Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0216 – C7-0115/2010 – 2010/2066(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0216 – C7-0115/2010),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament dwar il-FEAG)(2),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0180/2010),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,
C. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista’ jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,
D. billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward tal-każijiet li jikkonċernaw 2 425 sensja minn 181 intrapriża li joperaw fis-settur NACE Reviżjoni 2 diviżjoni 23 (’Manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi oħrajn’) fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana(3),
E. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEAG,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;
2. Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza li l-FEAG jista’ jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li tilfu xogħolhom;
3. Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-FEAG ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;
4. Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni ta' din id-data anki fir-rapporti annwali;
5. Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, biex ma tittrasferixxix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-Fond Soċjali Ewropew, peress li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;
6. Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;
7. Jilqa’ l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-Memorandum ta' spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hija konformi mat-talbiet tal-Parlament;
8. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (4), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2) L-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.
(3) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.
(4) Fit-2 ta' Settembru 2009 Spanja ippreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG, fir-rigward tas-sensji f’ 181 intrapriża li joperaw fir-Reviżjoni 2 taqsima 23 tan-NACE (’Manifattura ta' prodotti minerali nonmetalliċi oħrajn’) f'reġjun NUTS II uniku, Comunidad Valenciana (ES52), u ssupplimentatu b'tagħrif addizzjonali sat-22 ta' Frar 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 6 598 735.
(5) Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja.
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 6 598 735 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0196 – C7-0116/2010 – 2010/2067(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0196– C7-0116/2010),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ir-Regolament dwar il-FEAG)(2),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0181/2010),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,
C. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista’ jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,
D. billi l-Irlanda talbet l-għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw is-sensji f'Waterford Crystal u fi tlieta mill-fornituri tagħha (Thomas Fennell Engineering Ltd, RPS Engineering Services, Abbey Electric) li joperaw fis-settur tal-kristall(3),
E. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;
2. Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw issensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza li l-FEAG jista’ jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li tilfu xogħolhom;
3. Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;
4. Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, itenni l-istedina tiegħu lill-Kunnissjoni li tiġi ppreżentata evalwazzjoni ta' din id-data ukoll fir-rapporti annwali tal-FEAG;
5. Ifakkar lill-Kummissjoni li, fil-qafas tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, m'għandhomx jiġu ttrasferiti sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-FSE, peress li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;
6. Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u d-diversi strumenti oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;
7. Jilqa’ l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-Memorandum ta' spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hija konformi mat-talbiet tal-Parlament;
8. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (4), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2) L-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.
(3) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.
(4) Fis-7 ta' Awissu 2009 L-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji fl-intrapriża tal-Waterford Crystal u fi tlieta mill-fornituri tagħha, fis-7 ta' Awwissu 2009 u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sat-3 ta' Novembru 2009. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2 570 853.
(5) L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Irlanda.
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 570 853 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0205 – C7-0117/2010 – 2010/2068(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0205 – C7-0117/2010),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
– wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament dwar il-FEAG)(2),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0179/2010),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li jbatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fir-ritmi tal-kummerċ dinji u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-għan tal-FEAG twessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,
C. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun waħda dinamika u li tkun disponibbli malajr b'mod effiċjenti kemm jista’ jkun, b'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li ġiet adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li jiġi kkunsidrat kif xieraq il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,
D. billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 585 sensja f’36 intrapriża li joperaw fid-diviżjoni 16 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (’Il-manifattura tal-injam u ta' prodotti tal-injam u s-sufra, minbarra l-għamara; il-manifatura ta' oġġetti tat-tiben u materjal għall-immaljar) fir-reġjun tan-NUTS II Castilla-La Mancha(3),
E. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;
2. Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, filwaqt li jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien bħala għajnuna lill-ħaddiema li sfaw sensjati bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jisħaq li l-FEAG jista’ jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li tilfu xogħolhom;
3. Jisħaq fuq il-fatt li, b'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema individwali li tilfu xogħolhom; itenni li l-għajnuna mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ma għandhiex tieħu post l-azzjonijiet li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u l-anqas ma għandha tieħu post il-miżuri għar-ristrutturazzjoni ta' kumpaniji jew setturi;
4. Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fil-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data ukoll fir-rapporti annwali tal-FEAG;
5. Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex ma tittrasferix sistematikament approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-FSE, peress li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku għalih bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu;
6. Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-qafas tal-evalwazzjoni ġenerali tal-programmi u l-bosta strumenti oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, fi ħdan il-proċess tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;
7. Jilqa’ l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-Memorandum ta' spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hija konformi mar-rikjesti tal-Parlament;
8. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(4), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema ssensjati minħabba bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjin dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2) L-għan tal-FEAG tmwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.
(3) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.
(4) Fid-9 ta' Ottubru 2009 Spanja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG fir-rigward ta' sensji mogħtija minn 36 intrapriża li joperaw fid-diviżjoni 16 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (’Il-manifattura tal-injam u ta' prodotti tal-injam u s-sufra, minbarra l-għamara; il-manifattura ta' oġġetti tat-tiben u materjal għall-immaljar’) f'reġjun wieħed tan-NUTS II, Castilla-La Mancha (ES42) u kompliet issostni din l-applikazzjoni b'informazzjoni addizzjonali sat-22 ta' Frar 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 1 950 000.
(5) Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet imressqa minn Spanja.
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 950 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2010)0182 – C7-0099/2010 – 2010/2060(BUD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0182 – C7-0099/2010),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
– wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Regolament dwar il-FAEG)(2),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0178/2010),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema milquta minn sensji relatati mal-kummerċ u l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u finanzjarja,
B. billi l-Kummissjoni hija obbligata timplimenta l-FEAG f'konformità mal-regoli ġenerali stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju(3) u r-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għal din il-forma ta' implimentazzjoni tal-baġit,
C. billi sa 0,35 % tal-ammont annwali tal-FEAG jista’ jkun disponibbli kull sena għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, sabiex tiffinanzja l-monitoraġġ, l-informazzjoni, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, il-verifika kif ukoll l-attivitajiet ta' kontroll u valutazzjoni meħtieġa biex ikun implimentat ir-Regolament tal-FEAG, kif stipulat fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament, inkluż d-dispożizzjoni u l-gwida għall-Istati Membri fl-użu, fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni tal-FEAG u jipprovdi tagħrif dwar l-użu tal-FEAG għall-imsieħba soċjali nazzjonali u Ewropej (Artikolu 8(4) tar-Regolament FEAG),
D. billi, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament FEAG, il-Kummissjoni għandha twaqqaf sit tal-internet, disponibbli fil-lingwi kollha, biex jipprovdi informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet, li jenfasizzaw ir-rwol tal-awtorità baġitarja,
E. billi fuq il-bażi ta' dawn l-Artikoli l-Kummissjoni talbet mobilizzazzjoni tal-FEAG sabiex tkopri l-bżonnijiet amministrattivi tagħha għall-ħidma ta' tħejjija minħabba l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-funzjonament tal-FEAG, li tkopri studji dwar l-implimentazzjoni, l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ħaddiema fis-suq tax-xogħol, l-iżvilupp ta' netwerks bejn is-servizzi tal-Istat Membru responsabbli mill-FEAG, l-iskambju ta' prassi tajba kif wkoll l-aġġornament u l-iżvilupp tas-sit web, l-applikazzjonijiet u d-dokumenti fil-lingwi kollha u l-attivitajiet awdjoviżivi, li tkun konformi mar-rieda tal-Parlament li titqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini dwar l-azzjonijiet tal-UE,
F. billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni,
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;
2. Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura bla xkiel u mgħaġġla għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG;
3. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(4), u b'mod partikulari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(5), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni twaqqaf sabiex jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2) L-għan tal-EGF ġie mwessa’ għall-applikazzjonijiet mressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.
(3) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG taħt il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jistipula li 0.35 % tal-ammont massimu annwali jista’ jsir disponibbli kull sena għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 1,110,000.
(5) L-FEAG għandu, għaldaqstant, jiġi mmobilizzat biex jipprovdi għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 110 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 174-178 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali(2),
– wara li kkunsidra r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 284/2009 tas-7 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 397/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli fid-djar(4),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni(5),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima III – Kummissjoni(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2008 dwar it-trasparenza fil-kwistjonijiet finanzjarji(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fuq livelli nazzjonali u reġjonali u bażi għal proġetti fl-isfera tal-politika reġjonali(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-24 ta' Marzu 2009 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Fondi Strutturali 2007-2013: ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji tal-koeżjoni nazzjonali u l-programmi operattivi(9),
– wara li kkunsidra l-istudju ppublikat mill-Parlament Ewropew bl-isem ’L-Inizjattiva għat-Trasparenza tad-Dejta u l-Impatt tagħha fuq il-Politika ta' Koeżjoni’,
– wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2006 dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-21 ta' Diċembru 2009 bl-isem ’L-20 rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali (2008)’ (COM(2009)0617/2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0139/2010),
A. billi l-inizjattiva Ewropea Favur it-Trasparenza (ETI) ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-2005, segwita mill-pubblikazzjoni tal-Green Paper fl-2006 bil-għan li jiġu mtejba t-trasparenza, il-ftuħ, il-kontabilità tal-governanza tal-UE, u billi l-għoti ta' informazzjoni pubblika dwar ir-riċevituri tal-Fondi tal-UE hija element fundamentali tal-ETI,
B. billi, skont is-sistema ta' ġestjoni konġunta, l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE hija ġestita fil-livell tal-Istat Membru, u li fl-assenza ta' obbligu speċifiku tal-UE jew ’steer’ b'saħħtu mill-Kummissjoni, il-livell ta' pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni jvarja minn Stat Membru għall-ieħor, li jagħmel diffiċli l-paragun bejn l-Istati Membri,
C. billi l-iżvelar tal-benefiċjarji tal-fondi tal-UE jippermetti l-parteċipazzjoni pubblika f'dibattitu kostruttiv dwar kif għandhom jintefqu l-flus pubbliċi, li huwa essenzjali għal demokraziji li jiffunzjonaw,
D. billi ebda rabta ma ġiet stabbilita bejn l-ETI u l-kwistjonijiet li huma aktar regolati u li jorbtu fil-kontrolli finanzjarji u l-verifika,
E. billi l-ETI għandha jkollha effett sinifikanti f'termini li jiggarantixxu sħubija fil-fażijiet ’l fuq u ’l isfel taċ-ċiklu tal-programmazzjoni ta' koeżjoni, billi, madankollu, ir-regolamenti ma jispeċifikawx f'liema miżura l-imsieħba għandhom ikunu assoċjati għad-diversi proċessi ta' programmazzjoni u ma jispeċifikax l-arranġamenti involuti għal dan it-tip ta' involviment,
F. billi mhemmx biżżejjed informazzjoni minn qabel dwar id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-iffinanzjar tal-progetti l-kbar, u għaldaqstant nuqqas ta' trasparenza, u billi għandha tinstab soluzzjoni,
G. billi l-loġika tat-trasparenza għandha tmur id f'id mal-proċess tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-kisba ta' Fondi Strutturali;
1. Iqis li t-trasparenza fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni u ċ-ċiklu tal-ipprogrammar tagħha, l-allokazzjoni tal-infiq u l-aċċess għall-informazzjoni għall-benefiċjarji potenzjali tal-Fondi Strutturali huma prerekwiżiti ewlenin sabiex jintlaħqu l-objettivi b'mod ġenerali tal-politika ta' koeżjoni, u li t-trasparenza għandha għaldaqstant tiġi introdotta bħala prinċipju ta' gwida transettorjali fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjoni u tal-programmazzjoni ta' koeżjoni;
L-iżvelar tad-data dwar il-benefiċjarji tal-fondi ta' koeżjoni
2. Jinnota b'sodisfazzjoni li, b'konformità mal-ħtiġijiet tal-ETI, il-mapep interattivi li jipprovdu rabta mal-listi tal-ERDF u l-benefiċjarji tal-Fond ta' Koeżjoni disponibbli fis-siti elettroniċi nazzjonali jew reġjonali rispettivi jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni; jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu, billi jużaw il-mezzi xierqa, il-websajt tad-DG REGIO bil-għan li jiffaċilitaw l-aktar aċċess wiesa’ possibbli għal dik il-bażi ta' data; jinnota li għaldaqstant jibqa’ ferm diffiċli għall-partijiet interessati biex jibqgħu aġġornati dwar kif qed jintużaw il-flus pubbliċi; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsulta dawn il-partijiet kemm jista’ jkun dwar rimedji possibbli għal din is-sitwazzjoni;
3. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu dawn il-bażi tad-data tal-Istati Membri kompletament kompatibbli u li fihom jista’ jsir tiftix, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħarsa ġenerali tad-data ppreżentata madwar l-UE, filwaqt li tiġi ppreservata r-relevanza lokali tagħhom; hu tal-opinjoni li, f'dan ir-rigward, hemm ħtieġa urġenti għal verżjonijiet b'żewġ lingwi (il-lingwa(i) lokali – waħda mil-lingwa ta' ħidma tal-Kummissjoni);
4. Jenfasizza li l-utilità tad-data mogħtija dwar il-benefiċjarji għandha tiġi mtejba f'termini tal-kontenut u tal-preżentazzjoni; jistieden, għaldaqstant lill-Kummissjoni biex tidentifika format aktar iddettaljat u preskrittiv li jispeċifika l-istruttura, il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta; jemmen li l-għoti tal-informazzjoni neċessarja għandu jiffaċilita wkoll it-tiftix abbażi ta' kriterji bl-għan li tittieħed stampa immedjata tal-elementi mfittxija;
5. Jitlob biex jiġi pprovdut tagħrif essenzjali addizzjonali meta jiġu ppublikati l-listi tal-benefiċjarji; u meta jkun hemm bżonn il-listi ta' korpi konsultattivi; jirrakkomanda, għaldaqstant, li apparti l-ħtiġijiet minimi attwali, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-inklużjoni tal-lok, sommarji tal-proġetti approvati, tipi ta' appoġġ u deskrizzjoni tal-imsieħba tal-proġetti bħala elementi tal-iżvelar tal-benefiċjarji; jitlob li d-data li tinġabar għandha tidher u għandha tiġi kkontrollata b'mod strutturat u komparabbli sabiex jiġi żgurat l-utilità bis-sħiħ tagħha u fl-interess ta' trasparenza ġenwina; iqis li dan jista’ jsir mingħajr spejjeż addizzjonali;
6. Jitlob sabiex, il-programmi taħt l-objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, il-benefiċjarji kollha – u mhux biss il-benefiċjarji ewlenin – jiġu elenkati;
7. Jenfasizza li konformità sħiħa mal-ħtiġijiet tal-ETI hija meħtieġa permezz ta' regolamenti xierqa, gwida aħjar, mekkaniżmu ta' twissija u sanzjonijiet f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità bħala l-aħħar rimedju;
It-trasparenza u l-ġestjoni kondiviża
8. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara kif il-prinċipji tal-ETI għandhom jiġu attwati f'termini operattivi fil-livell tal-programmi operattivi u l-pjanijiet tal-komunikazzoni tagħhom; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' regoli iktar ċari li jirrigwardaw l-iżvelar ta' informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-fondi taħt ġestjoni kondiviża;
9. Jenfasizza l-bżonn li jiġu fformulati r-regolamenti u r-regoli ta' implimentazzjoni b'mod li l-proċeduri jkunu trasparenti, jipprovdu aċċess aħjar għall-Fondi Strutturali għall-benefiċjarji potenzjali u jnaqqsu l-piż amministrattiv minn fuq il-parteċipanti, partikolarment permezz ta' għadd ta' miżuri ewlenin bħal pereżempju li jsiru disponibbli għall-pubbliku n-noti ta' gwida dwar l-implimentazzjoni maqbula bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; jistieden lill-awtoritajiet amministrattivi fl-Istati Membri biex jippreżentaw, b'mod trasparenti, l-istadji kollha tal-proġetti finanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-opinjoni tiegħu li t-trasparenza u l-proċeduri ċara huma fatturi ta' governanza aħjar, u jilqa’ f'dan il-kuntest l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex jippreżenta l-proposti ssimplifikati;
10. Jinnota li programmi transkonfinali u transnazzjonali jiltaqgħu ma' diffikultajiet speċifiċi minħabba d-differenzi fil-kultura amministrattiva, fir-regolamenti nazzjonali u fil-lingwi użati fl-Istati Membri, li jaffettwaw mhux biss l-aspetti kwantitattivi iżda wkoll dawk kwalitattivi ta' tali inizjattivi; iqis għalhekk l-iżvilupp ta' regoli speċifiċi li jirrigwardaw it-trasparenza fil-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet amministrattivi differenti jista’ jkun ferm importanti;
11. Jenfasizza li, skont l-istudju tal-PE dwar l-ETI u l-impatt tagħha fuq il-Politika ta' Koeżjoni, in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti minimi tal-ETI jirrelata man-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva min-naħa tal-Awtoritajiet Amministrattivi pjuttost milli nuqqas ta' rieda li tiġi pprovduta tali data; f'dan il-qafas jinnota l-bżonn li jiġi żgurat li l-għoti ta' data addizzjonali u l-informazzjoni ma tirriżultax f'piż amministrattiv addizzjonali għall-benefiċjarji potenzjali, b'mod partikulari għal dawk li diġà għandhom diffikultà jkunu konformi mal-ħtiġijiet amministrattivi u finanzjarji eżistenti għall-għotjiet u l-kuntratti pubbliċi;
12. Jinnota li r-rekwiżiti għal informazzjoni u data addizzjonali għandhom ikunu akkompanjati min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, mill-għoti ta' appoġġ tekniku addizzjonali (gruppi ta' ħidma bil-parteċipazzjoni tal-uffiċjali tal-Kummissjoni u persunal lokali/reġjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi strutturali, skambju tal-aqwa prattiki bejn l-Awtoritajiet Amministrattivi, pubblikazzjoni ta' linji gwida konkreti) lil benefiċjarji potenzjali li m'għandhomx il-kapaċità teknika neċessarja; iqis li b'dan il-mod biss jista’ jiġi żgurat li l-isforzi tal-parteċipanti sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali fit-termini ta' dejta u informazzjoni pprovduta ma jirriżultax f'tagħwiġ tal-fondi mill-attivitajiet ta' implimentazzjoni tal-proġett bħala tali;
13. Jenfasizza l-importanza ta' informazzjoni preċiża u fil-ħin mogħtija mill-Istati Membri fil-kuntest tas-sistema ta' kontroll, u għaldaqstant il-bżonn li tiġi stabbilita rabta bejn l-ETI u l-kontrolli finanzjarji u ta' verifika; itenni l-opinjoni tiegħu li sistema ta' twissija bikrija (EWS) għandha taħdem mill-qrib ukoll mal-Bażi tad-Data Ċentrali tal-Esklużjoni;
14. Jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-użu ta' ħlasijiet addizzjonali avvanzati rċivuti mill-Istati Membri skont is-simplifikazzjonijiet tal-2009 marbuta mar-Regolament (KE) Nru1083/2006;
15. Itenni t-talba tiegħu għad-dispożizzjoni ta' informazzjoni rigward l-irkupru u t-twettiq skont l-ETI; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jipprovdu din l-informazzjoni b'mod sħiħ, u lill-Kummissjoni biex tagħmilha disponibbli għall-awtorità baġitarja u l-pubbliku flimkien ma' informazzjoni dwar il-korrezzjoni finanzjarja u l-frodi, u b'hekk jiġu żgurati standards għoljin ta' kredibilità u responsabilità fir-rigward tal-pubbliku Ewropew;
16. Iħeġġeġ lill-awdituri biex ikunu aktar ibsin fuq il-ħtiġijiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni, inkluża ’naming and shaming’ – partikolarment jekk jkun involut attur governattiv – u l-użu ta' korrezzjonijiet finanzjarji f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità;
17. Jilqa’ l-isforzi li saru mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri biex jiġu armonizzati l-metidoloġiji ta' verifika;
It-trasparenza u s-sħubija
18. Jenfasizza l-fatt li standards minimi ta' konsultazzjoni huma kompetenza tal-ETI, u jilqa’ l-fatt li dawn l-istandards ġew promossi u applikati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-politika ta' koeżjoni; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni biex jħallu lill-partijiet involuti biex jagħtu rispons dwar il-kwalità tal-proċess tal-konsultazzoni; jistiden lir-reġjuni u lill-Istati Membri biex ikomplu fuq esperjenzi eżistenti tal-UE għall-konsultazzoni mal-partijiet interessati;
19. Itenni l-opinjoni tiegħu li s-sħubija hija prerekwiżit għat-trasparenza, l-effiċjenza u l-leġittimità fil-fażijiet kollha tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tista’ wkoll iżżid l-impenn għall-outputs tal-programmi kif ukoll għas-sjieda pubbliċi tagħhom; jistieden, għaldaqstant lill-Istati Membri u l-awtoritajiet amministrattivi biex jinvolvu b'mod sħiħ lill-imsieħba lokali u reġjonali aktar mill-qrib fil-fażijiet kollha tal-ipprogrammar u l-implimetazzjoni tal-koeżjoni, inkluż permezz ta' pjattaforma tal-internet f'livell nazzjonali li tipprovdi viżibilità fir-rigward tal-fondi eżistenti u programmi operazzjonali u permezz tal-promozzjoni tal-prattiki tajba u mezzi oħra, u biex jingħatalhom aċċess sħiħ għad-dokumenti tal-proġetti kollha, bil-għan li jsir użu aħjar tal-esperjenza u l-għarfien tagħhom;
20. Jitlob għal aktar gwida mill-Kummissjoni dwar kif il-klawżola tas-sħubija tiġi mwettqa skont il-programmi attwali, u għal-regoli vinkolanti suffiċjenti dwar is-sħubija fit-testi regolatorji ġejjiena; partikolarment fir-rigward tal-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jiġifieri l-korpi eletti, li huma msieħba essenzjali fil-proċess kollu;
21. Jitlob għad-dispożizzjoni ta' informazzjoni mmirata aħjar u informazzjoni regolari u fil-ħin għall-organizzazzjonijiet imsieħba, partikolarment dawk li huma membri tal-istrutturi tal-amministrazzjoni, u għall-użu aħjar tal-għajnuna teknika biex jappoġġja s-sħubija, inter alia permezz tal-għoti tal-opportunità lill-organizzazzjonijiet imsieħba f'avvenimenti ta' taħriġ organizzat għall-entitajiet ta' tqassim; jappella li dawn l-avvenimenti ta' taħriġ ikunu aċċessibbli fil-verżjonijiet multimedjali sabiex iwessgħu l-udjenza fil-mira u sabiex jippermettu konsultazzjoni ex-post tal-organizzazzjonijiet tal-imsieħba; jenfasizza l-utilità ta' tali miżura għall-imsieħba tal-aktar reġjuni mbiegħda fl-Unjoni, bħar-reġjuni l-aktar periferiċi;
It-titjib fit-trasparenza fir-rigward tal-iffinanzjar ta' proġetti maġġuri tal-UE
22. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippublika fil-ħin informazzjoni online, u biex tiggarantixxi l-aċċess dirett għad-dokumentazzjoni tal-proġett, inkluż il-proġetti ta' JASPERS (l-applikazzjoni, l-istudju ta' probbabilità, l-analiżi tal-benefiċċju tal-ispejjeż, l-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, eċċ.) fuq proġetti maġġuri, mill-aktar fis possibbli wara li l-Kummissjoni tirċievi applikazzjoni għall-iffinanzjar mill-Istati Membri u qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni dwar l-iffinanzjar; dan is-sit elettroniku tal-Kummissjoni għandu jippermetti s-sottomissjoni tal-kummenti rigward dawn il-proġetti;
23. Jappella biex l-informazzjoni dwar proġetti ewlenin approvati jew imressqa għall-approvazjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 tiġi ppubblikata fuq l-internet b'effett retroattiv;
24. Jipproponi li jiġi stabbilit f'liema sitwazzjonijiet fondi mhux użati ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid, u xi jkunu r-responsibilitajiet tal-istituzzjoni li tiddeċiedi li tirrialloka fondi bħal dawn;
o o o
25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandu x'jaqsam mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010) (COM(2010)0012 – C7-0024/2010 – 2010/0004(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 175 u 352(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0024/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet raġunati mibgħuta lill-President tiegħu mill-parlamenti nazzjonali relatati mal-konformità tal-abbozz ta' att mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2010(1),
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0190/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea lill-Fond Internazzjonali għall-Irlanda (2007-2010)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1232/2010.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (11069/5/2009 – C7-0043/2010 – 2008/0247(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11069/5/2009 – C7-0043/2010),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0852),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0509/2008),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kumissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwl qari(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294 (7) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0162/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-15 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 913/2010.)
– wara li kkunsidra l-Artikolu 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li jinkorpora l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Baġits fl-opinjoni tiegħu tal-31 ta' Marzu 2009 (A7-0043/2009),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni teigħu tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-adattament tar-Regoli ta' Proċedura għat-Trattat ta' Liżbona(1),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Jinnota li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni.
Test fis-seħħ
Emenda
Emenda 1 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni li sempliċement tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija ta' l-immunità jew għall-ħarsien ta' l-immunità u tal-privileġġi.
2. Il-kumitat għandu jagħmel proposta għal deċiżjoni motivata li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba għat-tneħħija ta' l-immunità jew għall-ħarsien ta' l-immunità u tal-privileġġi.
Emenda 121 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 8
Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor, ir-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu stabbiliti mill-Bureau.
Il-Parlament għandu jadotta l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u kwalunkwe modifika għalih fuq il-bażi ta' proposta mill-kumitat responsabbli. L-Artikolu 138(1) għandu japplika mutatis mutandis. Il-Bureau għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli u għandu jiddeċiedi dwar il-pakketti finanzjarji fuq il-bażi tal-baġit annwali.
Emenda 4 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 23 – paragrafu 2 u paragrafu 2 a (ġdid)
2. Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet dwar affarijiet ta' natura finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva li jikkonċernaw il-Membri jew l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u tas-Segretarjat u l-korpi tiegħu.
2. Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet ta' xorta finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar affarijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni interna tal-Parlament u tas-Segretarjat u l-korpi tiegħu.
2a.Il-Bureau għandu jieħu deċiżjonijiet ta' xorta finanzjarja, organizzattiva u amministrattiva dwar affarijiet li jikkonċernaw lill-Membri fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali jew ta' grupp politiku.
Emenda 5 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 23 – paragrafu 11 a (ġdid)
11a.Il-Bureau għandu jinnomina żewġ Viċi Presidenti li jkunu inkarigati mill-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.
Huma għandhom jirrapurtaw lura b'mod regolari lill-Konferenza tal-Presidenti dwar l-attivitajiet tagħhom f'dan ir-rigward.
(It-tieni u t-tielet sentenzi ta' Artikolu 25 (3) għandhom jiġu mħassra)
Emenda 86 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 24 - paragrafu 2
2. Il-Membri mhux affiljati għandhom jiddelegaw wieħed minn fosthom sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.
2. Il-President tal-Parlament għandu jistieden lil wieħed mill-Membri mhux affiljati sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.
Emenda 117 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 37 a (ġdid)
Artikolu 37a
Delega tas-setgħat leġislattivi
1.Meta tiġi eżaminata proposta għal att leġislattiv li jiddelega setgħat leġislattivi lill-Kummissjoni kif previst mill-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-objettivi, il-kontenut, l-ambitu u t-tul ta' żmien tad-delega, kif ukoll għall-kundizzjonijiet li għalihom tkun soġġetta.
2.Il-kumitat responsabbli għas-suġġett jista’, f'kull ħin, jitlob l-opinjoni tal-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.
3.Il-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jista’ wkoll, bl-inizjattiva tiegħu, jittratta kwistjonijiet dwar id-delega tas-setgħat leġislattivi. F'każijiet bħal dawn, għandu jgħarraf kif jixraq lill-kumitat responsabbli għas-suġġett.
Emenda 10 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 56 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Fil-każ li l-proposta tiġi rreferuta lura lill-kumitat, il-kumitat responsabbli għandu jirrapporta lura lill-Parlament, bil-fomm jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.
Fil-każ li l-proposta tiġi rreferuta lura lill-kumitat, il-kumitat responsabbli għandu jiddeċiedi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita u għandu jirraporta lura lill-Parlament, bil-fomm jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.
Emenda 113 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 a – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Meta l-Parlament jiġi kkonsultat, skont l-Artikolu 48(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew favur li jiġu eżaminati l-emendi għat-Trattati, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-kumitat responsabbli. Il-kumitat għandu jagħmel rapport li jkun fih:
– mozzjoni għal riżoluzzjoni li tiddikjara jekk il-Parlament japprovax jew jiċħadx id-deċiżjoni proposta u li jista’ jkollha proposti għall-attenzjoni tal-Konvenzjoni jew tal-konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri;
– jekk ikun xieraq, nota spjegattiva.
Emenda 114 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74b – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Meta l-Parlament jiġi kkonsultat, skont l-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda t-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 74a(1a) għandu japplika mutatis mutandis. F'dak il-każ, il-mozzjoni għal riżoluzzjoni jista’ jkollha biss proposti għal emendi ta' dispożizzjonijiet fit-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 118 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 96
1. Meta l-Parlament jiġi ikkonsultat skond l-Artikolu 36 tat-Trattat UE, il-kwistjoni għandha tinġieb quddiem il-kumitat responsabbli li jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu 97.
1. Meta l-Parlament jiġi ikkonsultat skond l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha tinġieb quddiem il-kumitat responsabbli li jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu 97.
2. Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi-President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli, il-kumitat jista’ jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.
2. Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jipprovdihom b'tagħrif regolari u f'waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli, il-kumitat jista’ jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq.
3. Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.
3. Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Viċi-President/Rappreżentant Għoli dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta' sigurta` komuni, inklużi l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw.
(Ara wkoll l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 121.)
(Ara wkoll l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 121.)
4. Il-Kunsill, il-Kummissjoni u/jew il-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandhom ikunu mistiedna għal kull dibattitu f'seduta plenarja li jinvolvi politika barranija, politika ta' sigurtà jew politika ta' difiża.
4. Il-Viċi President/Rappreżentant Għoli għandu jkun mistieden għal kull dibattitu f'seduta plenarja li jinvolvi politika barranija, politika ta' sigurtà jew politika ta' difiża.
Emenda 116 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Titolu IV – Kapitolu 3 – titolu
MISTOQSIJIET LILL-KUNSILL, LILL-KUMMISSJONI U LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
MISTOQSIJIET PARLAMENTARI
Emenda 107 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'kull seduta parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti. Perjodu ta' ħin speċifiku jista’ jiġi allokat għal mistoqsijiet lill-President u lil Membri individwali tal-Kummissjoni.
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'kull seduta parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti.
2. Ebda Membru ma jista’ jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kunsill u mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'seduta parzjali waħda.
2. Ebda Membru ma jista’ jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kunsill u mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'seduta parzjali waħda.
3. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President, li jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibilità tagħhom u dwar l-ordni li fih għandhom jitressqu. L-interpellant għandu jiġi mgħarraf minnufih b'din id-deċiżjoni.
3. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President, li jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ammissibiltà tagħhom u dwar l-ordni li fih għandhom jitressqu. L-interpellant għandu jiġi mgħarraf minnufih b'din id-deċiżjoni.
4. Il-proċedura dettaljata għandha tkun irregolata minn linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura.
4. Il-proċedura dettaljata għandha tkun irregolata minn linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura.
5.Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jista’ jkun hemm ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Eurogroup.
(l-punt 15 tal-Anness II (Format) għandu jitħassar)
Emenda 108 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – titolu u paragrafu 1
Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni
Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub
1. Kull Membru jista’ jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni skond linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.
1. Kull Membru jista’ jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà skont linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura. L-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu esklussivament responsabbli mill-kontenut tal-mistoqsijiet.
Emenda 115 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 117 – paragrafu 2
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lill-istituzzjoni konċernata. Dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
2. Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lid-destinatarji. Dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna li tagħmel il-mistoqsija.
(Emenda orizzontali: il-kliem ’lill-istituzzjoni konċernata’ għandu jiġi sostitwit fl-Artikolu 117(2) u (4) u fil-punti 1 u 3 tal-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura bil-kliem ’lid-destinatarji’.)
Emenda 110 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 130 – paragrafi 1 a, 1 b, 1 c (ġodda)
1a.L-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fl-Unjoni, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu nnegozjati fuq il-bażi ta' mandat mogħti mill-Konferenza tal-Presidenti, wara konsultazzjoni mal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati.
Il-Parlament għandu japprova dawn il-ftehimiet skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 127.
1b.Kumitat jista’ jidħol fi djalogu direttament ma' parlamenti nazzjonali fil-livell ta' kumitati, fil-limiti tal-approprjazzjonijiet baġitarji allokati għal dan il-għan. Dan jista’ jinkludi forom xierqa ta' kooperazzjoni preleġislattiva u postleġislattiva.
1c.Kull dokument li jikkonċerna proċedura leġislattiva fil-livell tal-Unjoni li jiġi trażmess b'mod uffiċjali minn parlament nazzjonali lill-Parlament Ewropew għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli għas-suġġett ittrattat f'dak id-dokument.
Emenda 112 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 131
1. Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista’ tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa minn wieħed mill-Viċi Presidenti responsabbli għall-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali.
1. Fuq proposta tal-President, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-COSAC, u tista’ tagħtihom il-mandat. Id-delegazzjoni għandha titmexxa minn Viċi President tal-Parlament Ewropew responsabbli għall-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali u mill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet istituzzjonali.
2. Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skond is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi fil-laqgħa tal-COSAC, filwaqt li għandu jingħata kas xieraq tal-bilanċ politiku ġenerali fi ħdan il-Parlament. Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport wara kull laqgħa.
2. Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni għandhom jintgħażlu skont is-suġġetti li jkunu se jiġu diskussi fil-laqgħa tal-COSAC, u għandhom ikunu, kemm jista’ jkun, rappreżentanti tal-kumitati responsabbli għal dawk is-suġġetti. Id-delegazzjoni għandha tippreżenta rapport wara kull laqgħa.
3.Għandu jitqies kif jistħoqq il-bilanċ politiku globali fil-Parlament.
Emenda 66 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 191 – paragrafu 1
1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-elezzjoni tal-membri tal-kumitat skond l-Artikolu 186, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u wieħed, tnejn jew tliet viċi presidenti li għandhom ikunu eletti f'votazzjonijiet separati.
1. Fl-ewwel laqgħa tal-kumitat wara l-elezzjoni tal-membri tal-kumitat skond l-Artikolu 186, il-kumitat għandu jeleġġi bureau li jkun jikkonsisti fi president u minnviċi-presidenti li għandhom ikunu eletti f'votazzjonijiet separati. In-numru ta' viċi presidenti li għandhom jiġu eletti għandu jiġi determinat mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti.
Emenda 109 Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness III – punt 1 – inċiż -1 (ġdid)
– jispeċifikaw b'mod ċar lil liema destinatarju għandhom ikunu trażmessi permezz tal-mezzi interistituzzjonali normali;
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011 li l-Kummissjoni adottat fis-27 ta' April 2010 (SEC(2010)0473),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA)(1),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta miftehma fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tat-18 ta' Novembru 2009 dwar miżuri Tranżitorji applikabbli għall-proċedura baġitarja wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit tal-2011 – Taqsima III – Il-Kummissjoni(3),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2010 dwar il-linji gwida tal-baġit għall-2011,
– wara li kkunsidra l-Kapitolu 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0183/2010),
A. billi l-proċedura baġitarja tal-2011 hija l-ewwel tat-tip tagħha skont it-Trattat ta' Lisbona u billi l-qari uniku tagħha jitlob kooperazzjoni u koordinazzjoni msaħħa mal-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja sabiex jintlaħaq ftehim matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni rigward in-nefqa kollha,
B. billi t-trilogu li se jsir f'Lulju għandu jimmira li jwitti t-triq qabel ma l-Kunsill jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' baġit, sabiex jiġu identifikati l-punti ta' qbil minn qabel,
Abbozz ta' baġit għall-2011 Rimarki ġenerali
1. Jinnota li t-total għall-abbozz ta' baġit (AB) għall-2011 huwa ta' EUR 142 576.4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u EUR 130 147.2 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ), li għalhekk iħalli marġni ta' EUR 1 224.4 miljun f'AI u EUR 4 417.8 miljun f'AĦ; jinnota li dawn l-ammonti totali rispettivament jirrappreżentaw 1.15% u 1.05% tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-UE previst għall-2011;
2. Huwa mħasseb mill-fatt li ż-żieda fl-AI hija ta' 0.77% biss meta mqabbla mal-baġit tal-2010 kif adottat, differenza li ma tirriflettix l-istennija espressa b'mod ġenerali li l-baġit tal-UE għandu rwol kruċjali fl-appoġġ tal-ekonomiji Ewropej wara l-kriżi; jinnota li l-AĦ żdiedu b’5.85%, iżda jfakkar li l-livell baxx mhux normali tal-AĦ fl-2010 jipprovdi spjegazzjoni matematika għal din iż-żieda; ifakkar li l-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) jipprovdi limiti ta' EUR 142 965 miljun għall-AI u EUR 134 280 miljun għall-AĦ, fi prezzijiet attwali;
3. Jirrikonoxxi t-tnaqqis fid-diskrepanza bejn l-AI u l-AĦ kif imqabbel mal-baġit tal-2010 (EUR 12 429 miljun meta mqabbla ma' EUR 18 535 miljun), li jindika implimentazzjoni aħjar tal-baġit tal-UE, iżda fl-istess ħin jinnota li l-MFF jipprovdi differenza ta' EUR 8 366 miljun biss bejn l-AI u l-AĦ għall-2011; ifakkar f'dan ir-rigward li dawn id-diskrepanzi joħolqu żbilanċi fuq medda twila ta' żmien u għandhom għalhekk jiġu evitati f'ġieħ is-sostenibilità u l-ġestjonabilità baġitarja;
4. Jinnota li l-maġġoranza (70%) tal-marġni ġenerali ta' EUR 1 224.4 miljun fl-AB toħroġ mill-marġni fl-intestatura 2 dwar il-preservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali, u li l-intestaturi l-oħra – b'mod partikolari l-intestaturi 1a, 3b u 4 – għandhom marġni limitati ħafna, u b'hekk proporzjonalment inaqqsu l-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi għal bidliet ta' politika u għal bżonnijiet mhux mistennija filwaqt li żżomm il-prijoritajiet tagħha;
5. Jenfasizza, barra minn hekk, li l-marġni fl-intestatura 2 jista’ fil-fatt ikun aktar baxx, peress li l-kundizzjonijiet tas-suq jistgħu jinbidlu;
6. Jilqa’ bi pjaċir il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-ftehim interistituzzjonali (COM(2010)0185) u jfakkar, f'dan ir-rigward, li proposta għal reviżjoni sostanzjali tal-baġit hija mistennija, u li d-diffikultajiet li tfaċċaw matul proċeduri baġitarji preċedenti biex ikun hemm reazzjoni adegwata u sodisfaċenti għal bosta sfidi li nqalgħu jwasslu biex reviżjoni tal-MFF tkun inevitabbli; ifakkar li jistenna li l-Kummissjoni tagħmel proposti konkreti għal reviżjoni tal-MFF qabel tmiem l-ewwel nofs tal-2010;
7. Jiġbed l-attenzjoni għall-għadd kbir ta' proċeduri pendenti b'konsegwenzi baġitarji estensivi li jeħtieġu jiġu konklużi miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fl-2011 (ir-reviżjoni baġitarja, it-twaqqif tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-baġits emendatorji, ir-reviżjoni tal-IIA, ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, eċċ);
8. Jieħu nota tal-prijoritajiet stipulati mill-Kummissjoni (primarjament l-appoġġ tal-ekonomija tal-UE wara l-kriżi u l-adattament għar-rekwiżiti l-ġodda, i.e. l-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, l-awtoritajiet ġodda ta' superviżjoni finanzjarja, l-iffinanzjar tal-inizjattiva tal-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, eċċ) u jistaqsi jekk iż-żieda modesta fl-AI meta mqabbla mal-baġit tal-2010 hijiex biżżejjed biex tindirizzahom;
9. Jenfasizza l-importazza ta' reazzjoni b'saħħitha għall-kriżi u għall-instabilità tas-swieq finanzjajri li għandhom jinvolvu kapaċità u flessibilità akbar ta' finanzjament għall-baġit tal-UE; jitlob, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill u lill-Kummisjoni biex jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar l-impatt li jista’ jkollu fuq il-baġit tal-UE l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja li ttieħdet deċiżjoni dwaru fil-laqgħa tal-Kunsill staordinarju tal-Ecofin tad-9 u l-10 ta' Mejju 2010; jitlob barra minn hekk, biex jiġu evitati kriżijiet futuri, li titwaqqaf sistema effiċjenti ta' monitoraġġ li tkun tinkludi l-għoti dirett ta' informazzjoni lill-Parlament;
10. Jiddeplora l-impossibilità li tiġi identifikata b'mod ċar, minn perspettiva baġitarja, l-implikazzjonijiet finanzjarji fl-AB 2011 tal-inizjattivi rappreżentativi tal-Istrateġija UE 2020, bħalma huma ’Unjoni ta' Innovazzjoni’, ’Żgħażagħ Mobbli’, ’Ewropa b'użu effiċjenti ta' riżorsi’, ’Ħiliet u impjiegi ġodda’ u ’Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni’, u jesprimi dubji kbar dwar il-kapaċità li jiġi żgurat, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju attwali, finanzjament adegwat għal dawn l-inizjattivi kruċjali;
11. Ifakkar li, kif mistqarr fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit tal-2011, it-tema li tittratta ż-żgħażagħ hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-baġit 2011, li għandha tiġi promossa bħala tema trasversali, b'mod li tiżviluppa sinerġiji bejn oqsma ta' politika differenti marbuta maż-żgħażagħ, primarjament l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-intraprenditorjat u s-saħħa, filwaqt li tiffaċilita u tħeġġeġ l-inklużjoni soċjali, l-għoti ta' kapaċitajiet, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-mobilità taż-żgħażagħ; jinnota li t-tema taż-’żgħażagħ’ għandha titqies bħala kunċett wiesa’ li jinvolvi l-abilità tal-individwi li jbiddlu l-pożizzjonijiet u l-istatus tagħhom bosta drabi matul ħajjithom, b'mod li jgħaddu mingħajr restrizzjoni mill-ambjenti tal-apprentistat, dak akkademiku jew professjonali u t-taħriġ vokazzjonali, u li għal dan il-għan wieħed mill-objettivi għandu jkun li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema edukattiva għas-suq tax-xogħol;
12. Jiddeplora l-fatt li, minkejja profil estremament għoli u rata ta' implimentazzjoni għolja ħafna – li laħqet 95-100% kull sena matul il-perjodu 2007-2009 – iż-żieda fl-approprjazzjonijiet proposta fl-AB għall-istrumenti u l-programmi essenzjali marbuta maż-żgħażagħ, bħal Tagħlim tul il-Ħajja, Żagħżagħ fl-Azzjoni u Erasmus Mundus, hija pjuttost simbolika; iqis li din iż-żieda ma tippermettix lill-UE li tindirizza din il-prijorità b'mod adegwat u għalhekk biħsiebu jipprovdi aktar appoġġ għal dawn il-programmi; ifakkar, f'dan il-kuntest, li bla dubju dawn il-programmi għandhom valur miżjud Ewropew u jikkontribwixxu immens għall-ħolqien ta' soċjetà ċivili Ewropea qawwija, minkejja l-allokazzjoni finanzjarja modesta li jirċievu;
13. Jitlob għal kjarifika addizzjonali fl-analiżi bejn in-nefqa operattiva u dik amministrattiva, filwaqt li jirrikonoxxi l-isforzi li saru fir-rigward tal-preżentazzjoni tan-nefqa amministrattiva lil hinn mill-intestatura 5; jinnota li diġà hemm ammont sostanzjali ta' dak li, fir-realtà, huwa infiq amministrattiv li qiegħed ikun iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet operattivi;
14. Hu determinat li jaffronta n-negozjati fuq il-baġit għas-sena finanzjarja 2011 b'mod kostruttiv u miftuħ, meta wieħed iżomm f'moħħu l-objettivi ta' effiċjenza u ta' valur miżjud Ewropew; jistenna min-naħa l-oħra li l-fergħa l-oħra tal-awtorità baġitarja se tadotta approċċ kooperattiv sabiex tiżgura djalogu politiku ġenwin u li se titbiegħed ’mill-eżerċizzju ta' kontabilità’ fejn it-tifdil u l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri huma mogħtija post prominenti żżejjed fin-negozjati; ifakkar li t-Trattat mhux biss immodifika l-qafas legali għall-proċedura baġitarja, iżda anki introduċa metodu ġdid u skadenzi ġodda għan-negozjati u għall-kisba tal-kompromessi;
15. Jenfasizza l-fatt li l-baġit tal-UE huwa limitat ħafna meta mqabbel ma' baġits nazzjonali; ifakkar għalhekk fil-ħtieġa li jinħolqu sinerġiji bejn il-baġit tal-UE u l-baġits nazzjonali li sabiex isseħħ l-implimentazzjoni ta' strateġiji komuni tal-UE; jenfasizza li l-koerenza tagħti impatt akbar lill-politiki Ewropej, b'mod li jinkiseb valur miżjud veru Ewropew, filwaqt li tappoġġa objettivi ta' politika fuq terminu twil ta' żmien; huwa konvint li l-baġit tal-UE jista’ jkun strumentali, f'oqsma kruċjali, biex jappoġġa l-investimenti għal terminu twil ta' żmien u l-impiegi; jistenna li l-Kunsill jikkunsidra sew dan id-dmir meta jiddeċiedi dwar il-baġit tal-UE u jżomm lura milli jagħmel tnaqqis ġenerali f'kull qasam, minkejja li l-isfond tal-finanzi pubbliċi nazzjonali huwa diffiċli ħafna;
16. Ifakkar fil-prijoritajiet tiegħu kif espressi fir-riżoluzzjoni tal-25 ta' Marzu 2010 msemmija hawn fuq;
Intestatura 1a
17. Jinnota żieda ta' 4.4% fl-AI (għal EUR 13 437 miljun) u ta' 7% fl-AĦ (għal EUR 11 035 miljun(4)), flimkien ma' marġni ta' EUR 50.1 miljun (meta mqabbla ma' EUR 37 miljun fl-ipprogrammar finanzjarju), li jirriżultaw minn tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-infiq ta' appoġġ amministrattiv u tekniku (ex ’linji BA’) kif ukoll għall-aġenziji deċentralizzati u eżekuttivi, u minn tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għal sensiela ta' programmi, bħal Dwana 2013 u CIP-Imprenditorjat u Innovazzjoni;
18. Ifakkar fir-rwol importanti li għandhom l-SMEs biex jiġi żgurat l-irkupru u biex tingħata spinta lill-ekonomija tal-UE; jitlob li jingħata appoġġ akbar lill-programmi u lill-istrumenti kollha li għandhom l-għan li jrawmu lill-SMEs, u jinsab imħasseb, f'dan ir-rigward, bit-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet propost għas-CIP-Imprenditorjat u Innovazzjoni;
19. Ifakkar li l-bżonnijiet il-ġodda li għandhom jiġu ffinanzjati minn din l-intestatura (programm ta' dekommissjonar ta' Kozloduy, awtoritajiet Ewropej ta' sorveljanza finanzjarja, ITER u GMES, inkluż ir-rikjesta tal-Parlament li jżid l-approprjazzjonijiet għall-fażi operattiva tiegħu) ma ġewx previsti waqt l-adozzjoni tal-MFF attwali; jenfasizza li l-finanzjament ta' dawn il-bżonnijiet ma għandhomx ikunu ta' ħsara għall-iffinanzjar ta' programmi u azzjonijiet oħra tal-intestatura 1a li huma fundamentali għall-isforzi ta' rkupru tal-Ewropa wara l-kriżi;
20. Ifakkar li l-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew (EERP) hu parzjalment iffinanzjat minn din l-intestatura, kif huma għadd kbir ta' programmi multiannwali (CIP, FP7, TENs, Galileo/EGNOS, Marco Polo II u l-programm Progress) li se jkunu laħqu l-maturità fl-2011; itenni, għalhekk, ir-rikjesta tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tal-EERP, inkluż dwar miżuri fdati lill-BEI;
21. Jilqa’ ż-żidiet fl-approprjazzjonijiet għall-programmi prinċipali (FP7, 13.8%); CIP, 4.4%; Tagħlim tul il-Ħajja, 2.6%; TEN 16.8%), u jenfasizza li dawn il-programmi jipprovdu lieva essenzjali fl-istrateġija ekonomika tal-UE ta' kontra l-kriżi;
22. Jenfasizza li l-intestatura 1a tinkludi bosta inizjattivi rappreżentattivi tal-istrateġija UE2020, bħal Unjoni ta' Innovazzjoni, Żgħażagħ Mobbli, Ewropa lil tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti, Ħiliet u impjiegi ġodda kif ukoll Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni; jiddeplora l-fatt li huwa impossibbli li, mill-perspettiva baġitarja, jiġu identifikati b'mod ċar l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-istrateġija UE2020 u jesprimi d-dubji tiegħu dwar il-kapaċità li jiġi żgurat, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju attwali, finanzjament adegwat għal dawn l-inizjattivi;
23. Ifakkar li minħabba l-istrateġija UE2020, il-prijoritajiet għall-2011 se jiġu ffinanzjati primarjament minn din l-intestatura, u li l-kompetenzi tal-UE li joħorġu mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat x'aktarx ikollhom implikazzjonijiet baġitarji; jenfasizza li l-politika tal-ispazju, li hija eżempju konkret ta' politika industrijali Ewropea li tippromwovi l-progress xjentifiku, teknoloġiku u ambjentali Ewropew filwaqt li ssaħħaħ il-kompetittività industrijali, teħtieġ sforz finanzjarju akbar, sew mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri fil-kuntest tal-GMES;
24. Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni ’Żgħażagħ Mobbli’ li tfittex li ttejjeb il-prestazzjoni u l-attrazzjoni internazzjonali tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla Ewropej u tgħolli l-istandard ġenerali tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE; jappoġġa b'mod qawwi l-promozzjoni tal-opportunitajiet ugwali għaż-żgħażagħ kollha, irrispettivament mill-isfond edukattiv tagħhom; jixtieq jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat biżżejjed finanzjament għal politika ambizzjuża fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, li għandu rwol kruċjali fl-istrateġija UE2020; jenfasizza li l-UE se tuża r-riżorsi kollha tagħha biex twieġeb għal din l-isfida ambizzjuża, li toħloq momentum bħal qatt qabel għall-iżvilupp ta' politika globali għaż-żgħażagħ tal-UE; jenfasizza, madankollu, li t-tnedija ta' inizjattiva rappreżentattiva u komprensiva bħal din li tkopri għadd ta' programmi distinti u stabbiliti sew tal-UE f'dan il-qasam ma għandhiex tbaxxi l-profil tal-programmi individwali;
25. Jenfasizza li r-riżorsi baġitarji li huma disponibbli fil-futur għal strumenti bħall-programm Tagħlim Tul il-Ħajja u ħiliet trasversali, bħall-e-ħiliet, kapaċitajiet internazzjonali, ħiliet intraprenditorjali u l-multilingwiżmu, għandhom jirriflettu l-valur miżjud Ewropew għoli li jġibu dawn l-istrumenti u għalhekk għandhom jingħataw prijorità fil-Baġit 2011;
26. Huwa diżappuntat li t-turiżmu, li jiġġenera indirettament iktar minn 10% tal-PGD tal-UE u li sar kompetenza sħiħa tal-UE wara r-ratifika tat-Trattat ta' Lisbona, mhuwiex identifikat b'mod ċar fl-AB tal-2011;
27. Jinnota l-inklużjoni, għall-ewwel darba, ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Ewropew għall-Globalizzazzjoni, u jqis li dan huwa element importanti fir-riflessjoni ġenerali dwar il-ġestjoni u l-viżibilità ta' dan il-fond; iqis, madankollu, li dawn l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jafu ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ammonti meħtieġa għall-applikazzjonijiet tal-FEAG fl-2011; itenni għalhekk it-talba tiegħu li ma jiġux iffinanzjati applikazzjonijiet tal-FEAG esklużivament permezz ta' trasferimenti tal-linji tal-FSE u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tidentifika u tuża mingħajr aktar dewmien linji differenti tal-baġit għan dan l-iskop; jenfasizza l-ħtieġa ta' proċedura simplifikata u aktar mgħaġġla għall-mobilizzazzjoni tal-fond(5);
28. Jinnota ż-żieda vera modesta fl-approprjazzjonijiet għall-impenji, jew l-istaġnar tagħhom (meta mqabbla mal-baġit 2010), għall-EURES u għat-tliet linji tal-baġit li jappoġġaw ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali; jemmen li, fil-kuntest attwali ta' sensji massivi u ristrutturar minħabba l-kriżi, dawn il-linji għandhom jissaħħu;
Intestatura 1b
29. Jinnota li l-AB 2011 jipprovdi żieda ta' 3.2% fl-AI għal total ta' EUR 50 970 miljun, li EUR 39 891.5 miljun minnhom huma għall-Fondi Strutturali (FEŻR u FSE) – ammont simili għaċ-ċifra tal-2010 – u EUR 11 078.6 miljun għall-Fond ta' Koeżjoni;
30. Jinnota li din il-proposta hi konformi mal-allokazzjonijiet stabbiliti fl-MFF, meta jitqies l-aġġustament tekniku għall-qafas finanzjarju għall-2011(6) (żieda ta' EUR 336 miljun), kif previst fil-punt 17 tal-IIA; jinterpreta f'dan is-sens il-marġni ta' EUR 16.9 miljun, li jirriżultaw l-aktar mill-allokazzjoni ta' assistenza teknika u jirrappreżentaw 0.03% tal-intestatura;
31. Jilqa’ ż-żieda ta' 16.9% fl-AĦ għal EUR 42 541 miljun proposti għall-2011, iżda madankollu jinsab mħasseb li l-bżonnijiet tal-ħlasijiet ġew stmati fuq il-bażi tar-rati ta' ħlasijiet storiċi meta mqabblin mal-kwoti tal-impenji korrispondenti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-programmi kienet miexja ħafna aktar bil-mod fil-bidu tal-perjodu 2007-2013 u għalhekk se jkollha tirkupra sew, b'mod partikolari fl-2011;
32. Jiddubita li l-aġġustamenti magħmula, primarjament permezz tal-allokazzjoni ta' ħlasijiet imdewma bħala proporzjon ta' ħlasijiet mistennija fis-snin li ġejjin, huma totalment xierqa biex jindirizzaw il-bżonnijiet kollha ta' ħlasijiet addizzjonali li jirriżultaw b'mod partikolari minn dawn li ġejjin:
–
bidliet leġiżlattivi riċenti, li b'mod partikolari jimmiraw li jiffaċilitaw l-immaniġġjar tal-finanzjamenti tal-UE u li jaċċelleraw l-investimenti;
–
l-2011 se tkun l-ewwel sena sħiħa li fiha s-Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll kollha se jiġu approvati, li hija prekondizzjoni għall-ħlasijiet interim u li tfisser li l-implimentazzjoni tal-programmi se tkun għaddejja b'ritmu tajjeb, minħabba li sa tmiem Marzu 2010 diġà ġew magħżula proġetti għal aktar minn 93 biljun jew 27% tal-volum finanzjarju totali għall-perjodu kkonċernat;
–
l-għeluq tal-programmi 2000-2006 huwa mistenni li jkompli fl-2011, u b'hekk jeħtieġ li jsiru l-ħlasijiet finali iżda wkoll jinħelsu xi riżorsi biex titħaffef aktar l-implimentazzjoni ta' programmi tal-perjodu 2007-2013;
33. Iqis barra minn hekk li riżorsi adegwati għall-politika ta' koeżjoni huma kruċjali sabiex jitħaffef l-irkupru tal-ekonomija Ewropea u biex jikkontribwixxu għall-istrateġija Ewropa 2020 għar-reġjuni; jenfasizza l-effetti sinerġiċi tal-kooperazzjoni makroreġjonali tal-UE sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-bżonn li jiġu allokati biżżejjed riżorsi sabiex jiġu implimentati l-strateġiji makroregjonali eżistenti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex mingħajr dewmien jippreżentaw u jadottaw baġit emendatorju, jekk l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-bżonnijiet;
34. Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem mill-qrib ma' dawk l-Istati Membri b'rata baxxa ta' assorbiment, sabiex ittejjeb aktar il-qagħda fir-rigward tal-assorbiment fuq il-post; huwa konxju mill-fatt li rata bil-mod ta' assorbiment tista’ tipperikola l-implimentazzjoni progressiva tal-politiki tal-UE;
35. Jitlob lill-Kummissjoni wkoll biex tkompli r-riflessjoni tagħha dwar kif se tqalleb mill-ġdid is-sistema kumplessa ta' regoli u rekwiżiti imposti mill-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri, sabiex tiffoka aktar fuq il-kisba tal-għanijiet u inqas fuq il-legalità u r-regolarità, mingħajr ma titbiegħed mill-prinċipju ewlieni ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jenfasizza li riflessjoni bħal din għandha tikkontribwixxi wkoll għal abbozzar aħjar tar-regolament bażiku tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; ifakkar f'dan ir-rigward fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Novembru 2009 dwar is-simplifikazzjoni u użu aktar immirat tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni fil-kuntest tal-kriżi ekonomika;
Intestatura 2
36. Ifakkar li waħda mill-bidliet ewlenin imdaħħla bit-TFUE hija l-abolizzjoni tad-distinzjoni bejn l-infiq obbligatorju u dak mhux obbligatorju fil-proċedura baġitarja, li tippermetti, fl-aħħar, liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jinnegozjaw bl-istess kundizzjonijiet fir-rigward tal-approprjazzjonijiet anwali kollha; ifakkar li l-infiq obbligatorju kien jammonta għal kważi 34% tal-baġit globali, bil-parti l-kbira tiegħu fl-intestatura 2;
37. Jenfasizza li, matul l-aħħar ftit snin, l-awtorità baġitarja għamlet użu minn din l-intestatura biex jintlaħaq ftehim globali dwar il-baġits annwali, permezz tal-użu tal-marġni jew tar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet għall-użu fi programmi u azzjonijiet oħra;
38. Jieħu nota li, minkejja l-istqarrija li l-approprjazzjonijiet baqgħu stabbli, id-dħul assenjat niżel b'aktar minn 25% fl-2011, l-appoġġ tas-suq niżel bi kważi 22% (għal EUR 3 491 miljun), u l-approprjazzjonijiet għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji juru tnaqqis ta' 7.8%; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-suppożizzjonijiet ottimisti tal-Kummissjoni (minħabba ż-żieda fil-volatilità tas-swieq u l-vulnerabilità tal-attività agrikola għall-perikli tas-saħħa) fir-rigward tax-xejriet fis-swieq agrikoli fl-2011, li rriżultaw fi tnaqqis ta' madwar EUR 900 miljun f'infiq relatat mas-suq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jimmonitorjaw b'attenzjoni l-iżviluppi fis-swieq agrikoli u biex ikunu lesti jirreaġixxu malajr u b'mod effikaċi bil-miżuri meħtieġa ta' salvataġġ biex jegħlbu żviluppi negattivi fis-suq u l-volatilità tal-prezzijiet fis-suq; jesprimi tħassib ukoll dwar it-tnaqqis ippjanat fl-approprjazzjonijiet għall-miżuri veterinarji u fitosanitarji, minħabba l-bżonn li wieħed jibqa’ viġilanti fir-rigward tal-qerda tal-mard tal-annimali;
39. Jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet għal għajnuna diretta mhux marbuta mal-produzzjoni (9.7%), għall-iskema tal-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel (sa 50% għal EUR 90 miljun), u għall-ħalib fl-iskejjel (5.3%), kif ukoll l-approprjazzjonijiet iddedikati għall-programm għall-għajnuna għal persuni mċaħħda; jinnota b'sodisfazzjon it-tnaqqis kostanti fir-rifużjonijiet għall-esportazzjonijiet mill-2007 ’l hawn (EUR 166 miljun fl-AB tal-2011);
40. Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li terġa talloka mill-ġdid il-fondi li ma ntnefqux minn bosta Stati Membri lil Stati Membri oħrajn li qed jimplimentaw il-programm b'suċċess;
41. Jieħu nota li kif stipulat fl-istrateġija Ewropa 2020, l-azzjoni klimatika hija prijorità u jinnota l-bidla fl-intestatura tat-Titolu 07 għal ’Ambjent u l-azzjoni klimatika’ jieħu nota taż-żieda fl-approprjazzjonijiet proposti għall-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-azzjoni klimatika kif ukoll azzjoni preparatorja ġdida dwar l-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-adattament għat-tibdil fil-klima;
42. Jilqa’ b'sodisfazzjon iż-żieda fl-AI għal LIFE + għal EUR 333.5 miljun (żieda ta' 8.7%), u jilqa’ ż-żieda qawwija fl-AĦ (24.3% għal EUR 268.2 miljun) b'konformità mar-rati ta' implimentazzjoni mtejba, mhux l-inqas bil-ħsieb tal-miżuri ta' segwitu għall-istrateġija tal-bijodiversità ppjanati fl-2010; jirrimarka li l-isfidi ambjentali kbar li qed taffaċċja l-UE, inkluż it-tniġġis tal-ilma, jirrikjedu li jsir sforz finanzjarju addizzjonali f'dan il-programm;
43. Ifakkar li l-miżura speċfika ta' appoġġ għas-suq fis-settur tal-ħalib li ġiet adottataadottat fil-baġit 2010 biex itaffi l-konsegwenzi tal-kriżi tal-ħalib suppost kellha tkun azzjoni ta' darba; jitlob lill-Kummissjoni sabiex teżamina kif qed jintużaw mill-Istati Membri l-EUR 300 miljun f'finanzjament eċċezzjonali għas-settur tal-ħalib u sabiex tgħaddi l-evalwazzjoni tagħha ta' din il-miżura, flimkien ma' proposti għal approċċ permanenti u proposti konkreti biex tiġi ttrattata l-volatilità tal-prezzijiet f'dan is-settur;
44. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-importanza politika tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) mhijiex riflessa b'mod adegwat fl-abbozz ta' baġit għall-2011; jirrimarka li l-fondi proposti għall-iżvilupp ta' politika marittima integrata mhumiex biżżejjed biex ikopru l-aspetti l-aktar importanti tat-tnedija ta' din il-politika ġdida; jenfasizza li politika marittima ġdida tal-Unjoni Ewropea tista’ tiżviluppa għad-detriment ta' oqsma prijoritarji eżistenti tal-PKS f'dak li jirrigwarda l-finanzjament baġitarju tagħhom; jenfasizza li politika bħal din se tirrikjedi finanzjament adegwat minn aktar minn linja waħda tal-baġit;
Intestatura 3a
45. Jinnota li ż-żieda ġenerali fil-fondi marbuta ma' din l-intestatura (+12.8%) tidher li tagħti effett prattiku lill-ambizzjonijiet f'dan il-qasam espressi fit-Trattat ta' Lisbona u fil-Programm ta' Stokkolma;
46. Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni; ifakkar, kif jingħad fil-Programm ta' Stokkolma, fil-ħtieġa li jkun hemm miżuri ta' inklużjoni soċjali u programmi ta' risistemazzjoni soċjali u li jiġu appoġġati inizjattivi kontra d-drogi (li jkunu jinvolvu l-prevenzjoni, ir-riabilitazzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara);
47. Jieħu nota, f'dan ir-rigward, tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm ta' Stokkolma, u jilqa’, fil-qasam tal-immigrazzjoni u l-appoġġ għall-integrazzjoni tal-immigranti, iż-żieda proposta fl-AI għall-Fond għall-Fruntieri Esterni (EUR 254 miljun, +22%), il-Fond Ewropew għar-Ritorn (EUR 114 miljuni + 29%) u l-Fond Ewropew għar-Refuġjati (EUR 94 miljun, + 1.3%);
48. Jirrikonoxxi li t-tnaqqis propost fl-approprjazzjonijiet għal FRONTEX fl-2011, minkejja ż-żieda fix-xogħol, jiġi minn valutazzjoni aġġornata tal-approprjazzjonijiet mhux użati u l-bilanċi favorevoli annwali tiegħu;
49. Jilqa’ l-adozzjoni tar-regolament għat-twaqqif ta' Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-EASO jibda jopera fi żmien sew qabel l-2011 u li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi finanzjarji għall-uffiċċju biex jibda l-mandat tiegħu;
50. Jiddeplora l-fatt li, fl-istennija tat-tressiq (previst għall-2013) tal-proposta għal regolament dwar il-EUROPOL, aġenzija tal-UE ffinanzjata mill-baġit tal-UE mill-2010, il-volum ta' approprjazzjonijiet għall-2011 (EUR 82.9 miljun) baqa’ kważi l-istess meta mqabbel mal-2010 (EUR 79.7 miljun), minkejja li l-Programm ta' Stokkolma talab li l-EUROPOL jissaħħaħ;
51. Jinnota li, minkejja li l-iskeda programmatika għall-iżvilupp u d-dħul fl-operat tas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen II (SIS II) hija inċerta, qed jiġi propost li l-AI jonqsu biss bi ftit minn EUR 35 miljun għal EUR 30 miljun, filwaqt li l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jiżdiedu minn EUR 19.5 miljun għal EUR 21 miljun; ifakkar li l-Kummissjoni kienet ipproġettat EUR 27.91 miljun sakemm jibda jopera s-SIS II fir-raba’ kwart tal-2011; jirrimarka li l-iżvilupp tas-SIS II diġà waqa’ lura fiż-żmien u probabbilment mhux se jitlesta qabel tmiem l-2011; iqis li huwa meħtieġ, meta wieħed jikkunsidra li l-prospettiva ta' migrazzjoni għas-SIS II qed issir dejjem iżjed improbabbli u li fil-preżent qed tiġi mħejjija possibilità alternattiva, li parti minn dawn il-fondi jitqiegħdu fir-riżerva, fl-istennija ta' analiżi addizzjonali;
52. Jenfasizza li l-iffinanzjar tal-aġenzija ppjanata għall-amministrazzjoni operazzjonali ta' sistemi fuq skala kbira ta' IT fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja m'għandux iwassal għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IT addizzjonali qabel ma s-SIS II jew soluzzjoni alternattiva u l-VIS ikunu bdew jaħdmu; jitlob li l-ispejjeż ta' din l-aġenzija u l-proġetti tagħha jkunu speċifikati b'mod ċar;
Intestatura 3b
53. Ifakkar li l-intestatura 3b tkopri kwistjonijiet ta' interess kbir għaċ-ċittadini Ewropej, bħaż-żgħażagħ, il-programmi edukattivi u kulturali, is-saħħa pubblika, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-istrument ta' protezzjoni ċivili u l-politika tal-komunikazzjoni; jinnota, għalhekk, bi tħassib kbir, li l-approprjazzjonijiet globali naqsu għat-tieni sena konsekuttiva, bi tnaqqis fl-AI ta' 0.03% (għal EUR 667.8 miljun) u fl-AĦ ta' 3.1% (għal EUR 638.9 miljun) kif imqabbel mal-baġit tal-2010, li jħalli marġni ta' EUR 15.2 miljun;
54. Jinnota li ż-żieda proposta għal xi programmi (Media 2007, Kultura 2007, Saħħa Pubblika, eċċ) saret possibbli bin-nuqqas ta' AI għal bosta proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji; jiddeplora l-fatt għalhekk li l-marġni żgħir se joffri spazju ta' manuvra limitat meta jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar it-tisħiħ tal-finanzjament tal-prijoritajiet li minnhom jibbenefikaw direttament iċ-ċittadini u fl-adozzjoni ta' proposti għal proġetti u azzjonijiet;
55. Itenni li investiment koordinat u multidixxiplinari fiż-żgħażagħ għandu jibda mingħajr dewmien bħala tema trasversali, u li żieda fil-finanzjament tal-istrument tal-politika taż-żgħażagħ għandha tiġi proposta kif xieraq; jiddeplora n-nuqqas ta' ambizzjoni muri mill-Kummissjoni li ma rnexxilhiex tindirizza sew din il-prijorità u jikkonferma l-intenzjoni tiegħu li jemenda l-abbozz ta' baġit sabiex ikunu pprovduti fondi adegwati għal din il-prijorità;
56. Ifakkar li t-tħeġġiġ u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isport hija prijorità għall-baġit 2011 u jenfasizza li l-appoġġ finanzjarju għal avvenimenti annwali speċjali huwa għodda importanti għal dan il-għan; jiddeplora l-fatt li ebda AI ma ġew inklużi fl-abbozz ta' baġit għall-2011 (p.m. f'AI u EUR 2.9 miljun biss f'AĦ), meta mqabbla ma' EUR 9.8 miljun u EUR 10.25 miljun rispettivament fil-baġit tal-2010;
57. Jilqa’ t-tnedija tas-Sena Ewropea tal-Volontarjat fl-2011, ibbażata fuq l-azzjoni preparatorja introdotta fl-2010 fil-baġit 2010, u jfakkar fid-deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill li jżidu għal EUR 8 miljun l-allokazzjoni ġenerali prevista fl-att leġiżlattiv rilevanti;
58. Huwa mħasseb dwar il-livell baxx ta' approprjazzjonijiet – li saħansitra naqsu f'xi każijiet meta maqqbla mal-2010 – iddedikati għal programmi li jippromwovu ċ-ċittadinanza Ewropea, il-komunikazzjoni u l-informazzjoni għall-midja; jemmen li dawn il-programmi huma element essenzjali fit-tiswir ta' identità Ewropea u fil-komunikazzjoni tal-proġett Ewropew liċ-ċittadini tal-UE;
59. Jiddispjaċih dwar il-livell imnaqqas ta' impenji għall-programm DAPHNE, u jiġbed l-attenzjoni rigward il-konsegwenzi negattivi possibbli ta' dan fuq il-ġlieda kontra l-vjolenza; jitlob li jkomplu jiġu ffinanzjati miżuri eżistenti u effikaċi biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa;
Intestatura 4
60. Ifakkar, għal darba oħra, fil-marġni ristretti ħafna disponibbli fl-intestatura 4, li ma jippermettux lill-UE tirreaġixxi adegwatament għal kriżijiet u emerġenzi rikorrenti u emerġenti; jirrimarka li d-diskrepanza li qed tiżdied u li mhux tollerabbli bejn din l-intestatura sottofinanzjata u l-impenji politiċi l-ġodda tal-Kunsill fil-livell dinji jistgħu biss jiġu indirizzati permezz ta' reviżjoni tal-limitu massimu fl-MFF eżistenti(7);
61. Jilqa’ ż-żieda proposta fl-approprjazzjonijiet għall-Politika Ewropea tal-Viċinat għan-Nofsinhar u għal-Lvant, u b'mod aktar speċifiku għad-dimensjoni tas-sħubija tal-Lvant ta' din tal-aħħar; jinnota l-proposta li l-linja baġitarja dedikata għall-istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku tiżvojta, iżda jiddeplora l-fatt li mhuwiex dedikat ammont ekwivalenti għal din l-istrateġija fl-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat għal-Lvant;
62. Jistieden lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jitwettqu l-objettivi u tinkiseb implimentazzjoni effikaċi tas-Sħubija tal-Lvant, biex tiżgura li tingħata assistenza finanzjarja supplimentari għall-Programmi Indikattivi Multiannwali u l-Programmi Indikattivi Nazzjonali l-ġodda tal-ENPI għall-perjodu 2011-2013 li jkopru l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;
63. Huwa mħasseb ħafna rigward it-tnaqqis propost ta' aktar minn 32% fl-AI għall-assistenza finanzjarja lill-Palestina, il-proċess ta' paċi u l-UNRWA, meta wieħed iżomm f'moħħu l-ħtieġa rikorrenti ta' aktar fondi; iqis li l-istqarrija tal-Kummissjoni dwar ’l-allokazzjonijiet eċċezzjonalment għolja tas-snin ta' qabel li ma jistgħux jinżammu mingħajr ma jiġu pperikolati l-finanzjamenti għal pajjiżi oħra fir-reġjun’ issaħħaħ il-bżonn urġenti għal reviżjoni sostanzjali tal-kapaċitajiet ta' finanzjament fl-intestatura 4, u ma għandhiex twassal biex titnaqqas l-assistenza finanzjarja ta' importanza vitali għall-poplu Palestinjan, l-Awtorità Palestinjana u l-UNRWA; itenni l-appoġġ tiegħu għall-Awtorità Palestinjana fl-intensifikazzjoni tal-kapaċitajiet istituzzjonali tagħha; ifakkar li, anke jekk l-UE tkun lesta testendi l-pakkett tagħha ta' għajnuna lill-Palestinjani, dan l-impenn mhuwiex bla tmiem u jinsisti li, filwaqt li l-għajnuna umanitarja għandha tibqa’ inkondizzjonali, l-UE għandu jkollha rwol politiku li jagħti riżultati tanġibbli għall-ħolqien ta' Stat Palestinjan, li jkunu konsistenti mal-għajnuna finanzjarja sinifikattiva tagħha u mal-influwenza ekonomika fir-reġjun;
64. Jirrimarka, f'dan ir-rigward, li anki l-użu esklussiv tal-marġni kollu tal-intestatura 4 għall-assistenza finanzjarja għall-Palestina ma jkunx biżżejjed biex jintlaħaq il-livell tal-AI tal-2010 (EUR 295 miljun fl-2010, meta mqabbel mal-EUR 270 miljun ipotetiċi fl-2011);
65. Jinnota ż-żieda sostanzjali fl-approprjazzjonijiet (13.2%) biex ikopru l-proċess ta' tkabbir, li fih huwa mistenni progress ulterjuri fl-2011 (negozjati li jinsabu għaddejjin u negozjati potenzjali mal-Kroazja, l-Iżlanda, l-FYROM, it-Turkija u l-Balkani tal-Punent);
66. Iqis li ż-żieda proposta għad-DCI hija adegwata, iżda jiddeplora l-preżentazzjoni qarrieqa min-naħa tal-Kummissjoni, li turi żieda ta' EUR 65 miljun għall-ambjent u l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi naturali bħala segwitu tal-Ftehim ta' Kopenħagen, filwaqt li din iż-żieda tibbaża fuq il-programmazzjoni finanzjarja u mhux fuq il-baġit tal-2010 (l-AB tal-2011 fl-fatt jipprevedi tnaqqis ta' EUR 1.2 miljun għal din il-linja baġitarja meta mqabbla mal-baġit tal-2010 li huwa punt ta' tħassib); jinsisti li dan il-pakkett ’ta’ bidu mgħaġġel’ ta' finanzjament għall-klima għandu jkun addizzjonali u m'għandux isir bi ħsara għall-programmi eżistenti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-koerenza u l-viżibilità tal-finanzjament għal kontribuzzjoni għal ’bidu mgħaġġel’ tal-UE u jitlob lill-Istati Membri sabiex iqegħdu informazzjoni malajr għad-disponibilità tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa u addizzjonalità tal-kontribuzzjoni tal-UE;
67. Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied il-baġit tal-Komunità li jkopri miżuri mfassla sabiex jindirizzaw il-fenomenu tal-migrazzjoni, bl-iskop li tittejjeb l-amministrazzjoni tal-migrazzjoni legali, titnaqqas il-migrazzjoni illegali u jiġi ottimizzat l-impatt tal-migrazzjoni fuq l-iżvilupp;
68. Ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-prinċipju ta' assistenza finanzjarja għall-pajjiżi prinċipali tal-AKP fornituri tal-banana, iżda jtenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-finanzjament ta' miżuri ta' akkumpanjament għall-banana permezz tal-użu tal-marġni; ifakkar li l-marġni limitat fl-intestatura ma jippermettix l-iffinanzjar ta' dawn il-miżuri, li ma kinux previsti fl-2006 meta ġie adottat l-MFF; huwa jopponi bis-saħħa wkoll kull ridistribuzzjoni minn strumenti eżistenti fl-intestatura 4 li tikkomprometti l-prijoritajiet eżistenti; huwa għalhekk kontra l-proposta tal-abbozz tal-baġit li għal dan il-għan jiġu riallokati EUR 13 miljun mill-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp u EUR 5 miljuni mill-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili;
69. Jilqa’ b'sodisfazzjon il-proposta li jiġi emendat ir-regolament li joħloq strument għall-pajjiżi industrijalizzati (ICI +), iżda huwa kontra bil-qawwi li dan ikun iffinanzjat minn approprjazzjonijiet li huma pprogrammati li jintużaw taħt l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp; jenfasizza li l-fondi allokati għall-koperazzjoni għall-iżvilupp għandha mira jittaffa l-faqar; ma huwa sodisfatt xejn li mit-total ta' EUR 70.6 miljun f'approprjazzjonijiet allokati għal dan l-istrument il-ġdid fl-abbozz tal-baġit, ittieħdu EUR 45 miljun mill-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp;
70. Itenni l-intenzjoni tiegħu li jipprovdi lis-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna bil-mezzi amministrattivi neċessarji biex iwettaq il-missjoni tiegħu; jenfasizza, madankollu, li l-allokazzjoni ta' riżorsi ġodda għall-inklużjoni ta' persunal li joriġina mis-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri u l-ispiża għall-infrastruttura neċessarja għandhom ikunu marbutin ma' żieda xierqa tal-baġit tal-UE għall-azzjoni esterna;
71. Jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-PESK għal EUR 327.4 miljun (AI), kif previst fil-programmazzjoni finanzjarja u b'konformità mar-rwol dejjem iżjed ambizzjuż li l-UE tixtieq li jkollha f'żoni li għaddejjin minn proċess ta' stabilizzazzjoni jew huma milquta minn konflitti u kriżijiet; jinnota li l-linja baġitarja għar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE ġiet żvujtata, kif previst f'rabta mal-istabbiliment tas-SEAE, u jfakkar li d-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-IIA marbuta mal-PESK se jkollhom jiġu maħsuba mill-ġdid b'mod sostanzjali fil-qafas tan-negozjati fuq IIA rivedut u l-adozzjoni ta' proposta dwar l-SEAE;
72. Jieħu nota taż-żieda proposta fl-abbozz ta' baġit għall-2011, meta mqabbla mal-baġit għall-2010, għal-linja tal-baġit tal-assistenza makrofinanzjarja (01 03 02); ifakkar li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument għal kull pajjiż terz taqa’ taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi aktar informazzjoni dwar iż-żieda proposta tagħha;
73. Jilqa’ l-istabbiliment ta' azzjoni preparatorja dwar Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja, bħala segwitu tad-dħul fis-seħħ tat-TFUE (Artikolu 214), u b'konformità mas-sena Ewropea għall-Volontarjat fl-2011;
Intestatura 5
74. Jinnota li n-nefqa amministrattiva totali għall-istituzzjonijiet kollha hija stmata għal EUR 8 266.6 miljun, i.e. żieda ta' 4.5%, li tħalli marġni ta' EUR 149 miljun;
75. Jenfasizza li l-abbozz tal-estimi ta' kull istituzzjoni, flimkien mal-baġits emendatorji ppreżentati fl-2010, għandhom iqisu l-ħtiġijiet addizzjonali kollha relatati mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, partikolarment fir-rigward tal-Parlament, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; ifakkar f'dan il-kuntest fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Novembru 2009 dwar l-intestatura 5, li stiednet lill-istituzzjonijiet biex jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex jiffinanzjaw il-bżonnijiet amministrattivi marbuta mar-remunerazzjoni tal-persunal tagħhom fil-limitu tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fit-taqsimiet rispettivi tagħhom tal-baġit 2010;
76. Jinnota ż-żieda ta' 2.9% fis-sehem tal-Kummissjoni tal-baġit amministrattiv; jinnota, madankollu, li mhux l-ispejjeż kollha assoċjati mal-funzjonament u t-twaqqif tas-SEAE huma inklużi f'dan l-istadju; huwa tal-fehma li kull rikjesti addizzjonali f'dan ir-rigward ma għandhomx iħallu impatt negattiv fuq l-attivitajiet preżenti tal-istituzzjonijiet; jenfasizza bis-saħħa, għalhekk, il-bżonn li tinkiseb struttura effikaċi, b'definizzjoni ċara tar-responsabilitajiet, sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-ħidmiet u spejjeż (amministrattivi) mhux meħtieġa li għandhom jinġarru mill-baġit u li jistgħu jwasslu biex is-sitwazzjoni finanzjarja f'din l-intestatura tmur għall-agħar;
77. Jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li l-aġġustament tas-salarju ta' 3.7% propost għall-2009, li jista’ jkollu jitħallas kollu jekk il-Qorti tal-Ġustizzja taqtagħha favur il-Kummissjoni, għandu jiġi mdaħħal fil-baġit bħala prekawzjoni; jinnota li, anki meta jittieħed dan il-livell għoli bħala l-bażi għall-futur, l-aġġustament tas-salarju previst għal tmiem l-2010 għadu stmat għal 2.2%, f'kuntest ta' kriżi ekonomika u soċjali, biex imbagħad jinżel għal 1.3% għal tmiem l-2011; jitlob lill-Kummissjoni biex tiġġustifika l-kalkoli tagħha;
78. Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex ma titlobx postijiet addizzjonali, iżda jikkunsidra b'xettiċiżmu l-impenn tagħha li tissodisfa l-bżonnijiet kollha, inklużi dawk relatati ma' prijoritajiet ġodda u mad-dħul fis-seħħ tat-TFUE, sempliċement permezz ta' ridistribuzzjoni interna tar-riżorsi umani eżistenti;
79. Huwa mħasseb sew dwar il-fatt li, b'mod ġenerali, ix-xejriet ta' esternalizzazjoni tal-Kummissjoni, flimkien mal-bidla ta' postijiet f'approrjazzjonijiet għal aġenti kuntrattwali, wasslu għal sitwazzjoni fejn għadd dejjem ikbar tal-persunal impjegat mill-UE la hu viżibbli fl-organigrammi tal-istituzzjonijiet kif adottati mill-awtorità baġitarja u lanqas imħallas taħt l-intestatura 5; għalhekk huwa tal-opinjoni li bidliet fl-għadd ta' persunal tal-Kummissjoni għandu jitqies mhux biss fuq il-bażi tal-postijiet fl-organigramma iżda wkoll ta' persunal ieħor, inkluż persunal ta' aġenziji eżekuttivi u deċentralizzati fejn il-Kummissjoni ttrasferiet il-ħidmiet ta' dan il-persunal; iqis li, minkejja li dan iwassal għal iffrankar fuq il-pagi, it-trasformazzjoni tal-postijiet tal-organigramma f'persunal estern, probabbli jħalli impatt fuq il-kwalità u l-indipendenza tas-servizz ċivili Ewropew;
80. Jinnota t-tnaqqis ta' 13% fil-baġit tal-EPSO, li huwa marbut mal-livell aktar baxx ta' nfiq għall-kompetizzjonijiet li jirriżulta mis-sistema l-ġdida proposta fil-programm ta' żvilupp tal-EPSO, iżda jisħaq li dan it-tnaqqis m'għandux isir b'detriment għall-kwalità, it-trasparenza, il-korrettezza, l-imparzjalità u n-natura multilingwali tal-proċeduri kollha ta' selezzjoni tal-UE; ifakkar lill-EPSO li skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 il-kandidati għandhom dritt inaljenabbli li jaċċessjaw id-data personali tagħhom, inklużi l-mistoqsijiet u t-tweġibiet, u jitlob li l-EPSO jiggarantixxi dan id-dritt; jistenna mill-Kummissjoni garanziji b'saħħithom f'dan ir-rigward;
81. Jilqa’ l-kisba min-naħa tal-Kummissjoni tal-objettivi ġenerali tagħha f'termini ta' reklutaġġ ta' ċittadini ta' Stati Membri ġodda kif ukoll l-impenn tagħha għal monitoraġġ mill-qrib u regolari tar-reklutaġġ tal-UE-12 sabiex tiżgura l-konformità mal-miri tar-reklutaġġ kif ukoll ir-rappreżentazzjoni bilanċjata taċ-ċittadini tal-UE-2 u l-UE-10 f'kull grupp ta' funzjoni;
82. Jieħu nota taż-żieda fl-infiq għall-pensjonijiet u l-Iskejjel Ewropej, minħabba l-bidla ġenerazzjonali fl-istituzzjonijiet tal-UE li tirriżulta mill-mewġa ta' rtirar mix-xogħol ta' uffiċjali mwielda fil-ħamsinijiet kif ukoll mir-reklutaġġ tal-persunal ġdid; jistenna li l-Kummissjoni tforni analiżi aktar fid-dettall tal-konsegwenzi fuq terminu ta' żmien twil li dan il-proċess se jħalli fuq il-baġit;
83. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika fir-rimarki taħt il-linji tal-baġit rilevanti l-ammonti bbaġittjati għall-proġetti kollha ta' bini li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti u li huma suġġetti għal konsultazzjoni mal-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju;
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji
84. Ifakkar li, f'konformità mal-punt 46(a) tal-IIA, il-Kummissjoni għandha tipprovdi estimi multiannwali u tħalli l-marġni taħt il-limiti awtorizzati;
85. Jenfasizza l-importanza ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji bħala strumenti prinċipali għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u biex titwitta t-triq għal inizjattivi ġodda li jistgħu jinbidlu f'attivitajiet u programmi tal-UE li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini tal-UE; jikkonferma, għalhekk, diġà f'dan l-istadju tal-proċedura, li huwa determinat li juża l-mezzi kollha disponibbli biex jiżgura l-adozzjoni tal-proposti tiegħu fir-rigward ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji għall-baġit 2011;
86. Ifakkar li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji li ġew adottati skont il-baġit 2010 jammontaw għal EUR 103.25 miljun f'AI għall-intestaturi kollha; jenfasizza li, jekk l-awtorità baġitarja tadotta, għall-2011, proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f'livell simili u bi tqassim ugwali bejn l-intestaturi, 56% tal-marġni fl-intestatura 1a (u 33% tal-marġni fl-intestatura 1b, 59% fl-intestatura 3b, u 37% fl-intestatura 4) jkunu diġà ntużaw, anki jekk l-ammont totali allokat għal dan il-għan fil-baġit 2010 lanqas biss laħaq l-ammont massimu permess fl-IIA (EUR 103.25 miljun kontra l-EUR 140 miljun);
87. Biħsiebu jgħaddi lill-Kummissjoni, kif previst fl-Anness II, parti D tal-IIA, l-ewwel lista proviżorja ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji potenzjali li għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-2011, sabiex il-Kummissjoni tikkontribwixxi għad-definizzjoni mill-Parlament ta' pakkett finali globali u bbilanċjat fuq il-kwistjoni; jistenna lill-Kummissjoni li tipprovdi analiżi mmotivata sew tal-proposti indikattivi tal-Parlament; jenfasizza li din l-ewwel lista proviżorja ma teskludix it-tressiq u l-adozzjoni formali ta' emendi li jirrigwardaw il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji matul il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament;
Aġenziji
88. Jilqa’ l-istabbilizzazzjoni kumplessiva tan-nefqa baġitarja tal-UE fir-rigward tal-aġenziji deċentralizzati għal EUR 679.2 miljun; huwa konxju tal-fatt li t-twaqqif ta' aġenziji ġodda jeħtieġ finanzjament adegwat, kif propost għall-ħames(8) aġenziji godda u t-tlieta(9) li gradwalment qed isiru operattivi; jenfasizza li, jekk il-kompiti ta' aġenzija deċentralizzata (inklużi l-awtoritajiet superviżorji finanzjarji) jiżdiedu meta mqabbla ma' dak li kien propost oriġinarjament, l-allokazzjoni korrispondenti tal-approprjazzjonijiet għandha konsegwentament tiġi modifikata; ma jaqbilx, fir-rigward tad-dħul assenjat tal-aġenziji li jiddependu fuq il-ħlas ta' drittijiet, mal-approċċ tal-Kummissjoni rigward iż-żieda tal-marġni b'mod artifiċjali;
89. Jinnota l-fatt li, mill-258 post ġdid fl-organigramma għall-aġenziji, 231 se jiġu allokati għal aġenziji ġodda jew li jinsabu fil-fażi inizjali;
90. Jistgħaġeb kif assolutament ebda dħul assenjat ma huwa mistenni li joħroġ minn bilanċi favorevoli ta' xi aġenziji, u jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna l-kontribuzzjoni proposta mill-baġit tal-UE fid-dawl ta' informazzjoni addizzjonali li tasal, b'mod partikolari meta l-kontijiet finali tal-aġenziji jiġu adottati; fl-istess ħin jinsab imħasseb dwar il-bilanċi favorevoli persistenti ta' xi aġenziji fl-aħħar tas-sena, li turi ġestjoni baġitarja u tal-kontanti batuta u li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-qafas tar-Regolament Finanzjarju;
91. Huwa konvint li l-programmazzjoni finanzjarja 2011-2013 għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi hija ottimista wisq u jqis li mhuwa realistiku xejn li l-aġenzija tiġi mistennija li tiffinanzja lilha nnifisha fl-2011; jirrimarka li d-dħul previst minn drittijiet fl-2011 huwa bbażat fuq stima li saret fl-2006; jitlob li ssir dispożizzjoni għal miżuri kawtelatorji li jiġu applikati jekk ikun meħtieġ;
o o o
92. Ifakkar, f'dak li jirrigwarda l-aspetti proċedurali tal-kumitat ta' konċiljazzjoni, li l-istituzzjonijiet involuti suppost jilħqu ftehim fit-trilogu li huwa pprogrammat għal Lulju; jinsisti li l-Presidenza li jmiss tal-Kunsill Ecofin, li se tadotta l-baġit, tieħu sehem f'dan it-trilogu; iqis li l-punti li ġejjin huma ta' interess speċifiku għat-trilogu li għandu jsir fit-30 ta' Ġunju 2010:
–
l-implikazzjonijiet baġitarji tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja,
Kif jingħad fir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba (COM(2010)0185).
Kif jingħad fir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja tajba (COM(2010)0185).
Aġenzija għall-amministrazzjoni operazzjonali ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja ; Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil; Awrorità Bankarja Ewropea, Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq; Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.
Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija; Korp tar-regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika; Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.
Is-Swieq tad-Derivati: Azzjonijiet futuri ta' politika
258k
91k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar swieq tad-derivati: azzjonijiet futuri ta' politika (2010/2008(INI))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ’L-iżgurar ta' swieq tad-derivati effiċjenti, sikuri u sodi: Azzjonijiet futuri ta' politika’ (COM(2009)0563 u COM(2009)0332),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ’Superviżjoni finanzjarja Ewropea’ (COM(2009)0252),
– wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar superviżjoni makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499),
– wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni li jemendaw id-Direttivi dwar il-Kapital (2006/48/KE u 2006/49/KE),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar politiki ta' rimunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji (COM(2009)0211),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar fondi ta' lqugħ u ekwità privata(1),
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-G20 f'Pittsburgh tal-24 u l-25 ta' Settembru 2009, li ddikjaraw li ’l-kuntratti standardizzati tad-derivati OTC kollha għandhom ikunu nnegozjati f'borża jew pjattaformi tal-kummerċ elettroniċi’, u l-iżviluppi tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fl-Ewropa, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ażja dwar id-derivati,
– wara li kkunsidra x-xogħol tal-Forum tar-Regolaturi tad-Derivati OTC biex jistabbilixxi standards tar-rappurtar tad-dejta konsistenti madwar id-dinja għar-repożitorji tal-kummerċ,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tas-CESR u tal-ERGEG lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern tal-Enerġija (Ref.: CESR/08-739, E08-FIS-07-04),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li ikkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0187/2010),
A. billi l-istrumenti derivati jista’ jkollhom rwol siewi biex jippermettu t-trasferiment tar-riskji finanzjarji f'ekonomija, hemm differenzi kbar bejniethom skont it-tip ta' prodott u l-klassi tal-assi sotostanti rigward ir-riskji, l-arranġamenti operazzjonali u l-parteċipanti fis-suq, u billi n-nuqqas ta' trasparenza u regolazzjoni fis-suq tad-derivati kellu rqol li kompla għarraq il-kriżi finanzjarja,
B. billi l-impriżi, anki fil-ġejjieni, se jeħtiġilhom jibqgħu jkunu jistgħu jimmaniġġaw ir-riskji marbuta man-negozju tagħhom, bir-responsabbiltà tagħhom u bi prezzijiet li jinftiehmu, u billi, bil-kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet ta' impriżi ta' daqs żgir u medju rigward id-derivati bilaterali, l-impriżi għandhom ikunu responsabbli għar-riskju,
C. billi l-volum ta' derivati fil-kummerċ dinji f'dawn l-aħħar għaxar snin immoltiplika ruħu, u d-diżakkoppjament bejn l-attivitajiet ekonomiċi u l-prodotti finanzjarji mexa ħafna ’l quddiem,
D. billi l-bażi għall-kooperazzjoni internazzjonali għandha tiġi stabbilita sabiex jiġu trattati d-derivati kkummerċjati internazzjonali biex jintlaħqu standards internazzjonali u arranġamenti tal-qsim tal-informazzjoni bejn CCPs bħala minimu,
E. billi l-ammonti nozzjonali tat-tipi kollha tal-kuntratti OTC fl-aħħar ta' Ġunju 2009 kienu USD 605 triljun, il-valuri tas-suq gross, li jipprovdu kejl tar-riskji tas-suq, kienu USD 25 triljun u esponimenti tal-kreditu gross, li jqisu l-ftehimiet bilaterali fuq bażi netta, kienu USD 3.7 triljun, u billi, f'kuntest ta' ’leverage’ eċċessiv, ta' sistema bankarja li mhijiex ikkapitalizzata biżżejjed u tat-telf li jirriżulta minn assi strutturati ta' finanzjament, id-derivati OTC wasslu biex parteċipanti kbar fis-suq isiru reċiprokament dipendenti anki meta huma entitajiet regolati,
F. billi ż-żieda enormi fil-volumi nnegozjati matul dawn l-aħħar snin wasslet għal trasferiment miżjud tar-riskju mingħajr investiment reali fl-istrument sottostanti, u b'hekk, għal leverage sostanzjali,
G. billi xi derivati OTC saru dejjem aktar kumplessi u r-riskji ta' kreditu tal-kontroparti ma kenux ivvalutati u pprezzati sewwa, u billi hemm dgħufijiet sinifikanti f'kif inhuma organizzati s-swieq tad-derivati u nuqqas ta' trasparenza, li jinneċessita aktar standardizzar fil-kundizzjonijiet legali u l-finijiet ekonomiċi tal-istrumenti,
H. billi r-regolament tal-istanzi ċentrali ta' kklerjar tal-kontropartijiet (central counterparty clearing houses, CCPs) għandu jiżgura aċċess mhux diskriminatorju mill-postijiet tal-kummerċ biex jiżgura l-funzjonament ġust u effiċjenti tas-swieq,
I. billi fit-tranżazzjonijiet OTC, l-identità tal-atturi/partijiet involuti u d-daqs tal-esponiment tagħhom mhumiex iċċarati,
J. billi bosta swieq tad-derivati OTC, u partikolarment is-suq tal-credit default swaps, huma soġġetti għal livelli għolja ħafna ta' konċentrazzjoni bi ftit impriżi ewlenin li jiddominaw is-suq,
K. billi l-avvenimenti riċenti li jinvolvu credit default swaps sovrani użati mill-ispekolaturi finanzjarji wasslu għal livelli għolja u mhux ġustifikati ta' bosta firxiet nazzjonali; billi dawk l-avvenimenti u prattiki enfasizzaw il-ħtieġa għal aktar trasparenza tas-suq u regolazzjoni Ewropea mtejba fir-rigward tal-kummerċ fil-credit default swaps, b'mod partikolari dawk marbuta mad-djun sovrani,
L. billi sabiex ir-repożitorji kummerċjali jkollhom rwol ċentrali ħalli jiżguraw it-trasparenza lis-superviżuri fis-swieq tad-derivati, is-superviżuri għandu jkollhom aċċess bla xkiel għad-dejta repożitorja rilevanti, u r-repożitorji għandhom jikkonsolidaw id-dejta tal-pożizzjonijiet u tal-kummerċ + fuq bażi globali skont il-klassijiet tal-assi,
M. billi l-Parlament jilqa’ l-bidla paradigmatika min-naħa tal-Kummissjoni lejn aktar regolazzjoni tas-swieq tad-derivati OTC, bl-abbandun tal-fehma prvealenti li d-derivati m'għandhom bżonn l-ebda regolazzjoni ulterjuri, l-aktar minħabba li jużawhom l-esperti u l-ispeċjalisti; isejjaħ, għalhekk, għal leġiżlazzjoni futura biex tiżgura mhux biss it-trasparenza fis-swieq tad-derivati imma wkoll regolazzjoni tajba,
N. billi l-Ewropa għandha tistabbilixxi strateġija ta' kollateralizzazzjoni komprensiva għal swieq derivati li għandha tqis is-sitwazzjoni unika tal-utenti aħħarija tan-negozju b'kuntrast mal-parteċipanti ewlenin tas-suq u l-istituzzjonijiet finanzjarji prinċipali,
O. billi l-parti l-kbira tad-derivati użati mill-istituzzjonijiet mhux finanzjarji jinvolvu riskju sistemiku limitat meta jitqiesu individwalment, u jservu biss bħala hedge għal tranżazzjonijiet reali, u billi istituzzjonijiet mhux finanzjarji huma impriżi li mhumiex koperti bil-MiFID (impriżi mhux tal-MiFID), bħal pereżempju kumpaniji tal-ajru, manifatturi tal-karozzi u kummerċjanti tal-kommoditajiet, li la ħolqu riskju sistemiku għas-swieq finanzjarji u lanqas intlaqtu ħażin mill-kriżi finanzjarja b'mod dirett,
P. billi s-swieq tad-derivati reżistenti jitolbu politika ta' kollateralizzazzjoni komprensiva li tinkludi arranġamenti tal-ikklerjar ċentrali kif ukoll bilaterali,
Q. billi l-impriżi mhux finanzjarji żgħar u ta' daqs medju li jużaw l-istrumenti derivati esklussivament bħala hedge tar-riskju tagħhom huma u jwettqu n-negozju prinċipali tagħhom għandhom igawdu minn eżenzjonijiet mill-ikklerjar u l-kollateralizzazzjoni rigward ir-rekwiżiti ta' kapital, sakemm il-grad tal-użu ta'ċerti derivattivi ma joħloqx riskju sistemiku (soġġett għal rekwiżit li l-Kummissjoni għandha tikkontrolla din l-eżenzjoni regolarment) u li l-volum u n-natura tat-tranżazzjonijiet ikunu proporzjonati, u adegwati, għar-riskji reali li jiffaċċaw l-utenti aħħarin; billi standards minimi jeħtieġ li jkunu garantiti wkoll rigward il-kuntratti mfassla apposta, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kollateralizzazzjoni tad-derivati u r-rekwiżiti tal-kapital,
R. billi l-prodotti derivati OTC jeħtieġ li jkollhom regolazzjoni proporzjonata meta jintużaw minn utenti aħħarin mhux finanzjarji, imma billi, bħala minimu, id-dejta dettaljata tat-tranżazzjonijiet jeħtieġ li tingħata lir-repożitorji tal-kummerċ,
S. billi l-credit default swaps (CDS), li huma prodotti tal-assigurazzjoni finanzjarja, huma attwalment ikkummerċjalizzati bla ebda regolazzjoni xierqa,
T. billi l-pariri tas-CESR u tal-ERGEG lill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tat-Tielet Pakkett tas-Suq Intern tal-Enerġija (Ref.: CESR/08-739, E08-FIS-07-04), jirrakkomandaw il-ħolqien ta' qafas ta' integrita u ta' trasparenza tas-suq imfassal apposta għas-swieq tal-elettriku u tal-gass,
U. billi l-miżuri kollha mħabbra se jinvolvu kooperazzjoni mill-qrib u kumplessiva mal-pajjiżi tal-G20 u mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jipprevjenu l-possibilitajiet ta' arbitraġġ regolatorju bejn il-pajjiżi kull fejn possibbli u biex iġibu'l quddiem l-iskambu tal-informazzjoni,
V. billi r-riskju sistemiku assoċjat mal-istanzi tal-ikklerjar jesiġi standards regolatorji u superviżorji b'saħħithom u li r-regolaturi jkollhom aċċess bla xkiel u fil-ħin reali għall-informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet,
W. billi l-prezzijiet tal-prodotti derivati għandhom ikunu korrispondenti b'mod adegwat mar-riskju, u billi l-ispejjeż tal-infrastruttura futura tas-suq għandhom iġarrbuhom il-parteċipanti fis-suq,
X. billi ż-żidiet drammatiċi l-aktar riċenti fir-rendimenti tal-bonds sovrani f'xi pajjiżi taż-żona tal-euro għal livelli mhux sostenibbli kixfu l-inċentivi ekonomiċi problematiċi involuti fil-kuntratti tas-CDS ibbażati fuq id-dejn sovran, u wrew biċ-ċar il-ħtieġa għal tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja u tat-trasparenza tas-suq billi jintalab żvelar komplet lir-regolaturi u suprviżuri u bil-projbizzjoni ta' kummerċ tas-CDS fuq id-dejn sovran,
Y. billi t-tranżazzjonijiet kollha fil-prodotti derivati denominati fi kwalunkwe munita tal-UE, relatati ma' entità sottostanti tal-UE u li fihom tkun parti istituzzjoni finanzjarja tal-UE, għandhom ikunu kklerjati, meta jkunu eliġibbli, u għandhom jiġu rrappurtati f'istanzi tal-ikklerjar u f'repożitorji li huma lokalizzati, awtorizzati u sorveljati fl-UE u i huma koperti b'liġijiet Ewropej u bil-protezzjoni tad-dejta; jinnota li r-regolazzjoni l-ġdida li ġejja għandha tistabbilixxi kriterji ċari għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza tas-CCPs u tar-repożitorji li jinsabu f'pajjiżi terzi għal dawk it-tranżazzjonijiet li ma jkunux ikklerjati jew rappurtati fl-UE,
1. Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal regolazzjoni aħjar tad-derivati, u b'mod partikolari d-derivati OTC, biex jitnaqqas l-impatt tar-riskji fis-swieq tad-derivati OTC fuq l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji kollha, u jappoġġa s-sejħiet biex ikun hemm standardizzar legali tal-kuntratti ta' derivati Iinteralia permezz ta' inċentivi regolatorji fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital (CRD) rigward ir-riskji operazzjonali), l-użu ta' repożitorji kummerċjali u ħżin ċentrali tad-dejta, l-użu u t-tisħiħ tal-istanzi ċentrali tal-ikklerjar u l-użu ta' postijiet organizzati tal-kummerċ;
2. Jilqa’ x-xogħol riċenti tal-Forum tar-Regolaturi OTC (ORF) bħala rispons għas-sejħa mill-G20 għal aktar azzjoni biex jiżdiedu t-trasparenza u r-robustezza tas-swieq tad-derivati OTC;
3. Jappella għal aktar trasparenza fit-tranżazzjonijiet ta' qabel il-kummerċ għall-istrumenti kollha li jikkwalifikaw għall-użu estensiv ta' postijiet tal-kummerċ organizzati kif ukoll għat-trasparenza ta' wara l-kummerċ permezz tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet kollha lir-repożitorji, għall-benefiċċju sew tar-regolaturi kif ukoll tal-investituri;
4. Jappoġġa s-sejħa biex, għall-prodotti derivati eleġibbli kolha, jiddaħħal obbligatorjament ikklerjar indipendenti bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji, bil-għan li tkun żgurata valutazzjoni aħjar tar-riskji ta' kreditu tal-kontroparti, u jappoġġa l-mira li għadd kemm jista’ jkun kbir ta' prodotti derivati eleġibbli jiġu kkummerċjati fi swieq organizzati; isejjaħ għall-għoti ta' inċentivi li jinkoraġġixxu l-kummerċ ta' prodotti derivati eliġibbli f'postijiet tal-kummerċ regolati mill-MiFID, jiġifieri fi swieq regolati u faċilitajiet tal-kummerċ multilaterali (MTFs); jinnota li kriterju wieħed għall-eliġibilità tal-ikklerjar għandu jkun il-likwidità;
5. Jnsisti li, fil-ġejjeini, il-prezzijiet tad-derivati jirriflettu aħjar ir-riskju u li l-ispejjeż tal-infrastruttura tas-suq jerfgħuhom il-parteċipanti tas-suq u mhux dawk li jħallsu t-taxxi;
6. Huwa tal-fehma li għall-hedging ta' riskji partikolari jinħtieġu derivati negozjati individwalment u għaldaqstant jopponi l-istandardizzar obbligatorju tad-derivati kollha;
7. Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża approċċ differenzjat għall-bosta tipi ta' prodotti derivati disponibbli; fil-qies tal-profili ta' riskji differenti, il-punt safejn jintużaw għall-iskopijiet ta' hedging leġittimu, u r-rwol tagħhom fil-kriżi finanzjarja;
8. Jinnota li, f'dak li jirrigwarda r-regolazzjoni, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn id-derivati li jintużaw bħala għodda tal-ġestjoni tar-riskju għall-hedging ta' riskju reali sottostanti li l-utent ikun espost għalih u d-derivati li jintużaw esklussivament għall-ispekulazzjoni, u jemmen li l-għemil ta' din id-distinzjoni jfixkluh in-nuqqas ta' informazzjoni u ta' ċifri speċifiċi rigward it-tranżazzjonijiet OTC;
9. Jappella lill-Kummissjoni biex issib modi kif tnaqqas il-volum ġenerali tad-derivati b'mod sinifikanti b'tali mod li l-volum ikun proporzjonat għat-titoli sottostanti biex tiġi evitata distorsjoni tas-sinjali tal-prezzijiet, jitnaqqas ir-riskju għall-integrità tas-suq u jonqsu r-riskji sistemiċi;
10. Iqisu importanti li tingħata attenzjoni partikolari lid-derivati korporati li għalihom istituzzjoni finanzjarja hija kontroparti sabiex ma tali kuntratti jiġux abbużati, mhux bħala riskju korporattiv, iżda bħala strumenti tas-suq finanzjarju;
11. Isejjaħ biex jissaħħu l-ġestjoni u t-trasparenza tar-riskji, bħala l-istrumenti prinċipali għal aktar ċertezza tas-suq finanzjarju, mingħajr ma titwarrab ir-responsabbiltà individwali għall-assunzjoni tar-riskju;
12. Jinnota li l-iżgurar ta' riskji speċifiċi għall-impriża jitlob derivati mfassla apposta li jkunu jistgħu jaqdu ta' strumenti effikaċi għall-ġestjoni tar-riskji adattati għall-ħtiġijiet individwali;
13. Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-istandards tal-ġestjoni tar-riskji bilaterali bħala parti tal-leġiżlazzjoni li ġejja dwar l-ikklerjar ċentrali;
14. Huwa tal-fehma li, permezz tal-ikklerjar, ta' kollateral bl-aġġustament tar-rekwiżiti kapitali u permezz ta' għodod regolatrji oħra, ir-rirkju tal-kontroparti jista’ jitnaqqas; jappoġġa lill-Kummissjoni fil-proposta tagħha li jkun hemm rekwiżiti ogħla tal-kapital għall-istituzzjonijiet finanzjarji fil-każ ta' kuntratti derivati bilaterali li mhumiex eliġibbli għall-ikklerjar ċentrali, abbażi ta' approċċ ta' riskju proporzjonat, u fil-qies tal-effetti tal-bażi netta, il-kollaterali, il-marġni inizjali, ir-rikonċiljazzjonijiet kuljum tal-portafoll, l-iffissar kuljum tal-marġni, movimenti awtomatizzati tal-kollateral u tekniki oħra tal-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti bilaterali fit-tnaqqis tar-riskji tal-kontroparti;
15. Jitlob li d-derivati li ma jissodisfawx il-prerekwiżiti tal-IFRS 39 u għaldaqstant ma ġewx ivvalutati minn awditur ikunu suġġetti għal ikklerjar ċentrali minn CCP jekk jaqbżu l-valur ta' limitu li għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni; jitlob, barra minn hekk, għall-finijiet tal-iżgurar ta' distinzjoni aktar ċara, li jsiru kontrolli li jinvolvu s-sottomissjoni ta' valutazzjoni indipendenti ta' kuntratti tad-derivati OTC minn awditur bil-għan li jiġi aċċertat jekk impriża mhux finanzjarja tkunx tista’ tibqa’ tinkkonkludi kuntratti bilaterali;
16. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti rwol qawwi fl-awtorizzazzjoni ta' istanzi tal-ikklerjar Ewropej lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u jqisu siewi li jkunu sorveljati minn din l-istess Awtorità minħabba li, inter alia, l-għarfien espert superviżorju jinġema’ f'korp wieħed u minħabba li li r-riskju assoċjat ma' CCP jkun transkofinali;
17. Jemmen li l-aċċess tas-CCPs għall-flus tal-Bank Ċentrali jikkontribwixxi b'mod effikaċi għas-sikurezza u l-integrità tal-ikklerjar;
18. Jisħaq li s-CCPs m'għandhomx ikunu ffinanzjati kompletament mill-utenti, li s-sistemi tagħhom għall-ġestjoni tar-riskji m'għandhomx ikunu f'kompetizzjoni ma' xulxin, u li jeħtieġ li jkun hemm provvediment għal arranġamenti regolatorji dwar l-ispejjeż tal-ikklerjar; jitlob lill-Kummissjoni biex tindirzza dawn il-kwistjonijiet fil-proposta leġiżlattiva tagħha u biex tistabbilixxi regoli dwar il-governanza u s-sjieda għall-istanzi tal-ikklerjar, b'attenzjoni intr alia għall-indipendenza tad-diretturi, il-membri u s-superviżjoni mill-qrib min-naħa tar-regolaturi;
19. Jinnota li standards tekniċi komuni relatati ma' kwistjonijiet bħall-kalkolu tal-marġni u l-protokolli tal-iskambju ta' informazzjoni se jkunu parti importanti biex jiżguraw li l-postijiet awtorizzati tal-kummerċ ikollhom aċċess ġust u nondiskriminatorju għas-CCPs; jinnota wkoll li l-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni mill-qrib lill-possibilità li jiżviluppaw differenzi teknoloġiċi , prattiki diskriminatroji u ostakli għall-fluss tax-xogħol li jkunu ta' ħsara għall-kompetizzjoni;
20. Jitlob biex ikun hemm regoli dwar l-operat tan-negozju u l-aċċess li jirregolaw is-CCPs biex jiġi żgurat aċċess nondiskriminatorju mill-postijiet tal-kummerċ, u li prattiki diskriminatorji tal-ipprezzar ikunu fost il-kwistjonijiet li għandhom jiġu ttrattati;
21. Jappoġġa l-istabbiliment ta' repożitorji għall-pożizzjonijiet derivati kollha, idealment ordnati skont il-klassijiet ta' assi u regolati u ssorveljati taħt it-tmexxija tal-ESMA; isejjaħ għall-istabbiliment ta' regoli proċedurali vinkolanti biex jipprevjenu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiżguraw l-istess interpretazzjoni fl-Istati membri u, barra minn hekk, biex l-ESMA jkollha l-awtorità suprema għat-teħid tad-deċiżjonijiet f'każijiet ta' tilwim; isejjaħ biex il-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali jkollhom aċċess fil-ħin reali għal dejta granulari f'repożitorji relatati mal-parteċipanti tas-suq ibbażati fil-ġurisdizzjoni tagħhom kif ukoll għal dejta li tirrelata ma' riskju sistemiku potenzjali li jista’ jinġema’ fil-ġurisdizzjoni tagħhom, kif ukoll aċċess għad-dejta aggregata mir-repożitorji kollha inklużi dawk f'repożitorji bbażati f'pajjiżi terzi; jinnota li s-servizzi pprovduti mir-repożitorji għandhom ikunu pprezzati b'mod trasparenti fid-dawl tal-funzjoni kważi utilitarja tagħhom;
22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal standards għar-rappurtar għad-derivati kollha konsistenti mal-istandards li qed jitfasslu fil-livell internazzjonali, biex tiżgura li jingħaddu lir-repożitorji kummerjali ċentrali, CCPs, boroż u istituzzjonijiet finanzjarji, u biex id-dejta tkun aċċessibbli għall-ESMA u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għall-BERS meta jkun meħtieġ;
23. Jitlob li l-Kummissjoni tiżviluppa miżuri biex tiżgura li l-awtoritajiet regolatorji jkunu jistgħu jiddefinixxu limiti għall-pożizzjonijiet ħalli jrażżnu varjazzjonijiet sproporzjonati fil-prezzijiet u bżieżaq spekulattivi;
24. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura b'mod partikolari li l-valutazzjoni tad-derivati kollha li ma jiġux kummerċjati f'borża titwettaq b'mod indipendenti u trasparenti, filwaqt li jiġu evitati l-kunflitti ta' interess;
25. Iqis li jeħtieġ li d-dettalji tekniċi jkunu ċċarati sewwa, f'kooperazzjoni mill-qrib mar-regolaturi nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-istandards u d-distinzjoni bejn il-prodotti tas-swieq finanzjarju u dawk li mhumiex tas-swieq finanzjarji, u jilqa’ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni diġà bdiet tindirizza din il-kwistjoni; jitlob li l-Kummissjoni tikkopera minn kmieni mal-Kunsill u l-Parlament;
26. Jappoġġa lill-Kummissjoni fil-pjan tagħha li tistabbilixxi CCPs skont standards Ewropej maqbula, sorveljati mill-ESMA; u jesiġi li parteċipanti ewlenija tas-suq m'għandux ikollhom influwenza ta' kontroll fuq il-governanza u fuq il-ġestjoni tar-riskju tas-CCPs imma għandhom ikunu inklużi fi-bord tal-ġestjoni tar-riskju; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li għandhom jiġu proposti mekkaniżmi li jagħmlu kontributi siewja għall-proċess tal-ġestjoni tar-riskju;
27. Jinsisti dwar il-ħtieġa li jkun hemm standards regolatorji biex jiġi żgurat li s-CCPs jibqgħu jifilħu għal numru ikbar ta' riskji, inklużil-falliment ta' diversi parteċipanti, bejgħ għal għarrieda tar-riżorsi finanzjarji u tnaqqis rapidu fil-liwidità tas-suq;
28. Jemmen li d-definizzjoni tal-kategoriji tad-derivati, il-ħolqien tas-CCPs, ir-reġistru għat-trasparenza, il-ħlasijiet għall-kapital, it-twaqqif ta' postijiet indipendenti tal-kummerċ jew l-użu ta' Boroż eżistenti, l-eżenzjonijiet għall-SMEs u d-dettalji tekniċi kolha għandhom isiru b'koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, istituzzjonijiet internazzjonali u l-awtorità superviżorja Ewropea futura, l-ESMA;
29. Jitlob, għaldaqstant, li jkun hemm regoli ta' kondotta ċari u standards obbligatorji meħtieġa għall-ħolqien tas-CCPs (involviment tal-utenti)u l-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskju li jużaw; jappoġġa l-pjan tal-Kummissjoni li tippreżenta regolament għall-irregolar tal-istanzi tal-ikklerjar;
30. Jappoġġa l-intenzjoni tal-Kummissjoni fl-intenzjoni tagħha li tipprovdi eżenzjonijiet u rekwiżiti anqas ta' kapital għal derivati bilaterali tal-SMEs jekk ikun qed isir hedging ta' riskju sottostanti, jekk id-derivati ma jkunux sinifikanti fil-karta tal-bilanċ tal-SME u jekk il-pożizzjoni derivata ma toħloqx riskji sistemiċi;
31. Isejjaħ biex, bħala prijorità, il-credit default swaps ikunu soġġetti għall-ikklerjar ċentrali u li kemm jista’ jkun aktar tipi ta' derivati jkunu kklerjati ċentralment permezz ta' CCPs; jemmen li, jekk ikun meħtieġ, tipi individwali ta' derivati b'riskji kumulattivi għandhom ikunu awtorizzati biss b'ċerti kundizzjonijiet, jew, każ b'każ, għandhom saħansitra jkunu pprojbiti; huwa tal-fehma li, b'mod partikolari, għandhom ikunu rikjesti kapital u riservi suffiċjenti biex ikopru s-CDS f'każ ta' avveniment tal-kreditu;
32. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga b'urġenza u bir-reqqa l-livelli ta' konċentrazzjoni fis-swieq tad-derivati OTC, u b'mod partikolari, fil-credit default swap, sabiex jiġi żgurat li m'hemm l-ebda riskju ta' manipulazzjoni tas-swieq jew konflitt tal-interessi;
33. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposti leġiżlattivi adegwati għar-regolazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu n-naked selling tad-derivati sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u t-trasparenza tal-prezzijiet. huwa tal-fehma li , fl-istennija ta' dak, il-credit default swaps (CDSs) għandhom jiġu pproċessati permezz ta' CCP Ewropea biex jittaffew ir-riskji tal-kontropartijiet,tiżdied it-trasparenza u jonqsu r-riskji ġenerali;
34. Jesiġi li l-protezzjoni tas-CDS għandha tkun pagabbli biss bis-sottomissjoni u l-prova ta' espożizzjoni sottostanti għall-bonds u għandha tkun limitata għall-ammont ta' din l-espożizzjoni;
35. Huwa tal-opinjoni li d-derivati finanzjarji kollha li jikkonċernaw il-finanzi pubbliċi fl-UE (inkluż id-dejn sovran tal-Istati Membri u l-karti tal-bilanċ tal-amministrazzjoni lokali) għandhom jiġu standardizzati u nnegozjati f'borża jew pjattaformi ta' kummerċ regolati oħra għall-promozzjoni tat-trasparenza tas-swieq tad-derivati lill-pubbliku;
36. Jitlob li jkun ipprojbit il-kummerċ ta' CDSs bla krediti sottostanti li huma tranżazzjonijiet purament spekulattivi, li jinvolvi mħatra fuq telf ta' kreditu, u b'hekk iwasslu għal żieda artifiċjali fil-prezzijiet tal-assigurazzjoni fuq it-telf ta' kreditu u, b'konsegwenza ta' dan, għal riskji sistemiċi akbar ġejjin minn telf ta' kreditu reali; jitlob li jiġu mill-inqas iffissati perjodi itwal għaż-żamma fejn jiħol ix-short-selling ta' titoli u derivati; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilità li jiġu stabbiliti limiti massimi għad-derivati, u speċjalment għas-CDSs, u biex taqbel fuqhom ma' sħab internazzjonali;
37. Iqis li l-Kummissjoni għandha tinvestiga l-użu ta' limiti tal-pożizzjonijiet fil-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tas-swieq, b'mod partikolari fil-punt meta l-kuntratt ikun wasal biex jiskadi (’squeezes’ u ’corners’); jinnota li l-limiti tal-pożizzjoni għandhom jitqiesu bħala għodod regolatorji dinamiċi iktar milli bħala assoluti, u li għandhom jiġu applikati meta jkun meħtieġ mis-superviżuri nazzjonali skont il-linji gwida stabbiliti mill-ESMA;
38. Jitlob li kwalunkwe pożizzjoni derivata, kemm jekk meħuda minn istituzzjonijiet finanzjarji jew mhux finanzjarja, li taqbeż ċertu limitu li għandu jiġi speċifikat mill-ESMA, għandha tiġi kklerjata ċentralment minn CCP;
39. Isejjaħ biex ir-regolazzjoni ppjanata tad-derivattivi tinkludi regoli relatati mal-projbizzjoni ta' kummerċ purament spekulattiv fil-kommoditajiet u fil-prodotti agrikoli, u l-impożizzjoni ta' limiti stretti fuq il-pożizzjonjiet speċjalment fir-rigward tal-impatt possibbli tagħhom fuq il-prezzijiet tal-kommoditajiet essenzjali tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fl-alokazzjonijiet tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra; jitlob biex l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti jingħataw il-kompetenza biex jittrattaw b'mod effikaċi l-funzjonamenti ħżiena fis-swieq tad-derivati, pereżempju billi temporanjament jipprojbixxu n-naked short selling tas-CDSs jew billi jesiġu s-saldu konkret tad-derivati u billi jiffissaw limiti fuq il-pożizzjonijiet biex jevitaw konċentrazzjoni mhux mixtieqa tan-negozjanti fuq xi setturi tas-suq;
40. Jitlob biex kwalunkwe proposta leġiżlattiva futura dwar is-swieq tad-derivati ssegwi approċċ funzjonali li bih attivitajiet simili jkunu soġġetti għall-istess regoli jew għal regoli li jixtiebhu;
41. Jenfasizza l-ħtieġa ta' regolazzjoni Ewropea għad-derivati; u jistieden lill-Kummissjoni biex kemm jista’ jkun tikkoordina l-azzjonijiet tagħha mas-sħab tal-Ewropea, sabiex tintlaħaq regolazzjoni kemm jista’ jkun konsistenti u kkoordinata internazzjonalment; jenfasizza l-importanza li jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju minħabba koordinazzjoni mhux adegwata;
42. Jitlob biex jiġu appoġġjati l-inizjattivi tal-industriji u biex il-valur tagħhom jiġi rikonoxxut ġaladarba, f'xi każijiet, jistgħu jkunu adegwati daqs azzjoni leġiżlattiva u jistgħu jissupplimentawha;
43. Jitlob għal approċċ ta' koeżjoni fi ħdan l-Ewropa biex tiġi sfruttata s-saħħa ta' kull ċentru finanzjarju u biex tittieħed l-opportunità offruta minn din il-kriżi biex nagħmlu pass ’il quddiem fl-integrazzjoni u l-iżvilupp ta' suq finanzjarju Ewropew effiċjenti;
44. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposti leġiżlattivi għal istanzi tal-ikklerjar u repożitorji kummerċjali sa minn nofs l-2010 u li kemm jista’ jkun malajr tiddiskuti d-dettalji tekniċi mal-istituzzjonijiet kollha fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE, b'mod partikolari mal-awtorità leġiżlattiva magħmula mill-Kunsill u l-Parlament, fi stadju bikri;
45. Jilqa’ b'sodisfazzjoni l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar is-CDS;
46. Jenfasizza l-importanza li tiġi evalwata regolarment l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni futura, f'kooperazzjoni mal-parteċipanti kollha tas-suq, u li dawn it-testi regolatorji jiġu adattati fejn ikun meħtieġ;
47. Jitlob li din ir-riżoluzzjoni tiġi implimentata mill-aktar fis possibbli;
48. Jinnota li għall-kummerċ tal-kommoditajiet u tal-prodotti agrikoli, imma wkoll għaċ-ċertifikati tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jeħtieġ li jkun żgurat li s-suq jaħdem b'mod trasparenti u li l-ispekulazzjoni titrażżan; jitlob, f'dan il-kuntest, li tiġi eżaminata l-possibilità li jiġu stabbiliti limiti massimi marbuta mar-riskji għal prodotti individwali;
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lill-BĊE.
