbli jekk is-sewwieqa għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 561/2006;

o
o   o

34.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni
PDF 73kWORD 33k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Mejju 2010 dwar l-isforzi tal-Unjoni biex tiġġieled kontra l-korruzzjoni
P7_TA(2010)0176P7_DCL(2010)0002

Il-Parlament Ewropew.

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura,

A.  imħasseb dwar il-fatt li l-korruzzjoni thedded minn ġewwa l-istat tad-dritt, twassal għall-uzu ħażin tal-fondi tal-UE pprovduti minn min iħallas it-taxxi, ixxekkel is-suq u kellha sehem fil-kriżi ekonomika attwali,

B.  billi l-Unjoni rratifikat il-Konvenzjoni tal-NU kontra l-Korruzzjoni, u 78% taċ-ċittadini tal-Unjoni jaqblu li l-korruzzjoni hija preokkupazzjoni kbira f'pajjiżhom (Ewrobarometru, Diċembru 2009),

C.  wara li kkunsidra l-enfasi li l-Parlament għamel fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Programm ta' Stokkolma rigward il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja,

D.  waqt li jieħu nota tal-Jum Internazzjionali kontra l-Korruzzjoni (id-9 ta' Diċembru), li fih qed titnieda din id-dikjarazzjoni,

1.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jadottaw politika komprensiva għal kontra l-korruzzjoni u joħolqu mekkaniżmu ċar għall-monitoraġġ b'mod regolari tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi r-riżorsi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ u tiżgura li jkun hemm segwitu effettiv għall-konklużjonijiet u r-riżultati miksuba minnu;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-aġenziji relevanti tal-Unjoni sabiex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jipprovdu riżorsi suffiċjenti sabiex jiżguraw li l-fondi tal-UE ma jkunux suġġetti għall-korruzzjoni u sabiex jadottaw sanzjonijiet dissważivi fejn jinstab li jkun hemm korruzjoni u frodi;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1) Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tat-18.5.2010 (P7_PV(2010)05-18(ANN1)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza