Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 16 ta' Ġunju 2010 - Strasburgu
Programm ta' Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) ***I
 L-istrutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita ***I
 Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (GMES) (2011 - 2013) ***I
 Konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) ***
 Koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ***
 Adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 *
 Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010: Taqsima III – Il-Kummissjoni (Bilanċ favorevoli 2009)
 Kwittanza 2008: Il-Kunsill
 Drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali ***I
 L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I
 Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***I
 UE 2020
 Governanza ekonomika
 It-twaqqif u s-saħħa numerika tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi politiċi u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013

Programm ta' Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) ***I
PDF 291kWORD 36k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm ta' Riċerka Konġunt tal-Baħar Baltiku (BONUS-169) li huma impenjati fih diversi Stati Membri (COM(2009)0610 – C7-0263/2009 – 2009/0169(COD))
P7_TA(2010)0212A7-0164/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0610),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 169 u 172(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0263/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 185 u 188(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0164/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Konġunt ta' Riċerka u Żvilupp tal-Baħar Baltiku (BONUS) li huma impenjati fih diversi Stati Membri

P7_TC1-COD(2009)0169


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma' l-att leġislattiv finali, Deċiżjoni Nru 862/2010/UE.)

(1) Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


L-istrutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita ***I
PDF 289kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita (COM(2009)0139 – C7-0103/2009 – 2009/0047(COD))
P7_TA(2010)0213A7-0160/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0139),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 156 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0103/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Lulju 2009(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0160/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’ test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

P7_TC1-COD(2009)0047


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma' l-att leġislattiv finali, Regolament (UE) Nru 912/2010)

(1) ĠU C 317, 23.12.2009, p. 103.


Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja (GMES) (2011 - 2013) ***I
PDF 289kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm Ewropew ta' osservazzjoni tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (COM(2009)0223 – C7-0037/2009 – 2009/0070(COD))
P7_TA(2010)0214A7-0161/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0223),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 157(3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0037/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titlu ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 189 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-5 ta' Mejju 2010 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0161/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilldwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011 sa 2013)

P7_TC1-COD(2009)0070


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma' l-att leġislattiv finali, Regolament (UE) Nru 911/2010)

(1) Għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) ***
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010 – C7-0109/2010 – 2009/0085(NLE))
P7_TA(2010)0215A7-0176/2010

(Approvazzjoni - referenza mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Istatut tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli (IRENA) mill-Unjoni Ewropea (08612/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0326),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2009(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa’ (COM(2009)0665 u COM(2010)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 194(2), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni talbet l-approvazzjoni tal-Parlament (C7-0109/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59(3), 81, u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0176/2010),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Istatut;

2.  Jagħti istruzzjoni lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P7_TA(2009)0030.


Koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ***
PDF 216kWORD 47k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (09898/2/2010 – C7-0145/2010– 2010/0066(NLE))
P7_TA(2010)0216A7-0194/2010

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (09898/2/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 329(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0145/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 74g u 81(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0194/2010),

A.  billi fis-17 ta' Lulju 2006 l-Kummissjoni adottat proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisdizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (’Ruma III’) (COM(2006)0399),

B.  billi dik il-proposta kienet ibbażata fuq l-Artikoli 61(c) u 67(1) tat-Trattat KE, li kienu jirrikjedu vot unanimu fil-Kunsill,

C.  billi fil-21 ta' Ottubru 2008 l-Parlament, filwaqt li aġixxa skont il-proċedura ta' konsultazzjoni, approva l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata(1),

D.  billi, diġà sa nofs l-2008, kien ċar li xi Stati Membri kellhom problemi speċifiċi li kienu jagħmluhielhom impossibbli li jaċċettaw ir-regolament propost; billi, b'mod partikolari, kien hemm Stat Membru wieħed li ma setax jaċċetta li l-qrati tiegħu seta’ jkollhom japplikaw liġi tad-divorzju barranija, li hu kien iqis bħala aktar restrittiva mil-liġi tad-divorzju tiegħu u li xtaq ikompli japplika l-liġi sostantiva tiegħu għal kull divorzju mitlub fil-qrati tiegħu; billi, min-naħa l-oħra, maġġoranza kbira tal-Istati Membri qiesu li r-regoli dwar il-liġi applikabbli kienu element essenzjali tar-regolament propost u li dawn ir-regoli kienu f'xi każijiet se jfissru li l-qrati japplikaw liġi barranija,

E.  billi, fil-laqgħa tiegħu tal-5 u s-6 ta' Ġunju 2008, il-Kunsill ikkonkluda li ’ma kien hemm l-ebda unanimità biex ikompli miexi ’l quddiem bir-Regolament propost u li kienu jeżistu diffikultajiet insormontabbli, li jagħmluha impossibbli li jkun hemm deċiżjoni li tirrikjedi l-unanimità issa u fil-futur prevedibbli’ u li ’l-objettivi tar-regolament propost ma setgħux jintlaħqu f'perjodu raġonevoli billi jkunu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati’,

F.  billi, skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, minimu ta' disa’ Stati Membri jistgħu jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-Unjoni, filwaqt li jużaw l-istituzzjonijiet tagħha u jeżerċitaw dawn il-kompetenzi billi japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, suġġett għal-limiti u skont l-arranġamenti stipulati f'dak l-Artikolu kif ukoll fl-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

G.  billi, s'issa, erbatax-il Stat Membru(2) indikaw l-intenzjoni tagħhom li jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali,

H.  billi l-Parlament ivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

I.  billi, b'mod partikolari, din il-koperazzjoni msaħħa tista’ titqies li ssaħħaħ l-objettivi tal-Unjoni, filwaqt li tħares l-interessi tagħha u ssaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni tagħha fit-tifsira tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-konsultazzjoni estensiva tal-partijiet interessati li wettqet il-Kummissjoni bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt tagħha b'rabta mal-Green Paper tagħha (COM(2005)0082), in-numru kbir ta' żwiġijiet ’internazzjonali’ u l-madwar 140 000 divorzju b'element internazzjonali fl-Unjoni fl-2007, filwaqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh li tnejn mill-pajjiżi li biħsiebhom jipparteċipaw fil-koperazzjoni msaħħa, il-Ġermanja u Franza, kellhom l-akbar proporzjon ta' divorzji ’internazzjonali’ ġodda f'dik is-sena,

J.  billi l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-konflitt tal-liġijiet se tiffaċilita r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u se ssaħħaħ il-fiduċja reċiproka; billi bħalissa jeżistu 26 sett differenti ta' regoli tal-konflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, u l-istabbiliment tal-koperazzjoni msaħħa f'dan il-qasam se jnaqqas dan in-numru għal 13, biex b'hekk tkun possibbli armonizzazzjoni akbar tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat u jissaħħaħ il-proċess ta' integrazzjoni,

K.  billi jidher ċar mill-aspett storiku ta' din l-inizjattiva li d-deċiżjoni proposta qed titressaq wara li falla kull tentattiv ieħor u li l-objettivi tal-koperazzjoni ma setgħux jintlaħqu f'perjodu raġonevoli; billi mill-inqas disa’ Stati Membri biħsiebhom jipparteċipaw fiha; billi, għalhekk, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huma ssodisfati,

L.  billi r-rekwiżiti tal-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma ssodisfati wkoll,

M.  billi b'mod partikolari f'dan il-qasam, il-koperazzjoni msaħħa tikkonforma mat-Trattati u mad-dritt tal-Unjoni peress li mhux se taffettwa l-acquis, ladarba l-uniċi regoli tal-Unjoni li jeżistu f'dan il-qasam jirrigwardaw il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u mhux il-liġi applikabbli; billi mhux se tikkawża xi diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità bi ksur tal-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li r-regoli tal-konflitt tal-liġijiet proposti se japplikaw għall-partijiet kollha quddiem il-qrati tal-Istati Membri parteċipanti irrispettivament min-nazzjonalità jew mir-residenza tagħhom,

N.  billi l-koperazzjoni msaħħa mhux se ddgħajjef is-suq intern jew il-koeżjoni soċjali jew territorjali, u mhux se tkun ta' ostakolu għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, jew toħloq diskriminazzjoni jew tfixkil tal-kompetizzjoni; billi, minflok, se tiffaċilita l-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi telimina l-ostakoli possibbli għall-moviment liberu tal-persuni u tissimplifika l-affarijiet għall-individwi u l-prattikanti fl-Istati Membri parteċipanti, mingħajr ma twassal li sseħħ xi diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini,

O.  billi l-koperazzjoni msaħħa se tirrispetta d-drittijiet, il-kompetenzi u l-obbligi tal-Istati Membri mhux parteċipanti ladarba se jżommu r-regoli eżistenti tagħhom tad-dritt internazzjonali privat f'dan il-qasam; billi m'hemm l-ebda ftehimiet internazzjonali bejn l-Istati Membri parteċipanti u dawk mhux parteċipanti li jinkisru bil-koperazzjoni msaħħa; u billi mhux se taffettwa l-Konvenzjonijiet tal-Aja dwar ir-responsabilità tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment,

P.  billi l-Artikolu 328(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jgħid li l-koperazzjoni msaħħa għandha tkun miftuħa f'kull ħin għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw,

Q.  billi l-Artikolu 333(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jippermetti lill-Kunsill (jew, iktar preċiżament, lil dawk il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni msaħħa) jadotta deċiżjoni li tistipula li se jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja minflok il-proċedura leġiżlativa speċjali prevista fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament jiġi biss ikkonsultat,

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 333(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tgħid li, f'dak li jirrigwarda l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimplimenta koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, se jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 128.
(2) Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugal, ir-Rumanija, u s-Slovenja.


Adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 *
PDF 215kWORD 45k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro fl-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011 (COM(2010)0239 – C7-0131/2010 – 2010/0135(NLE))
P7_TA(2010)0217A7-0182/2010

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0239),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2010 tal-Kummissjoni dwar il-Konverġenza (COM(2010)0238) rigward l-Estonja u r-Rapport ta' Mejju 2010 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-Konverġenza,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-tkabbir taż-żona tal-euro(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2008(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar id-Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro u l-Finanzi Pubbliċi 2009(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni(4) (riżoluzzjoni dwar l-EMU@10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar it-titjib tal-proċess ta' konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta' tkabbir ulterjuri taż-żona euro(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għal proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar emenda għall-Artikolu 10.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew(6),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/223/KE tal-21 ta' Marzu 2003 fuq l-emenda tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew(7),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0131/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0182/2010),

A.  billi l-Artikolu 140(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat FUE) jiddefinixxi l-ilħuq ta' grad għoli ta' konverġenza sostenibbli b'referenza għal jekk kull Stat Membru jkunx issodisfa dawn il-kriterji: il-ksib ta' livell għoli ta' stabbiltà fil-prezzijiet; is-sostenibbilta’ tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Gvern; l-osservanza tal-marġni ta' fluttwazzjoni normali previsti mill-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju; u d-durabbiltà tal-konverġenza miksuba mill-Istat Membru u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea li tiġi riflessa fil-livelli tar-rati ta' mgħax f'perjodi fit-tul,

B.  billi l-Estonja kkonformat mal-kriterji ta' Maastricht f’ konformita’ mal-Artikolu 140(1) tat-Trattat FUE u l-Protokoll (Nru 13) dwar il-Kriterji ta' Konverġenza anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat FUE,

C.  billi r-Rapporteur żar l-Estonja biex jivvaluta kemm dak il-pajjiż hu lest biex jidħol fiż-żona tal-euro,

D.  billi l-Kummissjoni ddikjarat li l-EUROSTAT, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-uffiċċju Estonjan għall-istatistika, eżamina l-kwalità tad-data relevanti kollha trażmessa mill-awtoritajiet Estonjani,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Huwa favur l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta' Jannar 2011;

3.  Jinnota li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) saret fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali globali li affetwat il-prospetti għal konverġenza nominali ta' ħafna Stati Membri oħra;

4.  Jinnota li l-Estonja ssodisfat il-kriterji, bħala riżultat ta' sforzi determinati, kredibbli u sostnuti mill-Gvern u l-poplu Estonjani;

5.  Juri tħassib dwar id-diskrepanzi bejn ir-rapporti dwar il-konverġenza tal-Kummissjoni u tal-BĊE rigward is-sostenibbiltà tal-istabbiltà tal-prezzijiet;

6.  Jinnota li r-Rapport tal-2010 tal-BĊE dwar il-Konverġenza jidentifika bħala sfida kbira ż-żamma tal-konverġenza tal-inflazzjoni, ladarba jintemm l-aġġustament ekonomiku attwali;

7.  Jistieden lill-Gvern Estonjan biex iżomm l-attitudni ta' politika fiskali prudenti tiegħu, flimkien mal-politiki globali tiegħu orjentati lejn l-istabbiltà, fil-konfront tal-iżbilanċji makroekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet fil-ġejjieni;

8.  Jistieden lill-Istati Membri biex iħallu lill-Kummissjoni tevalwa l-konformità mal-kriterji ta' Maastricht fuq il-bażi ta' data definita, indipendenti, attwali, affidabbli, u ta' kwalità għolja;

9.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel simulazzjoni tal-effett tal-pakkett ta' salvataġġ taż-żona tal-euro fuq il-baġit Estonjan meta l-pajjiż jingħaqad maż-żona tal-euro u b'hekk isir membru tal-grupp li jiggarantixxi l-fondi ta' salvataġġ;

10.  Jistieden lill-Kummissjonu u lill-BĊE biex iqisu l-aspetti kollha meta jirrakkomandaw ir-rata tal-kambju finali għall-kroon Estonjan;

11.  Jistieden lill-awtoritajiet Estonjani biex iħaffu t-tħejjijiet prattiċi tagħhom sabiex jiżguraw li l-proċess tal-bidla jkun bla intoppi; jistieden lill-Gvern Estonjan biex jiżgura li l-introduzzjoni tal-euro ma tintużax biex il-prezzijiet jiżdiedu bil-moħbi;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BĊE biex jirrapportaw lill-Parlament dwar il-passi li qed jiġu kkunsidrati għall-minimizzazzjoni tal-inflazzjoni tal-assi bħala konsegwenza tar-rati baxxi ta' mgħax;

13.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

14.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Eurogroup u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 249.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0090.
(3) Testi adottati, P7_TA(2010)0072.
(4) ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 8.
(5) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 251.
(6) ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 374.
(7) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 66.


Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010: Taqsima III – Il-Kummissjoni (Bilanċ favorevoli 2009)
PDF 208kWORD 38k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni (10930/2010 – C7-0153/2010 – 2010/2056(BUD))
P7_TA(2010)0218A7-0200/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 310 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1) (’ir-Regolament Finanzjarju’), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, adottat b'mod definittiv fis-17 ta' Diċembru 2009(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz tal-Baġit ta' Emenda Nru 4 għall-baġit tal-2010, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-16 ta' April 2010 (COM(2010)0169),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010 stabbilita fil-11 ta' Ġunju 2010 (10930/2010 - C7-0153/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0200/2010),

A.  billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit tal-2010 l-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2009, li jammonta għal EUR 2 253 591 199,37,

B.  billi l-elementi prinċipali ta' dan il-bilanċ favorevoli huma soprareġistrazzjoni fid-dħul ta' EUR 400 703 258, sottoeżekuzzjoni fin-nefqa ta' EUR 1 667 346 181 u differenzi pożittivi tar-rati tal-kambju li jammontaw għal EUR 185 541 760,

C.  billi għall-Intestatura 1, is-sottoeżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas fl-2009 kienet tammonta għal EUR 451 miljun, għall-Intestatura 2 kienet tammonta għal EUR 244 miljun, għall-Intestatura 3 kienet tammonta għal EUR 106 miljun, għall-Intestatura 4 kienet tammonta għal EUR 603 miljun u għall-Intestatura 5 kienet tammonta għal EUR 263 miljun,

D.  billi l-effett kombinat tal-marġni baġitarji stretti ħafna u l-ħtiġijiet finanzjarji li qed jitfaċċaw huwa li jipperikola l-prijoritajiet politiċi eżistenti, filwaqt li sottoeżekuzzjoni sinifikanti tnaqqas fl-istess ħin it-twettiq tal-politika tal-UE,

E.  billi l-kalkolu tal-sottoimplimentazzjoni baġitarja tal-2009 għandha tqis l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010 u l-Baġit ta' emenda Nru 10/2009,

1.  Jieħu nota tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010 ddedikat biss għall-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli tal-2009, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju;

2.  Jisħaq li s-sottoimplimentazzjoni attwali tal-baġit tal-2009 mhijiex limitata għall-bilanċ favorevoli ppreżentat fl-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010 iżda jammonta għal aktar minn EUR 5 000 000 000, b'qies ukoll tal-baġit ta' emenda Nru 10/2009; iwissi għalhekk li l-baġits ta' emenda ta' tmiem is-sena li jnaqqsu l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas, filwaqt li konsegwentement inaqqsu l-kontribuzzjoni globali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-baġit tal-UE, jagħtu stampa mgħawġa tal-implimentazzjoni baġitarja;

3.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 4/2010 mhux emendat u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ta' emenda Nru 2/2010 ġie definittivament adottat u jirranġa għall-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
(2) ĠU L 64, 12.3.2010,
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Kwittanza 2008: Il-Kunsill
PDF 351kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima II – Il-Kunsill(1) (C7-0174/2009 – 2009/2070(DEC))
P7_TA(2010)0219A7-0096/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(2),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0174/2009)(3),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(4),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tad-delegati tal-Membri tal-Kunsill(7),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(8) (IIA),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2009 bl-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima II – Il-Kunsill(9),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0096/2010),

A.  billi l-Kunsill, irrappreżentat mill-Presidenza Spanjola, qabel li jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tal-allegat Ftehim Mhux Uffiċjali tal-1970 li jmur lura għall-1970,

B.  billi ’iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif it-taxxi tagħhom qed jintefqu u kif qed tiġi mmaniġġjata s-setgħa fdata f'idejn il-korpi politiċi’(10),

C.  billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Kolonja tat-3 u l-4 ta' Ġunju 1999 għandhom il-ħsieb li jagħtu kapaċitajiet operattivi lill-Kunsill fil-qasam ta' politika Ewropea msaħħa għas-sigurtà u d-difiża komuni (PSDK),

D.  billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/197/PESK(11) tat-23 ta' Frar 2004 stabbiliet mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-finanzi tal-ispejjeż komuni ta' operazzjonijiet tal-UE b'implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, bl-isem ATHENA, u billi dik id-Deċiżjoni, flimkien mad-Deċiżjoni 2004/582/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fi ħdan il-Kunsill tat-28 ta' April 2004 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet mogħtija lil ATHENA(12), tagħti privileġġi u immunitajiet lil ATHENA kif ukoll setgħa operattiva lill-Kunsill,

E.  billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/178/PESK tat-28 ta' Frar 2000 dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali fil-qasam militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fil-perjodu interim(13) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK tat-22 ta' Jannar 2001 dwar l-istabbiliment tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea(14) jispeċifikaw li l-ispiża marbuta mal-issekondar tal-esperti militari għandha tinġarr mill-baġit tal-Kunsill,

1.  Jinnota li fl-2008 l-Kunsill kellu disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li kienu jammontaw għal total ta' EUR 743 miljun (2007: EUR 650 miljun), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 93.31 %, konsiderevolment ogħla mill-2007 (81.89%), iżda xorta taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (95,67 %);

2.  Fid-dawl tal-problemi li nqalgħu fil-proċeduri ta' kwittanza tal-2007 u l-2008, jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu meħuda fid-deċiżjoni tiegħu tal-25 ta' April 2002 dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2000(15) li ’[...] il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma eżaminawx, fl-imgħoddi, l-implimentazzjoni tat-taqsimiet rispettivi tagħhom tal-baġit; iqis li minħabba n-natura aktar operattiva tan-nefqa, iffinanzjata mill-baġit amministrattiv tal-Kunsill, fl-oqsma tal-affarijiet barranin, is-sigurtà u l-politika ta' difiża, kif ukoll tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, l-ambitu ta' dan l-arranġament għandu jiġi ċċarat bil-ħsieb li ssir distinzjoni bejn in-nefqa amministrattiva tradizzjonali u l-operazzjonijiet f'dawn l-oqsma ta' politika ġodda’;

3.  Iqis li minħabba ż-żidiet fin-nefqa amministrattiva u b'mod speċjali minħabba l-preżenza possibbli ta' nfiq ta' natura operattiva, in-nefqa tal-Kunsill għandha tiġi eżaminata bl-istess mod bħal dak ta' istituzzjonijiet oħrajn tal-UE bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza prevista mill-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Iqis li dan l-iskrutinju jissejjes fuq dawn id-dokumenti bil-miktub ippreżentati mill-istituzzjonijiet kollha:

   il-kontijiet tas-snin finanzjarji preċedenti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit,
   dikjarazzjoni finanzjarja tas-sitwazzjoni attiva u passiva,
   ir-rapport dwar l-attività annwali rigward il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tagħhom,
   rapport annwali tal-awditur intern,
  

kif ukoll preżentazzjoni orali mogħtija waqt il-laqgħa tal-Kumitat responsabbli għall-proċedura tal-kwittanza;

5.  Jistenna l-preżenza futura tal-istituzzjonijiet kollha, rappreżentati fil-livell xieraq, waqt id-dibattitu dwar il-kwittanza fis-seduta plenarja;

6.  Jirrifjuta s-suġġeriment tal-Kunsill li l-fatt li l-Parlament u l-Kunsill ma eżaminawx, fl-imgħoddi, l-implimentazzjoni tat-taqsimiet rispettivi tagħhom tal-baġit kien ir-riżultat ta' Ftehim Mhux Uffiċjali (Riżoluzzjoni mniżżla fil-minuti tal-Laqgħa tal-Kunsill tat-22 ta' April 1970); iqis li l-Ftehim Mhux Uffiċjali mhuwiex dokument vinkolanti, u li l-interpretazzjoni attribwita lilu mill-Kunsill hi wiesgħa żżejjed;

7.  Hu tal-fehma li t-tħejjija tal-baġit u l-kwittanza tal-baġit huma żewġ proċeduri separati u li l-Ftehim Mhux Uffiċjali bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar it-tħejjija tat-taqsimiet rispettivi tagħhom tal-baġit m'għandux jassolvi l-Kunsill mir-responsabilità tiegħu li għandu jagħti kont sħiħ lill-pubbliku tal-fondi mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu;

8.  Jemmen li l-kwittanza għall-2008 qed issir fi żmien kruċjali, meta ftehim formali dwar il-proċess tal-kwittanza għas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (EEAS) il-ġdid għandu jiġi stabbilit b'mod ċar sabiex tiġi żgurata l-kredibilità permezz ta' trasparenza sħiħa, u jistieden lill-Kunsill biex jiżgura li jissottometti lill-Parlament il-proċedura tal-kwittanza qabel l-aħħar tal-2008, bi pjanijiet konkreti, iddettaljati u li jinkorporaw kollox dwar l-istrutturi tal-persunal, l-organizzazzjoni u l-kontroll tal-EEAS, inkluż il-persunal militari tal-UE, iċ-Ċentru tas-Sitwazzjonijiet, id-Direttorat għall-Immaniġġjar tal-Kriżijiet u l-Ippjanar tal-GSC, il-Kapaċità Ċivili għall-Ippjanar u l-Imġiba, kif ukoll il-persunal kollu fis-Segretarjat Ġenerali li qed jaħdem fuq il-Politika Barranija u tas-Sigurtà, filwaqt li juri b'mod partikulari ż-żieda u l-allokazzjoni tal-persunal u l-implikazzjonijiet baġitarji li huma pprovduti u sabiex jieħdu sehem minnufih fin-negozjati mal-awtorità baġitarja fuq il-bażi tal-proposti sottomessi;

9.  Jisħaq li l-għoti tal-kwittanza ta' din is-sena ma jistax jitqies għall-għoti tal-kwittanza tas-snin li ġejjin sakemm il-Kunsill ma jagħmilx progress konsiderevoli fl-oqsma ta' tħassib li hemm riferiment għalihom fil-paragrafu 5 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Novembru 2009;

10.  Itenni li l-Kunsill għandu jkun preżenti fil-Parlament kull sena għall-preżentazzjoni tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri u għad-diskussjoni dwar il-kwittanza tal-baġit;

11.  Jistieden lill-Kunsill flimkien mal-Parlament Ewropew, fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet konġunti tal-baġit, biex jistabbilixxu, bil-għan li jitjieb l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-baġits rispettivi tagħhom, proċedura annwali fil-proċedura tal-kwittanza; skont din il-proċedura, il-President tal-Kunsill, akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, għandhom jiltaqgħu b'mod uffiċjali mal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju jew ma' delegazzjoni tiegħu magħmul mill-president tiegħu, il-koordinaturi u r-rapporteur, bil-għan li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-baġit tal-Kunsill; jissuġġerixxi wkoll li l-President tal-kumitat kompetenti għandu b'mod regolari u kif xieraq jipprovdi lil dan il-kumitat l-informazzjoni rigward dawn id-diskussjonijiet;

12.  Jinkoraġġixxi lill-Presidenza Spanjola tirrevedi l-arranġament informali li jkopri l-kwittanza tal-baġit tal-Kunsill u jitlob għal impenn biex dan jiġi inkluż fir-reviżjoni tar-Regolamenti Finanzjarji u biex jiġi implimentat sal-bidu tal-perjodu finanzjarju l-ġdid wara l-2013, u jitlob biex id-diskussjonijiet jintemmu qabel il-15 ta' Ottubru 2010;

13.  Ifakkar lill-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu kif espressa fil-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2007(16) dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, kif ġej: ’Jitlob li jkun hemm trasparenza massima fil-qasam tal-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u tas-Sigurtà (CFSP); jitlob lill-Kunsill biex jiżgura, bi qbil mal-punt 42 tal-Ftehima Interistituzzjonali [...], li l-ebda spiża tas-CFSP li topera ma tkun tidher fil-baġit tal-Kunsill; iżomm id-dritt li, fejn hu xieraq, jieħu passi neċessarji jekk ikun hemm ksur tal-ftehima’;

14.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Kunsill ipprovda diversi formati biex jikkonsulta mal-Parlament u biex iżommu infurmat bl-iżvilupp tal-PESK; iqis, madankollu, li r-rapport annwali mill-Kunsill dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK, ippreżentat lill-Parlament b'applikazzjoni tal-punt 43 tat-IIA, huwa ristrett fl-ambitu tiegħu għal deskrizzjoni tal-pożizzjonijiet komuni tal-PESK, azzjonijiet konġunti u deċiżjonijiet implimentattivi u li għandha tingħata informazzjoni aktar estensiva fis-snin futuri għall-eżerċizzju ta' kwittanza;

15.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jagħti informazzjoni dettaljata dwar in-natura tan-nefqa, fi ħdan it-Titolu 3 tiegħu (Nefqa ġejja mit-twettiq min-naħa tal-istituzzjoni tal-missjonijiet speċifiċi tagħha) biex il-Parlament ikun jista’ jivverifika li n-nefqa kollha tkun konformi mat-IIA u li xejn minn dik in-nefqa ma jkun ta' natura operattiva;

16.  Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' trasparenza dwar l-ispejjez li saru għall-attivitajiet, b'mod partikulari l-missjonijiet li saru mir-rappreżentanti speċjali u jitlob għal analiżi ddettaljata tan-nefqa li saret għar-rappreżentanti speċjali u l-baġit tal-missjonijiet tagħhom tiġi ppubblikata fuq l-Internet;

17.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri għaliex il-problemi li ma nstabitilhomx soluzzjoni ma ssemmewx fir-Rapport Annwali tagħha tal-2008 rigward il-Kunsill, kif hemm irrimarkat fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Novembru 2009 msemmija aktar ’il fuq;

18.  Jinnota l-kumment li sar mill-Qorti tal-Awdituri f'paragrafu 11.10 tar-rapport Annwali tagħha għall-2008 dwar in-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Finanzjarju rigward l-ibbaġitjar żejjed (bejn l-2005 u l-2008) għas-Sistema Ewropea Protetta għall-Messaġġi Awtomatiċi (SESAME); jieħu nota tat-tweġiba tal-Kunsill u tal-intenzjoni tiegħu li jtejjeb il-koordinament dwar l-istrutturi għall-governanza ta' proġetti ewlenin tal-IT;

19.  Jilqa’ l-verifiki li saru mis-servizz ta' verifika intern tal-Kunsill fl-2008 (tmien verifiki finanzjarji u verifika mħallta), kif ukoll il-proporzjon konsiderevoli ta' rakkomandazzjonijiet tagħhom li ġew aċċettati; jirrimarka, madankollu, li n-nota dwar din il-kwistjoni li ġiet sottomessa lill-awtoritajiet ta' kwittanza kienet waħda aktarx ta' natura ġenerali, u jitlob aktar informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-verifika;

20.  Jilqa’ s-sistema ġdida integrata għall-kontroll tal-ġestjoni u tal-finanzi (SAP), li bdiet taħdem mill-1 ta' Jannar 2008, li ppermettiet li jsir iffrankar fil-baġit u titjib fl-effiċjenza fit-tliet istituzzjonijiet involuti (il-Kunsill, il-Qorti tal-Awdituri u l-Qorti tal-Ġustizzja);

21.  Jilqa’ l-kisbiet dwar il-konsolidament tal-organizzazzjoni wara t-tkabbir tal-2004 u l-2007 tal-UE, b'mod partikolari ċ-ċentralizzazzjoni tal-unitajiet tat-traduzzjoni u r-reklutaġġ tal-uffiċjali mill-Istati Membri l-ġodda; jilqa’ wkoll l-introduzzjoni tas-sistema flessibbli tal-ħinijiet, li tikkontribwixxi għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jinnota, madankollu, ir-rata ta' okkupanza baxxa tal-karigi fl-organigramma (medja ta' 90%; fl-2007 – 86%);

22.  Jinnota li ż-żieda konsiderevoli fi ħlasijiet bil-quddiem għar-Résidence Palace (EUR 70 miljun minflok EUR 15-il miljun kif maħsub, bil-għan ta' tnaqqis sussegwenti tan-nefqa globali għall-akkwist) kienet possibbli minħabba n-nefqa globali mnaqqsa tal-baġit (85.7% tar-rata ta' implimentazzjoni), u jitlob biex il-politika dwar il-bini tidher b'aktar dettalji fir-rapporti annwali futuri biex ikun jista’ jsir skrutinju xieraq fil-proċess ta' kwittanza;

23.  Huwa tal-opinjoni li l-baġit annwali għall-President permanenti tal-Kunsill Ewropew għandu jiġi sseparat mill-baġit tal-Kunsill u ppreżentat bħala sezzjoni ġdida tal-baġit mill-2012;

24.  Jilqa’ b'sodisfazzjon l-impenji tal-Presidenza Spanjola dwar il-kjarifika tal-proċedura tal-kwittanza biex tintwera r-responsabilità tal-baġit amministrattiv tal-Kunsill fil-konfront tal-Parlament, u jitlob impenn sod min-naħa tal-presidenzi sussegwenti biex ikomplu f'din il-ħidma bl-istess spirtu.

(1) Testi adottati tad-19.5.2010, P7_TA(2010)0180.
(2) ĠU L 71, 14.3.2008.
(3) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.
(4) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
(5) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
(6) OJ L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) Deċiżjoni li toħroġ mir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 (ĠU L 230, 28.8.2002, p. 7).
(8) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(9) ĠU L 19, 23.1.2010, p. 9.
(10) L-Inizjattiva Ewropea Favur it-Trasparenza.
(11) ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68.
(12) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 125.
(13) ĠU L 57, 2.3.2000, p. 1.
(14) ĠU L 27, 30.1.2001, p. 7.
(15) ĠU L 158, 17.6.2002, p. 66.
(16) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 21.


Drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali ***I
PDF 286kWORD 34k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (00001/2010 – C7-0005/2010 – 2010/0801(COD))
P7_TA(2010)0220A7-0198/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-inizjattiva ta' grupp ta' Stati Membri (00001/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 76(b) u l-Artikolu 82(2), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-inizjattiva tressqet lill-Parlament (C7-0005/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u (15) tat-Trattat FUE,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2010)0082), li għandha l-istess objettiv leġiżlattiv,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mibgħuta lill-President tiegħu mill-parlamenti nazzjonali dwar il-konformità tal-inizjattiva mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 44 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0198/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2010/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali

P7_TC1-COD(2010)0801


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel ma' l-att leġislattiv finali, Direttiva 2010/64/UE)


L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq ***I
PDF 202kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/15/KE dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (COM(2008)0650 – C6-0354/2008 – 2008/0195(COD))
P7_TA(2010)0221A7-0137/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0650),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 71 u 137(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0354/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu ’Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa’ (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 91 u 153(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009(1),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0137/2010),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kumissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha u tieħu l-passi meħtieġa mal-Parlament sabiex tressaq proposta ġdida;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 228, 22.9.2009, p. 78.


Informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi ***I
PDF 950kWORD 622k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (COM(2008)0040 – C6-0052/2008 – 2008/0028(COD))
P7_TA(2010)0222A7-0109/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0040),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta lill-Parlament (C6-0052/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jisimha “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2008(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0109/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif jingħad aktar “l isfel;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu ħalli jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Ġunju 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 94/54/KE, 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004

P7_TC1-COD(2008)0028


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  L-Artikolu 169 tat-Trattat jipprovdi li l-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri li hi tadotta skond l-Artikolu 114 tiegħu.

(2)  Il-moviment ħieles ta' ikel sigur ▌għas-saħħa huwa parti essenzjali mis-suq intern u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għas-saħħa u l-benefiċċju taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom. Dan ir-Regolament se jaqdi kemm l-interessi tas-suq intern, billi jissimplifika l-liġi, jiżgura ċertezza legali u jnaqqas il-burokrazija tal-leġiżlazzjoni, kif ukoll jibbenefika liċ-ċittadin, billi jirrikjedi li jkun hemm tikketta tal-prodotti tal-ikel li tkun ċara, tinftiehem u tinqara.

(3)  Sabiex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa għall-konsumaturi u sabiex ikun garantit id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, għandu jiġi assigurat li l-konsumaturi jkunu infurmati sew dwar l-ikel li jikkonsmaw. Id-deċiżjonijiet dwar l-akkwisti jistgħu jiġu influwenzati, inter alia, permezz ta' konsiderazzjonijiet sanitarji, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u etiċi.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel(4) u jistipula l-proċeduri f'kwistjonijiet ta' sigurtà fl-ikel jipprovdi li huwa prinċipju ġenerali tal-liġi dwar l-ikel li toffri bażi biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati fl-ikel li jikkonsmaw u biex jinżamm milli jkun hemm xi prassi li tista' tiżgwida lill-konsumatur.

(5)  Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 li tikkonċerna prassi kummerċjali mhux ġusti min-negozji għall-konsumatur fis-suq intern(5) tkopri ċerti aspetti ta' l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi bil-għan speċifiku li żżomm milli jsiru azzjonijiet li jiżgwidaw u milli titħalla barra informazzjoni. Il-prinċipji ġenerali dwar prassi kummerċjali inġusti għandhom jiġu kumplimentati minn regoli speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(6)  Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-tikkettjar fuq l-ikel applikabbli għall-ikel kollu huma stipulati fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta mat-tikkettjar, preżentazzjoni u reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel(6). Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1978 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta' l-24 ta' Settembru 1990 dwar it-tikkettjar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel(7) tistipula r-regoli dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni fuq in-nutrizzjoni ta' ikel ippakkjat bil-lest. Iż-żieda ta' informazzjoni dwar in-nutrizzjoni hi volontarja sakemm ma ssirx talba marbuta man-nutrizzjoni li tikkonċerna l-ikel. Il-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet stipulati f'dik id-Direttiva jmorru lura għall-1990 u għalhekk għandhom jiġu aġġornati.

(8)  Ir-rekwiżiti ġenerali dwar it-tikkettjar huma kumplimentati b'għadd ta' dispożizzjonijiet applikabbli għall-ikel kollu f'ċerti ċirkostanzi jew għal ċerti kategoriji ta' ikel. Barra minn hekk, hemm numru ta' regoli speċifiċi li huma applikabbli għal ikel speċifiku.

(9)  Filwaqt li l-għanijiet oriġinali u l-komponenti ewlenin tal-leġiżlazzjoni preżenti dwar it-tikkettjar għadhom validi xorta, jeħtieġ li tiġi simplifikata sabiex ikun hemm applikazzjoni aktar faċli u ċertezza legali akbar għall-partijiet interessati u biex tiġi modernizzata sabiex tqis l-iżviluppi l-ġodda fil-qasam ta' l-informazzjoni dwar l-ikel.

(10)  Hemm interess fost il-pubbliku inġenerali fir-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa u fl-għażla ta' dieta adattata li tgħodd għall-bżonnijiet individwali. Il-White Paper tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2007 dwar Strateġija għall-Ewropa f'kwistjonijiet tas-saħħa marbuta man-Nutrizzjoni, il-Piż Żejjed u l-Obeżità nnutat li t-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni mezz wieħed kif jingħata tagħrif lill-konsumaturi dwar il-kompożizzjoni ta' l-ikel u tgħinhom jagħmlu għażliet infurmati. Il-kampanji ta' edukazzjoni u ta' informazzjoni huma mekkaniżmu importanti biex il-konsumatur jifhem aħjar it-tagħrif dwar l-ikel. L-istrateġija tal-politika tal-konsumatur 2007-2013 tal-Unjoni enfasizzat li l-fatt li l-konsumaturi jkunu permessi jagħmlu għażliet informati huwa essenzjali kemm għal kompetizzjoni effettiva kif ukoll għal benesseru tal-kosnumatur. L-għarfien dwar il-prinċipji bażiċi tan-nutrizzjoni u informazzjoni tan-nutrizzjoni adattata dwar l-ikel kieku tikkontribwixxi sew biex il-konsumatur ikun jista' jagħmel għażla infurmata. Barra minn hekk, tagħmel sens u hu xieraq li l-konsumaturi fl-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw sors ta' informazzjoni newtrali sabiex jiċċaraw il-mistoqsijiet tagħhom dwar in-nutrizzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu hotlines xierqa li jistgħu jkunu ffinanzjati parzjalment mill-industrija tal-ikel.

(11)  Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali u jkun assigurat li l-infurzar isir b'mod razzjonali u konsistenti, jixraq li jitħassru d-Direttivi 90/496/KEE u 2000/13/KE u jiġu mibdula b'Regolament wieħed li jassigura ċ-ċertezza kemm għall-konsumaturi ta' l-industrija kif ukoll li jnaqqas il-piż amministrattiv.

(12)  Għall-fini ta' ċarezza, jixraq li jitħassru u jiddaħħlu f'dan ir-Regolament atti oħra ġeneriċi, prinċipalment id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE tal-15 ta' April 1987 dwar l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum fit-tikkettjar ta' xorb alkoħoliku għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari(8), id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/54/KE tat-18 ta' Novembru 1994 li tikkonċerna l-indikazzjoni obbligatorja dwar it-tikkettjar ta' ċerti oġġetti ta' l-ikel bid-dettalji barra dawk previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE(9), id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE tat-8 ta' Marzu 1999 li tipprovdi għal derogi mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE fir-rigward tat-tikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel(10), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta' Lulju 2002 dwar it-tikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel li fihom il-kinina, u ta' oġġetti ta' l-ikel li fihom il-kafeina(11), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 li jikkonċerna t-tikkettjar ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel li fihom miżjud magħhom phytosterols, phytosterol esters, phytostanols u/jew phytostanol esters(12) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/77/KE tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 94/54/KE fir-rigward tat-tikkettjar ta' ċertu ikel li fih l-aċidu glycyrrhizinic u l-melħ ta' l-ammonju tiegħu(13).

(13)  Jeħtieġ li jiġu stabbiliti definizzjonijiet, prinċipji, rekwiżiti u proċeduri komuni sabiex jiġi ffurmat qafas ċar u bażi komuni għall-miżuri tal-Unjoni u nazzjonali li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel.

(14)  Sabiex jiġi segwit approċċ komprensiv u evoluzzjonarju għall-informazzjoni provduta lill-konsumaturi marbuta ma' l-ikel li jikkonsmaw, għandu jkun hemm tifsira wiesgħa tal-liġi ta' l-informazzjoni dwar l-ikel li tkopri r-regoli ta' natura orizzontali u speċifika kif ukoll definizzjoni wiesgħa ta' l-informazzjoni u edukazzjoni dwar l-ikel li tkopri l-informazzjoni provduta b'mezzi oħra barra t-tikketta.

(15)  Ir-regoli tal-Unjoni għandhom japplikaw biss għal impriżi, li l-kunċett tagħhom jimplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu grad ta' organizzazzjoni. Operazzjonijiet bħat-twassil okkażjonali, ta' ikel lil partijiet terzi, is-servizz tal-ikliet u l-bejgħ ta' ikel minn persuni privati ngħidu aħna waqt avvenimenti għall-karità jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat kif ukoll il-bejgħ ta' ikel permezz ta' forom differenti ta' marketing dirett mill-bdiewa, mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-regolament. Sabiex jiġi evitat piż żejjed, b'mod partikulari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fis-settur tradizzjonali tal-produzzjoni ta' l-ikel u fil-bejgħ ta' l-ikel bl-imnut, li jinkludu wkoll fornituri ta' servizzi ta' catering tal-massa, il-prodotti li ma jiġux ippakkjati bil-lest għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti tat-tikkettjar.

(16)  Is-servizzi ta' catering pprovduti minn impriżi tat-trasport m'għandhomx jidħlu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament ħlief jekk jiġu pprovduti fuq rotot bejn żewġ punti fit-territorju tal-Unjoni.

(17)  Is-servizzi ta' catering provduti mis-swali taċ-ċinema – ħlief l-SMEs – għandhom jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jekk l-ikel huwa ppakkjat fil-post fejn jinbiegħ f'pakketti standard, li l-kapaċità tagħhom hija ddeterminata minn qabel, u għaldaqstant fejn il-kwantità u l-kontenut tal-ikel jew xorb hija definita u tista' titkejjel.

(18)  Il-liġi ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun imsejsa wkoll fuq ir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-konsumaturi u tiżgura li l-innovazzjoni fl-industrija tal-ikel ma tkunx maħnuqa. Il-possibilità li l-operaturi fin-negozju tal-ikel jagħtu informazzjoni addizzjonali volontarja tippermetti flessibilità addizzjonali.

(19)  L-iskop li tintalab informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hu biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet konxji dwar ix-xiri li jaqblu max-xewqat u mal-bżonnijiet tad-dieta tagħhom individwali.

(20)  Sabiex il-liġi ta' informazzjoni dwar l-ikel tkun tista' tadatta għat-tibdil fil-bżonnijiet ta' informazzjoni tal-konsumaturi, u sabiex jiġi evitat kull tip ta' ħela fl-ippakkjar, l-ittikkettjar obbligatorju fuq l-ikel għandu jinżamm biss għal finijiet ta' informazzjoni li huwa ta' interess kbir għall-maġġoranza tal-konsumaturi ▌.

(21)  Ir-rekwiżiti ġodda obbligatorji ta' informazzjoni dwar l-ikel jew il-forom ġodda tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ikel, għandhom iżda jiġu stabbiliti biss jekk u fejn meħtieġ, bi qbil mal-prinċipji ta' sussidjarjetà, proporzjonalità, trasparenza u sostenibbiltà.

(22)  Barra r-regoli eżistenti kontra ir-reklamar qarrieqi, ir-regoli ta' informazzjoni dwar l-ikel għandhom jipprojbixxu l-indikazzjoni ta' kull dettalli li jista' jiżgwida lill-konsumatur b'mod partikulari dwar il-kontenut ta' enerġija, l-oriġini u l-kompożizzjoni tal-ikel. Biex tkun effettiva, dik il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll għar-reklamar u l-preżentazzjoni ta' l-ikel.

(23)  Qed jingħad li l-użu ta' ċerti prodotti għandu effetti li huma ta' benefiċċju għas-saħħa. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu espressi b'mod li jiżgura li l-effetti ta' l-użu ta' dawn il-prodotti jistgħu jitkejlu jew jiġu vverifikati.

(24)  Sabiex ma jiġux imkissra f'biċċiet ir-regoli li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ta' l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel fir-rigward ta' l-informazzjoni żbaljata, qarrieqa jew nieqsa dwar l-ikel huwa essenzjali li r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel f'dan il-qasam jiġu stabbiliti b'mod ċar. Bla ħsara għall-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-operaturi tan-negozji tal-ikel responsabbli għal attivitajiet ta' bejgħ bl-imnut jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu fil-pront meta jsiru jafu li din l-informazzjoni ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(25)  Għandha tissawwar lista ta' l-informazzjoni kollha obbligatorja li ▌ għandha tingħata għall-ikel kollu intiż għall-konsumatur aħħari u għall-caterers tal-massa. Dik il-lista għandha żżomm l-informazzjoni li hi diġà meħtieġa fil-leġiżlazzjoni eżistenti peress li ġeneralment titqies bħala akkwist ta' valur għall-informazzjoni għall-konsumatur.

(26)  It-teknoloġija l-ġdida ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jista' jkollha rwol importanti fit-tixrid ta' l-informazzjoni supplimentari lill-konsumaturi billi din tippermetti li jsir skambju ta' informazzjoni malajr u li ma jiswiex ħafna flus. Huwa possibbli li jiġi kkontemplat li l-konsumaturi jottjenu tagħrif addizzjonali permezz tat-terminals imqegħdin fis-supermarkets. Dawk it-terminals ikunu, permezz tal-qari tal-barcode, jistgħu jagħtu tagħrif dwar il-prodott li jkun. Bl-istess mod, wieħed jista' jimmaġina li l-konsumaturi jkunu jistgħu jkollhom aċċess għal informazzjoni supplimentari permezz ta' paġna fuq l-internet.

(27)  Meta jintużaw fil-produzzjoni ta' l-ikel u xorta jkunu għadhom preżenti, ċerti ingredjenti jew sustanzi oħra jistgħu jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi lill-konsumaturi, u xi wħud minn dawk l-allerġiji jew l-intolleranzi u f'ċerti każijiet xi wħud jistgħu wkoll joħolqu periklu għal saħħet dawk konċernati. Hu importanti għalhekk li tingħata informazzjoni lill-konsumatur dwar il-preżenza ta' addittivi fl-ikel, għajnuniet għall-ipproċessar u sustanzi oħra li jkunu ġew ippruvati xjentifikament b'effett allerġeniku jew li jistgħu jkattru r-riskju ta' mard sabiex il-konsumaturi b'mod partikolari dawk li jbatu minn allerġija ta' ikel jew intolleranza ikunu jistgħu jagħżlu b'mod maħsub dak l-ikel li hu sigur għalihom. Għandhom jingħataw it-traċċi wkoll sabiex dawk il-persuni neqsin mill-enerġija jkunu jistgħu jagħmlu għażla sikura. Għal dan l-għan għandhom jitfasslu regoli komuni.

(28)  It-tikketti ta' l-ikel għandhom ikunu ċari u jinftiehmu sabiex jgħinu lill-konsumaturi li jridu jagħmlu għażliet selettivi dwar ikel u dieta. Xi studji juru li l-leġibbiltà faċli hija element importanti biex tkabbar il-possibbiltà ħalli l-informazzjoni fuq it-tikketta tkun tista' tinfluwenza l-udjenza tagħha u l-informazzjoni dwar il-prodott li ma tkunx tista' tinqara hija waħda mill-kawżi ewlenin għaliex il-konsumaturi ma jkunux kuntenti bit-tikketti dwar l-ikel. Għalhekk, fatturi bħal tipa, kulur u kuntrast għandhom jitqiesu flimkien.

(29)  Sabiex ikun assigurat l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel, jeħtieġ li jkun inkluż il-bejgħ ta' l-ikel permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod. Għalkemm hu ċar li kull ikel fornut permezz ta' bejgħ mill-bogħod għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti ta' informazzjoni bħall-ikel mibjugħ fil-ħwienet, jeħtieġ li jiġi ċċarat li f'każijiet bħal dawn l-informazzjoni rilevanti obbligatorja dwar l-ikel trid tkun disponibbli wkoll qabel max-xirja tiġi konkluża.

(30)  Bil-ħsieb li jagħtu lill-konsumatur informazzjoni dawr l-ikel meħtieġa sabiex issir għażla informata, ix-xarbiet alkoħoliċi mħallta wkoll għandhom jagħtu informazzjoni dwar l-ingredjenti tagħhom.

(31)  F'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Settembru 2007 dwar strateġija tal-Unjoni Ewropea biex tappoġġa l-Istati Membri fit-tnaqqis tad-dannu relatat mal-alkoħol(14), l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Settembru 2008 dwar il-proviżjoni ta' informazzjoni dwar l-ikel għal konsumaturi, il-ħidma tal-Kummissjoni, u t-tħassib pubbliku ġenerali dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol speċjalment għall-konsumaturi żgħażagħ u vulnerabbli, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri għandha tistabbilixxi definizzjoni ta' xarbiet bħal “alcopops” immirata speċifikament għaż-żgħażagħ. Minħabba n-natura alkoħolika tagħhom, “alcopops” għandu jkollhom rekwiżiti ta' tikkettar aktar stretti, u jkunu separati b'mod ċar mis-soft drinks fil-ħwienet.

(32)  Huwa importanti wkoll li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni dwar xarbiet alkoħoliċi oħra. Jeżistu diġà regoli speċifiċi tal-Unjoni dwar it-tikkettjar ta' l-inbid. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid(15) jipprovdi sett eżawrjenti ta' standards tekniċi li jkopru kompletament il-prattiċi enoloġiċi kollha, il-metodi ta' manifattura u l-mod ta' preżentazzjoni u t-tikkettjar ta' l-inbejjed, u permezz ta' hekk jiżgura li l-istadji kollha fil-katina jkunu koperti u li l-konsumaturi huma protetti u informati kif suppost. B'mod partikolari, dik il-leġiżlazzjoni tiddeskrivi f'mod preċiż u eżawrjenti s-sustanzi li probabbli se jintużaw fil-proċess ta' produzzjoni, flimkien mal-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom permezz ta' lista pożittiva ta' prattiċi u trattamenti enoloġiċi; kwalunkwe prassi li mhijiex inkluża f'din il-lista hija pprojbita. Għalhekk, huwa xieraq li l-inbid jiġi eżentat f'dan l-istadju mill-obbligu li jelenka l-ingredjenti u li jipprovdi dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mal-birra, u l-ispirti kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni il-preżentazzjoni, it-tikkettjar u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi tas-spirit drinks(16), u sabiex tiġi żgurata strateġija konsistenti u koerenza mal-konsizzjonijiet stabbiliti mill-inbid, għandhom japplikaw l-istess tip ta' eżenzjonijiet. Minkejja dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ħames snin tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u tista' tipproponi, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

(33)  L-indikazzjoni tal-post ta' provenjenza tal-ikel għandu jingħata fuq bażi obbligatorja bi qbil mal-Artikolu 9(1)(i) u kull meta n-nuqqas tagħha probabbli jiżgwida l-konsumaturi fir-rigward tal-pajjiż veru jew il-post veru ta' provenjenza ta' dak il-prodott. F'kull każ ieħor l-indikazzjoni tal-pajjiż jew il-post ta' provenjenza jitħalla f'idejn l-approvazzjoni ta' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel. Fil-każijiet kollha, l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza għandha tingħata f'mod li ma jiżgwidax lill-konsumatur u abbażi ta' kriterji definiti b'mod ċar li jiżguraw kondizzjonijiet ugwali għall-industrija u jtejbu l-għarfien tal-konsumatur ta' l-informazzjoni relatata mal-pajjiż jew il-post ta' provenjenza ta' ikel. Kriterji bħal dawn ma għandhomx japplikaw għal indikazzjonijiet relatati ma' l-isem jew l-indirizz ta' l-operatur tan-negozju ta' l-ikel.

(34)  Jekk l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ▌ jindikaw li l-oriġini ta' dak l-ikel hija l-Unjoni Ewropea sabiex jiġbdu l-attenzjoni tal-konsumaturi għall-kwalitajiet tal-prodott tagħhom u għall-istandards ta' produzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea. Indikazzjonijiet bħal dawn għandhom ▌ jikkonformaw ma kriterji armonizzati. L-istess għandu japplika, fejn ikun il-każ, għall-indikazzjoni tal-Istat Membru.

(35)  Ir-regoli mhux preferenzjali dwar l-oriġini tal-Unjoni huma stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità(17) u d-dispożizzjonijiet tiegħu li jimplimentaw fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993(18). Id-determinazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-ikel għandha tkun ibbażata fuq dawk ir-regoli, li huma magħrufa tajjeb ma' l-operaturi u l-amministraturi kummerċjali u għandhom jagħmlu l-implimentazzjoni tagħha aktar faċli.