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, fit-18 ta' Ġunju 2009, dwar l-Internet tal-Oġġetti – Pjan ta' Azzjoni għall-Ewropa (COM(2009)0278),
– wara li kkunsidra l-programm ta' ħidma ppreżentat mill-President Spanjol tal-UE fis-27 ta' Novembru 2009, u b'mod partikolari l-objettiv li jiġi żviluppat l-internet tal-futur,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2009 bit-titolu ’Ninvestu illum għall-Ewropa ta' għada’ (COM(2009)0036),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' prinċipji għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-data fl-applikazzjonijiet li jużaw l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (C(2009)3200),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika,
– wara li kkunsidra l-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku biex ikun hemm tkabbir ekonomiku iktar mgħaġġel (COM(2008)0800),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Iżvilupp dwar Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015 ue(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0154/2010),
A. billi jitqies l-iżvilupp mgħaġġel tal-internet matul l-aħħar 25 sena u dan l-iżvilupp huwa previst li jkompli kemm rigward id-distribuzzjoni – bl-estensjoni tal-’broadband’ – kif ukoll applikazzjonijiet ġodda,
B. billi l-Internet tal-Oġġetti kapaċi jilħaq l-aspettattivi tas-soċjetà u taċ-ċittadini u billi hija meħtieġa riċerka biex wieħed jifhem x'inhuma dawk l-aspettattivi u fejn is-sensittivitajiet u t-tħassib għall-privatezza u l-informazzjoni personali jistgħu jimblukkaw l-applikazzjonijiet,
C. billi titqies l-importanza tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni (ICT) fil-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali, tat-tkabbir ekonomiku u biex jiġu stimulati r-riċerka, l-innovazzjoni u l-kreattività fost il-korpi pubbliċi u privati Ewropej,
D. billi l-UE għandha bżonn ta' qafas komuni ta' referenza biex tfassal u ssaħħaħ regoli dwar il-governanza tas-sistema, il-kunfidenzjalità, is-sigurtà tal-informazzjoni, il-ġestjoni etika, ir-rispett tal-ħajja privata, il-ġbir u l-ħżin ta' data personali u l-informazzjoni għall-konsumaturi,
E. billi t-terminu ’Internet tal-Oġġetti’ jirreferi għall-kunċett ġenerali tal-oġġetti (kemm artefatti elettroniċi u oġġetti għall-użu ta' kuljum) li jistgħu jinqraw, jiġu indirizzati, li jistgħu jinstabu u/jew jiġu kontrollati mill-bogħod permezzz tal-Internet,
F. billi titqies l-evoluzzjoni mistennija tal-Internet tal-Oġġetti matul is-snin li ġejjin, li u għalhekk teħtieġ governanza sigura, trasparenti u multilaterali,
G. billi l-internet tal-futur se jmur lil hinn mill-fruntieri tradizzjonali tad-dinja virtwali preżenti minħabba rabta mad-dinja tal-oġġetti fiżiċi,
H. billi jitqiesu l-vantaġġi u l-għadd akbar ta' applikazzjonijiet li jinvolvu t-teknoloġiji tal-RFID u teknoloġiji oħra relatati mal-Internet tal-Oġġetti fil-livell ta' ’bar codes’ u tal-istrixxi manjetiċi, li jista’ jkollhom interface ma' netwerks oħra – bħal netwerks tal-mowbajls – kif ukoll l-evoluzzjonijiet mistennija meta tkun inħolqot l-interface ma' sensuri li jkejlu affarijiet bħall-ġeolokalizzazzjoni (eż. is-sistema satellitari Galileo), it-temperatura, id-dawl, il-pressjoni u l-forza tal-gravità; billi l-introduzzjoni taċ-ċipep RFID fuq skala kbira għandha twassal għal tnaqqis kbir fl-ispiża unitarja tagħhom kif ukoll fin-nefqa tal-apparati li jaqraw,
I. billi t-teknoloġija RFID tista’ tkun ikkunsidrata bħala katalista u aċċelleratur għall-iżvilupp ekonomiku tal-industrija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,
J. billi t-teknoloġija tal-RFID u teknoloġiji oħra marbuta mal-IoT diġà qed ikunu applikati fis-setturi tal-produzzjoni, tal-loġistika u tal-katina tal-provvista, qed joffru vantaġġi rigward l-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-prodotti u għandhom potenzjal interessanti għall-iżviluppi li din it-teknoloġija tipprevedi f'ħafna setturi oħra, bħal dawk tas-saħħa, tat-trasport u tal-effiċjenza tal-enerġija, tal-ambjent, tan-negozju u tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar,
K. billi, bħas-sistemi kollha tas-saħħa elettronika, it-tfassil, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistemi li jippermettu l-RFID jeħtieġu l-involviment dirett ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa, pazjenti u kumitati relevanti (pereżempju dwar protezzjoni tad-data u etika),
L. billi t-teknoloġija tal-RFID tista’ tgħin sabiex titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u tista’ toffri kalkolu dwar il-karbonju fuq il-livell tal-prodott,
M. billi jitqiesu l-vantaġġi li tista’ ġġib it-teknoloġija tal-RFID u teknoloġiji oħra marbuta mal-IoT liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-ħajja, sigurtà u benesseri, sakemm l-aspetti marbutin mal-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali jiġu mmaniġġjati b'mod korrett,
N. billi hemm il-ħtieġa għal standards ta' komunikazzjoni li huma sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija li huma ffukati fuq is-sigurtà u l-privatezza u qed jużaw protokolli kompatibbli jew identiċi fi frekwenzi differenti,
O. billi l-oġġetti kollha tal-ħajja tagħna ta' kuljum (il-biljetti tat-trasport, il-ħwejjeġ, it-telefon ċellulari, il-karozzi, eċċ.) fl-aħħar mill-aħħar kollha se jkollhom ċippa RFID, li se tikkostitwixxi f'qasir żmien importanza ekonomika ewlenija meta jiġu kkunsidrati l-applikazzjonijiet vasti tagħha,
P. billi jitqies il-fatt li l-Internet tal-Oġġetti jippermetti li jitqiegħdu fin-netwerk biljuni ta' magni kapaċi li jikkomunikaw u jinteraġixxu bejniethom permezz tat-teknoloġija mingħajr wajers flimkien ma' protokolli loġiċi u fiżiċi li jindirizzaw, billi l-Internet tal-Oġġetti għandu jippermetti, permezz ta' sistemi ta' identifikazzjoni elettronika u ta' tagħmir mobbli mingħajr wajers, l-identifikazzjoni b'mod dirett u mingħajr ambigwità tal-entitajiet diġitali u l-oġġetti fiżiċi sabiex tkun tista’ tinkiseb, tinħażen, tiġi ttrasferita u pproċessata b'mod kontinwu d-data assoċjata magħhom,
Q. billi l-proċess ta' minjaturizzazzjoni tal-prodotti użati fl-Internet tal-Oġġetti jinvolvu sfidi teknoloġiċi, bħal biex jiddaħħlu l-elettronika, is-sensuri u s-sistema ta' alimentazzjoni u trażmissjoni tal-RFID f'ċippa li ma tkunx akbar minn ftit millimetri,
R. billi jekk fil-ġejjieni ċ-ċipep RFID (l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju) se jkollhom użu f'applikazzjonijiet aktar vasti, din it-teknoloġija tqajjem kwistjonijiet ġodda rigward il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikulari minħabba l-fatt li dawn huma totalment inviżibbli jew kważi inviżibbli,
S. billi l-istandards tal-industrija huma importanti ħafna, billi l-istandardizzazzjoni tal-RFID għandha bżonn titjieb u billi l-mandat tal-istandards tal-RFID assenjat b'mod konġunt lis-CEN u lill-ETSI (Organizzazzjonijiet tal-Istandards Ewropej) fl-2009 għalhekk se jikkontribwixxu għal prodotti u servizzi aktar innovattivi bl-użu tal-RFID,
T. billi huwa importanti li ċ-ċittadini Ewropej ikunu konxji ta' teknoloġiji ġodda u tal-applikazzjonijiet tagħhom, inkluż l-impatt soċjali u ambjentali tagħhom, u biex jiġu promossi l-litteriżmu diġitali u l-ħiliet elettroniċi tal-konsumaturi,
U. billi l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti għandu jkun inklusiv u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE, u għandu jiġi appoġġat minn politiki effettivi li għandhom l-għan li jeliminaw id-differenza diġitali fi ħdan l-UE u billi aktar ċittadini jiġu mogħnija b'ħiliet elettroniċi u għarfien tal-ambjenti diġitali tagħhom,
V. billi l-benefiċċji tal-Internet tal-Oġġetti marbuta mat-teknoloġiji għandhom jiġu msaħħa permezz ta' sigurtà effettiva li hija karatteristika essenzjali ta' kwalunkwe żvilupp li jirriskja li jipperikola d-data personali u l-fiduċja tal-pubbliku f'dawk li għandhom informazzjoni dwarhom,
W. billi l-impatt soċjali tal-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti mhuwiex magħruf, u jista’ jkabbar id-differenza diġitali attwali jew joħloq oħra ġdida,
1. Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u fil-prinċipju japprova l-linji ġenerali tal-pjan ta' azzjoni għall-promozzjoni tal-Internet tal-Oġġetti;
2. Huwa tal-opinjoni li d-diffużjoni tal-Internet tal-Oġġetti tippermetti titjib fl-interazzjoni bejn in-nies u l-oġġetti u bejn l-oġġetti stess, li tista’ twassal għal benefiċċju enormi għaċ-ċittadini tal-UE jekk tirrispetta s-sigurtà, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza;
3. Jaqbel mal-Kummissjoni li tagħti importanza lis-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza taċ-ċittadini u l-governanza tal-Internet tal-Oġġetti, minħabba li r-rispett tal-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, flimkien mat-trasparenza u l-interoperabbiltà, huma l-uniċi mezzi għall-IoT biex jikseb aċċettazzjoni soċjali usa’; jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-partijiet interessati Ewropej u internazzjonali kollha biex jittrattaw it-theddid relatat mas-sigurtà ċibernetika; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet internazzjonali eżistenti kollha tas-sigurtà ċibernetika, inkluża l-Konvenzjoni dwar ir-Reati Ċibernetiċi tal-Kunsill tal-Ewropa;
4. Jemmen bis-sħiħ li l-protezzjoni tal-privatezza tikkostitwixxi valur bażiku u li l-utenti kollha għandu jkollhom kontroll fuq id-data personali tagħhom; għalhekk jitlob li d-Direttiva għall-Protezzjoni tad-Data tiġi adattata fid-dawl tal-ambjent diġitali attwali;
5. Japprezza l-fatt li l-Kummissjoni qed tirreaġixxi fi żmien xieraq għall-iżviluppi l-ġodda f'dan is-settur biex b'hekk is-sistema politika tkun tista’ tistabbilixxi regoli fi stadju bikri biżżejjed;
6. Jenfasizza li prekundizzjoni għall-promozzjoni tat-teknoloġija hija l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet legali biex isaħħu r-rispett għal valuri fundamentali u għall-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza;
7. Jenfasizza li kwistjonijiet dwar is-sigurtà u l-privatezza għandhom jiġu indirizzati mill-istandards futuri li għandhom jiddefinixxu karatteristiċi differenti tas-sigurtà biex jipprovdu servizzi ta' kunfidenzjalità, ta' integrità jew ta' disponibilità;
8. Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkoordina x-xogħol tagħha dwar l-Internet tal-Oġġetti max-xogħol kollu tagħha dwar l-aġenda diġitali;
9. Jitlob lill-Kummissjoni biex tmexxi evalwazzjoni tal-impatt dwar l-użu tal-infrastruttura attwali tan-netwerk tal-’Internet’ għall-applikazzjonijiet u l-ħardwer tal-Internet tal-Oġġetti, f'termini ta' konġestjoni tan-netwerk u ta' sigurtà tad-data, sabiex jiġi determinat jekk l-applikazzjonijiet u l-ħardwer tal-Internet tal-Oġġetti humiex kumpatibbli u xierqa;
10. Huwa tal-opinjoni li fis-snin li ġejjin, l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti u tal-applikazzjonijiet tiegħu se jkollu impatt ewlieni fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej u fuq id-drawwiet tagħhom, u dan se jwassal għal firxa wiesgħa ta' tibdiliet ekonomiċi u soċjali;
11. Jemmen li huwa meħtieġ li jinbena Internet tal-Oġġetti inklusiv, li mill-bidunett jevita r-riskju – kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak reġjonali – ta' żvilupp, firxa u użu mhux ugwali ta' teknoloġiji tal-Internet tal-Oġġetti; jinnota li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tikkunsidrax biżżejjed dawn il-kwistjonijiet li idealment għandhom jiġu trattati qabel ma l-Internet tal-Oġġetti jiġi żviluppat aktar;
12. Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni fil-kuntest tal-ippjanar tal-ICT u l-Internet tal-Oġġetti; jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw il-kofinanzjament għall-implimentazzjoni ta' dawn it-teknoloġiji u proġetti oħra tal-ICT f'reġjuni bħal dawn sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħhom u tiġi evitata l-esklużjoni tagħhom minn proġetti Ewropej komuni;
13. Jenfasizza li, waqt li l-użu taċ-ċipep RFID jista’ jkun effikaċi fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar, il-ħtif ta' trabi mis-swali tal-maternità u l-identifikazzjoni tal-annimali, kif ukoll f'firxa ta' oqsma oħra, iċ-ċipep jistgħu wkoll ikunu ta' periklu u joħolqu kwistjonijiet etiċi għaċ-ċittadini u għas-soċjetà, u għalhekk jeħtieġ li jinstabu salvagwardji xierqa kontrihom;
14. Jenfasizza l-importanza tal-istudju tal-effetti soċjali, etiċi u kulturali tal-Internet tal-Oġġetti, fid-dawl tat-trasformazzjoni potenzjalment estensiva taċ-ċivilizzazzjoni li tiġi kkawżata minn dawn it-teknoloġiji; huwa għalhekk tal-opinjoni li huwa importanti li r-riċerka soċjoekonomika u d-dibattitu politiku dwar l-Internet tal-Oġġetti jmorru id f'id mar-riċerka teknoloġika u mal-avvanzi tagħha, u jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf panil ta' esperti li jmexxi studju fid-dettall ta' dawn l-aspetti u jipproponi qafas etiku għall-iżvilupp ta' teknoloġiji u applikazzjonijiet relatati;
15. Josserva li t-teknoloġija tal-RFID u teknoloġiji oħra marbuta mal-Internet tal-Oġġetti użati għat-tikkettjar intelliġenti tal-prodotti u l-oġġetti għall-konsum, u għal sistemi ta' komunikazzjoni bejn oġġetti u persuni, tista’ tintuża kullimkien u hija fil-prattika inviżibbli u silenzjuża; għalhekk jitlob li fil-futur, din it-teknoloġija tkun soġġetta għal evalwazzjonijiet iktar dettaljati min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea rigward b'mod partikolari:
–
l-impatt tar-’radiowaves’ u mezzi oħra li jippermettu l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji fuq is-saħħa;
–
l-impatt taċ-ċipep u tar-riċiklaġġ tagħhom fuq l-ambjent;
–
il-privatezza u l-fiduċja tal-utent;
–
ir-riskji miżjuda dwar is-siġurtà ċibernetika;
–
il-preżenza ta' ċipep intelliġenti fi prodotti speċifiċi;
–
id-dritt għas-’silenzju taċ-ċipep’ li jipprovdi awtorizzazzjoni u kontroll tal-utent;
–
il-garanziji għall-pubbliku rigward il-protezzjoni matul il-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali;
–
l-iżvilupp ta' struttura u infrastruttura addizzjonali ta' netwerk għall-applikazzjonijiet u l-ħardwer tal-Internet tal-Oġġetti;
–
l-iżgurar tal-aqwa protezzjoni possibbli għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE minn kwalunkwe tip ta' attakki ċibernetiċi onlajn;
–
l-impatt ta' kampijiet elettromanjetiċi fuq l-annimali, b'mod partikolari l-għasafar fil-bliet;
–
l-armonizzazzjoni ta' standards reġjonali;
–
l-iżvilupp ta' standards teknoloġiċi miftuħin u l-interoperabbiltà bejn sistemi differenti;
u, jekk ikun meħtieġ, li tkun soġġetta għal regolamentazzjoni speċifika fil-livell Ewropew;
16. Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom id-dritt għall-privatezza b'għażla opt-in u/jew privatezza integrata fil-programm, b'mod partikolari permezz tal-użu ta' komponenti li huma diżattivati awtomatikament fil-ħin tal-bejgħ, sakemm il-konsumaturi jaqblu espliċitament mod ieħor; f'dan ir-rigward jinnota l-opinjoni maħruġa mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data; jinnota li l-privatezza u s-sigurtà jridu jitqiesu mill-aktar stadju bikri possibbli waqt l-iżvilupp u t-tħejjija ta' kwalunkwe teknoloġija tal-Internet tal-Oġġetti; jenfasizza li l-applikazzjonijiet RFID għandhom jitħaddmu b'konformità mar-regoli tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar id-dritt taċ-ċittadini li jagħżlu prodotti li ma jkunux mgħammra bl-Internet tal-Oġġetti jew li jagħżlu li, meta jridu, ikunu jistgħu jaqtgħu il-konnessjoni minn mal-ambjent marbut man-netwerk tagħhom;
17. Jinnota li filwaqt li tags tal-RFID passiva huma limitati fid-distanzi li jkopru, it-tags tal-RFID attiva jistgħu jittrażmettu data fuq distanzi ħafna akbar; jisħaq f'dan ir-rigward fuq il-fatt li jridu jitfasslu linji gwida ċari għal kull tip individwali ta' RFID;
18. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara l-kwistjoni dwar lil min tappartieni d-data miġbura awtomatikament u interpretata minn magni u dwar min għandu l-poter li jiddisponi minnha;
19. Jistieden lill-manifatturi biex jiżguraw id-dritt għas-’silenzju taċ-ċipep’ billi jaraw li t-tags tal-RFID ikunu jistgħu jitneħħew jew inkella jkunu jistgħu jintfew mingħajr diffikultà mill-konsumatur wara l-bejgħ; jisħaq fuq il-fatt li l-konsumaturi jridu jkunu infurmati dwar il-preżenza ta' tags tal-RFID passiva jew attiva, il-firxa li fiha l-qari huwa possibbli, it-tip ta' data maqsuma – jew irċevuta jew trażmessa – mill-apparat u l-użu ta' dik id-data, u li din l-informazzjoni trid tkun immarkata b'mod ċar fuq kull pakkett u mniżżla f'iżjed dettall fi kwalunkwe dokumentazzjoni;
20. Jitlob lill-operaturi tal-applikazzjoni RFID biex jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jiżguraw li d-data ma tirrelatax ma' persuna naturali identifikata jew identifikabbli permezz ta' xi mezz li jista’ jintuża jew minn operatur tal-applikazzjoni RFID jew minn xi persuna oħra, ħlief f'każ li tali data tkun ipproċessata f'konformità mal-prinċipji u r-regoli legali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;
21. Jenfasizza li, sakemm iċ-ċippa li tkun fil-prodotti mibjugħin ma jkollhiex applikazzjonijiet maħsubin lil hinn mill-punt tal-bejgħ, din għandha tkun mgħammra b'apparat tekniku inkorporat fil-fabbrikazzjoni tagħha, u li jkun jiggarantixxi n-newtralizzazzjoni tagħha u jillimita wkoll il-konservazzjoni tad-data;
22. Jemmen li l-konsumaturi għandhom jingħataw l-għażla opt-in jew opt-out għall-Internet tal-Oġġetti, inkluża l-abilità ta' opt-out għat-teknoloġiji individwali tal-Internet tal-Oġġetti mingħajr ma jieqfu jaħdmu applikazzjonijiet jew mezzi oħra fit-totalità tagħhom;
23. Jenfasizza l-ħtieġa tal-ogħla livell possibbli tas-sigurtà tal-mezzi u l-iktar sistemi ta' trażmissjoni sikuri li għandhom jiġu inklużi fit-teknoloġiji kollha tal-Internet tal-Oġġetti għall-prevenzjoni ta' frodi u sabiex ikunu permessi mezzi proprji għall-awtentiċità u l-awtorizzazzjoni tal-identità; jinnota l-potenzjal għal frodi tal-identifikazzjoni u tal-prodott billi jiġu kklownjati tags tal-Internet tal-Oġġetti u billi tiġi interċettata data maqsuma; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura l-iżvilupp ta' sistema trasparenti tal-Internet tal-Oġġetti li tqis l-aspetti li ġejjin b'mod partikolari:
–
l-aċċenn espliċitu għall-preżenza tal-mezzi li jippermettu l-identifikazzjoni u t-traċċabilità;
–
il-miżuri ta' sigurtà li jiżguraw li l-utenti awtorizzati biss jista’ jkollhom aċċess għad-data;
–
il-possibilità mogħtija lill-konsumaturi u lill-awtoritajiet li jassenjaw sabiex ikunu jistgħu jiċċekkjaw il-leġibilità tad-data u l-funzjonament tas-sistema;
24. Iqis li hija prijorità li jiġu żgurati qafas regolatorju globali u skadenzi preċiżi fil-livell Ewropew biex jiġu stimulati u faċilitati l-investimenti pubbliċi u privati fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti u tan-netwerks intelliġenti li jinħtieġu għall-appoġġ tal-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda;
25. Jinnota li filwaqt li l-RFIDs huma importanti, teknoloġiji oħra jiffurmaw ukoll parti mill-Internet tal-Oġġetti; jenfasizza li r-riċerka dwar kwistjonijiet ta' finanzjar u governanza għandha wkoll tirrigwarda dawn it-teknoloġiji;
26. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-użu tal-applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti għall-avvanz ta' numru ta' inizjattivi kurrenti tal-UE bħal pereżempju ’ICT għall-effiċjenza fl-enerġija’, ’miters intelliġenti’, ’ittikkettjar tal-enerġija’, ’prestazzjoni tal-enerġija tal-bini’ u ’protezzjoni minn prodotti mediċinali u prodotti oħra ffalsifikati’;
27. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-theddidiet ġodda possibbli li jirriżultaw mill-vulnerabilità ta' sistemi li għandhom ħafna interkonnessjonijiet;
28. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel iktar sforzi biex tiżgura li t-teknoloġiji relatati mal-Internet tal-Oġġetti jkunu jinkludu r-rekwiżiti tal-utent (pereżempju l-għażla li tiġi skonnettjata l-funzjoni tat-traċċabilità) u jkunu jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi; ifakkar, f'dan il-kuntest, fir-rwol prinċipali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) biex tiżgura s-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni u, konsegwentement, tal-Internet tal-Oġġetti, li se jgħin sabiex jissaħħu l-aċċettazzjoni u l-fiduċja fost il-konsumaturi;
29. Huwa tal-opinjoni li l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ġodda u t-tħaddim attwali u l-potenzjal tan-negozju tal-Internet tal-Oġġetti se jimxu id f'id mal-fiduċja li l-konsumaturi Ewropej se juru fis-sistema, u jindika li l-fiduċja tkun preżenti meta jiġu kjarifikati t-theddidiet potenzjali għall-privatezza u s-saħħa;
30. Jenfasizza li din il-fiduċja għandha tkun ibbażata fuq qafas legali ċar, inklużi regoli li jirregolaw il-kontroll, il-ġbir, l-ipproċessar u l-użu ta' data miġbura u trażmessa mill-Internet tal-Oġġetti u t-tipi ta' kunsens meħtieġa mill-konsumaturi;
31. Jemmen li l-Internet tal-Oġġetti jinkorpora ħafna benefiċċji għan-nies b'diżabilitajiet u jista’ jirrappreżenta mezz li bih jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' popolazzjoni li qed tixjieħ u li bih jingħataw servizzi ta' kura assertivi; jenfasizza f'dan il-kuntest li bl-għajnuna ta' din it-teknoloġija, persuni għomja jew bi problemi fil-vista jistgħu jesperjenzaw l-ambjent tagħhom aħjar permezz tal-użu ta' mezzi elettroniċi ta' għajnuna; madankollu, jenfasizza li jeħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-privatezza, l-iffaċilitar tal-installazzjoni u l-operazzjoni kif ukoll il-provvista tal-informazzjoni dwar servizzi bħal dawn lill-konsumaturi;
32. Jisħaq fuq il-fatt li spejjeż li jirriżultaw – bħall-konsum tal-elettriku tal-applikazzjoni u t-tħejjija tal-affarijiet – iridu jkunu trasparenti għall-konsumatur;
33. Iqis li l-Internet tal-Oġġetti u l-proġetti ICT b'mod ġenerali jeħtieġu kampanji ta' informazzjoni mifruxa sabiex iċ-ċittadini jkollhom spjegazzjoni tal-iskop tal-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza li l-għoti ta' informazzjoni u edukazzjoni lis-soċjetà dwar l-użi potenzjali u l-benefiċċji ċari ta' prodotti bħall-RFID huma kruċjali sabiex il-proġett jiġi evitat milli jinftiehem ħażin u milli jfalli biex jiġbed l-appoġġ taċ-ċittadini; jenfasizza li sabiex isir użu sħiħ tal-Internet tal-Oġġetti, kemm għal benefiċċju individwali kif ukoll għal dak komuni, l-utenti għandhom ikunu mgħallma u provduti b'ħiliet elettroniċi meħtieġa biex jifhmu dawn it-teknoloġiji l-ġodda, u jkunu motivati u kapaċi jagħmlu użu xieraq minnhom;
34. Jinnota li l-Internet tal-Oġġetti se jwassal għall-ġbir ta' ammonti tassew kbar ta' data; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għall-adattament ta' Direttiva Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tad-data miġbura u trażmessa mill-Internet tal-Oġġetti;
35. Jemmen li prinċipju ġenerali għandu jiġi adottat fis-sens li t-teknoloġiji tal-Internet tal-Oġġetti għandhom jiġu ddisinjati b'tali mod li jinġabar u jintuża biss ammont assolutament minimu ta' data meħtieġa sabiex titwettaq il-funzjoni tagħhom u sabiex jiġi evitat milli jinġabar data supplimentari;
36. Jitlob għal ammont sinifikanti ta' data kondiviża mill-Internet tal-Oġġetti biex tkun anonima qabel ma tiġi trażmessa sabiex tiġi żgurata l-privatezza;
37. Ifakkar lill-Kummissjoni li f'partijiet oħra tad-dinja, u b'mod partikulari fl-Ażja, qed isir progress aktar mgħaġġel f'dan is-settur u li jeħtieġ li matul it-tfassil tar-regoli applikabbli fis-sistema politika kif ukoll meta jiġu stabbiliti r-regoli li jirregolaw l-istandards tekniċi tal-Internet tal-Oġġetti, jiġi adottat approċċ proattiv u tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib mal-kumplament tad-dinja;
38. Jenfasizza li, biex tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea, jaqbel li jsir investiment fit-teknoloġiji l-ġodda tal-informatika u tal-komunikazzjoni bħala mezz biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u li jippermetti l-aċċess għal sistemi u applikazzjonijiet ġodda għal numru dejjem jikber ta' ċittadini u impriżi Ewropej; jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-internet; jipproponi li l-baġit tal-UE għar-riċerka tal-ICT jirdoppja u li l-baġit għall-użu tal-ICT jiżdied b'erba’ darbiet iktar fil-Perspettiva Finanzjarja li jmiss;
39. Jenfasizza li r-riċerka se jkollha rwol ewlieni sabiex toħloq kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' kapaċitajiet ta' komputazzjoni li hija meħtieġa sabiex l-applikazzjonijiet tal-Internet tal-Oġġetti jiffunzjonaw f'ħin reali;
40. Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm u żżid il-finanzjament tal-proġetti ta' riċerka tas-Seba’ Programm ta' Qafas fil-qasam tal-Internet tal-Oġġetti, bil-għan li jissaħħaħ is-settur Ewropew tal-ICT, u japprova l-użu tal-Programm ta' Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività biex titħeġġeġ id-diffużjoni tal-ICT; speċjalment, jitlob għall-iżvilupp ta' proġetti pilota li jista’ jkollhom effett pożittiv immedjat fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej fl-oqsma tas-saħħa elettronika, tat-tagħlim elettroniku, tal-kummerċ elettroniku, tal-aċċessibilità elettronika, u tal-effiċjenza tal-enerġija; madankollu jinsab imħasseb dwar il-burokrazija assoċjata mal-Programm ta' Qafas u jitlob lill-Kummissjoni biex teliminaha billi terġa’ tfassal il-proċessi tal-Programm ta' Qafas u toħloq bord tal-utenti;
41. Jemmen li l-Internet tal-Oġġetti għandu potenzjal kbir fir-rigward tal-iżvilupp tal-ekonomija u tal-produzzjoni, tat-titjib tal-kwalità tas-servizzi u tal-ottimizzazzjoni tas-sistemi loġistiċi u tal-ktajjen tad-distribuzzjoni, tal-ġestjoni tal-inventarju u l-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda fil-qasam tal-impjieg u tal-impriżi;
42. Jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta kwalunkwe impatt li jista’ jkollha l-istrateġija proposta tagħha fuq il-produttività u l-kompetittività tal-impriżi Ewropej fis-suq internazzjonali.