(36)  Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq xi ikel tikkonċerna informazzjoni dwar il-preżenza ta' l-enerġija u ċerti nutrijenti u ingredjenti fl-ikel. L-għoti ta' informazzjoni obbligatorju dwar in-nutrizzjoni fuq quddiem u fuq wara tal-pakkett għandu jkun sostnut minn azzjonijiet tal-Istati Membri, bħal pjan ta' azzjoni dwar in-nutrizzjoni bħala parti mill-politika tagħhom dwar is-saħħa pubblika, li jipprovdi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-pubbliku u jappoġġja l-għażla infurmata dwar l-ikel.

(37)  Il-White Paper tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tat-30 ta' Mejju 2007 enfasizzaw ċerti elementi nutrizzjonali ta' importanza għas-saħħa pubblika. Għalhekk, jixraq li r-rekwiżiti dwar l-għoti obbligatorju ta' informazzjoni dwar in-nutrizzjoni jkunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta' dik il-White Paper.

(38)  Ġeneralment, il-konsumaturi mhumiex konxji mill-kontribut potenzjali tax-xorb alkoħoliku għad-dieta totali tagħhom. Għalhekk, kienet tkun ta' għajnuna, li kieku l-produtturi kellhom jagħtu informazzjoni dwar il-kontenut tal-enerġija fix-xorb alkoħoliku ▌.

(39)  Sabiex ikun hemm ċertezza legali u koerenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni t-tniżżil volontarju ta' kummenti dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa fuq it-tikketti ta' l-ikel għandu jkun skond ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar it-talbiet tan-nutrizzjoni u tas-saħħa li saru fuq l-ikel(19).

(40)  Sabiex jiġi evitat li jkun hemm piż mhux meħtieġ fuq il-produtturi u n-negozjanti tal-prodotti tal-ikel, huwa xieraq li ċerti kategoriji ta' ikel mhux ipproċessat jew li għalih l-informazzjoni tan-nutrizzjoni mhuwiex fattur determinanti għad-deċiżjoni tal-konsumatur dwar ix-xiri, jew li l-pakkett ta' barra tiegħu jew it-tikketta jkunu żgħar wisq għat-tikkettjar obbligatorju biex isir it-tikkettar tassattiv, jiġu eżentati mill-inklużjoni obbligatorja ta' dikjarazzjoni tan-nutrizzjoni ħlief jekk l-obbligu ta' forniment ta' informazzjoni bħal din hija prevista f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

(41)  Sabiex tattira lill-konsumatur medju u sabiex isservi l-għan informattiv li għalih iddaħħlet, ▌ l-informazzjoni ▌ għandha tkun ▌ faċilment tinftiehem mill-konsumatur medju. Ikun xieraq li tingħata l-informazzjoni f'kamp wieħed tal-viżjoni, sabiex ikun assigurat li l-konsumaturi jistgħu jaraw malajr l-informazzjoni essenzjali dwar in-nutrizzjoni meta jixtru l-ikel ▌.

(42)  Żviluppi riċenti fl-għoti tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, minbarra għal kull 100g/100ml/porzjon, minn xi Stati Membri u organizzazzjonijiet fis-settur ta' l-ikel jissuġġerixxu li l-konsumaturi jogħġbuhom dawk l-iskemi għaliex jistgħu jgħinuhom jagħmlu malajr għażliet mingħajr dewmien. Minkejja dan, ma hemm l-ebda evidenza xjentifika fl-Unjoni kollha dwar kif il-konsumatur medju jifhem u juża' l-mod alternattiv kif tingħata l-informazzjoni. Biex jitħaffef il-mod li bih jitqabblu l-prodotti f'pakketti ta' daqs differenti jkun xieraq li l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni tibqa' obbligatorja għal kull 100g/100ml u, fejn xieraq, li jiġu permessi dikjarazzjonijiet oħra bbażati fuq il-porzjonijiet. Jekk l-ikel ikun ippakkjat f'porzjonijiet individwali, l-informazzjoni nutrittiva għal kull porzjon għandha, barra minn hekk, tkun obbligatorja. Sabiex jiġu esklużi indikazzjonijiet dwar id-daqs tal-porzjonijiet li jiżgwidaw, id-daqsijiet tal-porzjonijiet għandhom ikunu standardizzati fl-Unjoni kollha permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni.

(43)  Id-dikjarazzjoni fuq iż-żona ta' viżjoni prinċipali ta' l-ammonti ta' elementi nutrizzjonali u ta' l-indikaturi komparattivi f'forma li tingħaraf malajr sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni tal-proprjetajiet nutrizzjonali ta' ikel għandha titqies fit-totalità tagħha bħala parti mid-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni u ma għandhiex tiġi ttrattata bħala grupp ta' talbiet individwali.

(44)  L-esperjenza turi li f'ħafna każijiet informazzjoni volontarja dwar l-ikel tingħata għad-detriment taċ-ċarezza ta' l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel. Għalhekk, għandhom jiġu provduti kriterji biex jgħinu lill-operaturi fin-negozju ta' l-ikel u lill-awtoritajiet ta' l-infurzar biex joħolqu bilanċ bejn l-għoti ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u dik volontarja.

(45)  L-informazzjoni għall-persuni allerġiċi dwar sustanzi li jikkawżaw allerġiji hija importanti wkoll fil-każ ta' ikel mhux ippakkjat minn qabel u servizzi tal-catering tal-massa. Għalhekk dik l-informazzjoni għandha dejjem tkun magħmula disponibbli lill-konsumatur.

(46)  L-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet oħra barra dawk stipulati f'dan ir-Regolament fil-qasam li dan jarmonizza, sakemm ma jkunx indikat speċifikament fih. Barra minn hekk, minħabba li r-rekwiżiti tal-ittikkettar nazzjonali jistgħu joħolqu ostakli għall-moviment liberu fis-suq intern, l-Istati Membri għandhom jagħtu raġuni għall-ħtieġa ta' miżuri bħal dawn u jfasslu passi li għandhom jieħdu biex jiżguraw li dawn ikunu applikati b'mod li jfixkel l-inqas il-kummerċ.

(47)  Ir-regoli ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom ikunu jistgħu jadattaw għal ambjent soċjali, ekonomiku u teknoloġiku li qed jinbidel b'rata mgħaġġla.

(48)  Fir-rigward ta' ċerti aspetti ta' informazzjoni dwar l-ikel li jwasslu għall-iżvilupp tta' prassi innovativi u kummerċjali moderni, jeħtieġ li jsiru esperimenti biżżejjed u riċerka dwar il-konsumaturi u tingħata evidenza soda dwar l-aħjar sistemi. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn il-liġi tal-Unjoni ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun ristretta biex tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali obbligatorji li jiddeterminaw il-livell ta' protezzjoni u informazzjoni għall-konsumatur u tħalli flessibbiltà biex ikunu jistgħu jintlaħqu dawk ir-rekwiżiti, f'mod li huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tas-suq intern.

(49)  Sabiex ikun assigurat li jiġu disinjati aktar rekwiżiti dettaljati ta' informazzjoni dwar l-ikel u jiġu stabbiliti b'mod dijalettiku u li qed jirfdu mill-aħjar prassi, għandu jkun hemm mekkaniżmi flessibbli fuq il-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali bbażati fuq konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti u interazzjoni kontinwa bejn firxa wiesgħa ta' partijiet interessati rappreżentattivi. Mekkaniżmu bħal dan jista' jirriżulta fl-iżvilupp ta' skemi nazzjonali li ma jorbtux fuq il-bażi ta' riċerka solida tal-konsumatur u konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati. Għandu jkun hemm mekkaniżmi għall-konsumaturi sabiex ikunu kapaċi jidentifikaw ikel li huwa ttikkettjatbħala konformi ma' l-iskema nazzjonali bħal pereżempju permezz ta' numru jew simbolu ta' identifikazzjoni.

(50)  Sabiex jiġi żgurat livell ta' konsistenza fir-riżultati li nkisbu fl-Istati Membri differenti, jeħtieġ li jkun hemm promozzjoni ta' l-iskambju u d-distribuzzjoni kostanti ta' l-aħjar prassi u esperjenza bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni u tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati għal skambju bħal dawn.

(51)  L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli uffiċjali sabiex jinfurzaw il-konformità ma' dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali(20).

(52)  Referenzi għad-Direttiva 90/496/KEE fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u fir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel(21) għandhom jiġu aġġornati biex iqisu dan ir-Regolament. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 għandhom għalhekk jiġu emendati skond il-bżonn.

(53)  Sabiex il-partijiet interessati, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq il-prodotti tagħhom, l-applikazzjoni tal-miżuri biex l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni ssir obbligatorja għandha tiddaħħal bil-mod permezz ta' perjodi ta' transizzjoni estiżi b'perjodu ta' transizzjoni addizzjonali maħsub għall-mikro-negozji.

(54)  Naturalment, il-prodotti tas-settur tradizzjonali tal-produzzjoni tal-ikel u l-prodotti friski tan-negozju tal-bejgħ tal-ikel li jiġu prodotti direttament fil-post tal-bejgħ jistgħu jinkludu wkoll sustanzi li joħolqu reazzjonijiet allerġiċi jew intolleranzi f'persuni sensittivi. Billi, madankollu, huma l-prodotti mhux ippakkjati minn qabel li jinbigħu f'kuntatt dirett mal-konsumatur, l-informazzjoni rilevanti, pereżempju, għandha tingħata bil-kelma fil-waqt tal-bejgħ, jew permezz ta' tabella li tkun tidher ċar fil-post tal-bejgħ jew permezz ta' materjal informattiv disponibbli biex jittieħed.

(55)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hemm minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(56)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti.

(57)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni, għandhom jingħataw kompetenzi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta linji gwida tekniċi għall-interpretazzjoni tal-lista ta' ingredjenti li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi, biex jiġi ddeterminat kif tiġi indikata d-data tad-durabilità minima u fir-rigward tat-teħid ta' pożizzjoni dwar dispożizzjonijiet nazzjonali adottati minn Stat Membru. B'konformità mal-Artikolu 291 tat-TFUE, ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-miżuri ta' kontroll mill-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta' regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-Regolament ġdid, u meta titqies il-ħtieġa li jiġi adottat dan ir-regolament malajr kemm jista' jkun, il-kontroll mill-Istati Membri għandu jiġi eżerċitat skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(22), bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli, safejn dawk id-dispożizzjonijiet għadhom kompatibbli mat-Trattati emendati. Ir-referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom madankollu jinbidlu b'referenzi għar-regoli u l-prinċipji stipulati fir-regolament il-ġdid hekk kif dak ir-regolament jidħol fis-seħħ.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali, ir-rekwiżiti u r-responsabbiltajiet li jirregolaw l-informazzjoni dwar l-ikel, u b'mod partikolari t-tikkettjar dwar l-ikel. Hu jistipula l-mezzi biex ikun garantit id-dritt tal-konsumaturi għal informazzjoni u proċeduri għall-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel, billi jqis il-bżonn li tiġi provduta flessibbiltà biżżejjed biex tlaħħaq ma' l-iżviluppi futuri u rekwiżiti ġodda għal informazzjoni.

2.  Dan ir-Regolament japplika għall-istadji kollha tal-proċess ta' l-ikel, fejn jidħol l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumatur aħħari.

Hu għandu japplika għall-ikel kollu ppakkjat bil-lest intiż li jitwassal lill-konsumatur aħħari, ▌ u l-ikel intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa.

Dan m'għandux japplika għal ikel li hu ppakkjat direttament fil-post tal-bejgħ qabel ma jitwassal lill-konsumatur aħħari.

Is-servizzi ta' catering pprovduti minn impriżi tat-trasport m'għandhomx jidħlu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament ħlief jekk jiġu pprovduti fuq rotot bejn żewġ punti fit-territorju tal-Unjoni.

3.  Dan ir-regolament japplika biss għall-ikel ippreparat fil-qafas ta' attività ekonomika, fejn il-kunċett ta' attività ekonomika jimplika ċerta kontinwità ta' l-attivitajiet u ċertu livell ta' organizzazzjoni. Operat bħalma huma t-trattament okkażjonali, li jisserva u jinbigħ ikel minn persuni privati f'okkażjonijiet bħalma huma karitajiet, jew fieri lokali tal-komunità u laqgħat, mhumiex koperti fl-ambitu ta' dan ir-regolament.

4.  L-ikel li joriġina minn pajjiżi terzi jista' jitqassam fl-Unjoni biss wara li jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

5.  Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' tikketjar previsti f'leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa ...(23), lista tar-rekwiżiti kollha dwar it-tikkettjar li hemm dispost għalihom fil-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari, u għandha tagħmel din il-lista aċċessibbli fuq l-Internet.

Il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn … (24)*, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità ta' dawk ir-rekwiżiti speċifiċi ta' tikkettar ma' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, jekk dan ikun xieraq, takkumpanja r-rapport bi proposta relevanti biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

   (a) id-definizzjonijiet ta' “ikel”, “liġi dwar l-ikel”, “negozju ta' l-ikel”, “operatur tan-negozju dwar l-ikel”, “bejgħ bl-imnut”, tqegħid fis-suq' u “konsumatur aħħari” fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 3(1), (2), (3), (7), (8) u (18) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
   (b) id-definizzjoni ta' “ipproċessar”, “prodotti mhux ipproċessati” u “prodotti pproċessati” fil-punti (m), (n) u (o) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlemnt Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel(25);
   (c) id-definizzjonijiet ta' “l-addittivi fl-ikel” u “l-għajnuniet għall-ipproċessar” fl-Artikolu 1(2) u fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li tikkonċerna l-addittivi fl-ikel awtorizzati għall-użu fl-ikel intiż għall-konsum uman(26);
   (d) id-definizzjoni ta' “ħwawar” fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta' Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta mal-ħwawar għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel u għall-materjal mhux maħdum għall-produzzjoni tagħhom(27);
   (e) id-definizzjonijiet ta' “laħam” “laħam separat b'mod mekkaniku” fil-punti 1.1 u 1.14 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali(28);
   (f) id-definizzjonijiet ta' “talba”, “nutrijent”, “sustanza oħra”, “talba dwar in-nutrizzjoni” u “talba għas-saħħa” fil-punti (1) sa (5) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.

2.  Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

   (a) “l-informazzjoni dwar l-ikel” tfisser l-informazzjoni li tikkonċerna xi ikel u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur aħħari permezz ta' tikketta, materjal ieħor li jkollha magħha, jew xi mezzi oħra inkluż għodda teknoloġiċi moderni jew komunikazzjoni verbali. Ma tkoprix komunikazzjonijiet kummerċjali kif imfissra fid-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali ta' servizzi ta' informazzjoni għas-soċjetà, b'mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern(29);
  

   (b) caterers tal-massa” tfisser kull stabbiliment (inkluż vending machines, vettura jew stall fiss jew mobbli), bħal ristoranti, kantins, skejjel, sptarijiet u intrapriżi tal-catering, li fihom, waqt in-negozju, jiġi mħejji l-ikel li jkun intiż għall-konsum immedjat mill-konsumatur aħħari;
   (c) “ikel ippakkjat bil-lest” tfisser kull oġġett wieħed li jrid jiġi preżentat kif inhu lill-konsumatur aħħari u lill-caterers tal-massa, magħmul minn xi ikel f'pakkett, sew jekk dak il-pakkett jgħatti l-ikel kollu sew jekk parzjalment biss, iżda fi kwalunkwe każ b'tali mod li l-kontenut ma jistax jiġi mibdul mingħajr ma jinfetaħ jew jinbidel il-pakkett;
   (d) “ikel mhux ippakkjat bil-lest” tfisser kwalunkwe ikel li jkun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mingħajr ippakkjar, jekk ikun il-każ, u li jkun ippakkjat biss fil-ħin tal-bejgħ lill-konsumatur aħħari, u ikel u prodotti friski li jkunu ppakkjati bil-lest fil-post tal-bejgħ u dakinhar tal-bejgħ, għal bejgħ immedjat;
   (e) 'prodott tal-ikel artiġjanali'tfisser prodott tal-ikel li hu prodott f'kumpanija elenkata fir-reġistri nazzjonali, skont il-liġi kummerċjali nazzjonali, bħala intrapriża tal-artiġjanat, u li jiġi prodott direttament għall-konsumaturi;
   (f) “ingredjent” tfisser kull sustanza, inkluż l-addittivi ta' l-ikel u l-enżimi ta' l-ikel, u kull kostitwent ta' xi ingredjent kompost, użat fil-produzzjoni jew fit-tħejjija ta' xi ikel u li jkun għadu hemm fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula; ir-residwi m'għandhomx jitqiesu bħala ingredjenti;
   (g) “post ta' provenjenza” tfisser il-post, pajjiż jew reġjun minn fejn jinkisbu kompletament il-prodotti jew l-ingredjenti agrikoli skont l-Artikolu 23(2) sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;
   (h) “ingredjent kompost” huwa ingredjent li fih innifsu huwa r-riżultat ta' aktar minn ingredjent wieħed;
   (i) “tikketta” tfisser kull tabella, ditta, marka, stampa jew materjal deskrittiv miktub, stampat, stensilljat, immarkat, ibbuzzat “l barra jew imprimat fuq, xi kontenitur ta' l-ikel, jew imwaħħal miegħu;
   (j) “tikkettjar” tfisser kull kelma, dettalji, trejdmarks, isem tad-ditta, materjal jew simbolu bl-istampi marbut ma' xi ikel u mqiegħed fuq xi pakkett, dokument, avviż, tikketta, ċirku jew għonq li jkun hemm ma' dak l-ikel jew li jirreferi għalih;
   (k) “parti viżiva” tfisser l-uċuh kollha ta' xi pakkett li jistgħu jinqraw minn naħa waħda, li jagħtu aċċess malajr u faċli għall-informazzjoni ta' l-ittikkettjar ▌;
   (l) 'Leġibbiltà' tfisser inter alia test miktub, stampat, ibbuzzat, immarkat, minqux, ittimbrat b'mod tali li konsumatur b'vista normali jkun jista' jifhem x'fihom it-tikketti tal-ikel mingħajr għajnuna ottika; il-leġibbiltà tiddependi mid-daqs tal-kitba, it-tipa, il-wisa' tal-linji, l-ispazju bejn il-kliem, l-ittri u l-linji, ir-relazzjoni bejn il-wisa' u l-għoli tal-ittri, kif ukoll mill-kuntrast bejn il-kitba u l-isfond;
  

   (m) “isem tradizzjonali” tfisser xi isem li hu mifhum bħala l-isem ta' l-ikel mingħajr ma l-konsumaturi jkunu jeħtieġu aktar spjegazzjoni dwaru fl-Istat Membru li fih jinbiegħ;
   (n) “isem deskrittiv” tfisser xi isem li jipprovdi deskrizzjoni ta' l-ikel, u jekk hemm bżonn ta' l-użu tiegħu, li hu ċar biżżejjed biex jgħin lill-konsumaturi ħalli jsiru jafu n-natura vera tiegħu u jiddistingwuh minn prodotti oħra li magħhom jista' jiġi mħawwad;
  

   (o) 'prodott li fih ingredjent wieħed' tfisser kwalunkwe ikel li, għajr il-melħ, iz-zokkor, il-ħwawar, l-ilma, l-additivi, it-tagħmiet jew l-enżimi, ikun fih ingredjent wieħed biss;
   (p) “rekwiżiti essenzjali” tfisser ir-rekwiżiti li bihom il-livell ta' protezzjoni għall-konsumatur u l-informazzjoni dwar l-ikel tiġi determinata fir-rigward ta' xi suġġett partikolari u li huma stipulati f'xi att tal-Unjoni;
   (q) “data ta' durabbiltà minima” tfisser id-data sa meta l-ikel jibqa' jżomm il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jekk ikun maħżun kif indikat jew maħżun skont struzzjonijiet speċifiċi li jkunu mniżżla fuq il-pakkett;
   (r) 'sa meta għandu jintuża' tfisser id-data sa meta l-ikel għandu jiġi kkunsmat. Wara dik id-data l-ikel ma għandux jingħata lill-konsumaturi jew jiġi pproċessat aktar;
   (s) “id-data tal-produzzjoni” tfisser id-data meta l-prodotti jkunu ġew manifatturati u possibilment ippakkjati u deep-frozen
   (t) “l-aħjar prassi” tfisser l-istandards, l-iskemi, l-inizjattivi, jew xi attivitajiet oħra approvati mill-awtoritajiet kompetenti li mill-esperjenza u r-riċerka rriżulta li huma l-aktar effettivi għall-maġġoranza tal-konsumaturi u huma meqjusa bħala mudell għall-oħrajn li jridu jsegwuhom;
   (u) 'Ikel ta' imitazzjoni' tfisser ikel li jagħti l-impressjoni li hu ikel ieħor u li ingredjent li s-soltu jintuża fih jiġi mħallat kompletament jew parzjalment ma' ingredjent ieħor jew sostitwit bih.

3.  Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament il-pajjiż ta' l-oriġini ta' ikel għandu jirreferi għall-oriġini ta' ikel kif iddeterminata skond l-Artikoli 23 sa 26 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

4.  Id-definizzjonijiet speċifiċi mogħtija fl-Anness I għandhom japplikaw ukoll.

KAPITOLU II

PRINĊIPJI ĠENERALI DWAR L-INFORMAZZJONI TA' L-IKEL

Artikolu 3

Għanijiet ġenerali

1.  Il-forniment ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għandu jsegwi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, tat-trasparenza u l-komparabilità tal-prodotti, fl-interess tal-konsumaturi u għandu jipprovdi bażi għal għażliet infurmati u biex jużaw l-ikel b'mod sigur ▌.

2.  It-tikketta tal-ikel trid tkun tintgħaraf, tinqara u tinftiehem faċilment mill-konsumatur medju.

3.  Il-liġi ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għandha timmira biex fl-Unjoni jintlaħaq iċ-ċaqliq ħieles ta' l-ikel magħmul u mibjugħ legalment ▌.

4.  Meta l-liġi ta' l-informazzjoni dwar l-ikel tistabbilixxi rekwiżiti ġodda,ikun previst, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jirrigwardawx il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, perjodu tranżitorju wara d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti l-ġodda, li matulu l-ikel li jkollu tikketti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti l-ġodda jista' jitqiegħed fis-suq u għall-ħażniet ta' dak l-ikel li tqiegħdu fis-suq qabel ma jintemm il-perjodu tranżitorju jibqgħu jinbiegħu sakemm jispiċċaw. Regoli ġodda dwar l-ittikkettjar tal-ikel għandhom jiġu introdotti skont id-data standard ta' implimentazzjoni li għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u gruppi ta' interess.

Artikolu 4

Prinċipji li jirregolaw l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.  Fejn l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel hi meħtieġa bil-liġi, ▌ din għandha tikkonċerna informazzjoni li taqa“, b'mod partikolari, f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:

   (a) informazzjoni dwar l-identità u l-kompożizzjoni, kwantitajiet, kontenut jew karatteristiċi oħra ta' l-ikel;
  (b) informazzjoni dwar il-ħarsien ta' saħħet il-konsumaturi u l-użu sigur ta' xi ikel. B'mod partikolari, din għandha tikkonċerna informazzjoni dwar:

   (i) kwalitajiet kompożizzjonali li jistgħu jkunu ta' ħsara għal saħħet ċerti gruppi ta' konsumaturi;
   (ii) durabbiltà, ħżin, rekwiżiti ta' konservazzjoni ladarba jinfetaħ il-prodott, jekk ikun il-każ, u użu sigur;
   (c) informazzjoni dwar il-karatteristiċi nutrizzjonali sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu, inkluż dawk b'rekwiżiti speċjali tad-dieta, jagħmlu għażliet infurmati.

2.  Meta wieħed iqis il-bżonn ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel, wieħed għandu jqis il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali għall-istakeholders inklużi l-konsumaturi, il-produtturi u oħrajn tal-għoti ta' ċerta informazzjoni ▌.

Artikolu 5

Konsultazzjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel

Kwalunkwe miżura tal-liġi dwar l-informazzjoni ta' l-ikel probabbilment li se jkollha effett fuq is-saħħa pubblika għandha tiġi adottata wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel (l-“Awtorita'”).

KAPITOLU III

REKWIŻITI ĠENERALI TA' INFORMAZZJONI DWAR L-IKEL U RESPONSABBILTAJIET TA' L-OPERATURI TAN-NEGOZJI TA' L-IKEL

Artikolu 6

Rekwiżit bażiku

Kull ikel intiż li jiġi fornut lill-konsumatur aħħari jew lill-caterers tal-massa għandu jkollu miegħu l-informazzjoni dwar l-ikel skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Prassi ġusta dwar l-informazzjoni

1.  L-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhiex tiżgwida ▌, speċjalment:

   (a) peress li d-deskrizzjoni u/jew ir-rappreżentazzjoni permezz ta' stampi tal-ikel jistgħu jiżvijjaw lill-konsumaturi fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, l-ingredjenti individwali u l-kwantità tagħhom fil-prodott, id-durabbiltà, il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza, il-metodu ta' fabbrikazzjoni jew produzzjoni;
   (b) billi fid-deskrizzjoni jew rappreżentazzjonijiet bl-istampi fuq il-pakkett tiġi ssuġġerita l-preżenza ta' prodott jew ingredjent partikolari għalkemm fir-realtà l-prodott li l-pakkett ikun fih ikun ikel ta' imitazzjoni jew ikun fih sostitut għal ingredjent normalment użat fi prodott. F'każijiet bħal dawn, il-pakkett għandu jkollu l-marka prominenti “imitazzjoni” jew “prodott bi (isem tal-ingredjent użat bħala sostitut) minflok (isem tal-ingredjent li ġie ssostitwit)”;
   (c) billi tingħata l-impressjoni, fil-każ ta' prodotti tal-laħam, li prodott jinkludi biċċa laħam waħda, għalkemm fil-fatt jikkonsisti f'biċċiet ta' laħam magħqudin flimkien. F'każijiet bħal dawn, il-prodott għandu jiġi ttikkettat fuq quddiem tal-pakkett bħala “laħam magħmul minn biċċiet tal-laħam magħqudin”;
   (d) billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;
   (e) billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi jew billi speċifikament tiġi enfasizzata l-assenza ta' ċerti ingredjenti u/jew nutrijenti li l-ikel partikolari normalment ma jkunx fih;.
   (f) billi espliċitament isir reklamar ta' tnaqqis sostanzjali fiz-zokkor u/jew xaħam, meta fl-istess ħin ma jkunx hemm tnaqqis korrispondenti fil-kontenut ta' enerġija (espress f'kilojoules jew kilokaloriji);
   (g) billi tintuża d-deskrizzjoni “tad-dieta”, għalkemm l-ikel partikolari ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar l-ikel intenzjonat għall-persuni bi ħtiġijiet bħal dawn;
   (h) għall-ħalib: billi tindika l-ħalib bħala “frisk” meta d-data sa meta jrid jintuża tkun aktar minn sebat ijiem wara d-data ta' mili.

2.  L-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun preċiża, ċara, u li tinftiehem malajr mill-konsumatur.

3.  Skond derogi previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-ilma minerali naturali u għall-ikel għal użu nutrizzjonali partikolari, l-informazzjoni dwar l-ikel m'għandhiex tattribwixxi lil xi ikel il-karatteristika li tipprevjeni, tittratta jew tfejjaq xi mard uman, u lanqas tirreferi għal dawk il-karatteristiċi.

4.  Il-paragrafi 1 u 3 għandha tapplika wkoll għal:

   (a) reklamar;
   (b) il-preżentazzjoni ta' ikel b'mod partikolari l-forma tiegħu, l-apparenza jew l-ippakkjar, il-materjal ta' l-ippakkjar użat, il-mod li bih hu rranġat u l-ambjent li fih jiġi esebit.

Artikolu 8

Responsabbiltajiet

1.  Il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandha tiżgura l-preżenza u l-akkuratezza sostantiva tad-dettalji mogħtija.

2.  Il-persuna responsabbli għall-informazzjoni dwar l-ikel għandha tkun l-operatur tan-negozju tal-ikel li jqiegħed oġġett tal-ikel fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba jew, fejn applikabbli, l-operatur tan-negozju tal-ikel li l-ikel ikun kummerċjalizzat taħt ismu jew taħt l-isem tan-negozju tiegħu.

3.  Safejn l-attivitajiet tagħhom jaffettwaw l-informazzjoni dwar l-ikel fi ħdan in-negozju taħt il-kontroll tagħhom, l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tingħata tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

4.  L-operaturi tan-negozji ta' l-ikel responsabbli għall-attivitajiet ta' bejgħ jew distribuzzjoni li ma jaffettwawx l-informazzjoni dwar l-ikel għandhom jaġixxu b'attenzjoni biex jgħinu ħalli jassiguraw, fi ħdan il-limiti ta' l-attivitajiet rispettivi tagħhom, l-ottemperanza mar-rekwiżiti ta' informazzjoni dwar l-ikel ▌, b'mod partikolari billi joqogħdu lura milli jfornu ikel li jafu jew jaħsbu ▌, abbażi ta' l-informazzjoni li għandhom bħala nies professjonali, li ma jikkonformax ma' dawk ir-rekwiżiti.

5.  L-operaturi tan-negozji ta' l-ikel fi ħdan in-negozju li għandhom kontroll fuqu għandhom jiżguraw li l-informazzjoni marbuta ma' ikel mhux ippakkjat bil-lest għandha ssir disponibbli lill-operatur li jitratta l-ikel biex jerġa' jinbigħ jew jiġi pproċessat aktar sabiex ikun jista“, meta mitlub, jipprovdi lill-konsumatur aħħar l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel speċifikata fil-punti (a) sa (ċ), (f) u (h) tal-Artikolu 9(1).

6.  Fil-każijiet li ġejjin, l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel, fi ħdan in-negozji li fuqhom għandhom kontroll għandhom jassiguraw li d-dettalji obbligatorji meħtieġa skond l-Artikolu 9 jidhru fuq il-pakkett ta' barra li fih jiġi ppreżentat l-ikel għall-bejgħ, jew fuq id-dokumenti kummerċjali li jirreferu għall-ikel fejn jista' jkun garantit li dawk id-dokumenti jew jiġu ma' l-ikel li jirreferu għalih jew intbagħtu qabel jew fl-istess ħin li jasal:

   (a) fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż għall-konsumatur aħħari iżda mibjugħ fi stadju qabel il-bejgħ lill-konsumatur aħħari u fejn il-bejgħ lil xi caterer tal-massa mhux involut f'dak l-istadju;
   (b) fejn l-ikel ippakkjat bil-lest hu intiż li jiġi fornut lill-caterers tal-massa biex jiġi ppreparat, ipproċessat, maqsum jew imqatta“.

Minkejja s-subparagrafu 1, l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel għandhom jassiguraw li d-dettalji msemmija fil-punti (a), (e), (f) (h) u (j) tal-Artikolu 9(1) jidhru wkoll fuq il-pakkett estern li fih jiġi preżentat l-ikel għall-bejgħ.

KAPITOLU IV

INFORMAZZJONI OBBLIGATORJA DWAR L-IKEL

TAQSIMA 1

KONTENUT U PREŻENTAZZJONI

Artikolu 9

Lista ta' dettalji obbligatorji

1.  Skond l-Artikoli 11 sa 33 u skond l-eċċezzjonijiet li hemm f'dan il-Kapitolu, għandhom jiġu indikati b'mod obbligatorju d-dettalji li ġejjin.

   (a) l-isem li bih jinbigħ il-prodott;
   (b) il-lista ta' ingredjenti;
   (c) kull ingredjent imniżżel fl-Anness II li jikkawża allerġiji jew intolleranzi, u kull sustanza meħuda minnu, filwaqt li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għal ikel mhux ippakkjat bil-lest;
   (d) il-kwantità ta' ċerti ingredjenti jew kategoriji ta' ingredjenti skont l-Anness VII;
   (e) il-kwantità netta ta' l-ikel fil-ħin tal-ippakkjar;
   (f) id-data ta' kemm iservi l-inqas jew fil-każ ta' ikel li, min-naħa mikrobijoloġika huma vulnerabbli, id-data sa “meta jrid jintuża”;
   (g) id-data tal-produzzjoni fil-każ ta' prodotti tal-friża;
   (h) kull kondizzjonijiet speċjali tal-ħżin u/jew kondizzjonijiet dwar l-użu inklużi l-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġiderazzjoni u l-ħżin u l-konservazzjoni tal-prodott qabel u wara li jinfetaħ il-pakkett, meta jkun impossibbli li jsir użu xieraq tal-ikel fl-assenza ta' dan it-tagħrif;
   (i) struzzjonijiet dwar l-użu meta jkun impossibli li l-ikel jintuża' kif suppost mingħajr dawk l-istruzzjonijiet;
   (j) l-isem jew l-isem tan-negozju jew it-trademark reġistrat u l-indirizz tal-fabbrikant stabbilit fl-Unjoni ta' min ippakkjah, u, għall-prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi, tal-bejjiegħ/l-importatur jew, fejn ikun applikabbli, tal-operatur tan-negozju tal-ikel li f'ismu jew f'isem in-negozju tiegħu jkun ġie mmarketjat l-ikel;
  (k) il pajjiż ▌ jew il-post tal-provenjenza fil-każ tal-prodotti li ġejjin:
     laħam,
   tjur,
   lattiċibi,
   frott frisk u ħaxix
   prodotti oħrajn b'ingredjent wieħed; u
   laħam u tjur meta użati bħala ingredjent f'ikel ipproċessat.

Fil-każ tal-laħam u t-tjur l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza tista' tingħata bħala post uniku biss għall-annimali fejn dawn ikunu twieldu, trabbew u nqatlu fl-istess pajjiż jew post. F'każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta' twelid, trobbija u qatla.

Fejn ikun hemm raġunijiet li minħabba fihom ma jkunx prattiku li jkun ittikkettat il-pajjiżi tal-oriġini, id-dikjarazzjoni li ġejja trid tingħata minflok: “Ta” oriġini mhux speċifikata“

Għall-ikel l-ieħor kollu, il-pajjiż jew il-post tal-provenjenza fejn jekk ma jingħatawx dawn id-dettalji l-konsumatur jista' jiġi żgwidat fir-rigward tal-materjal dwar il-pajjiż veru ▌ta' l-oriġini ta' l-ikel jew il-post veru ta' provenjenza tiegħu, b'mod partikolari jekk l-informazzjoni li jkun hemm ma' l-ikel jew it-tikketta b'mod globali tista' inkella timplika li l-ikel għandu pajjiż differenti ta' oriġini jew post differenti ta' provenjenza; f'każijiet bħal dawn l-indikazzjoni għandha tkun adottata permezz ta' atti delegati, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 42 u suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44;

   (l) fir-rigward ta' xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta' alkoħol, is-saħħa alkoħolika proprja skond il-volum;
   (m) dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

2.  Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu indikati bi kliem u numri ▌.