43. Jemmen li l-Internet tal-Oġġetti jista’ jikkontribwixxi biex il-flussi tal-kummerċ bejn l-UE u pajjiżi terzi jiġu ffaċilitati permezz tal-espansjoni tas-swieq u s-sigurtà tal-garanziji tal-kwalità għall-prodotti kkummerċjati;
44. Jenfasizza li, min-naħa l-waħda, it-teknoloġiji RFID jippermettu lill-industriji Ewropej li jikkontrollaw il-volum ta' prodotti fiċ-ċirkolazzjoni (jiġifieri l-produzzjoni sseħħ biss meta jeħtieġ u, konsegwentement, jitħares l-ambjent) u, min-naħa l-oħra, joffru mezzi effettivi għall-ġlieda kontra l-piraterija u l-iffalsifikar, peress li se jkun possibbli li jiġu traċċati l-prodotti kkonċernati;
45. Iqis li, bl-applikazzjoni ta' teknoloġiji ġodda fil-proċessi tal-produzzjoni, se tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi u l-prodotti għall-konsum se jkunu iżjed kompetittivi fis-suq;
46. Jenfasizza li djalogu internazzjonali intensiv u pjanijiet ta' azzjoni konġunti huma meħtieġa fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti. Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-effetti tal-Internet tal-Oġġetti fuq il-kummerċ internazzjonali;
47. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tissorvelja u tevalwa l-bżonn għal spettri armonizzati addizzjonali għal raġunijiet speċifiċi tal-Internet tal-Oġġetti, billi jitqiesu l-karatteristiċi u kapaċitajiet differenti ta' diversi frekwenzi elettromanjetiċi, u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex meta jkunu se jiġu stabbiliti l-objettivi ta' koordinazzjoni u ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni permezz tal-Programmi Multiannwali dwar Politika tal-Ispettru tar-Radju tikkunsidra l-ħtiġijiet tal-Internet tal-Oġġetti; jenfasizza li tali spettri għandhom jibqgħu ta' sjieda pubblika u li l-użu tagħhom għandu jkun regolat b'tali mod li jħeġġeġ u jgħin l-iffinanzjar ta' aktar riċerka u żvilupp teknoloġiku f'dan il-qasam; jemmen li spettri mhux illiċenzjati għandhom jippermettu li jkun hemm l-użu ta' teknoloġiji u servizzi ġodda (użu ta' netwerk mingħajr wajers) sabiex titrawwem l-innovazzjoni;
48. Jenfasizza l-periklu tal-inċertezza legali fil-każ ta' ’cloud computing’;
49. Huwa tal-opinjoni li l-involviment fil-livelli politiċi kollha (UE, nazzjonali u reġjonali) huwa prerekwiżit essenzjali għall-iżvilupp u l-użu effettiv tal-Internet tal-Oġġetti; jenfasizza r-rwol ewlieni li se jkollhom l-awtoritajiet u l-bliet reġjonali u lokali fl-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti billi jiżguraw li jmur lil hinn mill-aspett purament privat; ifakkar ukoll li l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jagħmlu użu estensiv mill-Internet tal-Oġġetti, bħal pereżempju fl-organizzazzjoni tat-trasport pubbliku, il-ġbir tal-iskart, il-kalkolu tal-livelli tat-tniġġis u l-immaniġġjar tat-traffiku; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkonsulta lil-livelli politiċi kollha fix-xogħol tagħha fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti fi spirtu ta' governanza fuq diversi livelli;
50. Jinnota li l-informazzjoni provduta mit-teknoloġiji tal-Internet tal-Oġġetti trid tkun traċċabbli, verifikabbli u li tista’ tkun ikkoreġuta fil-każ li sistema bbażata fuqha jkollha xi ħsara; jenfasizza li ladarba dawn it-teknoloġiji huma inkorporati f'sistemi ta' sikurezza, bħal pereżempju l-kontroll tat-traffiku u r-regolazzjoni tat-temperatura, informazzjoni ħażina tista’ tpoġġi l-ħajjiet f'riskju;
51. Jenfasizza li teknoloġiji ġodda huma kruċjali sabiex jiġu ssimplifikati sistemi ta' trasport, jiżdiedu l-kwalità u l-effiċjenza tat-trasport, jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' sistemi ta' trasport intelliġenti u jiġu ffaċilitati kurituri ekoloġiċi, u li l-RFID tista’ toffri mezzi innovattivi sabiex jitwettqu operazzjonijiet kummerċjali filwaqt li jitjieb is-sodisfazzjon tal-konsumatur;
52. Huwa tal-opinjoni li l-użu tal-Internet tal-Oġġetti f'konnessjoni man-natura jista’ jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ekoloġiċi billi tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija u għalhekk ukoll il-protezzjoni ambjentali, kif ukoll għal titjib fir-relazzjoni bejn l-ICTs u n-natura;
53. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel minn kollox biex tistabbilixxi normi internazzjonali komuni għall-istandardizzazzjoni tal-RFID u teknoloġiji oħra tal-Internet tal-Oġġetti u tal-applikazzjonijiet tagħhom bl-għan li jiġu ffaċilitati l-interoperabilità u infrastruttura trasparenti u teknoloġikament newtrali; jenfasizza li, mingħajr standards ċari u rikonoxxuti bħal ma huma t-TCP5/IP6 fid-dinja tal-internet, it-tixrid tal-Internet tal-Oġġetti lil hinn mis-soluzzjonijiet tal-RFID ma jistax jilħaq skala globali;
54. Japprova l-proposta li tiġi adottata kemm jista’ jkun malajr il-verżjoni 6 tal-Protokoll tal-Internet (IPv6) li fil-futur se tkun il-bażi għall-espansjoni u s-simplifikazzjoni tal-internet;
55. Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, fl-2010, tippreżenta komunikazzjoni dwar is-sigurtà, ir-rispett tal-privatezza u dwar il-fiduċja fis-soċjetà tal-informatika; jisħaq fuq l-importanza ta' din il-komunikazzjoni u tal-miżuri proposti bil-għan li jissaħħu r-regoli rigward l-aspetti tas-sigurtà tal-infomazzjoni, tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data personali; jitlob lill-Kummissjoni biex tinvolvi b'mod attiv il-partijiet interessati kollha, inklużi l-ENISA u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;
56. Jemmen fl-importanza li wieħed jiżgura li d-drittijiet fundamentali kollha – mhux il-privatezza biss – jiġu protetti fil-proċess tal-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti;
57. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet għax-xogħlijiet u r-responsabilitajiet tal-aġenziji amministrattivi pubbliċi, leġiżlattivi u tal-infurzar tal-liġi fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti;
58. Jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem bir-reqqa għall-applikazzjoni korretta tar-regolamenti Ewropej diġà adottati f'dan il-qasam, u biex tippreżenta, sa tmiem is-sena, kalendarju għal-linji gwida li biħsiebha tipproponi fil-livell tal-UE biex jissaħħu s-sikurezza tal-Internet tal-Oġġetti u l-applikazzjonijiet tal-RFID;
59. Jitlob lill-Kummissjoni biex tniedi djalogu soċjali fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti, biex tiġi provduta informazzjoni dwar l-effetti pożittivi u negattivi tat-teknoloġiji l-ġodda fuq il-ħajja ta' kuljum; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex timpenja ruħha f'konsultazzjoni proattiva mas-settur Ewropew tal-industrija, u biex tħeġġu jkollu rwol prinċipali fid-disinn u l-proposti ta' teknoloġiji innovattivi, standardizzati u interoperabbli;
60. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), safejn huwa adegwat, fil-pjan ta' azzjoni tal-Internet tal-Oġġetti;
61. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex taġġornah b'mod regolari dwar l-iżviluppi tad-djalogu li qed isir mal-operaturi tas-settur u mal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll dwar l-inizjattivi li biħsiebha tieħu;
62. Jemmen li l-Kummissjoni għandha teżamina l-possibilità ta' tnaqqis ulterjuri fl-ispejjeż tar-roaming tad-data;
63. Jenfasizza li l-governanza tal-Internet tal-Oġġetti għandha żżomm il-burokrazija f'livelli minimi u tassoċja lill-partijiet interessati relevanti kollha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għalhekk jitlob għal regolament proprju u adegwat fil-livell tal-UE;
64. Jitlob lill-Kummissjoni biex, flimkien mas-sħab tal-kummerċ tagħha, tikkontribwixxi b'mod attiv għad-definizzjoni u t-twaqqif ta' prinċipji u regoli għall-governanza tal-Internet tal-Oġġetti f'forums internazzjonali bħal ma hija l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji;
65. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara liema aspetti tal-governanza tal-Internet hija tħoss li hemm bżonn li jiġu rregolati bħalissa fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti u liema sistema tista’ tiżgura l-interess pubbliku ġenerali;
66. Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza l-kwistjonijiet marbuta mal-governanza tal-Internet tal-Oġġetti bl-għajnuna tal-operaturi tas-settur; iqis, barra minn hekk, bħala essenzjali li jiġu analizzati l-aspetti marbuta mas-sistemi tas-sikurezza tal-Wi-Fi;
67. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata ’Il-Governanza tal-Internet: il-passi li jmiss’ (COM(2009)0277),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata ’Il-protezzjoni tal-Ewropa mill-attakki ċibernetiċi u t-tfixkil fuq skala kbira: titjib fit-tħejjija, is-sigurtà u r-reżistenza’ (COM(2009)0149),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ottubru 1998 dwar il-globalizzazzjoni u s-soċjetà tal-informazzjoni: il-ħtieġa ta' koordinazzjoni internazzjonali msaħħa(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Frar 2001 dwar l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-internet - kwistjonijiet ta' politika Ewropea u internazzjonali 1998-2000(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2001 dwar l-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss: il-ħtieġa ta' inizjattiva ta' riċerka tal-UE(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2005 dwar is-soċjetà tal-informazzjoni(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2005 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertà tal-istampa fit-Tuneżija u l-evalwazzjoni tas-Samit Dinji dwar is-Soċjetà tal-Informazzjoni fit-Tuneżija(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-liberta? tal-espressjoni fuq l-internet(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2008 dwar it-tieni Forum dwar il-Governanza tal-Internet, li sar f'Rio de Janeiro bejn it-12 u l-15 ta' Novembru 2007(7),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2009 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-libertajiet fundamentali fuq l-internet(8),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7–0185/2010),
A. billi l-internet huwa mezz globali kritiku ta' komunikazzjoni b'impatt kbir ħafna fuq is-soċjetà sħiħa,
B. billi l-governanza tal-internet tinvolvi aspetti relatati mal-protezzjoni u l-garanzija tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aċċess għall-internet u l-użu tal-internet u l-vulnerabilità tiegħu għal attakki ċibernetiċi, eċċ.,
C. billi l-kriminalità ċibernetika qed toħloq theddida dejjem ikbar għas-soċjetajiet li jiddependu fuq l-ICT, u billi l-inċitament għat-twettiq ta' attakki terroristiċi, ir-reati bbażati fuq il-mibegħda, u l-pedopornografija żdiedu u qed jipperikolaw l-individwi inklużi t-tfal,
D. billi l-intersezzjoni bejn il-kriminalità ċibernetika, il-ġurisdizzjoni tal-internet u l-’cloud computing’ bħala aspett emerġenti tal-governanza tal-internet fil-livell Ewropew hija ta' importanza kbira,
E. billi l-aspetti tal-governanza tal-internet jikkonċernaw l-aspetti tal-internet u kwistjonijiet oħra l-biċċa l-kbira tekniċi, li fihom huma attivi entitajiet bħall-Internet Corporation for Assigned Names and Numbers (ICANN), l-Internet Assigned Numbers Authority (IANA), l-Internet Engineering Task Force (IETF), ir-Reġistri Reġjonali tal-Internet u oħrajn,
F. billi, b'rabta mal-governanza tal-internet, is-settur privat sal-lum kellu rwol prevalenti u pożittiv; billi, madankollu, ir-rwol tal-korpi pubbliċi għandu jissaħħaħ meta tiġi definita l-istrateġija globali,
G. billi l-gvernijiet għandhom rwol importanti fir-rigward aspetti usa’ ta' governanza fid-difiża tal-interess pubbliku, b'mod partikulari biex jiġu mħarsa u ggarantiti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll rigward is-sigurtà, l-integrità u r-reżistenza tal-internet, filwaqt li s-settur privat għandu rwol kruċjali fil-provvediment tal-investiment, il-kompetenza u l-inizjattiva imprenditorjali neċessarji,
H. billi l-Forum dwar il-Governanza tal-Internet (IGF) kif ukoll għadd ta' fora nazzjonali u reġjonali oħra huma spazji importanti għad-djalogu dwar il-politika tal-internet bejn il-partijiet interessati,
I. billi l-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra għandhom impenn dejjiemi lejn l-internet bħala wirt pubbliku dinji miftuħ,
1. Iqis li l-internet huwa wirt pubbliku dinji u għaldaqstant il-governanza tiegħu għandha titwettaq fl-interess komuni;
2. Jirrikonoxxi li l-internet hu essenzjali biex jiġu eżerċitati b'mod prattiku l-libertà tal-espressjoni, id-diversità kulturali, il-pluraliżmu tal-midja, iċ-ċittadinanza demokratika, kif ukoll l-edukazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni, biex b'hekk jikkostitwixxi wieħed mill-vetturi prinċipali għall-propagazzjoni tal-valuri demokratiċi fid-dinja kollha;
3. Ifakkar li l-internet sar għodda indispensabbli għall-promozzjoni tal-inizjattivi demokratiċi, id-dibattitu politiku, il-litteriżmu diġitali u t-tixrid tal-għarfien; ifakkar li l-aċċess għall-internet jiggarantixxi u jiddependi mill-eżerċizju ta' għadd ta' drittijiet fundamentali ewlenin li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għalihom, ir-rispett tal-ħajja privata, il-protezzjoni tad-data, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-kelma, il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-libertà tal-istampa, il-fehma u l-parteċipazzjoni politika, in-nondiskriminazzjoni, l-edukazzjoni u d-diversità kulturali u lingwistika; jenfasizza li l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati fil-livelli kollha għandhom għalhekk ir-responsabilità ġenerali li jagħtu s-sehem tagħhom biex jiggarantixxu li kulħadd ikun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu li jipparteċipa fis-soċjetà tal-informazzjoni - b'mod partikulari l-anzjani, li jaffaċċjaw aktar problemi biex jiffamiljarizzaw irwieħhom mat-teknoloġiji l-ġodda - waqt li fl-istess ħin jittrattaw l-isfidi paralleli tal-illitteriżmu elettroniku u tal-esklużjoni demokratika fl-era elettronika;
4. Jenfasizza speċjalment il-bżonn li tissaħħaħ l-evoluzzjoni ta' approċċ ’minn isfel għal fuq’ u tad-demokrazija elettronika, filwaqt li jiġi garantit li jitwaqqfu salvagwardji sinifikanti kontra forom ġodda ta' viġilanza, kontroll u ċensura minn atturi pubbliċi jew privati, sabiex il-libertà ta' aċċess għall-internet u l-ħarsien tal-ħajja privata jkunu reali u mhux illużorji;
5. Jenfasizza l-bżonn li jiġi protett u promoss il-wirt kulturali Ewropew, anke permezz tal-internet; hu tal-fehma li l-Internet għandu rwol vitali fit-tqanqil tal-innvovazzjoni u t-tnaqqis tad-distakk diġitali fl-Ewropa, soċjali u kulturali fil-kuntest ta' nħawi oħra tad-dinja; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tifhem l-importanza li jitnaqqas id-’distakk diġitali’ u l-kwistjonijiet ta' żvilupp involuti fil-governanza tal-internet; iqis, madankollu, li wieħed irid jiffoka wkoll fuq il-ħafna ċittadini ta' età avvanzata kemm fid-dinja żviluppata u kemm f'dik li għadha qed tiżviluppa, li ta' spiss iħossuhom abbandunati f'din id-dinja onlajn ġdida; jinnota li l-internet jista’ jkun għodda effikaċi għall-inklużjoni soċjali u li ċ-ċittadini tagħna ta' età avvanzata jridu jiġu inklużi; iħeġġeġ biex tittieħed azzjoni għall-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar l-użu tar-riżorsi offruti mill-Internet u l-għażla tal-kriterji ta' kif għandhom jintużaw dawk ir-riżorsi;
6. Jirrikonoxxi li l-użu dejjem jikber tal-internet miċ-ċittadini, il-konsumaturi, il-kumpaniji u l-awtoritajiet ifisser li din l-għodda ta' komunikazzjoni saret waħda mill-elementi fundamentali tat-twettiq tas-suq intern fl-UE; jisħaq f'dan ir-rigward fuq il-ħtieġa ta' ħarsien xieraq tal-konsumaturi u tad-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-internet; jenfasizza wkoll li d-drittijiet u l-libertajiet ċivili tal-utenti tal-internet għandhom ikunu ggarantiti; jirrikonoxxi l-importanza tal-internet bħala mezz ta' informazzjoni u ta' promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi;
7. Jenfasizza li l-governanza tal-internet għandha tiffaċilita l-kummerċ elettroniku u t-tranżazzjonijiet transkonfinali billi tiddeċentralizza r-rwoli awtoregolatorji, speċjalment meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta' dħul għal kompetituri ġodda;
8. Jitlob aċċess u żvilupp aktar faċli tal-internet fl-Istati Membri l-ġodda, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, u f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, permezz ta' programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea; jitlob ukoll biex dawn il-pajjiżi jkollhom influwenza akbar fit-tfassil tal-politika dwar il-governanza tal-internet;
9. Iqis li, biex jitħares l-interess tal-UE li l-internet jinżamm bħala wirt pubbliku dinji, il-governanza tal-internet għandha tkun ibbażata fuq mudell wiesa’ u bilanċjat bejn is-settur pubbliku u dak privat, li jevita d-dominanza minn entità individwali jew minn grupp ta' entitajiet u tentattivi mill-istat jew minn awtoritajiet supranazzjonali biex jikkontrollaw il-fluss ta' informazzjoni fl-internet, filwaqt li jaġixxi ma' proċessi ta' għadd ta' partijiet interessati fir-rigward tal-governanza tal-internet li jkompu jipprovdu mekkaniżmu effikaċi għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni globali;
10. Jenfasizza li l-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, kif imfissra fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huma valuri ewlenin u għanijiet aħħara tal-Unjoni Ewropea; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-attivitajiet kollha marbuta mal-governanza tal-internet jikkonformaw ma' dawn il-valuri u l-għanijiet, b'mod partikulari f'dawk il-fora dinjin ta' governanza tal-internet li fihom jieħdu sehem pajjiżi li l-valuri tagħhom huma differenti ferm minn dawk tal-Ewropa; iqis li, fl-interess li jiġi evitat kunflitt, għandu jiżdied id-djalogu internazzjonali ma' dawn il-pajjiżi fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-internet;
11. Iqis li l-gvernijiet għandhom jiffukaw fuq kwistjonijiet li huma vitali għall-politika globali dwar l-internet minħabba li t-tmexxija mis-settur privat jeħtieġ li tkun ibbażata fuq ir-rispett tal-prinċipji tal-politika pubblika u l-leġiżlazzjoni eżistenti u jaderixxu wkoll mal-prinċipju tan-nonintervent, ħlief meta jkun meħtieġ f'ċirkustanzi straordinarji, u li anki f'dak il-każ l-intervent tagħhom għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-prinċipju tal-proporzjonalità;
12. Iqis li l-gvernijiet għandhom jevitaw li jinvolvu rwieħhom fil-ġestjoni ta' kuljum tal-internet, iżommu lura milli jfixklu l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni b'regolamentazzjoni bla bżonn, ta' piż u restrittiva u ma jippruvawx jikkontrollaw lil dik li hija, u għandha tibqa’, proprjetà pubblika globali;
13. Jistieden lill-gvernijiet biex ma jimponux restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-internet permezz ta' ċensura, imblukkar, filtrazzjoni jew b'mod ieħor, kif ukoll biex ma jitolbux lil entitajiet privati jagħmlu dan; jinsisti fuq is-salvagwardja ta' internet miftuħ, fejn l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw u jqassmu informazzjoni jew iħaddmu applikazzjonijiet u servizzi tal-għażla tagħhom kif jipprovdi l-qafas regolatorju riformat tal-komunikazzjoni elettronika;
14. Jenfasizza li kwalunkwe restrizzjoni li titqies bħala indispensabbli għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ f'soċjetà demokratika, għandha tkun ibbażata fuq il-liġi, u għandha tkun effikaċi u proporzjonata; jisħaq fuq il-fatt li l-protezzjoni tal-minorenni għandha tkun iggarantita, u jistieden lill-Istati membri biex huma wkoll jieħdu miżuri, pereżempju bl-użu tas-sistema ta' notifika fl-interess pubbliku skont id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE, id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar id-drittijiet tal-utenti (Id-Direttiva dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini)(9) sabiex il-minorenni jkunu jistgħu jużaw l-internet u s-servizzi ta' informazzjoni onlajn b'mod responsabbli, u biex jittejjeb il-livell ta' għarfien ta' theddid potenzjali minn servizzi ġodda;
15. Jitlob li jkun hemm aktar inizjattivi għat-tisħiħ tal-esplorazzjoni b'aktar sikurezza tal-internet mit-tfal, sabiex jixxerrdu l-aħjar prattiki fid-dinja, u biex tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kontenut onlajn ta' ħsara u illegali, b'mod partikulari fir-rigward tal-abbuż sesswali tat-tfal fuq l-internet;
16. Iqis ukoll il-ħtieġa speċjali li l-persuni vulnerabbli jitħarsu, partikolarment il-minorenni, permezz ta' azzjoni konġunta minn partijiet interessati pubbliċi u privati; itenni l-fatt li fil-ġlieda kontra l-kriminalità ċibernetika u l-pornografija tat-tfal, il-kontenut kriminali għandu jitħassar fis-sors qabel ma jitqies li jiġu mblokkati s-siti elettroniċi;
17. Iqis li, apparti l-prinċipji ta' governanza stipulati mill-Kummissjoni, il-gvernijiet għandhom jimplimentaw ukoll il-prinċipji li ġejjin:
(i)
it-trasparenza, l-multilateraliżmu, id-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali li jissodisfaw l-istandards tal-UE;
(ii)
ir-rispett għal natura miftuħa, interoperabbli, teknoloġikament newtrali u ’end-to-end’ tal-infrastruttura tal-internet,
(iii)
ir-responsabilità pubblika esterna tal-entitajiet tas-settur privat li jimmaniġġjaw ir-riżorsi globali tal-internet fuq bażi ta' kuljum,
(iv)
il-promozzjoni tal-governanza tal-internet globali, permezz tal-interazzjoni mal-proċessi ta' għadd ta' partijiet interessati u l-inkuraġġiment ulterjuri tagħhom, filwaqt li tiġi indirizzata wkoll il-ħtieġa li tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
(v)
il-protezzjoni tal-integrità tal-internet globali u l-libertà tal-komunikazzjoni billi jevitaw kwalunkwe miżura reġjonali, bħalma hi r-revoka tal-indirizzi IP jew tal-ismijiet tad-dominju f'pajjiżi terzi;
18. Jenfasizza li l-UE għandha tiżviluppa l-implimentazzjoni, permezz tal-kunsens, tal-prinċipji fundamentali tal-governanza tal-internet u tiddefendiha bil-qawwa fil-fora internazzjonali u fir-relazzjonijiet bilaterali;
19. Jilqa’ l-aspetti tal-governanza tal-internet tal-’Istrateġija ta' Granada’ tal-Presidenza Spanjola, u d-dispożizzjonijiet tar-rapport Parlamentari dwar Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu(10) dwar it-tfassil ta' Karta Ewropea tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Konsumaturi fl-ambjent diġitali u l-iżvilupp tal-’Ħames Libertà’ li tippermetti ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kontenut u l-għarfien;
20. Jinnota l-’internet Policy 3.0’ il-ġdida tal-Gvern Amerikan, imħabbra fl-24 ta' Frar 2010;
21. Jenfasizza li l-UE għandha tindirizza tliet kwistjonijiet kritiċi tal-politika pubblika:
(i)
il-ħarsien tal-infrastruttura tal-internet biex jitħarsu l-ftuħ, id-disponibilità, is-sigurtà u r-reżistenza għall-attakki ċibernetiċi,
(ii)
id-dipendenzi Ewropej fuq soluzzjonijiet tas-suq dominanti u r-riskji assoċjati tas-sigurtà pubblika, u
(iii)
il-ħarsien tad-dejta u l-privatezza, l-aktar fir-rigward tal-istabbiliment ta' mekkaniżmi internazzjonali effettivi għas-soluzzjoni ta' tilwimiet; jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għall-adattament tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għall-ambjent diġitali attwali;
22. Jistieden lill-Istati Membri biex, b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni, jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastruttura tal-internet kontra theddidiet u inċidenti permezz ta' approċċ armonizzat tal-UE u billi jiġi kkompletat it-twaqqif ta' timijiet nazzjonali ta' rispons għall-emerġenzi u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bejniethom;
23. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex tiżdied is-sigurtà tal-ispazju ċibernetiku fi ħdan l-UE kif ukoll biex tipparteċipa b'mod adegwat fil-kooperazzjoni internazzjonali dwar din il-kwistjoni u jenfasizza l-bżonn ta' approċċ ta' għadd ta' partijiet interessati sabiex jiġi pprovdut fehim u sensibilizzazzjoni aħjar fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-kriminalità ċibernetika u l-’cloud computing’, imsejjes fuq bażi ta' livell ugwali u t-twaqqif ta' obbligi u responsabilitajiet ċari għal kull parti interessata;
24. Jenfasizza l-importanza tas-sigurtà tas-servizzi elettroniċi, speċjalment tal-firem elettroniċi, u tal-bżonn tal-ħolqien tal-Infrastruttura Ewlenija Pubblika (PKI) fil-livell Pan-Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf Gateway tal-Validazzjoni tal-Awtoritajiet Ewropej sabiex tiżgura interoperabilità transkonfinali għal firem elettroniċi u sabiex iżżid is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet li jsiru permezz tal-internet;
25. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida ċara lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx u ma implimentawx il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kriminalità Ċibernetika sabiex l-Istati Membri kollha jkunu involuti fi sforz ta' kooperazzjoni kontra l-kriminalità ċibernetika u l-ispam, għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-utenti u għall-iżgurar tal-ispazju ċibernetiku tal-Unjoni Ewropea kontra kull tip ta' delitt jew reat; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kriminalità Ċibernetika;
26. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw u jimplimentaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu li tippermetti l-iżvilupp ta' bażi għal kooperazzjoni internazzjonali kontra l-użu terroristiku tal-internet fil-forma ta' attakki fuq skala kbira fuq u permezz ta' sistemi tal-kompjuter li jheddu s-sigurtà nazzjonali, is-sikurezza pubblika jew il-benesseri ekonomiku;
27. Barra minn hekk jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jaħdmu favur sigurtà u stabilità ikbar tal-internet permezz ta' miżuri mmirati biex iżidu d-diversità tan-netwerks u tas-sistema permezz tal-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni, l-istandards tal-UE u l-politika ta' akkwist, kif ukoll billi:
(i)
jappoġġjaw il-ħidma tal-ICANN fuq is-sigurtà u l-istabilità tas-sistema tal-ismijiet ta' dominju,
(ii)
jappoġġjaw il-ħidma f'fora internazzjonali bħalma huma l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp u l-Kunsill tal-Ewropa dwar oqfsa leġiżlattivi u koordinament nazzjonali mtejba;
28. Jenfasizza li s-suċċess tan-netwerks soċjali, flimkien mal-kapaċitajiet tekniċi tal-internet f'dak li jirrigwarda l-memorja u trattament tad-dejta, qed iqajjem problemi dwar iż-żamma tad-dejta u l-użu tad-dejta arkivjati; jiddeplora l-fatt, f'dan ir-rigward, li għalissa għad m'hemm l-ebda ’dritt għan-nisi’ fuq l-internet;
29. Jisħaq fuq il-bżonn li jinstab bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tal-privatezza tal-utenti u r-reġistrazzjoni tad-data personali;
30. Jiddeplora l-fatt li l-użu dejjem jikber tan-netwerks tal-internet għadu ma jimxix id f'id ma' regoli li lill-utenti jħalluhom jimmaniġġjaw id-dejta personali li jqiegħdu f'dawk in-netwerks;
31. Josserva li ġestjoni trasparenti u responsabbli tal-internet jista’ jkollha rwol importanti fis-sorveljanza tal-mod kif is-search engines jittrattaw l-informazzjoni globalment;
32. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta biex testendi l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)(11) biex jinkludu l-ksur tal-protezzjoni tad-dejta u tal-privatezza, u jistieden lill-Kunsill biex jawtorizza li jsiru negozjati bil-għan li jintlaħaq ftehim internazzjonali li jippermetti li jkun hemm rimedju effettiv għal individwi tal-UE f'każ ta' ksur tad-drittijiet tagħhom, skont il-liġi tal-UE, għall-protezzjoni tad-dejta u għall-privatezza;
33. Isostni l-promozzjoni tal-prinċipju ’privacy by design’ li permezz tiegħu r-rekwiżiti ta' protezzjoni tal-privatezza u tad-data għandhom jiddaħħlu kemm jista’ jkun malajr fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda, b'hekk liċ-ċittadini jiġi garantit ambjent sikur u ta' użu faċli għaċ-ċittadini;
34. Jinnota li ċ-ċertifikazzjoni ta' sigurtà tal-websajts qed issir neċessarja biex trawwem iktar fiduċja fil-konsumaturi sabiex jaċċessaw l-informazzjoni u s-servizzi onlajn;
35. Jenfasizza li l-istituzzjonijiet, entitajiet u l-Istati Membri tal-UE għandhom jikkoordinaw l-approċċ tagħhom għall-governanza tal-internet fl-entitajiet Internazzjonali li jindirizzawha, bħalma hi l-ICANN u l-entitajiet konsultattivi tagħha, inkluż il-Government Advisory Committee (GAC);
36. Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) fil-ħolqien ta' spazju ta' informazzjoni Ewropew uniku; jinnota li l-ENISA jista’ jkollha rwol importanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-indirizzar u r-reazzjoni għall-problemi ta' sigurtà tal-informazzjoni u tan-netwerk, u jilqa’ l-proposta li l-Kummissjoni se tippreżenta biex timmodernizza l-ENISA;
37. Jenfasizza l-bżonn ta' żieda ulterjuri fl-effikaċja tal-ENISA billi:
–
jiġu identifikati l-prijoritajiet ta' riċerka, f'livell Ewropew, fl-oqsma ta' flessibilità tan-netwerking u fis-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni, u jiġu offruti għarfien dwar il-ħtiġijiet tal-industrija lill-istituzzjonijiet ta' riċerka potenzjali;
–
tinġibed l-attenzjoni ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet għat-teknoloġiji l-ġodda f'oqsma relatati mas-sigurtà;
–
jiġu żviluppati fora għall-qsim ta' informazzjoni u jingħata appoġġ lill-Istati Membri;
38. Jenfasizza li l-appoġġ tal-ENISA huwa ffukat fuq Stati Membri bi bżonnijiet partikolari u jirrakkomanda li l-ENISA tkompli tiżviluppa fora għall-qsim ta' informazzjoni bejn Stati Membri u oħrajn;
39. Iqis li l-Kummissjoni għandha rwol ċentrali fit-tnedija u l-koordinazzjoni tal-aspetti kollha relatati mal-organizzazzjoni interna tal-UE biex tiżgura approċċ koerenti tal-UE, inkluż fir-rigward tal-IGF;
40. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tibni kapaċità għal rappreżentanza ġenwina tas-soċjetà ċivili Ewropea f'fora internazzjonali tal-governanza tal-internet u f'organizzazzjonijiet jew konsorzji tal-istandards tal-internet;
41. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-adozzjoni ta' approċċ koerenti u komprensiv tal-UE fl-IGF u f'laqgħat oħra dwar il-governanza tal-internet, billi, fi żmien sostanzjalment qabel dawn il-laqgħat, tippreżenta abbozz ta' dokument ta' pożizzjoni tal-UE lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għad-dibattitu;
42. Jappoġġja t-tkomplija u l-iżvilupp tal-mudell tal-IGF fuq livell globali, reġjonali – inkluż il-EuroDIG – u nazzjonali, billi jinżammu l-karatteristiċi ewlenin tiegħu bħala proċess ta' għadd ta' partijiet interessati mhux vinkolanti, u filwaqt li jibqa’ bħala fora miftuħa għad-djalogu u għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-gvernijiet, is-soċjetà ċivili u s-settur privat u forma ġdida ta' parteċipazzjoni demokratika;
43. Jisħaq fuq l-importanza li l-atturi Asjatiċi jiġu kkooptjati fit-taħditiet dwar il-governanza tal-internet, waqt li titqies in-natura speċifika tas-suq Asjatiku;
44. Jisħaq fuq il-ħtieġa li anke l-konsumaturi finali jiġu involuti fil-proċess biex jinħoloq mudell ta' governanza, waqt li titqiegħed l-enfasi fuq il-koperazzjoni bejn l-universitajiet u d-dinja tal-impriżi fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;
45. Jirrakkomanda li l-IGF jittejjeb billi:
(i)
tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-iffinanzjar tal-parteċipazzjoni tagħhom,
(ii)
tiżdied il-viżibilità fil-mezzi ta' komunikazzjoni,
(iii)
ikun hemm organizzazzjoni aktar effiċjenti tal-laqgħat, pereżempju, billi jitnaqqas in-numru ta' laqgħat li jsiru simultanjament, li titwaqqaf pjattaforma stabbli biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni globali, u multilingwiżmu akbar,
(iv)
jittejbu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-fora globali, reġjonali u nazzjonali dwar il-governanza tal-internet, u
(v)
tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali kemm permezz tal-użu tal-mezzi teknoloġiċi kollha disponibbli bħalma huma l-vidjokonferenza kif ukoll permezz tal-IPEX (Netwerk Komunitarju ta' Skambju ta' Informazzjoni Interparlamentari);
46. Jappoġġja l-ħidma tal-Kummissjoni u tal-Presidenzi ta' Spanja u tal-Belġju fir-rigward tal-laqgħa tal-IGF ta' Vilnjus f'Settembru 2010, u jitlob parteċipazzjoni ikbar tal-Parlament Ewropew;
47. Jappoġġja b'mod ġenerali l-pożizzjoni favorevoli tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-mudell attwali tal-ICANN għall-immaniġġjar ibbażat fuq it-tmexxija mis-settur privat;
48. Jirrikonoxxi li l-ICANN irnexxielha tiggarantixxi l-istabbiltà tas-Sistema tal-Ismijiet tad-Domains;
49. Jappoġġja l-kontinwazzjoni tal-proċess li nbeda riċentement mill-ICANN biex jingħataw ismijiet tad-domain f'alfabeti differenti mill-alfabett Latin;
50. Jitlob li jkun hemm dominju ġeneriku ġdid tal-ogħla livell għall-organizzazzjonijiet kulturali, punti ta' bejgħ, il-midja u l-artisti, pereżempju, ’.culture’ jew ’.art’;
51. Jitlob għal aktar responsabilità min-naħa tal-kumpaniji privati li jirreġistraw u jqassmu l-ismijiet tad-dominji, billi dawn jagħtu servizz li s-soċjetà saret tiddependi ħafna minnu; iqis, f'dan ir-rigward, li jeħtieġ tiġi stabbilita sensiela komuni ta' kriterji li għandhom jiġu segwiti, bil-għan li tikber it-trasparenza u biex jiġi żgurat li dawn il-kumpaniji jieħdu iktar responsabilitajiet fuq spallejhom;
52. Jistieden lill-EURid, ir-reġistratur tad-domain .eu, biex jagħmel kampanja medjatika u onlajn, biex jippromwovi d-domain .eu fost l-Istati Membri, sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' ambjent onlajn Ewropew ibbażat fuq il-valuri, il-karatteristiċi u l-politiki tal-Unjoni Ewropea;
53. Jenfasizza l-importanza tal-GAC fil-proċess ta' tfassil tal-politika tal-ICANN u jirrakkomanda li l-effikaċja tal-GAC tissaħħaħ fost affarijiet oħrajn permezz tat-twaqqif ta' segretarjat b'kapaċitajiet ta' appoġġ adegwati; u jqis li huwa importanti li kull Stat Membru tal-UE jieħu parti attiva fil-ħidma ta' dan il-kumitat;
54. Iqis li għandu jsir titjib fl-ICANN:
(i)
bl-introduzzjoni - matul l-analiżi tar-rendiment tal-mekkaniżmi eżistenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim (Panel Indipendenti ta' Revizjoni u Ombudsman tal-ICANN) - ta' mekkaniżmu alternattiv u estern għas-soluzzjoni tat-tilwim li jippermetti lill-partijiet interessati li jagħmlu reviżjoni effettiva, newtrali, f'waqtha u finanzjarjament sostenibbli, tad-deċiżjonijiet tal-ICANN,
(ii)
billi tiddaħħal gradwalment struttura ta' finanzjament diversifikat, b'limitu massimu ta' finanzjament minn kwalunkwe entità jew settur individwali, sabiex jiġi evitat li jkun hemm influwenza mhix xierqa fuq l-attivitajiet tal-ICANN minn kwalunkwe entità jew grupp ta' entitajiet;
(iii)
b'rappreżentanza adegwata tal-partijiet kollha interessati fl-ICANN,
(iv)
billi jiġi żgurat li l-bord u t-tmexxija ewlenija tal-ICANN ikunu jirrappreżentaw sensiela ta' interessi u reġjuni;
(v)
bl-użu ta' parti raġonevoli mill-fond ta' riżerva tagħha sabiex jingħata impetu lill-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-fora tal-governanza tal-internet (speċjalment mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw);
55. Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-ftehimiet tal-IANA għandhom jinkludu mekkaniżmi għar-responsabilità multilaterali, u jafferma li fil-futur l-ebda gvern individwali m'għandu jeżerċita influwenza dominanti fuq il-IANA, funzjoni li għandha tkun soġġetta għal internazzjonalizzazzjoni progressiva li twassal għal superviżjoni multilaterali;
56. Iqis li l-’affermazzjoni tal-impenji’ tal-2009 tista’ tkun bażi pożittiva għall-iżvilupp ulterjuri tal-ICANN, filwaqt li jenfasizza li:
(i)
l-UE, l-aktar permezz tal-Kummissjoni, għandha jkollha rwol attiv fl-implimentazzjoni, inkluż permezz tal-bords ta' reviżjoni u billi tiżgura li l-membri ta' dawn il-bords ikunu indipendenti, ma jkollhom ebda kunflitti ta' interess u jirrappreżentaw reġjuni differenti,
(ii)
b'segwitu għall-konsultazzjoni pubblika, ir-rakkomandazzjonijiet tal-bords ta' reviżjoni għandhom ikunu implimentati mill-ICANN u, f'każ li dan ma jseħħx, għandhom jingħataw raġunijiet għal dan;
57. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapporti ta' kull sena dwar eventi li kellhom x'jaqsmu mal-governanza organizzati waqt is-sena preċedenti, bl-ewwel rapport jingħata sa Marzu 2011;
58. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ’Ir-reviżjoni tal-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel’ (COM(2009)0442),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni : ’Tħejjija għall-ġejjieni tagħna: Żvilupp ta' strateġija komuni għal teknoloġiji abilitanti essenzjali fl-UE’ (COM(2009)0512),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ’Sħubija ġdida għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet: il-Forum tal-UE għad-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji’ (COM(2009)0158) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2010(1) dwar id-Djalogu bejn l-Universitajiet u n-Negozji,
– wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Kunsill tal-4 ta' diċembru 2009 intitolat ’Towards a competitive, innovative and eco-efficient Europe – a contribution by the Competitiveness Council to the post-2010 Lisbon agenda’,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ’Inħarrku l-fruntieri fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) – strateġija għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni fl-Ewropa’ (COM(2009)0184),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar l-Att tan-Negozji Żgħar(2),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2008 dwar: Reviżjoni tal-Politika industrijali ta' nofs it-terminu: Kontribut lejn l-Istrateġija tal-UE għat-Tkabbir u x-Xogħlijiet(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar it-twaqqif ta' Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(4),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008: Promoting creativity and innovation through education and training(5),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Mejju 2007 dwar ’It-tqegħid tal-għarfien fil-prattika: strateġija għall-innovazzjoni msejsa fuq bażi wiesgħa għall-Ewropa(6),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Komunitarju ta' Lisbona: aktar riċerka u innovazzjoni – investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: Approċċ komuni(7),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)(8),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013)(9),
– wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-privattiva tal-Komunità Ewropea (COM(2000)0412),
– wara li kkunsidra l-Qafas Komunitarju għall-għajnuna statali għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni(10),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata ’Towards a more effective use of tax incentives in favour of R&D’ (COM(2006)0728),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Kummissjoni Ewropea ’Assessing Community innovation policies in the period 2005-2009’ (SEC(2009)1194),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ’Strateġija għar-R&Du l-Innovazzjoni fil-qasam tal-ICT fl-Ewropa: Ngħollu l-mira’ (COM(2009)0116),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0143/2010),
A. billi l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha ’Reviżjoni tal-politika Komunitarja dwar l-innovazzjoni f'dinja li qed tinbidel’, ħabbret strateġija ta' innovazzjoni riveduta fil-forma ta' pjan ta' azzjoni,
B. billi din l-istrateġija ta' innovazzjoni għall-ġejjieni għandha tkun marbuta mill-qrib mal-Istrateġija 2020 tal-UE,
C. billi fil-Komunikazzjoni tagħha ’Inħarrku l-fruntieri fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) – strateġija għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni fl-Ewropa’, il-Kummissjoni ħabbret strateġija ġdida għar-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni (FET) bit-tnedija ta' inizjattivi ta' prominenza,
D. billi, għall-iżvilupp ta' politika ta' innovazzjoni Ewropea, jeħtieġ li jitqiesu t-tliet naħat tat-triangolu tal-għarfien – ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni,
E. billi l-kapaċità tal-kumpaniji għall-innovazzjoni tiddependi fil-biċċa l-kbira mill-aċċess għal riżorsi finanzjarji adegwati u l-kriżi tal-kreditu kkawżata mill-kriżi ekonomika attwali qed thedded drastikament li tnaqqas il-kapaċità tal-kumpaniji għall-innovazzjoni, b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u medji (SMEs),
F. billi l-innovazzjoni hija l-muftieħ biex jintlaħqu b'suċċess l-isfidi attwali kbar tas-soċjetà u tal-ambjent tal-UE u biex jitwettqu l-għanijiet politiċi strateġiċi tagħha fl-oqsma bħall-kompetittività, it-tibdil fil-klima, l-impjiegi, il-bidla demografika u soċjetà inklużiva,
G. billi l-Unjoni Ewropea mhix se tilħaq il-miri tagħha tal-enerġija u tal-klima għall-2020, u b'mod partikolari l-mira tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b’20%, iżżid l-effiċjenza fl-enerġija b’20% u tilħaq sehem ta' mill-inqas 20% tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli, mingħajr ma jiġu aċċellerati l-proċess tal-iżvilupp u l-applikazzjoni mifruxa tat-teknoloġiji ta' enerġija nodfa, sostenibbli u effiċjenti; billi l-istrateġija ta' innovazzjoni fil-ġejjieni għandha tintegra bis-sħiħ din id-dimensjoni,
H. billi r-riċerka fit-teknoloġiji ġodda u futuri (bħalma huma t-teknoloġiji quantum, it-teknoloġiji tal-ICT ispirati mill-bijoloġija u min-nanoteknoloġiji) hija katalizzatur għall-innovazzjoni permezz tal-impatt tagħha fuq il-kompetittività fit-tul, u billi hija toħloq oqsma ġodda għal kollox għall-attività ekonomika, filwaqt li tinkoraġġixxi industriji ġodda u SMEs b'teknoloġija avvanzata,
I. billi il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji sostenibbli mhux biss huma essenzjali biex jinkisbu l-miri tal-UE fil-klima u fl-enerġija iżda ser ikunu wkoll ta' valur tremend għall-Unjoni f'termini ta' impjiegi fil-ġejjieni u tkabbir ekonomiku,
J. billi distribuzzjoni inugwali tar-riżorsi skarsi tista’ tostakola l-innovazzjoni; billi l-politika tal-UE dwar il-materji primi għandha tindirizza l-isfidi ewlenin fir-rigward tal-isforz biex tiżgura aċċess ġust,
K. billi, fi żminijiet ta' riżorsi dejjem iktar skarsi, il-promozzjoni ta' teknoloġiji sostenibbli u effiċjenti fl-enerġija se ttejjeb is-sikurezza fil-provvista ta' enerġija tal-UE,
L. billi l-bidla demografika se tkun waħda mill-isfidi ewlenin tal-ġejjieni, li teħtieġ, inter alia, reazzjonijiet teknoloġiċi ġodda,
M. billi jeħtieġ li l-UE tgħaqqad ir-riżorsi tagħha u ssaħħaħ il-forza tagħha f'dawk is-setturi tal-industrija li fihom għadha f'qagħda tajba biex tikkompeti u tiżgura l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fid-dinja kollha,
Approċċ wiesa’ għall-innovazzjoni
1. Hu tal-fehma li jeżistu opportunitajiet għal rabtiet aktar mill-qrib bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw strateġija integrata għax-xjenza u għall-innovazzjoni;
2. Jagħti parir lill-Kummissjoni tal-UE li l-politika futura ta' innovazzjoni fl-UE għandha tkun wiesgħa fl-ambitu, tħaddan b'mod fundamentali l-innovazzjoni f'kull forma - mhux biss l-innovazzjoni teknoloġika (b'effett fuq il-prodotti u l-proċessi), iżda wkoll innovazzjoni amministrattiva, organizzattiva, soċjali u li tirrigwarda x-xogħol, inklużi mudelli innovattivi ġodda ta' negozju u innovazzjonijiet fil-provvista tas-servizzi, filwaqt li jitqiesu ż-żewġ naħat l-oħra tat-triangolu tal-għarfien (ir-riċerka u l-edukazzjoni);
3. Jenfasizza li l-ewwel u qabel kollox, l-innovazzjoni tfisser novitajiet li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-konsumaturi u tas-suq; jitlob li, għaldaqstant, il-Kummissjoni tiżgura rikonoxximent aħjar tal-primat tad-domanda tal-konsumaturi bħala forza ta' motivazzjoni għall-innovazzjoni; Jinnota l-fatt li biex tilqa’ għall-ħolqien ta' forom ġodda ta' inugwaljanza fis-soċjetà, l-innovazzjonijiet fil-futur għandhom jitkejlu mhux biss f'termini tal-benefiċċji ambjentali u ekonomiċi, iżda wkoll skont il-valur miżjud soċjali tagħhom;
4. Jenfasizza l-fatt li t-tisħiħ tal-intraprendituri bħala dawk li jimbuttaw l-innovazzjoni ’l quddiem fl-Ewropa huwa prerekwiżit neċessarju għat-tħaddim effikaċi ta' suq intern kompetittiv, ibbażat fuq it-tneħħija tal-ostakoli għall-kummerċ u livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur u koeżjoni soċjali;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi punti ta' referenza ambizzjużi għall-innovazzjoni li jiffukaw fuq l-isfidi l-kbar tas-soċjetà u jnaqqsu l-frammentazzjoni attwali ta' inizjattivi Ewropej differenti;
6. Jappoġġja bil-qawwa kollha d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li teknoloġiji ewlenin u riċerka dwar teknoloġiji ġodda u tal-ġejjieni huma indispensabbli biex tissaħħaħ il-kompetittività mondjali tal-UE b'mod sostenibbli; jingħaqad mal-Kummissjoni fis-sejħa tagħha biex l-Istati Membri jiħqu qbil dwar l-importanza tal-użu ta' teknoloġiji abilitanti ewlenin fl-UE; jenfasizza f'dan ir-rigward li (i) teknoloġiji abilitanti ewlenin, bħall-mikroelettronika u n-nanoelettronika, il-fotonika, il-bijoteknoloġija u n-nanoteknoloġija, (ii) materjali ġodda, u (iii) teknoloġiji ġodda u futuri jistgħu joffru potenzjal konsiderevoli għall-innovazzjoni u jistgħu jikkontribwixxu għal sistema ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien u b'inqas emissjonijiet tal-karbonju;
7. Jenfasizza li l-innovazzjoni għandha tkun imsejsa fuq l-individwu u jilqa’ l-isforzi biex jiżdied id-djalogu bejn l-universitajiet u d-dinja tan-negozju, li qed jgħin sostanzjalment fil-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll l-użu aktar effikaċi ta' għarfien li joħroġ mis-settur privat fi ħdan l-universitajiet, u biex jarrikkixxi l-materjal ta' korsijiet akkademiċi skont il-ħtiġijiet soċjali u tan-negozju tal-lum;
8. Jinnota li teknoloġiji abilitanti ewlenin u teknoloġiji ġodda u futuri għandhom jiġu identifikati f'kooperazzjoni mad-dinja tan-negozju, fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, inklużi l-SMEs, u li l-għanijiet tal-politika ekonomika reġjonali għandhom ukoll jiġu kkunsidrati; jistieden lill-UE biex tiżgura li l-kontribut tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli propost għall-identifikazzjoni, ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' miżuri konkreti għal żmien qasir, medju u fit-tul b'appoġġ għal dawk it-teknoloġiji jkun ikkunsidrat;
9. Jilqa’ dawn il-miżuri ta' politika ta' innovazzjoni bħala miżuri li jikkomplementaw l-istrateġiji industrijali nazzjonali fil-livell Komunitarju u f'termini transsettorjali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli sejra b'dan l-approċċ;
10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jgħaqqdu t-tnedija tan-netwerks diġitali u tan-netwerks intelliġenti tal-ġenerazzjoni li jmiss ma' attivitajiet ta' innovazzjoni biex jinkiseb l-akbar benefiċċju minnhom; jenfasizza f'dan il-kuntest li għandhom ikunu pprovduti fondi suffiċjenti, inkluż mill-Fondi Strutturali;
11. Jenfasizza li l-investiment f'netwerks tal-internet b'veloċità għolja u penetrazzjoni akbar tal-broadband huma kundizzjonijiet bażiċi għat-tixrid ta' kisbiet innovattivi akbar u aktar effikaċi u b'hekk jitnaqqas id-distakk fl-innovazzjoni bejn ir-reġjuni tal-UE;
12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-politiki ta' konverġenza dwar l-innovazzjoni biex jitnaqqsu d-differenzi bejn l-Istati Membri;
13. Jappoġġa l-fatt li bħalissa l-Kummissjoni qiegħda tħejji ’Att Ewropew dwar l-Innovazzjoni’, għal ħidma lejn strateġija dwar l-innovazzjoni aktar koerenti;
14. Jenfasizza l-importanza tal-innovazzjoni ekoloġika u l-intrapriżi ħodor, li jista’ jkollhom rwol importanti fir-rabta tal-politika tal-innovazzjoni mas-setturi ta' importanza ewlenija għall-UE, u jwasslu għal vantaġġi komparattivi kbar għall-ekonomija Ewropea;
15. Jisħaq fuq l-importanza tar-rwol tal-ekoinnovazzjoni, b'mod partikolari fil-kuntest taż-żieda fl-effiċjenza tar-riżorsi;
16. Jenfasizza s-sehem importanti li għandhom ir-raggruppamenti (clusters) ta' innovazzjoni eżistenti għall-politika ta' innovazzjoni tal-ġejjieni tal-UE u jisħaq fuq il-potenzjal offrut b'mod partikolari mir-raggruppamenti tal-għarfien; jilqa’ b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' żoni speċjali ta' innovazzjoni u ta' intrapriża qrib universitajiet, istituti ta' riċerka u parks xjentifiċi u teknoloġiċi jitlob li tingħata kunsiderazzjoni għall-possibilitajiet ta' qafas uniformi u simplifikat għall-fondi u l-operat għaż-żoni ta' innovazzjoni l-ġodda;
17. Jenfasizza li r-raggruppamenti eżistenti – inklużi dawk li f'ċerti oqsma jinsabu fuq qudddiem fid-dinja – għandhom jiġu żviluppati aktar, permezz tal-isforzi konġunti tal-UE, l-Istati Membri u r-reġjuni, sabiex ikunu jistgħu jsostnu u jibnu fuq ir-rwol tagħhom;
18. Jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-bażi ta' kull attività fir-rigward tal-politika ta' raggruppamenti għandha tqis il-bżonnijiet tal-kumpaniji, inklużi dawk tal-SMEs, speċjalment dawk ta' SMEs innovattivi, peress li l-innovazzjoni għandha rwol importanti fil-promozzjoni tal-intrapriża;
19. Jistieden lill-entitajiet involuti fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE sabiex itejbu l-kundizzjonijiet ta' qafas għall-kooperazzjoni transkonfinali bejn ir-raggruppamenti;
20. Jenfasizza s-sehem li għandhom l-SMEs kemm bħala msieħba f'katini ta' żieda tal-valur kif ukoll bħala fornituri individwali ta' prodotti innovattivi;
Żieda fil-fondi tal-UE u l-użu speċifiku tagħhom għall-innovazzjoni
21. Jitlob li jkun hemm approċċ Ewropew imsaħħaħ għall-innovazzjoni dwar il-finanzjament biex jiġu evitati l-frammentazzjoni attwali u l-ippjanar għal żmien qasir; huwa tal-fehma li l-provvista ta' riżorsi finanzjarji adegwati hija kruċjali għall-iżvilupp tal-innovazzjoni u li l-baġit tal-UE għall-innovazzjoni, għalhekk, għandu jiżdied b'mod sostanzjali; jitlob biex dan ikun rifless fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas finanzjarju attwali u fil-proċess tal-ippjanar marbut mal-Perspettiva Finanzjarja 2014-2020; jinnota li r-regoli rigward l-eliġibilità għall-fondi tal-R & D dwar ir-riċerka u l-iżvulupp preindustrijali u/jew esperimentali għandhom jiġu riveduti fl-istess ħin; jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-fondi allokati għar-riċerka u l-iżvilupp sabiex jinkiseb l-objettiv stabbilit f'Barċellona fl-2002, ta' nefqa ta' 3% tal-PGD fuq ir-riċerka u l-iżvilupp sal-2010; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fi żmien ta' kriżi ekonomika, peress li dan l-approċċ se jtejjeb il-ħolqien ta' impjiegi fil-ġejjieni fit-tul; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi assenjat proporzjon akbar ta' programmi R & D għall-innovazzjoni;
22. Huwa tal-fehma li n-nefqa tal-UE dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni għandha tiffoka fuq għanijiet bħall-għoti ta' inċentivi għall-applikazzjoni kummerċjali tar-riżultati tar-riċerka, kif ukoll informazzjoni aktar komprensiva dwar is-sorsi u l-possibilitajiet ta' finanzjament; jenfasizza l-importanza li tinżamm it-trasparenza u l-opportunitajiet ugwali fl-aċċess għall-fondi fuq il-bażi ta' sejħiet miftuħa għal proposti ta' riċerka; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi strutturali biex jinċentivaw l-innovazzjoni fuq skala kbira fil-livell tal-UE; jenfasizza l-bżonn li jiġu żviluppati skemi ta' ffinanzjar innovattivi soċjali biex wieħed jikkonċentra iktar fuq ir-redditi soċjali;
23. Jenfasizza li, flimkien ma' baġits akbar, huwa essenzjali li tinkiseb massa kritika; jirrakkomanda l-użu tal-akkwist pubbliku għal dan il-għan u jenfasizza, b'mod partikolari, li l-fondi għandhom ikunu diretti lejn dawk l-oqsma fejn l-effett ta' ’lieva’ huwa l-akbar, bħal teknoloġiji abilitanti ewlenin u inizjattivi ta' prominenza għal teknoloġiji emerġenti u teknoloġiji tal-ġejjieni sabiex jiġi ġġenerat valur miżjud għall-Ewropa; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn il-Programmi ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Fondi Strutturali; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-korpi differenti ta' ġestjoni tal-FP7, is-CIP u l-Fondi Strutturali għandhom ikunu konxji mill-possibilitajiet offruti minn kull wieħed minn dawn l-istrumenti; jiddispjaċih li l-opportunitajiet għal sinerġiji eżistenti fil-finanzjament għadhom mhumiex magħrufa biżżejjed; jistieden lir-reġjuni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom biex titjieb il-komunikazzjoni f'dan ir-rigward;
24. Jilqa’ b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (IET) li ġie stabbilit biex jistimola u jwassal innovazzjoni li tkun minn ta' quddiem fid-dinja billi jlaqqa’ l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u n-negozji f'għan komuni; jenfasizza l-kontribut kbir li jista’ jingħata mill-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) fl-għoti ta' inċentivi għall-programmi ta' innovazzjoni u r-rwol importanti li jista’ jkollu f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tfassal il-baġit tal-EIT b'tali mod li jiġi żgurat li l-fondi allokati, flimkien mal-fondi minn sorsi oħra, jistgħu jiksbu l-massa kritika meħtieġa sabiex jintlaqgħu u jiġu investigati bis-sħiħ l-isfidi essenzjali li qed jiffaċċjaw is-soċjetajiet tal-UE;
25. Jenfasizza l-ħtieġa ta' linji gwida biex jiggarantixxu l-allokazzjoni kompetittiva u l-użu fil-pront ta' finanzjament u l-introduzzjoni ta' skema ta' għotjiet għal proġetti li għandhom impatt ekonomiku kbir immedjat;
26. Jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fost il-pijunieri fl-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-Internet u fl-applikazzjonijiet tal-ICT b'karbonju baxx; jipproponi li l-baġit tal-UE għar-riċerka fl-ICT jiġi rduppjat fil-Perspettiva Finanzjarja li jmiss;
Titjib fl-istruttura ta' governanza tal-programmi
27. Jenfasizza l-punt li l-politika dwar l-innovazzjoni għandha tkun ikkoordinata ma' politiki oħra kemm tal-UE kif ukoll nazzjonali (inklużi l-politika tal-industrija, dik tal-ambjent u dik tal-konsumatur), filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-approċċi identifikati għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi nazzjonali u reġjonali differenti;
28. Jiddispjaċih li l-isforzi biex jiġu ssimplifikati l-instrumenti ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE ma kinux ta' suċċess, u li l-proċeduri għadhom wisq kumplessi u għadhom jieħdu wisq ħin, u dan ixekkel b'mod partikulari l-parteċipazzjoni tal-SMEs f'dawn il-programmi;
29. Huwa tal-opinjoni li, fl-interess tal-faċilità tal-użu għall-utenti u t-trasparenza, huwa meħtieġ li jiġu evitati sovrapożizzjonijiet u duplikazzjoni tal-programmi ta' appoġġ, ikkawżati mill-koordinazzjoni fqira tal-livelli operazzjonali differenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk l-istrumenti ta' għajnuna tal-UE għall-SMEs jistgħux fil-futur jingħaqdu taħt il-kappa ta' Direttorat Ġenerali wieħed, bħad-DĠ Intrapriża; iqis li dan jagħmilhom aktar faċli biex jiġu pproġettati u jistgħu jservu ta' ’one-stop shop’ għall-benefiċjarji potenzjali;
30. Jistieden lill-Kummissjoni, bl-istess mod, biex tiżgura li l-qafas regolatorju tal-UE jappoġġa l-innovazzjoni aktar milli jikkostitwixxi ostaklu għat-tibdil u li jkun hemm kooperazzjoni aktar effettiva fost is-servizzi interni u d-direttorati ġenerali u biex tqis il-kwistjonijiet marbuta mal-innovazzjoni b'mod koerenti u komprensiv; jinsisti li dan għandu jwassal għal strumenti inqas frammentati tal-UE fil-qasam tal-politika tal-innovazzjoni;
31. Jistieden ukoll lill-Istati Membri biex jikkoordinaw b'mod effikaċi l-inizjattivi tal-korpi nazzjonali responsabbli;
32. Jinnota li l-isforzi konġunti tal-entitajiet tal-UE għandhom jimmiraw biex jeliminaw il-vojt li jeżisti bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll bejn l-istat li fih prodott ikun lest għas-suq u l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu; jenfasizza li l-programmi ta' qafas jeħtieġu interfaces bejniethom jew konnettività bejn il-programmi ta' xulxin għall-miżuri marbuta mar-riċerka u mal-innovazzjoni;
33. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa indikaturi ġodda tal-innovazzjonijiet li jkunu adattati aħjar għall-ekonomiji ta' servizzi li kulma jmur qed ikunu bbażati iktar fuq l-għarfien, u biex tadatta dawk eżistenti, sabiex it-Tabella ta' Valutazzjoni Ewropea għall-innovazzjoni ma tagħtix biss analiżi komparattiva tal-kapaċità għall-innovazzjoni tal-Istati Membri, iżda biex tkun tista’ tidentifika wkoll is-saħħiet u l-kisbiet kif ukoll id-dgħufijiet tal-miżuri tal-UE dwar l-innovazzjoni;
34. Jenfasizza l-importanza ta' informazzjoni aktar komprensiva dwar il-mezzi u s-sorsi xierqa ta' finanzjament u ta' data affidabbli dwar forom alternattivi ta' finanzjament, bħall-ftehimiet dwar il-liċenzji, sabiex l-impriżi jitħajru jinvestu aktar;
Inkoraġġiment għall-iffinanzjar mis-settur privat
35. Jenfasizza li flimkien mal-iffinanzjar pubbliku għandu jiġi stimolat b'aktar qawwa l-iffinanzjar privat;
36. Jenfasizza l-importanza li jkun hemm armonizzazzjoni aħjar għall-aċċess għall-fondi tal-UE għall-parteċipanti kollha sabiex tittejjeb il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-istrutturi u l-attivitajiet ta' governanza tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti;
37. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tal-UE biex tippreżenta, flimkien mal-pjan ta' azzjoni għall-innovazzjoni, strumenti konkreti għat-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-kumpaniji innovattivi; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jitqiesu r-rekwiżiti differenti ta' finanzjament u l-intensità fl-innovazzjoni tal-kumpaniji matul il-fażijiet differenti inizjali u ta' tkabbir tagħhom;
38. Jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet li bihom kapital ta' riskju jkun aktar faċilment disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs, u li jiġu estiżi l-Faċilitajiet ta' Finanzjament għall-Qsim tar-Riskji tal-BEI (RSFF); jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga x'passi jistgħu jittieħdu biex jinkiseb arranġament dwar il-qsim tar-riskji li jkun aċċettabbli għall-atturi kollha involuti u b'hekk jiġi stimulat l-investiment privat fil-qasam tal-innovazzjoni;
39. Jistieden lill-Istati Membri u lill-entitajiet tal-UE rilevanti biex jiżviluppaw strumenti ta' ffinanzjar għall-SMEs, li taw prova tal-effikaċja tagħhom, bħalma huma l-mikrokrediti, il-kapital ta' riskju għal persuni li jfittxu li jinvestu fl-intrapriżi innovattivi, il-’business angels’ li jisponsorjaw proġetti tan-negozju minn, p.e. riċerkaturi żgħażagħ, self u garanziji u biex joħolqu inċentivi fiskali, finanzjarji, kummerċjali u amministrattivi għall-investimenti, peress li dan inaqqas ir-riskju ta' rilokazzjoni ta' kumpaniji minħabba qafas ta' kundizzjonijiet li ma jkunux favorevoli għall-għajnuna statali, billi dan jimmotiva l-kumpaniji biex jimpjegaw ir-riżorsi umani għal skopijiet ta' riċerka u innovazzjoni, u b'hekk tingħata spinta lill-iżvilupp ta' prodotti u servizzi ġodda;
40. Jenfasizza l-importanza li jsir provvediment għal allokazzjoni minima ta' fondi għall-SMEs fis-sejħiet miftuħa ppubblikati fl-inizjattivi dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fuq l-istess impenn adottat għall-FP7 (15% tar-riżorsi fil-Programm ta' Kooperazzjoni);
Tisħiħ tal-kundizzjonijiet ta' qafas għall-impriżi, partikolarment l-SMEs
41. Jistieden lill-Kummissjoni, b'konformità mal-prinċipji tas-suq intern, biex tallinja r-regoli Komunitarji eżistenti dwar l-għajnuna statali b'mod li jappoġġjaw l-investiment f'teknoloġiji ġodda li huma urġentement meħtieġa biex tiżgura l-kompetittività tal-UE fuq perjodu ta' żmien twil u bl-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fid-dinja kollha; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jikkunsidraw l-inizjattiva dwar teknoloġiji abilitanti ewlenin filwaqt li jirrevedu r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna statali u b'hekk jagħmluha possibbli għall-Istati Membri li joħolqu sistemi ta' inċentivi nazzjonali biex jippromwovu teknoloġiji abilitanti ewlenin;
42. Jenfasizza l-importanza ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jissodisfaw ċerti kriterji f'termini ta' daqs u strutturi ta' governanza u fit-twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt perjodika tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti approvati għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-kompetittività tal-industrija Ewropea;
43. Jilqa’, f'dan il-kuntest, il-fatt li l-’Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni’ se jiġi rivedut fis-sena 2010;
44. Huwa tal-fehma li promozzjoni aħjar tal-innovazzjoni għandha dejjem timxi id f'id ma' tnaqqis fil-burokrazija li jiffaċċaw l-applikanti; jistieden lill-Kummissjoni biex telimina l-burokrazija billi terġa’ tiġġenera l-proċessi tal-Programm ta' Qafas u billi toħloq bord tal-utenti;
45. Jistieden lill-entitajiet relevanti tal-UE biex itejbu – speċjalment għall-SMEs – il-kundizzjonijiet ta' qafas għall-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, speċjalment il-privattivi, peress li l-prezz u l-kwalità tagħhom huma fattur deċiżiv fl-innovazzjoni;
46. Jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, għan-nuqqas ta' suq intern ġenwin għall-innovazzjonijiet fl-UE, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom f'dan il-qasam, b'mod partikulari f'dak li hu qbil fil-pront dwar privattiva Komunitarja u sistema legali waħda dwar il-privattivi, u jisħaq fuq l-importanza tal-istandardizzazzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti innovattivi;
47. Jirrakkomanda l-promozzjoni ta' politiki moderni dwar il-Privattivi Internazzjonali li jrawmu l-innovazzjoni bħall-ġbir flimkien tal-privattivi (patent pooling), pjattaformi komuni għall-privattivi u liċenzji għal drittijiet esklużivi;
48. Jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-iżvilupp ta' privattiva Komunitarja li tkun favorevoli għall-SMEs għall-ekonomija Ewropea, skont il-politiki tal-Unjoni dwar l-innovazzjoni;
49. Jinnota l-użu dejjem jiżdied tal-privattivi bħala sigurtà għall-finanzjament bankarju, iżda li l-banek sikwit ma jkollhomx l-għarfien tekniku sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw b'mod korrett il-valur tal-privattivi meta jagħtu self; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk l-UE għandhiex tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta' standards ta' valutazzjoni;
50. Jenfasizza l-importanza ta' programmi li jinkoraġġixxu lill-SMEs jagħmlu użu mill-iżviluppi teknoloġiċi u mill-istaff ta' riċerka;
51. Jenfasizza li t-tliet naħat tat-triangolu tal-għarfien – l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni – ma għandhomx ikunu separati; jitlob, għal dan il-għan, li ma jonqosx l-investiment fit-taħriġ u t-taħriġ ulterjuri għall-impjegati tas-sengħa, billi dan l-investiment huwa importanti ħafna minħabba l-impatt tal-kapaċità tal-innovazzjoni fuq il-kompetittività tal-UE; Jenfasizza l-bżonn li l-kundizzjonijiet għar-riċerkaturi u l-ħaddiema speċjalizzati tagħhom isiru kemm jista’ jkun attraenti, u wkoll fir-rigward tal-mobilità tagħhom, biex l-UE tkun tista’ tlaħħaq mal-kompetizzjoni globali; jenfasizza li din tmur flimkien mat-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tar-riċerkaturi nisa;
o o o
52. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-progress sabiex jinkisbu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs): reviżjoni ta' nofs it-terminu bħala tħejjija għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010
375k
142k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju: reviżjoni ta' nofs it-terminu bi preparazzjoni għal-laqgħa ta' livell għoli tan-NU f'Settembru 2010 (2010/2037(INI))
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Istati Uniti għall-Millennju tat-8 ta' Settembru 2000,
– wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ġunju 2010, li ffukat fuq l-MDGs,
– wara li kkunsidra l-impenji fir-rigward tal-volum ta' għajnuna, tal-għajnuna lill-Afrika tas-Sub-Saħara, u tal-kwalità tal-għajnuna li ttieħdu mill-G8 fis-Samit ta' Gleneagles tal-2005 u fil-laqgħat kollha sussegwenti tal-G8 u l-G20,
– wara li kkunsidra s-samit tal-G20 li sar f'Pittsburgh bejn l-24 u l-25 ta' Settembru 2009 u s-samit tal-G20 li sar f'Londra fit-2 ta' April 2009,
– wara li kkunsidra s-samit tal-G8 li sar L'Aquila, fl-Italja, bejn it-8 u l-10 ta' Lulju 2009,
– wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp(1) u l-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar il-Komplementarjetà u d-Diviżjoni tax-Xogħol fil-Politika tal-Iżvilupp(2),
– wara li kkunsidra l-Kunsens ta' Monterrey, adottat fil-Konferenza Internazzjonali dwar l-Iffinanzjament għall-Iżvilupp li saret f'Monterrey, fil-Messiku, bejn it-18 u t-22 ta' Marzu 2002,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta' Akkra għall-Azzjoni,
– wara li kkunsidra s-Sejħa ta' Addis għal Azzjoni Urġenti għas-Saħħa Materna, is-Sejħa ta' Berlin għal Azzjoni u l-Possibilitajiet Strateġiċi għall-NGOs, u li l-aħħar żewġ dokumenti msemmija ġew ippubblikati biex jikkommemoraw il-15-il Anniversarju tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD/15),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE li jistipola li ’L-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw’,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2005 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp(4) (’Strument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp’ (SKI)),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat ta' Lisbona) li jafferma mill-ġdid li l-UE għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-politiki u l-attivitajiet tagħha, meta jitqiesu l-għanijiet kollha tagħha,
– wara li kkunsidra l-Aġenda tal-ILO dwar Xogħol Deċenti u l-Patt Globali tal-ILO dwar l-Impjiegi adottati b'kunsens globali fid-19 ta' Ġunju 2009 fil-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol,
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2009 imħejji mis-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-UNDP (Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti) imsejjaħ ’Qbiżna nofs it-triq - Il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju’, ippubblikat f'Jannar 2010,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu ’Pjan ta' Azzjoni tal-UE bi tnax-il punt biex jiġu appoġġati l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju’(5),
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Progress fil-Programm Ewropew għal Azzjoni kontra l-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkolożi permezz ta' Azzjoni Esterna (2007-2011),
– wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Novembru 2008 dwar l-attivitajiet ta' self esterni tal-BEI(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2006 dwar l-effettività tal-għajnuna u l-korruzzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar ’l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju f'nofs it-triq’(8),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-4 ta' Settembru 2008 dwar mortalità materna(9), tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-kuntratti MDG(10) u tat-25 ta' Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u fuq il-koperazzjoni għall-iżvilupp(11),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7–0165/2010),
A. billi t-tnaqqis u l-eradikazzjoni tal-faqar huma l-objettivi primarji tal-politika għall-iżvilupp tal-UE skont it-Trattat ta' Lisbona, filwaqt li huma wkoll obbligu morali u fl-interess tal-UE stess għall-futur imbiegħed,
B. billi kemm l-UE, bħala l-ikbar donatur tad-dinja, kif ukoll l-Istati Membri tagħha, għandu jkollhom rwol prinċipali fil-laqgħat ta' Settembru dwar l-MDGs u għandhom jadottaw pożizzjoni ambizzjuża u unita li tista’ taħdem bħala mutur sabiex l-MDGs jintlaħqu fiż-żmien stipulat,
C. billi bħalissa l-UE jonqosha bejn wieħed u ieħor 20 biljun EUR biex tissodisfa l-impenji ta' nfiq tagħha fir-rigward tal-MDGs,
D. billi xi wħud mill-Istati Membri tal-UE qed inaqqsu l-baġits tagħhom għall-għajnuna,
E. billi l-valur tat-tranżazzjonijiet finanzjarji globali laħaq 70 darba l-GNI (Dħul Nazzjonali Gross) dinji,
F. billi għajnuna li ma tistax tiġi prevista tista’ tkun detrimentali għall-pajjiżi riċevituri, u billi għajnuna ta' kwalità aħjar tista’ tirrilaxxa 3 biljun EUR fis-sena għal infiq għall-baġits ta' żvilupp tal-UE u l-Istati Membri tagħha(12),
G. billi 82% tas-self il-ġdid mill-IMF (Fond Monetarju Internazzjonali) mar għall-pajjiżi fiż-żona Ewropea, filwaqt li l-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDCs) jibbenefikaw kieku jirċievu ammont akbar ta' self ġdid mill-IMF,
H. billi, minkejja li l-G20 huwa iktar rappreżentattiv mill-G8, in-NU tibqa’ tirrappreżenta l-iktar forum inklussiv sabiex jiġu indirizzati kwestjonijiet globali ta' governanza,
I. billi inkonsistenzi fil-politiki tal-UE m'għandhomx ifixklu l-impatt tal-finanzjament għall-iżvilupp,
J. billi l-flus mibgħuta mill-emigranti lura f'pajjiżhom jikkontribwixxu, tal-anqas, USD 300 biljun fis-sena għall-ekonomiji tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw(13),
K. billi, minkejja li kien hemm progress inkoraġġanti fir-rigward ta' xi wħud mill-MDGs, it-tmien MDGs kollha, bħalissa, mhumiex iżommu mal-miri tagħhom u hija biss wirja ta' rieda politika determinata li se tippermetti li l-MDGs jintlaħqu fil-ħames snin li fadal qabel l-iskadenza tal-2015,
L. billi xi LDCs għadhom ’il bogħod ħafna milli jiksbu kwalunkwe MDG,
M. billi l-kriżijiet reċenti tal-ikel u tal-fjuwil, flimkien mat-tnaqqis tal-attività ekonomika globali u t-tibdil fil-klima, wasslu għal tfixkil rigward il-progress li seħħ fl-aħħar għaxar snin fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar,
N. billi s-sjieda ta' art toħloq inċentivi għall-individwi, il-familji u l-komunitajiet biex jieħdu l-kontroll tal-iżvilupp tagħhom stess u jiżguraw is-sigurtà tal-ikel fil-livell lokali,
O. billi l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw tista’ tiswa madwar USD 100 biljun fis-sena sal-2020(14), u t-tnaqqis fl-attività ekonomika se jiswa mill-inqas l-istess ammont(15),
P. billi s-sitwazzjoni fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u li għandhom dħul medju għandha titqies meta jkunu qed jiġu riveduti l-MDGs, billi dawn il-pajjiżi għadhom jeħtieġu l-għajnuna fi triqithom lejn il-kisba tal-potenzjal ta' żvilupp sħiħ tagħhom,
Q. billi n-nazzjonijiet industrijalizzati huma prinċiparjament responsabbli għat-tibdil fil-klima u għall-kriżi finanzjarja u ekonomika,
R. billi n-numru ta' dawk li jaħdmu imma jibqgħu foqra u ta' dawk li għandhom xogħlijiet vulnerabbli qiegħed dejjem jiżdied dejjem iktar,
S. billi nuqqas ta' paċi u sigurtà, demokrazija u stabilità politika ta' spiss ma jippermettix li pajjiżi foqra jilħqu l-potenzjal ta' żvilupp kollu tagħhom,
T. billi l-korruzzjoni teqred il-produttività, toħloq instabilità u tiskoraġġixxi investiment barrani,
U. billi flussi illegali ta' kapital mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma stmati għal madwar USD 641 biljun sa USD 941 biljun, u dan il-fluss ’il barra jipperikola l-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġġeneraw ir-riżorsi proprji tagħhom u jallokaw aktar fondi għat-tnaqqis tal-faqar(16),
V. billi, minkejja li sar progress kbir fir-rigward ta' xi MDGs li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa, it-tliet MDGs marbuta mas-saħħa, b'mod partikulari rigward il-mortalità materna, għad baqagħlhom ħafna biex jintlaħqu,
W. billi 13% tal-imwiet materni kollha fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma dovuti għal abort mhux sigur, u billi din iċ-ċifra hija ħafna aktar għolja fl-Afrika(17),
X. billi l-finanzjament għall-ippjanar tal-familja, meta dan jitqies għal kull mara, naqas drastikament matul l-aħħar għaxar snin,
Y. billi, anki jekk niksbu l-MDGs kollha, xorta waħda jkun għad fadal sfidi relatati mal-faqar u sofferenza f'pajjiżi fqar,
Z. billi, jekk nonqsu milli nżommu l-wegħdiet relatati mal-MDGs tagħna, dan ikun ifisser tbatija kontinwa għal miljuni ta' nies fqar, u dan serjament ikun ta' dannu għall-fiduċja bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar,
I.Finanzjament
1. Jistenna li l-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2010 jilħaq ftehim dwar pożizzjoni ambizzjuża u unita tal-UE qabel il-laqgħa tan-NU dwar l-MDGs ta' Settembru, u li jwassal għal impenji ġodda, addizzjonali, trasparenti, li jistgħu jitkejlu u li huma mmirati lejn ir-riżultati;
2. Jistieden lill-Istati Membri biex jilħqu l-obbligi li qablu dwarhom bħala parti mill-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp;
3. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) trid tibqa’ objettiv ewlieni għall-Unjoni Ewropea; jenfasizza li t-tnaqqis tal-faqar permezz tal-kisba tal-MDGs irid jiġi rikonoxxut b'mod mhux ambigwu bħala l-qafas dominanti għall-politika tal-UE u li dan irid jiġi rifless b'mod ċar fil-politiki tal-iżvilupp rilevanti kollha, inklużi l-politika tal-kummerċ u l-proposti leġiżlattivi; jemmen li l-MDGs m'għandhomx jitqiesu bħala kwistjoni teknika li se tissolva sempliċement billi jiġu pprovduti aktar flus jew iżjed opportunitajiet ta' kummerċ mingħajr ma jiġu identifikati u ttrattati l-kawżi fundamentali tal-faqar;
4. Jisħaq li l-figuri li ngħataw fir-rapport riċenti tan-NU bit-titolu ’Ħsibijiet ġodda dwar il-Faqar’ mhumiex biss allarmanti iżda wkoll indikazzjoni ċara li r-riskju li l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju ma jintlaħqux huwa reali;
5. Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jżommu l-wegħdiet tagħhom ta' għajnuna ta' 0.7% sa mhux iktar tard mill-2015;
6. Jistieden lill-UE u l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri li jtejbu r-responsabilità tagħhom għall-impenn li jagħtu 0.7% tad-Dħul Gross Nazzjonali bħala għajnuna sal-2015, fosthom it-twaqqif ta' proċess ta' ’Evalwazzjoni Orizzontali tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA)’ li, fi ħdan il-Kunsill għall-Affarijiet Barranin, jivvaluta l-progress lejn il-mira ta' 0.7% sal-2015, b'rapport lill-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew;
7. Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jintroduċu miżuri għall-għajnuna għall-iżvilupp u joħorġu skedi multiannwali sabiex jintlaħqu l-miri tal-MDGs; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tkun totalment trasparenti, u għalhekk jitlobha tippubblika l-ammonti li ntefqu fuq l-ODA mill-Istati Membri;
8. Jistieden lill-UE u lill-OECD biex ma jwessgħux id-definizzjoni ta' għajnuna għall-iżvilupp (ODA) u biex ma jniżżlux it-tħassir tad-dejn jew flussi oħra li mhumiex tal-ODA bħala nefqa għall-għajnuna;
9. Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex b'mod attiv jinfurzaw il-liġi fuq ir-rifuġji fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-flussi finanzjarji illeċiti, fi ħdan il-qafas tal-G20 u tan-NU, u sabiex jippromwovu trasparenza akbar, inkluż l-iżvelar sistematiku tal-profitti li jkunu saru u t-taxxi mħallsa u sistema ta' rappurtar skont il-pajjiż sabiex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jżommu r-riżorsi tagħhom stess għall-iżvilupp ta' pajjiżhom;
10. Jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) sabiex jirrevedi l-politika tiegħu dwar ċentri finanzjarji offshore fuq il-bażi ta' kriterji aktar stretti minn dawk tal-lista tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) għad-definizzjoni ta' ġuriżdizzjonijiet projbiti u sorveljati, u sabiex jiżgura l-implimentazzjoni tagħha u jipprovdi rapporti annwali dwar il-progress;
11. Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-komunità internazzjonali sabiex jieħdu azzjoni biex it-trażmissjoni ta' flus minn emigranti lura lejn pajjiżhom ma tibqax daqshekk għalja;
12. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jappoġġjaw l-inizjattivi tan-NU u jieħdu miżuri biex tiżdied ir-responsabilità ta' min jislef u ta' min jissellef fil-kuntest tat-tranżazzjonjiet sovrani tad-dejn;
13. Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-komunità internazzjonali biex jagħmlu sforzi ġodda biex jitnaqqas il-piż tad-dejn tal-LDCs b'riżultati ta' responsabilità, trasparenza u governanza tajba;
14. Jistieden lill-UE biex tipprovdi fondi suffiċjenti sabiex tgħin lin-nazzjonijiet il-fqar jiġġieldu l-effetti tat-tibdil fil-klima u l-kriżi ekonomika; jinsisti li dawn il-fondi jkunu ġenwinament addizzjonali għall-impenji ta' għajnuna eżistenti;
15. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jimpenjaw ruħhom sabiex jallokaw, b'mod sinifikanti, iktar riżorsi għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna ta' emerġenza skont il-Perspettiva Finanzjarja u l-Fond għall-Iżvilupp Ewropew li jmiss;
16. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tuża l-istrumenti eżistenti tagħha ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż il-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-ENP, is-Sħubija tal-Lvant, il-GSP u l-GSP+, biex tiddefinixxi ulterjorment u timplimenta passi prattiċi bil-ħsieb li bihom tiġi ffaċilitata l-kisba tal-MDGs;
17. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex iżidu, b'mod sinifikanti, l-ammont ta' għajnuna mogħtija permezz ta' appoġġ baġitarju, b'mod partikolari permezz tal-kuntratti dwar l-MDGs, iżda jinsisti li għandhom jintlaħqu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza u kriterji essenzjali oħra u li jkun hemm iktar monitoraġġ u verifiki aħjar;
18. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jiżguraw li l-UE tkompli taħdem permezz ta' firxa wiesgħa ta' strumenti finanzjarji eżistenti fil-livelli globali u nazzjonali flimkien mal-appoġġ baġitarju, inkluż il-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja, u permezz ta' organizzazzjonijiet u mekkaniżmi rilevanti oħra, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet u l-komunitajiet tas-soċjetà ċivili;
19. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex ikomplu jtejbu l-koordinazzjoni billi jneħħu l-irbit kollu mill-għajnuna tagħhom, b'konformità mad-dikjarazzjonijiet ta' Pariġi u ta' Akkra, u b'hekk inaqqsu l-frammentazzjoni żejda tal-baġits tal-għajnuna, li huwa meħtieġ għall-koerenza u biex jitneħħa l-irbit mill-għajnuna; jirrikonoxxi wkoll li Stati Membri differenti jistgħu joffru għarfien espert f'bosta żoni ġeografiċi u setturi ta' żvilupp;
II.Koerenza tal-politika għall-iżvilupp
20. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li r-responsabilità primarja għall-ipprogrammar tal-fondi ta' żvilupp u għall-istabbiliment ta' prijoritajiet tibqa’ fil-kompetenza tal-Kummissarju għall-Iżvilupp fl-istruttura istituzzjonali l-ġdida tal-UE;
21. Jistieden lill-UE biex tieħu azzjoni konkreta kontra l-faqar billi tadotta politika koerenti li tkopri l-oqsma tal-kooperazzjoni għall-kummerċ u għall-iżvilupp, kif ukoll il-politiki tal-agrikoltura u tas-sajd komuni tagħha biex jiġu evitati impatti negattivi diretti jew indiretti fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
22. Jistieden lill-UE biex tiddefendi l-prinċipju tas-sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u biex tħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jikkonformaw ma' dan il-prinċipju matul in-negozjati preżenti tad-WTO;
23. Jemmen li l-kisba tal-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju teħtieġ miżuri li jkattru l-aċċess għar-riżorsi tal-art, l-ilma u l-bijodiversità u miżuri li jippromwovu politika ta' appoġġ lokali għall-biedja sostenibbli fuq skala żgħira;
24. Jistieden lill-UE sabiex teżamina l-ftehimiet tas-sajd tagħha fil-kuntest tal-iżvilupp sabiex dawn iqisu l-impatti soċjali u ekonomiċi fuq il-komunitajiet lokali, notevolment permezz ta' appoġġ settorjali tal-UE fuq perjodu twil u mekkaniżmu li permezz tiegħu s-sidien tal-vapuri jkopru parti ġusta tal-ispejjeż ta' aċċess għall-flotta tal-UE;
25. Jistieden lill-UE sabiex ma tpoġġix pressjoni fuq il-pajjiżi fqar, permezz tal-politika tal-kummerċ tagħha, biex dawn jiftħu setturi tas-suq vulnerabbli meta l-livell ta' żvilupp tagħhom jipprekludihom milli jikkompetu b'mod ġust fil-livell globali, filwaqt li ssaħħaħ l-enfasi favur il-fqar tal-politika tal-Għajnuna għall-Kummerċ tal-UE;
26. Jistieden lill-UE biex tiġġieled għal konklużjoni f'waqtha u li tkun immirata lejn l-iżvilupp tar-Rawnd ta' Doha tad-WTO;
27. Jitlob biex evalwazzjoni tar-riskju tat-tibdil fil-klima tiġi inkorporata sistematikament fl-aspetti kollha tal-politika tal-ippjanar u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi l-kummerċ, l-agrikoltura u s-sikurezza tal-ikel; jitlob li r-riżultat ta' din l-evalwazzjoni jintuża biex ikunu formulati linji ta' gwida ċari għall-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli;
28. Jenfasizza li hemm bżonn ta' rispons globali effikaċi għall-problema tat-tibdil fil-klima, fejn il-pajjiżi industrijalizzati jieħdu r-responsabilità tagħhom u jkunu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-effetti tal-gassijiet b'effett ta' serra, li jheddu l-MDGs jekk ma jiġux indirizzati;
29. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, li huma partijiet għall-Protokoll dwar l-Evalwazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni Espoo, biex jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll meta jgħinu fl-iżvilupp ta' programmi u proġetti pubbliċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
30. Huwa konvint li l-kummerċ jista’ jkun forza b'saħħitha li tmexxi t-tkabbir ekonomiku, għalkemm il-kummerċ waħdu ma jistax isolvi l-problemi tal-iżvilupp; jemmen li l-progress bilmod tan-negozjati tar-Rawnd ta' Doha qed jostakola l-kontribut tas-sistema tal-kummerċ internazzjonali għall-MDGs; jisħaq fuq il-fatt li konklużjoni pożittiva tar-Rawnd ta' Doha tista’ tikkontribwixxi biex ikun stabbilit pakkett ta' stimulu ekonomiku fil-livell globali; jieħu nota tal-ħafna studji mill-UNCTAD u minn istituzzjonijiet oħrajn li juru li l-liberalizzazzjoni estensiva tal-kummerċ fil-pajjiżi l-inqas żviluppati rari wasslet għal tnaqqis kontinwu u sostanzjali tal-faqar u tat kontribut għal tnaqqis fit-termini tal-kummerċ tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikulari tal-pajjiżi Afrikani;
31. Jisħaq fuq l-importanza tal-isforzi biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ekonomija dinjija; itenni li l-ftuħ għall-kummerċ u l-appoġġ għall-kapaċità ta' provvista huma elementi importanti fi kwalunkwe strateġija koerenti għall-iżvilupp u li inizjattivi għal għajnuna teknika relatata mal-kummerċ jirrappreżentaw għodda addizzjonali biex jiġu affrontati l-qerda tal-faqar u s-sottożvilupp;
32. Ifakkar li t-titjib fil-kapaċità tal-kummerċ tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u ta' dawk inqas żviluppati jista’ jgħinhom biex jakkwistaw il-ħiliet relatati mal-kummerċ u l-infrastruttura li huma meħtieġa biex jimplimentaw u jibbenefikaw minn ftehimiet tad-WTO, ikabbru l-kummerċ tagħhom, jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet ta' kummerċ ġodda u eżistenti, jimplimentaw ftehimiet ġodda u jadattaw ruħhom għal ambjent kummerċjali estern li qed jinbidel;
33. Jilqa’ l-inizjattivi eżistenti fil-livelli tal-UE u tad-WTO fil-qasam tal-kummerċ ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari l-inizjattiva Everything But Arms (EBA), il-GSP u l-GSP +, kif ukoll il-prinċipju tal-assimetrija u l-perjodi ta' tranżizzjoni nnegozjati f'kull Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (EPA) eżistenti, u jitlob lill-Kummissjoni biex tikkonsolida din l-istrateġija politika; jinnota li s-sistema GSP tipprovdi aktar stabilità, prevedibilità u opportunitajiet kummerċjali għall-utenti tagħha; jinnota li preferenzi addizzjonali jingħataw (permezz tar-reġim GSP) lil pajjiżi li rratifikaw u implementaw b'mod effettiv il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet soċjali u l-governanza tajba;
34. Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kontenut dwar l-iżvilupp fin-negozjati attwali fid-WTO u n-negozjati bilaterali dwar l-FTA;
35. Ifakkar li l-istrateġija tal-Għajnuna għall-Kummerċ hija mmirata biex tappoġġja pajjiżi fqar u vulnerabbli biex jiżviluppaw l-infrastruttura u l-għodod ekonomiċi bażiċi li għandhom bżonn biex il-kummerċ iservi bħala forza motriċi ta' tkabbir u żvilupp ekonomiku; jilqa’ l-istqarrijiet tal-Kummissjoni li l-UE diġà laħqet il-mira tagħha li timpenja €2 biljuni għall-għajnuna marbuta mal-kummerċ (TRA) sal-2010, billi l-appoġġ totali għat-TRA mill-UE u l-Istati Membri tagħha laħaq EUR 2.15 biljun fl-2008 (EUR 1.14-il biljun mill-Istati Membri u EUR 1.01 biljun mill-UE) u jinnota li nkisbu riżultati importanti rigward l-Aġenda aktar wiesgħa tal-Għajnuna għall-Kummerċ – inklużi t-trasport u l-enerġija, is-setturi produttivi u l-aġġustament marbut mal-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, biex tippreżenta informazzjoni dettaljata (inklużi ċ-ċifri) dwar il-linji tal-baġit li jintużaw biex jiġu ffinanzjati l-għajnuna marbuta mal-kummerċ u l-Għajnuna għall-Kummerċ;
36. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħtu aktar attenzjoni, u appoġġ, lill-pajjiżi l-inqas żviluppati sabiex jiżdiedu l-livelli ta' finanzjament totali tal-Għajnuna għall-Kummerċ tal-UE, li dan l-aħħar ma kellhomx żiediet sostanzjali; iqis li, minħabba li l-integrazzjoni reġjonali qed issir dejjem aktar importanti fil-kuntest tal-aġenda tal-Għajnuna għall-Kummerċ tal-UE, għandhom jissaħħu l-isforzi biex jiġu finalizzati l-pakketti tal-Għajnuna għall-Kummerċ reġjonali għall-AKP; iqis li hemm lok għal titjib fl-effikaċja tal-għajnuna billi tiżdied l-analiżi konġunta, l-istrateġiji ta' rispons konġunti u t-twassil konġunt tal-miżuri tal-Għajnuna għall-Kummerċ;
37. Iqis li d-dimensjoni tal-kummerċ bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar qed issir komponent tal-kummerċ dinji li qed jikber malajr u tista’ ssir dejjem aktar rilevanti biex jiġi żgurat l-iżvilupp tal-ifqar pajjiżi u għandha tiġi mħeġġa u appoġġjata;
III.Miri ta' prijorità tal-MDGs
38. Jistieden lill-UE biex iżżomm approċċ integrat, globali u komprensiv għall-MDGs, u tirrikonoxxi li l-għanijiet individwali u l-miri kollha huma interkonnessi, u tistabbilixxi rekwżiti minimi għall-kisba tal-qerda tal-faqar;
Saħħa u edukazzjoni
39. Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni biex jallokaw tal-inqas 20% tan-nefqa totali għall-iżvilupp għas-saħħa bażika u għall-edukazzjoni, biex iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-Fond Globali għall-ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja, u biex iżidu l-iffinanzjar tagħhom ta' programmi oħra maħsuba biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa, u biex jagħtu prijorità lis-saħħa materna u lill-ġlieda kontra l-mortalità fit-tfal;
40. Jistieden lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jonfqu tal-inqas 15 % tal-baġits nazzjonali tagħhom fuq il-kura tas-saħħa u biex isaħħu s-sistemi tagħhom tal-kura tas-saħħa;
41. Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jippromwovu aċċess liberu għas-saħħa u l-edukazzjoni;
42. Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni biex isibu rimedju għat-tnaqqis allarmanti fil-finanzjament tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u biex jappoġġjaw politiki dwar l-ippjanar volontarju tal-familja, l-abort sikur, it-trattament ta' infezzjonijiet trażmessi b'mod sesswali u l-forniment ta' provvisti tas-saħħa riproduttiva li jikkonsistu fi drogi li jsalvaw il-ħajja u kontraċettivi, inkluż kondoms;
43. Jitlob lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jindirizzaw l-MDG 5 (dwar it-titjib tas-saħħa materna), l-MDG 4 (dwar il-mortalità tat-tfal) u l-MDG 6 (dwar l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi) b'mod koerenti u olistiku, flimkien mal-MDG 3 (dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa);
44. Jitlob li d-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż u r-Reġjun jenfasizzaw il-ħtieġa għal leġiżlazzjoni kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, iħeġġu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jkomplu jenfasizzaw il-ħtieġa għal politiki li jqisu kwistjonijiet tas-sess;
45. Itenni li l-UE għandha tappoġġja dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jużaw l-hekk imsejħa flessibilitajiet inkorporati fil-Ftehima TRIPS (Ftehima dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali) biex ikunu jistgħu jipprovdu mediċini bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd skont il-programmi nazzjonali tagħhom tas-saħħa pubblika; jenfasizza li dawn il-ftehimiet li jiggarantixxu aċċess għal mediċini ġeneriċi ma għandhomx jiddgħajfu permezz ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles;
Gruppi vulnerabbli
46. Jistieden lill-UE biex talloka tal-inqas nofs l-għajnuna tagħha lil-LDCs u biex ikollha fil-mira tagħha l-gruppi li huma l-aktar fil-bżonn f'dawn il-pajjiżi, b'attenzjoni speċjali lin-nisa, it-tfal u n-nies b'diżabilitajiet, u biex tingħata prijorità, b'mod iktar effettiv, lill-interessi tal-gruppi vulnerabbli fl-istrateġiji ta' żvilupp tagħha;
47. Jappoġġja, f'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni biex talloka mill-ġdid finanzjament għall-pajjiżi li l-iktar li qiegħdin lura fil-qafas tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu 2010 tal-programmi AKP;
48. Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jagħtu attenzjoni partikolari lid-drittijiet tal-minoranzi u jinsisti li l-UE ddaħħal klawżoli mhux negozjabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem u n-nondiskriminazzjoni fil-ftehimiet internazzjonali tagħha, inter alia fir-rigward ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u fil-konfront ta' nies li jgħixu bl-HIV/AIDS;
Ħelsien mill-ġuħ
49. Jistieden lill-UE u lill-gvernijiet imsieħba sabiex iżidu l-investiment fis-sigurtà tal-agrikoltura u l-ikel għal livelli li jiggarantixxu ħelsien mill-ġuħ għal kulħadd, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet urġenti tal-ġuħ, lill-biedja fuq skala żgħira u lill-programmi ta' protezzjoni soċjali;
50. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi s-sjieda tal-art bħala għodda għat-tnaqqis tal-faqar u l-garanzija għas-sigurtà tal-ikel billi jissaħħu d-drittijiet ta' proprjetà u jkun iffaċilitat l-aċċess tal-kreditu għall-bdiewa, in-negozji żgħar u l-komunitajiet lokali;
Xogħol deċenti
51. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-akkwist attwali tal-artijiet agrikoli (partikolarment fl-Afrika) minn investituri barranin appoġġjati mill-gvern, li jista’ jipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-ikel lokali u jwassal għal konsegwenzi serji u b'firxa wiesgħa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lin-NU u lill-UE biex jindirizzaw serjament l-impatti negattivi tal-akkwist tal-artijiet agrikoli, (inkluża l-esproprjazzjoni ta' bdiewa żgħar u l-użu mhux sostenibbli tal-art u tal-ilma), billi jirrikonoxxu d-dritt tal-popolazzjoni li tikkontrolla l-art agrikola u riżorsi naturali vitali oħra;
52. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex isaħħu l-isforzi tagħhom fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, kemm billi jappoġġjaw programmi speċifiċi u kemm permezz ta' linji gwida għall-politiki ta' żvilupp u l-kummerċ internazzjonali;
53. Jistieden lill-UE u lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jappoġġjaw bis-saħħa l-Patt ta' Xogħlijiet Globali tal-ILO u biex japplikaw b'mod effettiv l-aspetti kollha tal-Aġenda tax-Xogħol Deċenti;
54. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja l-protezzjoni soċjali, id-djalogu soċjali u l-istandards bażiċi fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u biex, fejn huwa neċessarju, toffri inċentivi u tapplika sanzjonijiet permezz ta' ftehimiet ta' negozju u kwalunkwe strument ieħor disponibbli;
IV.Governanza
55. Jistieden lill-Bank Dinji u lill-IMF sabiex jallokaw porzjon iktar ġust tad-drittijiet għall-vot lin-nazzjonijiet li mhumiex irrappreżentati biżżejjed billi jiżguraw li min jislef u min jissellef ikollhom sehem indaqs ta' voti fiż-żmien qasir, u li s-self ma jipperikolax il-prinċipji ta' sjieda, kif sar impenn għalihom f'Pariġi u f'Accra;
56. Jistieden lill-IMF biex iżid il-livelli ta' aċċess tal-pajjiżi bi dħul baxx għall-faċilitajiet konċessjonarji tiegħu u jżid l-allokazzjoni tad-Drittijiet Speċjali għall-Ġbid tal-flus għall-LICs skont il-bżonnijiet tagħhom;
57. Biħsiebu, meta jkun qed jieħu kodeċiżjoni dwar ir-reviżjoni li jmiss tal-mandat estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment, li jiżgura t-twettiq tal-obbligi ta' żvilupp tiegħu, u li jiffoka r-riżorsi tiegħu aktar fuq il-bżonnijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi l-faċilitajiet ta' self favur il-foqra li jkunu effettivi b'mod reċiproku;
58. Jistieden lill-Istati Membri kollha u lill-komunità internazzjonali biex jiżguraw li n-NU jibqgħu l-forum preferit biex jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-governanza globali u mal-faqar;
59. Jistieden lill-awtoritajiet tal-UE u tal-UA biex jinvestu rieda politika mġedda fis-sħubija strateġika bejn l-Afrika u l-UE, u biex jiddedikaw riżorsi speċifiċi biex din tkun tista’ tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha;
60. Jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jippromwovu u jappoġġjaw id-demokrazija, il-paċi, l-istat tad-dritt u amministrazzjoni mhux korrotta fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
61. Jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali biex jagħmlu sforz eċċezzjonali biex jappoġġjaw l-amministrazzjoni pubblika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan speċifiku li jiġġieldu kontra l-korruzzjoni u joħolqu ambjent amministrattiv li jkun trasparenti, imparzjali u ġust, filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol essenzjali tal-protagonisti mhux statali u tas-soċjetà ċivili;
62. Jistieden lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw sabiex jiffirmaw b'urġenza l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni, sabiex jieħdu miżuri prattiċi biex jimplimentaw b'mod effettiv id-dispożizzjonijiet tagħha, u jistabbilixxu mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-progress;
63. Jirrikonoxxi l-bżonn li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw itejbu l-istandards tal-kontabilità internazzjonali sabiex jiġu evitati l-prattiki tal-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa, u b'hekk tinkiseb governanza fiskali globali aħjar;
64. Jistieden lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jinvolvu lill-parlamenti, lill-gvern lokali, lis-soċjetà ċivili u lil protagonisti mhux statali oħra fl-istadji kollha tal-formulazzjoni u l-implimentazzjoni politika;
65. Jistieden lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod speċjali dawk li jibbenefikaw l-aktar mill-għajnuna tal-UE, biex isaħħu l-governanza tajba fil-kwistjonijiet pubbliċi kollha, u b'mod speċjali fil-ġestjoni tal-għajnuna li jirċievu, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ħalli tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li l-għajnuna tkun implimentata b'mod trasparenti u effiċjenti;
66. Jirrikonoxxi r-rabta vitali bejn is-sigurtà u l-iżvilupp u jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' progress magħmul rigward il-kisba ta' soluzzjoni paċifika għall-kunflitti ffriżati fil-viċinat tal-UE u lil hinn minnu, u jħeġġeġ lill-UE biex tirrevedi l-isforzi tagħha f'dan il-qasam;
67. Jistieden lill-UE biex tinvolvi ruħha fi djalogu ambizzjuż u kostruttiv mad-donaturi kollha, kemm dawk tradizzjonali kif ukoll dawk emerġenti, sabiex tiżgura li l-MDGs jinkisbu u li t-tnaqqis tal-faqar jibqa’ fuq nett tal-aġenda globali;
o o o
68. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.