Artikolu 10

Derogi għall-mikro-intrapriżi

Prodotti manifatturati b'mod artiġjanali minn mikro-intrapriżi għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 9(1)(m). Dawk il-prodotti jistgħu wkoll ikunu eżentati mir-rekwiżiti dwar tagħrif stabbiliti fil-punti (a) sa (l) tal-Artikolu 9(1) jekk ikunu mibjugħa fil-post tal-produzzjoni u l-istaff tal-bejgħ ikun kapaċi jipprovdi l-informazzjoni fuq talba. Alternattivament, it-tagħrif jista' jingħata wkoll permezz ta' tikketti fuq l-ixkafef.

Artikolu 11

Dettalji oħra obbligatorji għal tipi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta' ikel

1.  Minbarra d-dettalji mniżżla fl-Artikolu 9(1) dettalji oħra obbligatorji għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta' ikel huma stipulati fl-Anness III.

2.  Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III permezz ta' atti ddelegati, skont l-Artikolu 42 u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

Artikolu 12

Piżijiet u miżuri

L-Artikolu 9 għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni aktar speċifiċi li jirrigwardaw il-piżijiet u l-miżuri. Għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti ppakkjati(30).

Artikolu 13

Disponibbiltà u tqegħid ta' informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel

1.  Għandu jkun hemm informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel u għandha tkun faċilment aċċessibbli, skond dan ir-Regolament għall-ikel kollu.

2.  Fil-każ ta' ikel ippakkjat bil-lest, l-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tidher fuq il-pakkett ▌.

Artikolu 14

Preżentazzjoni ta' dettalji obbligatorji

1.  Bla ħsara għal-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni applikabbli għal ikel partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti mniżżla fil-punti (1) sa (k) tal-Artikolu 9(1) , meta jidhru fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla fuqu, id-dettalji obbligatorji elenkati fl-Artikolu 9(1) għandhom jiġu stampati fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta b'tali mod li jiġi żgurat li jkunu jistgħu jinqraw b'mod ċar. Għandhom jitqiesu kriterji bħalma huma d-daqs tat-tipa, it-tipa nnifisha, il-kuntrast bejn it-tipa u l-isfond u d-densità tal-linji u tal-karattri.

Fil-kuntest ta' proċedura ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-Kummissjoni għandha tfassal qafas vinkolanti, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44, li jispeċifika linji gwida rigward il-leġibilità tal-informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi.

2.  Fil-każ tal-prodotti intiżi għal użi nutrizzjonali partikolari, kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar l-ikel djetarju għal skopijiet mediċi speċjali(31) u formuli għat-trabi, formuli follow-on u ikel diversifikat intiż għat-trabi u t-tfal żgħar, li jidħlu fil-kwadru tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment(32)u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar(33), li huma soġġetti għar-rekwiżiti tassattivi ta' tikkettar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni oltre dawk il-partikolari li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 9(1) ta' dan ir-Regolament, id-daqs tat-tipa għandu jkun tali li jissodisfa l-ħtiġiet ta' informazzjoni għall-konsumaturi ħalli jkun leġibbli u għal tagħrif addizzjonali marbut mal-użu partikolari ta' dak l-ikel.

3.  Id-dettalji elenkati fil-punti (a), (e) u (l) tal-Artikolu 9(1) għandhom jidhru fl-istess parti viżiva.

4.  Il-paragrafu 3 m'għandux japplika fil-każ ta' ikel speċifikat fl-Artikolu 17(1) u (2). Jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet nazzjonali speċifiċi għal imballaġġ jew kontenituri bħal dawn fil-każ ta' Stati Membri li għandhom iktar minn lingwa uffiċjali waħda.

5.  Abbrevjazzjonijiet, inklużi inizjali, m'għandhomx jintużaw jekk dawn jistgħu jiżgwidaw lill-konsumaturi.

6.  L-informazzjoni obbligatorja dwar l-ikel għandha tiġi mmarkata f'post li jidher b'tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn jixraq, ma titħassarx. M'għandhiex tkun moħbija bl-ebda mod, mgħottija, ▌ jew imfixkla b'xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal oħra li jintervjeni jew mill-imballaġġ ta' l-ikel stess, bħal, pereżempju, xi tiwi bil-kolla.

7.  L-indikazzjoni tad-dettalji partikolari m'għandhiex tirriżulta f'żieda tad-daqs u/jew tal-volum tal-materjal ta' l-ppakkjar jew tal-kontentitur u m'għandhiex b'xi mod iżżid il-piż fuq l-ambjent.

Artikolu 15

Bejgħ mill-bogħod

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' informazzjoni stipulati fl-Artikolu 9, fil-każ ta' ikel imqiegħed għall-bejgħ permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod kif imfisser fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti mill-bogħod(34):

   (a) l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 9 u 29 għandha tkun disponibbli fuq talba tal-konsumaturi qabel ma tiġi konkluża x-xirja u tista“ tidher fuq il-materjal li jappoġġja l-bejgħ mill-bogħod jew tingħata b'mezzi oħra adattati;
   (b) id-dettalji previsti fl-Artikolu 9(1) punti ▌, (f), ▌ u (i) mhux se jkunu obbligatorji biss fil-mument tal-forniment.

Artikolu 16

Rekwiżiti lingwistiċi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2), l-informazzjoni obbligatorja ta' l-ikel għandha tidher f'ilsien mifhum faċilment mill-konsumaturi ta' l-Istat membru fejn ikel qed jiġi kkummerċjalizzat.

2.  Fi ħdan it-territorju tagħhom stess, l-Istati Membri li fihom jinbiegħ l-ikel jistgħu jistipulaw li d-dettalji għandhom ikunu b'xi waħda mil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

3.  L-ikel mibjugħ f'zoni franki jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk ippreżentat bl-Ingliż.

4.  Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx iżommu milli d-dettalji jiġu indikati b'diversi lingwi.

Artikolu 17

Derogi mir-rekwiżt li jingħatawċerti dettalji obbligatorji ▌

1.  Fil-każ ta' fliexken tal-ħġieġ maħsuba biex jerġgħu jintużaw li huma mmarkati b'mod li ma jitħassrux u li għalhekk m'għandhomx tikketta, ċirku jew għonq id-dettalji obbligatorji biss imniżżla fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) għandhom ikunu obbligatorji.

2.  Fil-każ ta' l-ippakkjar jew ta' kontenituri li l-ikbar wiċċ li jista' jiġi stampat tagħhom fih erja ta' inqas minn 80 cm2 d-dettalji biss elenkati fl-Artikolu 9(1) (a), (c), (e) u (f) u fl-Artikolu 29(1)(a) għandhom ikunu obbligatorji fuq il-pakkett jew it-tikketta. Il-għoti ta' aktar dettalji fuq il-pakkett għandu jkun possibbli fuq bażi volontarja. Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1) (b) għandhom jiġu provduta b'mezzi oħra jew għandhom ikunu disponibbli meta jitlobhom il-konsumatur.

3.  Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirrikjedi dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni, id-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(m) m'għandhiex tkun obbligatorja għall-ikel elenkat fl-Anness IV.

Id-dettalji elenkati fl-Artikoli 9 u 29 m'għandhomx ikunu obbligatorji fil-każ ta' prodotti mhux ippakkjati bil-lest, inklużi dawk ipprovduti minn caterers tal-massa skont l-Artikolu 2(2)(b).

TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET DETTALJATI DWAR DETTALJI OBBLIGATORJI

Artikolu 18

L-isem ta' l-ikel

1.  L-isem ta' l-ikel għandu jkun l-isem provdut fil-leġislazzjoni relevanti. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem ta' l-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv ta' l-ikel.

2.  Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar kif għandu jintuża' l-isem ta' l-ikel u d-dettalji li għandu jkollu miegħu huma stipulati fl-Anness V.

Artikolu 19

Lista ta' ingredjenti

1.  Il-lista ta' ingredjenti għandha tkun intitolata jew preċeduta minn titolu adattat li jkun magħmul minn jew jinkludi l-kelma “ingredjenti”. Għandu jinkludi l-ingredjenti kollha ta' l-ikel, f'ordni li tonqos skond l-użin, kif innutati meta ntużaw fil-fabbrikazzjoni ta' l-ikel.

2.  Jekk prodott jinkludi nanomaterjal, dan għandu jiġi indikat fil-lista ta' ingredjenti bil-kelma “nano”.

3.  L-ingredjenti għandhom jiġu nnominati bl-isem speċifiku tagħhom, fejn japplika, skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 18 u fl-Anness V.

4.  Regoli tekniċi dwar kif għandhom jiġu applikati l-paragrafi 1 u 3 huma stipulati fl-Anness VI.

Artikolu 20

Derogi ġenerali mir-rekwiżit tal-lista ta' ingredjenti

L-ikel li ġej m'għandux ikun meħtieġ li jkollu lista ta' ingredjenti:

   (a) frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili;
   (b) ilma karbonat, liema deskrizzjoni tiegħu tindika li ġie karbonat;
   (c) ħall tal-fermentazzjoni mnissel esklussivament minn prodott bażiku wieħed, dejjem jekk l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud miegħu;
   (d) ġobon, butir, ħalib u krema fermentata, li l-ebda ingredjent ieħor ma ġie miżjud magħhom minbarra prodotti tal-ħalib, enżimi u kulturi tal-mikro-organiżmi essenzjali għall-fabbrikazzjoni, jew fil-każ tal-ġobon minbarra ġobon frisk u ġobon ipproċessat il-melħ meħtieġ għall-fabbrikazzjoni tiegħu;
   (e) Xorb li fih l-alkoħol; il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ...(35) dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu ta' l-Artikolu 19 dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli għal dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati, permezz ta' atti delegati, skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44;
  (f) ikel magħmul minn ingredjent wieħed, fejn:
   (i) l-isem ta' l-ikel hu identiku għall-isem ta' l-ingredjent; jew
   (ii) l-isem ta' l-ikel jgħin biex tkun identifikata sew in-natura ta' l-ingredjent.

Artikolu 21

Dawn li ġejjin ma għandhomx ikunu meqjusa bħala ingredjenti tal-ikel ▌:

   (a) il-kostitwenti ta' xi ingredjent li ġew temporanjament separati waqt il-proċess ta' fabbrikazzjoni u ddaħħlu mill-ġdid aktar tard iżda mhux aktar mill-proporzjonijiet oriġinali tagħhom;
  (b) addittivi ta' l-ikel u enżimi:
   (i) li jinsabu biss f'xi ikel partikolari minħabba l-fatt li kienu jinsabu f'xi ingredjent jew ingredjenti ta' dak l-ikel, dejjem jekk m'għandhomx xi funzjoni teknoloġika fil-prodott lest; jew
   (ii) li jintużaw bħala għajnuniet fl-ipproċessar;
   (c) sustanzi użati fil-kwantitajiet meħtieġa bilfors bħala solvents jew mezzi għal sustanzi nutrizzjonali, addittivi ta' l-ikel, enzimi jew ħwawar;
   (d) sustanzi li mhumiex addittivi ta' l-ikel iżda li huma użati bl-istess mod u bl-istess għan bħall-għajnuniet għall-ipproċessar u xorta għadhom jinsabu fil-prodott lest, anki jekk f'forma mibdula;
  (e) ilma:
   (i) fejn l-ilma hu użat biss waqt il-proċess ta' fabbrikazzjoni għall-ħolqien mill-ġdid ta' ingredjent użat f'forma konċentrata jew deidrata; jew
   (ii) fil-każ ta' mezz likwidu li mhux normalment ikkonsmat.

Artikolu 22

Tikkettjar ta' ċerti sustanzi li jikkawżaw l-allerġiji jew l-intolleranzi

1.  Kull ingredjent imniżżel fl-Anness II jew kull sustanza li toriġina minn xi ingredjent imniżżel f'dak l-Anness, dejjem skond l-eċċessjonijiet tiegħu kif hemm provdut f'dak l-Anness, għandu jkun dejjem indikat fuq il-lista tal-ingredjenti b'mod li s-sustanzi li jikkawżaw allerġiji jew intolleranzi jiġu rikonoxxuti mill-ewwel.

Dik l-indikazzjoni m'għandhiex tintalab f'każijiet fejn:

   (a) l-isem ta' l-ikel jirreferi biċ-ċar għall-ingredjent konċernat;
   (b) l-ingredjent imniżżel fl-Anness II li minnu tkun ġejja xi sustanza huwa diġà mniżżel fil-lista ta' ingredjenti; jew
  (c) l-ikel ma huwiex ippakkjat minn qabel. F'dan il-każ għandu jiġi indikat f'mod ċar viżibbli fl-inħawi fejn isir il-bejgħ jew fuq il-menu illi:
   il-klijenti jistgħu jiksbu informazzjoni dwar is-sustanzi allerġeniċi direttament fid-djalogu li jsir fil-proċess tal-bejgħ u / jew permezz ta' materjal li jidher fuq il-post;
   il-possibbiltà ta' kontaminazzjoni reċiproka ma tistax tiġi eskluża.

2.  Il-lista fl-Anness II għandha tiġi eżaminata mill-ġdid sistematikament u, fejn ikun meħtieġ, tiġi aġġornata mill-Kummissjoni abbażi ta' l-aktar tagħrif xjentifiku u tekniku riċenti permezz ta' atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

3.  Fejn jeħtieġ, jistgħu jinħarġu linji ta' gwida tekniċi għall-interpretazzjoni tal-lista fl-Anness II, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2).

Artikolu 23

Indikazzjoni kwantitattiva ta' l-ingredjenti

1.  L-indikazzjoni tal-kwantità ta' xi ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti użati fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta' xi ikel għandha tkun meħtieġa meta:

   (a) l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti konċernati jidhru fl-isem li bih jinbigħ l-ikel jew normalment huma assoċjati ma' dak l-isem mill-konsumatur; jew
   (b) l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti konċernati huma enfasizzati fuq it-tikkettjar bi kliem, stampi jew grafika; jew
   (c) l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti konċernati huma essenzjali biex jikkaratterizzaw xi ikel u jiddistingwuh mill-prodotti li magħhom jista' jiġi mfixkel minħabba ismu jew id-dehra tiegħu.
  

2.  Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni kwantitattiva mhix se tkun meħtieġa fil-każ ta' ċerti ingredjenti, huma stipulati fl-Anness VII.

Artikolu 24

Kwantità netta

1.  Il-kwantità netta ta' xi ikel għandha tiġi mfissra, bl-użu ta' litri, ċentrilitri, millilitri, kilogrammi jew grammi, kif jixraq:

   (a) f'unitajiet ta' likwidu fil-każ tal-likwidi fl-ambitu tat-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 85/339/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar il-kontenituri ta' likwidi għall-konsum tal-bniedem(36);
   (b) f'unitajiet ta' piż fil-każ ta' prodotti oħra.

2.  L-espressjoni tal-kwantità netta għal ċertu ikel speċifikat b'mod differenti minn dak deskritt fil-paragrafu 1 tista' tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. permezz ta' atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

3.  Regoli tekniċi biex jiġi applikat il-paragrafu 1, inkluż każijiet speċifiċi fejn l-indikazzjoni tal-kwantità netta m'għandhiex tkun meħtieġa, huma stipulati fl-Anness VIII.

Artikolu 25

Data minima sakemm iservi ▌ data “sa meta għandu jintuża u data tal-produzzjoni

1.  Fil-każ ta' ikel li, minn punt di vista mikrobijoloġiku, imur malajr ħafna u għalhekk wara perjodu taż-żmien qasir x'aktarx jista' jkun ta' periklu imminenti għal saħħet il-bniedem, id-data ta' kemm iservi l-inqas għandha tinbidel bid-data “sa meta għandu jintuża”.

2.  Id-data adattata għandha tinstab faċilment u ma tistax tkun mgħottija. Għandha tiġi mfissra kif ġej:

  (a) data tad-durabilita' minima:
  (i) Id-data għandu jkollha quddiemha l-kliem:
   'Uża qabel ...' fejn id-data tinkludi indikazzjoni tal-ġurnata, jew
   'Uża qabel l-aħħar ta' ...' f'każijiet oħra;
  (ii) Il-kelmiet imsemmija fil-punt (a) għandu jkollhom magħhom jew:
   id-data nnifisha; jew
   referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

Jekk ikun hemm bżonn, dawk id-dettalji għandu jkollhom warajhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-ħżin li jridu jiġu osservati jekk il-prodott irid jinżamm għall-perjodu speċifikat.

   (iii) id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u s-sena f'forma kronoloġika mhux kodifikata.

Iżda, fil-każ tal-ikel:

   li jibqa' tajjeb għal anqas minn tliet xhur: għandhom ikunu ddikjarati l-ġurnata u x-xahar;
   li jibqa' tajjeb għal aktar minn tliet xhur iżda mhux aktar ċminn 18-il xahar: għandhom ikunu ddikjarati x-xahar u s-sena;
   li jżomm għal aktar minn 18-il xahar, għandha tkun biżżejjed indikazzjoni tas-sena.

Regoli dettaljati għall-indikazzjoni tad-data tad-durabilita' minima taħt dan il-punt (iii) jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2);

   (iv) id-data tad-durabilità minima għandha tkun indikata fuq kull porzjon individwali ppakkjat minn qabel.
  (v) skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li jimponu tipi oħra ta' indikazzjoni tad-data m'għandhiex tkun meħtieġa indikazzjoni tad-data tad-durabbiltà minima għal:
   frott u ħaxix frisk, inkluż patata, li ma tqaxxritx, tqattgħetx jew ġiet trattatta b'mod simili; din id-deroga m'għandhiex tapplika għal żerriegħa li qed tarmi u prodotti simili bħal legumi tal-isprouts;
   inbid, inbejjed tal-likur, inbejjed ifexfxu, inbejjed aromatizzati u prodotti simili, u xorb li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 2206 00 91, 2206 00 93 u 2206 00 99 u fabbrikati mill-għeneb jew mill-għeneb magħsur;
   xorb li fih 10 % jew aktar bil-volum ta' alkoħol;
   luminati, għasir il-frott, nektars tal-frott u xarbiet alkoħolici li fihom iktar minn 1,2 % mil-lat ta' volum ta' alkoħol f'reċipjenti individwali ta' aktar minn ħames litri, intenzjonati għall-forniment lil mass-caterer;
   oġġetti magħmula mill-furnara jew mill-kokijiet tal-pasti li, minħabba n-natura tal-kontenut tagħhom, normalment jiġu kkunsmati fi żmien 24 siegħa mindu jintgħamlu;
   ħall;
   melħ tat-tisjir;
   zokkor sħiħ;
   prodotti tad-dulċier magħmula kważi għal kollox minn zokkor bil-ħwawar u/jew ikkulurit;
   chewing gums u prodotti simili li tomgħodhom;
  (b) Data sa meta l-ikel irid jintuża:
   (i) id-data għandu jkollha qabilha l-kelmiet “uża sa ...”:
  (ii) il-kliem fil-punt (a) għandu jkollu miegħu:
   jew id-data nfisha, jew
   referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar.

Dawk id-dettalji għandu jkollhom magħhom deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet dwar il-ħżin li jridu jiġu osservati.

   (iii) id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista' jkun, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux kodifikata.
  (c) id-data tal-manifattura:

   (i) id-data għandu jkollha qabilha l-kliem “Manifatturat fi”;
  (ii) il-kelmiet imsemmija fil-punt għandu jkollhom magħhom:
   id-data nfsiha; jew
   referenza għal fejn tidher id-data fuq it-tikkettjar;
   (iii) id-data għandha tikkonsisti fil-ġurnata, ix-xahar u, jekk jista' jkun, is-sena, f'dik l-ordni u f'forma mhux kodifikata.

Artikolu 26

Struzzjonijiet dwar l-użu

1.  L-istruzzjonijiet dwar l-użu ta' xi ikel għandhom jiġu indikati b'tali mod li jkun jista' jintuża' kif suppost. Fejn xieraq, għandhom ikunu provduti l-istruzzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tar-refriġerazzjoni u tal-ħażna u dwar il-limitu ta' żmien għall-konsum wara li jinfetaħ il-pakkett.

2.  Il-Kummissjoni tista' tistipula permezz ta' atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44, regoli dwar il-mod kif dawk l-istruzzjonijiet għandhom jiġu indikati fil-każ ta' ċertu ikel. ▌

Artikolu 27

Saħħa alkoħolika

1.  Ir-regoli li jikkonċernaw l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum għandhom ikunu, fil-każ tal-prodotti kklassfikati taħt it-titoli 22.04 u 22.05 tat-Tariffa Doganali Komuni, dawk stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi applikabbli għal dawk il-prodotti.

2.  Is-saħħa alkoħolika proprja skond il-volum tax-xorb li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta' alkoħol barra dak imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi indikata skond l-Anness X.

TAQSIMA 3

It-tikkettjar DWAR IN-NUTRIZZJONI

Artikolu 28

Relazzjoni ma' leġiżlazzjoni oħra

1.  Id-dispożizzjonijiet ta' din is-Sezzjoni m'għandhomx japplikaw għall-ikel fi ħdan l-ambitu tal-leġiżlazzjoni li ġejja:

   (a) Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta mas-supplimenti ta' l-ikel(37);
   (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta ma' l-esplojtazzjoni u l-bejgħ ta' ilma minerali naturali(38).

2.  Id-dispożizzjonijiet ta' din it-Taqsima japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri marbuta ma' l-oġġetti ta' l-ikel intiżi għal użu nutrizzjonali partikolari(39) u Direttivi speċifiċi kif imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 29

Kontenut

1.  Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi dan li ġej (minn issa “l quddiem magħruf bħala ”dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni“):

   (a) valur enerġetiku;
   (b) l-ammonti ta' xaħam, saturati, karboidrati b'referenza speċifika għaż-żokkor, u l-melħ;
   (c) l-ammonti ta' proteini, karboidrati, fajber, transxaħmijiet naturali u artifiċjali.

Dan il-pargrafu ma għandux japplika għax-xarbiet li jkun fihom l-alkoħol. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport wara ...* dwar l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu dwar dawn il-prodotti u tista' takkumpanja dan ir-rapport b'miżuri speċifiċi li jiddeterminaw ir-regoli biex tiġi provduta dikjarazzjoni obbligatorja ta' nutrizzjoni ta' dawn il-prodotti, adottati permezz ta' atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

2.  Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jista' jkun fiha wkoll b'mod addizzjonali l-ammonti ta' wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

▌(a) mono-unsaturates;

   (b) polyunsaturates;
   (c) polyols;
   (d) kolesterol;
   (e) lamtu;
  

   (f) il-minerali jew vitamini preżenti f'ammonti sinifikanti skont ma jingħad fil-punt 1 tal-Parti A ta' l-Anness X, u skont il-valuri indikati fil-punt 2 tal-Parti A ta' l-Anness X;
   (g) sustanzi oħra fil-kuntest tat-tifsir tal-Parti A tal-Anness XII u l-kostitwenti ta' dawk in-nutrijenti;
   (h) sustanzi oħra kif imsemmija fir-Regolament (KE) nru 1925/2006;

3.  Id-dikjarazzjoni ta' l-ammont ta' sustanzi li jappartjenu jew huma komponenti ta' waħda mill-kategoriji ta' nutrijenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu meħtieġa meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa.

Artikolu 30

Kalkolu

1.  L-ammont ta' enerġija għandha tiġi kkalkulata permezz tal-fatturi ta' konverżjoni fl-Anness XI.

2.  Il-fatturi ta' konverżjoni għall-vitamini u l-minerali msemmija fil-punt 1 tal-Parti A ta' l-Anness XI, sabiex jiġi kkalkulat b'mod aktar preċiż il-kontenut tagħhom fl-ikel, għandhom jiġu stabbiliti u mdaħħla fl-Anness XII mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati, f'konformità mal-Artikolu 42 u suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

3.  L-ammonti ta' enerġija u nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom ikunu dawk ta' kif jinbiegħ l-ikel.

Fejn jixraq, l-informazzjoni tista' tkun marbuta ma' l-ikel wara l-preparazzjoni, dejjem jekk jingħataw struzzjonijiet dettaljati biżżejjed dwar il-preparazzjoni u l-informazzjoni tkun marbuta ma' l-ikel kif jiġi mħejji għall-konsum.

4.  Il-valuri dikjarati għandhom, skond kull każ individwali, ikunu valuri medji fl-aħħar tal-perjodu minimu ta' durabilità filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi xierqa u għandhom ikunu bbażati fuq:

   (a) l-analiżi ta' l-ikel magħmula mill-fabbrikant; jew
   (b) kalkolu mill-valuri medji magħrufa jew proprja ta' l-ingredjenti użati; jew
   (c) kalkolu mid-data li ġeneralment hi stabbilita u aċċettata.

Ir-regoli biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni dwar l-enerġija u n-nutrijenti fir-rigward tal-preċiżjoni tal-valuri dikjarati bħad-differenzi bejn il-valuri dikjarati u dawk stabbiliti waqt spezzjonijiet uffiċjali għandhom jiġu adottati, wara li l-Awtorità tkun tat l-opinjoni tagħha, permezz ta' atti delegati, skont l-Artikolu 42 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

Artikolu 31

Forom ta' espressjonijiet

1.  L-ammont ta' enerġija u nutrijenti jew il-komponenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 29(1) u (2) għandhom jiġu mfissra permezz ta' l-unitajiet tal-kejl imniżżla fl-Anness XII.

2.  Id-“dikjarazzjoni nutrizzjonali obbligatorju fuq quddiem tal-pakket” għandha tinkludi l-ammont tal-enerġija f'Kcal kif stipulat fl-Artikolu 29(1)(a) u wkoll in-nutrijenti obbligatorji, mogħtija fi grammi , kif stipulati fl-Artikolu 29(1)(b).

Huma għandhom jiġu preżentati f'tabella ċara fl-ordni li ġejja:enerġija, xaħam, saturati, zokkrijiet, u melħ.

3.  Id-“dikjarazzjoni nutrizzjonali obbligatorja fuq wara tal-pakkett” għandha tinkludi l-ammont tal-enerġija f'kcal u n-nutrijenti obbligatorji msemmija fl-Artikolu 29(1) u fejn xieraq, in-nutrijenti volontarji msemmija fl-Artikolu 29(2).

Għandha tingħata kif xieraq, fl-ordni ta' preżentazzjoni stipulat f'Parti C tal-Anness XII, kemm għal kull 100g/ml kif ukoll għal kull porzjon.

Id-dettalji għandhom jiġu preżentati f'forma ta' tabella, bin-numri mqegħdin f'linja.

4.  Id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni għandha tiġi mfissra, kif jixraq, bħala persentaġġ ta' konsum referenzjali stipulat fil-Parti B ta' l-Anness XI b'rabta ma' kull 100 g jew kull 100 ml jew kull porzjon. Meta provduta, id-dikjarazzjoni dwar il-vitamini u l-minerali għandha wkoll tiġi mfissra bħala persentaġġ tal-konsum referenzjali stipulat fil-punt 1 tal-Parti A ta' l-Anness XI.

5.  Jekk jingħataw l-indikazzjonijiet skont it-termini tal-paragrafu 4, l-informazzjoni addizzjonali għandha tkun indikata qrib ħafna tat-tabella konċernata. “Kemm teħtieġ medjament ta' kuljum mara ta' mezz'età. Il-ħtiġiet personali tiegħek ta' kuljum għandu mnejn li ma jkunux l-istess.”

6.  Id-dikjarazzjoni tal-polyols u/jew tal-lamtu u d-dikjarazzjoni dwar it-tip ta' aċidi bix–xaħam, minbarra d-dikjarazzjoni obbligatorja ta' saturati u trans xaħmijiet msemmija fl-Artikolu 29(1)(b), għandha tiġi preżentata skond l-Anness XII ▌.

Artikolu 32

Forom oħra ta' espressjoni

Minbarra l-forom ta' espressjoni msemmija fl-Artikolu 31(2) sa (4), id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tista' tiġi ripetuta f'xi forom oħra ta' espressjoni u, b'mod fakultattiv, xi mkien ieħor fuq il-pakkett, pereżempju permezz ta' rappreżentazzjoni grafika jew simboli, dejjem jekk ir-rekwiżiti essenzjali li ġejjin jintlaħqu:

   (a) dawk il-forom ta' espressjoni m'għandhomx jiżgwidaw lill-konsumatur jew ineħħu l-attenzjoni minn fuq id-dikjarazzjoni obbligatorja dwar in-nutrizzjoni;
   (b) huma bbażati jew fuq il-konsum referenzjali skont il-Parti B tal-Anness X, jew jekk ma jeżistix, fuq parir xjentifiku validu aċċettat b'mod ġenerali dwar il-konsum ta' enerġija jew nutrijenti;
   (c) huma appoġġjati b'evidenza xjentifika dwar kemm il-konsumatur medju jifhem u juża' l-informazzjoni preżentata; u
   (d) huma appoġġjati minn evidenza ta' riċerka tal-konsumatur indipendenti li turi li l-konsumatur medju jifhem il-forma ta' espressjoni.

Artikolu 33

Preżentazzjoni

1.  Minbarra l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' nutrizzjoni skont l-Artikoli 29 u 31, l-ittikkettjar dwar il-kontenut ta' enerġija skont it-termini tal-Artikolu 29(1)(a) u l-Anness X, Taqsima B, għandhom jidhru fil-kolonna tal-lemin t'isfel tal-faċċata tal-ippakkjar, b'tipa ta' daqs ta' 3 mm u mberflin b'bordura.

2.  L-ippakkjar forma ta' rigal huwa eżentat mill-ħtieġa tar-repetizzjoni tal-kontenut ta' enerġija fuq il-faċċata tal-ippakkjar kif previst fil-paragrafu 1.

3.  Id-dikjarazzjoni mwessgħa volontarjament dwar in-nutrizzjoni marbuta man-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 29(2) għandha ▌ kif jixraq, fl-ordni ta' preżentazzjoni provduta ▌fl-Anness XII. Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis.

4.  Jekk id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għall-ikel elenkat fl-Anness IV tkun obbligatorja għaliex ikun hemm xi allegazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew dwar is-saħħa, ma jkunx meħtieġ li d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tidher fil-parti viżiva prinċipali.

5.  Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-ikel kif definit fid-Direttiva 89/398/KEE u d-direttivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4(1) tiegħu.

6.  F'każijiet fejn l-ammont ta' enerġija jew nutrijent(i) fi prodott huwa/huma negliġibbli, id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni f'dawk l-elementi tista' tinbidel bi stqarrija bħal “Fih ammonti negliġibbli ta' ...” qrib sew tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni meta preżenti.

7.  Ir-regoli marbuta ma' aspetti oħra ta' preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

8.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta ...(40) rapport ta' evalwazzjoni dwar il-forma ta' preżentazzjoni deskritta fil-paragrafi 1 sa 7.

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI VOLONTARJA DWAR L-IKEL

Artikolu 34

Rekwiżiti ▌

1.  L-informazzjoni volontarja m'għandhiex tintwera għad-detriment ta' l-ispazju li hemm provdut għall-informazzjoni obbligatorja.

2.  L-informazzjoni kollha rilevanti rigward l-iskemi ta' informazzjoni volontarja dwar l-ikel, bħall-kriterji sottostanti u l-istudji xjentifiċi, trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3.  L-informazzjoni addizzjonali volontarja dwar in-nutrizzjoni maħsuba għal gruppi speċifiċi, pereżempju għat-tfal, għandha tkompli titħalla tingħata kemm-il darba dawn il-valuri ta' referenza specifiċi jkunu ppruvati xjentifikament, ma jkunux iqarrqu bil-konsumatur u jkunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali stipulati f'dan ir-Regolament.

4.  Mingħajr preġudizzju għat-tikkettjar skond il-leġiżlazzjoni speċifika tal-Komunità, il-pargrafu 5 għandhom japplikaw fejn il-pajjiż ta' l-oriġini jew il-post ta' provenjenza ta' ikel ikun volontarjament indikat sabiex jinforma lill-konsumaturi li l-ikel joriġina jew ġej mill-Unjoni jew minn pajjiż jew post speċifiku.

5.  Fil-każ tal-laħam, barra miċ-ċanga u l-vitella, l-indikazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini jew il-post ta' provenjenza tista' tingħata bħala post uniku fejn twieldu trabbew u nqatlu l-annimali fl-istess pajjiż jew post. F'każijiet oħra għandha tingħata l-informazzjoni dwar kull wieħed mill-postijiet differenti ta' tewelid, trobbija jew qatla.

1.  It-terminu “veġetarjan” m'għandux ikun applikat għal ikel li jkun, jew isir minn jew bl-għajnuna ta' prodotti meħuda minn annimali li mietu, inqatlu jew minn annimali li mietu minħabba li ttieklu. It-terminu “vegan” m'għandux jiġi applikat għal ikel li huwa, jew isir minn jew bl-għajnuna ta' annimali jew ta' prodotti tal-annimali (inklużi prodotti minn annimali ħajjin).


KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET NAZZJONALI

Artikolu 35

Il-Prinċipju

L-Istati Membri jistgħu jadottaw biss dispożizzjonijiet fil-qasam ta' l-informazzjoni dwar l-ikel għall-konsumatur fejn dan ikun previst b'dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Dispożizzjonijiet nazzjonali u dettalji obbligatorji ulterjuri

Minbarra d-dettalji partikolari msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11, l-Istati Membri jistgħu, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 39, jirrikjedu partikolari obbligatorji ulterjuri għal tipi jew kategoriji speċifiċi ta' ikel, iġġustifikati b'raġunijiet ta':

   (a) il-ħarsien tas-saħħa pubblika;
   (b) il-ħarsien tal-konsumaturi;
   (c) il-prevenzjoni ta' frodi;
   (d) il-ħarsien tad-drittijiet industrijali u kummerċjali tal-proprjetà, indikazzjonijiet tal-provenjenza, reġjonali postijiet ta' l-oriġini reġistrati u l-prevenzjoni ta' kompetizzjoni inġusta.

Miżuri bħal dawn m'għandhomx iwasslu għal ostakli għall-moviment ħieles ta' prodotti fis-suq intern.

Artikolu 37

Ħalib u prodotti tal-ħalib

L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jidderogaw mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11(2) fil-każ tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib preżentati fi fliexken tal-ħġieġ intiżi biex jiġu użati mill-ġdid.

Huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri minnufih.

Artikolu 38

▌Ikel li mhux ippakkjat bil-lest

1.  Rigward l-ikel li mhuwiex ippakjat għandhom jingħataw id-dettalji msemmija fl-Artikolu 9(1)(c).

2.  L-indikazzjoni tad-dettalji l-oħra msemmija fl-Artikoli 9 u 11 mhijiex obbligatorja .

3.  L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli dettaljati dwar il-mod li bih l-informazzjoni msemmija fil-pararafi 1 u 2 għandha tkun disponibbli.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomumikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3 mingħajr dewmien.

Artikolu 39

Proċedura ta' notifika

1.  Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Istat Membru li jqis li hu meħtieġ li tiġi adottata l-leġiżlazzjoni ġdida ta' informazzjoni dwar l-ikel, għandu jgħarraf bil-quddiem lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri maħsuba u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikawhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Proċess ta' l-Ikel u Saħħet l-Annimali mwaqqaf bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jekk tqis li dik il-konsultazzjoni hi utli jew jekk xi Stat Membru jitlob hekk. Il-Kummissjoni għandha ddaħħal ukoll proċedura ta' notifika formali għall-partijiet interessati kollha f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi(41).

3.  L-Istat Membru kkonċernat jista' jieħu l-miżuri maħsuba biss tliet xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, dejjem jekk ma jkunx irċieva opinjoni negattiva tal-Kummissjoni.

4.  Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, hi għandha tibda l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 41(2) qabel ma jiskadi dak il-perjodu ta' tliet xhur sabiex tiddetermina jekk il-miżuri maħsuba jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista' titlob li jsiru ċerti emendi għall-miżuri maħsuba. L-Istat Membru kkonċernat jista' jieħu l-miżuri previsti biss wara li l-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni finali tagħha.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI, TA' EMENDAR U FINALI

Artikolu 40

Adattamenti tekniċi

Skond id-dispożizzjonijiet marbuta ma' l-emendi ta' l-Annessi II u III imsemmija fl-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 22(2), l-Annessi jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 42 u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

Artikolu 41

Kumitat

1.  Il-Kumitat għandu jkun megħjun mill-Kumitat Imwaqqaf dwar il-Katina ta' l-Ikel u Saħħet l-Annimali.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

Artikolu 42

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa biex jiġu adottati dawn l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 9(1)(k), 11(2), 14(1), 20(e), 22(2), 24(2), 26(2), 29(1), 30(2) u (4) u 33(7) u 40, għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin ...(42). Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport rigward is-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun estiża awtomatikament għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokahiex skont l-Artikolu 43.

2.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44.

Artikolu 43

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 9(1)(k), 11(2), 14(1), 20(e), 22(2), 24(2), 26(2), 29(1), 30(2) u (4) u 33(7) u 40 tista' tkun irrevokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex ikun deċiż għandhiex tiġi rrevokata d-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data oħra speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 44

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' joġġezzjona għal att delegat fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn.

2.  Jekk, meta jintemm dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stabbilita fih.

L-att delegat jista' jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jista' jidħol fis-seħħ qabel tmiem dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat, m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.

Artikolu 45

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:"

L-obbligu u l-modalitajiet biex tingħata l-informazzjoni skond il-Kapitolu IV, It-Taqsima 3 tar-Regolament (UE) Nru. .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar l- l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi* meta ssir talba dwar in-nutrizzjoni u/jew is-saħħa għandhom japplikaw mutatis mutandis, bl-eċċezzjoni ta' reklamar ġeneriku.

Barra minn hekk, u kif jista' jagħti l-każ, l-ammont(i) tas-sustanza(/i) li miegħu hi marbuta talba dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa li ma jidhirx fuq it-tikketta tan-nutrizzjoni għandu jitniżżel fl-istess post viżiv bħad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u għandu jiġi mfisser skond l-Artikoli 30 u 31 tar-[Regolament (UE) Nru …/... dwar l- l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi].

* ĠU L …

"

Artikolu 46

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1925/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 hu emendatkif ġej:

1.  Fl-Artikolu 6 paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

6.  Iż-żieda ta' xi vitamini jew minerali f'xi ikel għandha twassal biex dawk il-vitamini jew minerali fl-ikel ikunu talanqas f'ammont sinifikanti fejn dan hu definit skond il-[punt 2 tal-Parti A ta' l-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru …/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l- l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi]*. L-ammonti minimi, inkluż kull ammont ibaxx, b'deroga mill-ammonti sinifikanti msemmija hawn fuq, għal ikel jew kategoriji ta' ikel speċifiċi għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

_______________________________

* ĠU L …

"

2.  Fl-Artikolu 7 il-paragrafu 3 hu mibdul b'dan li ġej:"

3.  It-tikkettjar dwar in-nutrizzjoni ta' prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali li huma koperti b'dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun magħmula minn dik speċifikata fl-Artikolu 29(1) tar-[Regolament (UE) Nru … dwar l- l-għoti ta' informazzjoni fuq l-ikel lill-konsumaturi] u ta' l-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta jiġu miżjuda ma' l-ikel

"

Artikolu 47

Revoka

1.  Id-Direttivi 87/250/KEE, 94/54/KE, 1999/10/KE, 2000/13/KE, 2002/67/KE, 2004/77/KE u r-Regolament (KE) Nru 608/2004 huma revokati b'effett minn...(43).

2.  Id-Direttiva 90/496/KEE hi revokata minn...(44)*.

3.  Ir-Referenzi għall-atti rrevokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 48

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 14(1) għandu japplika minn ...(45) .

L-Artikoli 29 sa 33 għandhom japplikaw minn ... * minbarra fil-każ ta' ikel ittikketjat minn operaturi tan-negozju ta' l-ikel li għandhom, fi...**, inqas minn 100 impjegat u li l-fatturat annwali tagħhom u/jew it-total annwali fuq il-balance sheet ma jkunx aktar minn EUR 5 miljun fejn għandhom japplikaw ...*(46)*.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Kif imsemmija fl-Artikolu 2(4)

1.  “dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni” jew “tikkettjar dwar in-nutrizzjoni” tfisser informazzjoni li tindika:

   (a) valur enerġetiku; jew
  (b) valur enerġetiku u wieħed jew aktar min-nutrijenti li ġejjin u l-komponenti tagħhom:
   xaħam,
   karboidrati,
   fajber,
   proteina,
   melħ,
   vitamini u minerali mniżżla fl-Anness X, il-Parti A, il-punt 1 u preżenti f'ammonti sinifikanti kif imfissra fl-Anness X, il-Parti A, il-punt 2.
   2. “xaħam” ifisser lipids totali, u jinkludi l-phospholipids;
   3. “saturati” tfisser aċidi tax-xaħam mingħajr rbit doppju;
   4. “trans fat” tfisser aċidi tax-xaħam b'talanqas wieħed mhux konjugat, (jiġifieri interrot b'mill-inqas grupp wieħed tal-metilenu) rbit doppju tal-karbonju-karbonju fit-trans konfigurazzjoni;
   5. “mono-unsaturates” tfisser l-aċidi tax-xaħam b'cis rbit doppju wieħed;
   6. “polyunsaturates” tfisser aċidi tax-xaħam b'rbit cis, cis-metilenu interrot doppju;
   7. “karboidrat” tfisser kull karboidrat li hu metabolizzat fil-bniedem, u jinkludi l-polyols;
   8. “zokkrijiet” tfisser il-monosaccharidi u d-disaccharidi li jkun hemm fl-ikel, iżda teskludi l-polyols, l-iżomaltulożju u d-D-tagatożju;
   9. “polyols” tfisser l-alkoħol li jkun fih aktar minn żewġ gruppi ta' hydroxyl;
     10 “proteina” tfisser il-kontenut ta' proteina kkalkulat permezz tal-formula: protein = total Kjeldahl nitroġenu × 6,25 u fil-każ tal-proteini tal-ħalib, total Kjeldahl nitroġenu x 6,38;
   11. “melħ” tfisser il-kontenut ta' melħ ikkalkulat permezz tal-formula: salt = sodju × 2,5;
   12. “Weraq tad-deheb tal-ikel” tfisser dekorazzjoni tal-ikel u x-xorb tittiekel li tikkonsisti f'weraq tad-deheb ta' madwar 0,000125 mm f'forma ta' qxur jew trab;
     13 “valur medju” tfisser il-valur li jirrappreżenta l-aħjar l-ammont tan-nutrijent li jkun fih xi ikel partikolari, u jirrifletti l-lok li jkun tħalla għal varjabbiltà staġonali, xejriet ta' konsum u fatturi oħra li jistgħu jikkawżaw varjazzjonijiet fil-valur proprja;
   14. 'quddiem tal-pakkett“ tfisser in-naħa jew il-faċċata tal-pakkett tal-ikel li għandha l-aktar tendenza li jiġi esebit jew jidher taħt kondizzjonijiet normali jew tradizzjonali ta' bejgħ jew użu.

ANNESS II

INGREDJENTI LI JISTGĦU JIKKAWŻAW L-ALLERĠIJI JEW L-INTOLLERANZI

1.  Iċ-ċereali li fihom il-glutina (prinċipalment il-qamħ, is-segala, il-barli, il-ħafur, l-ispelt, il-kamut jew il-pjanti ibridizzati tagħhom) u prodotti tagħhom, minbarra:

   (a) ġulepp tal-glukosju bbażat fuq qamħ inkluż id-destrosju(47);
   (b) maltodextrins li fihom il-qamħ1;
   (c) ġulepp tal-glukows li fihom il-barli;
   (d) ċereali użati biex jagħmlu d-distillati alkoħoliċi.

2.  Krustaċew u prodotti tagħhom.

3.  Bajd u prodotti tagħhom.

4.  Ħut u prodotti tagħhom, minbarra:

   (a) il-ġelatina tal-ħut użata biex iġġorr il-vitamina jew preparamenti tal-carotenoid;
   (b) il-ġelatina tal-ħut jew Isinglass użati bħala aġent li jirfina fil-birra u l-inbid.

5.  Il-karawett u prodotti minnu.

6.  Is-soybeans u prodotti minnhom, minbarra:

   (a) żejt u xaħam tas-soybean irfinat għal kollox1;
   (b) tocopherols imħallta b'mod naturali (E306), D-alpha tocopherol naturali, D-alpha tocopherol acetate naturali, D-alpha tocopherol succinate naturali minn sorsi tas-soybean;
   (c) żjut veġetali mnissla minn phytosterols u phytosterol esters minn sorsi tas-soybean;
   (d) stanol ester tal-pjanti magħmul minn sterols taż-żejt veġetali minn sorsi tas-soybean.

7.  Ħalib u prodotti minnu (inkluż il-lattosju), minbarra:

   (a) ix-xorrox użat biex jagħmlu distillati alkoħoliċi;
   (b) lactitol.

8.  Ġewż, l-aktar lewż (Amygdalus communis L.), ġellewż (Corylus avellana), ġewż (Juglans regia), anakardji (Anacardium occidentale), ġewż Amerikan (Carya illinoiesis (Wangenh.) K. Koch), ġewż tal-Brażil (Bertholletia excelsa), pistaċċi (Pistacia vera), macadamia nuts u Queensland nuts (Macadamia ternifolia), u prodotti tagħhom, minbarra:

   (a) ġewż użat biex jagħmlu d-distillati alkoħoliċi.

9.  Karfus u prodotti minnu.

10.  Mustarda u prodotti tagħha.

11.  Ġulġlien u prodotti minnu.

12.  Dijossidu tal-kubrit u sulfiti f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 10 mg/kg jew 10 mg/litru mfissra bħala SO2, fil-prodott intenzjonat għall-konsum.

13.  Lupin u prodotti minnu.

14.  Molluski u prodotti minnhom.

ANNESS III

IKEL LI T-TIKKETTJAR TIEGĦU JRID JINKLUDI DETTALL WIEĦED JEW AKTAR ADDIZZJONALI

tip jew kategorija ta' ikel

Dettalji

1. Ikel ippakkjat f'ċerti gassijiet

1.1 Ikel li d-durabbiltà tiegħu ġiet estiża permezz ta' gassijiet użati għall-ippakkjar awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“Ippakkjati f'atmosfera protetta”

2. PRODOTTI TAL-LAĦAM MINN QATLIET SPEĊJALI

2.1 Laħam u prodotti tal-laħam ġejjin minn annimali li ma ġewx sturduti qabel il-qatla, jiġifieri nqatlu f'ritwal

'Laħam li ġej minn qtil mingħajr stordiment“

3 Ikel li fih il-ħlewwiet

3.1 Ikel li fih xi ħlewwa jew ħlewwiet awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“bil-ħlewwa(/iet)”, din l-istqarrija għandha tkun ma' l-isem ta' l-ikel fil-parti viżiva prinċipali.

3.2 Ikel li fih kemm zokkor jew zokkrijiet miżjuda flimkien ma' ħlewwa jew ħlewwiet skond id-Direttiva 89/107/KEE

“biz-zokkor/zokkriet u ħlewwa(/iet)” din l-istqarrijiet għandha tkun ma' l-isem ta' l-ikel.

3.3 Ikel li fih l-aspartame awtorizzat skond id-Direttiva 89/107/KEE

“fih l-aspartame

3.4 Ikel li fih aktar minn 10% polyols miżjuda awtorizzati skond id-Direttiva 89/107/KEE

“konsum eċċessiv jista” jkollu effetti lassattivi“

tip jew kategorija ta' ikel

Dettalji

4. Ikel li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonju tiegħu

4.1 Il-ħelu jew xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhuma jew il-pjanta likurizja Glycyrrhiza glabra, f'konċentrazzjoni ta' 100 mg/kg jew 10 mg/l jew aktar.

“fiha l-likurizja” għandha tiżdied immedjament wara l-lista ta' ingredjenti, sakemm il-kelma “likurizja” mhix diġà mniżżla fil-lista ta' ingredjenti jew fl-isem ta' l-ikel. Jekk ma jkunx hemm lista ta' ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta' l-ikel.

4.2 Il-ħelu li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(sustanzi) kif inhi jew il-pjanta tal-likurizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta' 4 g/kg jew aktar.

“fiha l-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta' ingredjenti. Jekk ma jkunx hemm il-lista ta' ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta' l-ikel.

4.3 Xorb li fih l-aċidu glycyrrhizinic jew il-melħ ta' l-ammonju tiegħu minħabba ż-żieda tas-sustanza(/i) kif inhi jew il-pjanta tal-likorizja Glycyrrhiza glabra f'konċentrazzjonijiet ta' 50 mg/l jew aktar, jew ta' 300 mg/l jew aktar fil-każ ta' xorb li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta' alkoħol(48).

“fiha l-likurizja – nies li jbatu minn ipertensjoni għandhom jevitaw il-konsum eċċessiv” għandha titniżżel immedjatament wara l-lista ta' ingredjenti. Jekk ma jkunx hemm il-lista ta' ingredjenti, l-istqarrija għandha tidher ħdejn l-isem ta' l-ikel.

tip jew kategorija ta' ikel

Dettalji

5. IKEL LI FIH L-AĊIDU GLUTAMIKU JEW L-IMLUĦA TIEGĦU

5.1Ikel li fih wieħed jew iktar mill-addittivi mal-ikel E620, E 621, E622, E623, E624 u E 625

'fih ingredjenti li jżidu l-aptit“

6. LAĦAM LI JIKKONSISTI MINN BIĊĊIET TAL-LAĦAM IKKUMBINATI

6.1 Laħam li jikkonsisti minn biċċiet tal-laħam ikkumbinati, li jista' jagħti l-impressjoni li jkun magħmul minn biċċa sħiħa

'b“partijiet ikkumbinati”, din l-istqarrija għandha takkumpanja l-isem tal-ikel.<0}

7. Xorb b'kontenut għoli ta' kaffeina

7.1 Xorb, minbarra dak ibbażat fuq il-kafe, it-te jew il-kafe jew l-estratt tat-te fejn l-isem ta' l-ikel jinkludi l-kelma “kafe'” jew “te”, li:

– hu intiż għall-konsum mingħajr modifikazzjoni u li fih il-kafeina, minn kwalunkwe sors, f'proporzjon ta' aktar minn 150 mg/l, jew

– hu f'forma konċentrata jew imnixxfa u wara r-rikostruzzjoni fih il-kafeina, minn kwalunkwe sors, f'proporzjon ta' aktar minn 150 mg/l

“Kontenut għoli ta' kafeina” fl-istess post viżiv bħall-isem tax-xorb, flimkien ma' referenza fil-parentesi u skond l-Artikolu 14(5) ta' dan ir-Regolament għall-kontenut ta' kafeina mfisser f'mg/100 ml.

tip jew kategorija ta' ikel

Dettalji

8. Ikel b'phytosterols miżjuda, phytosterol esters, phytostanols jew phytostanol esters

8.1 Ikel jew ingredjenti ta' l-ikel b'phytosterols miżjuda, phytosterol esters, phytostanols jew phytostanol esters

(1) “bi sterols tal-pjanti miżjuda” jew “bi stanols tal-pjanti miżjuda” fl-istess parti viżiva bħall-isem ta' l-ikel;

(2) l-ammont ta' kontenut ta' fotosteroli, l-esteri fitosteroli, l-fitostanoli jew l-esteri fitostanoli miżjud (espress bħala % jew bħala g ta' steroli/stanoli ħielsa tal-pjanti kull 100 g jew 100 ml tal-ikel) għandu jiġi dikjarat fil-lista ta' l-ingredjenti;

(3) stqarrija li l-ikel hu intiż esklussivament għan-nies li jixtiequ jbaxxu l-livell ta' kolesterol fid-demm tagħhom;

(4) stqarrija li l-pazjenti li qed jieħdu medikazzjoni biex ibaxxu l-kolesterol għandhom jikkonsmaw il-prodott biss taħt superviżjoni medika;

(5) stqarrija li tidher mall-ewwel li l-ikel jista' ma jkunx adattat b'mod nutrizzjonali għal ommijiet tqal jew li qed ireddgħu u għal tfal taħt il-ħames snin;

(6) parir li l-ikel irid jintuża' bħala parti minn dieta bilanċjata u varjata, inkluż konsum regolari ta' frott u ħaxix biex iżomm għolja l-livelli ta' carotenoid;

tip jew kategorija ta' ikel

Dettalji

(7) fl-istess parti viżiva bħad-dettall meħtieġ taħt il-punt 3) ta' hawn fuq, stqarrija li l-konsum ta' aktar minn 3 g kuljum ta' sterols tal-pjanti miżjuda/stanols tal-pjanti għandu jiġi evitat;

(8) definizzjoni ta' porzjon ta' l-ikel jew ingredjent ta' l-ikel konċernat (preferibbilment fi g jew ml) bl-ammont ta' l-isterol tal-pjanti/stanol tal-pjanti li fih kull porzjon.

9. PRODOTTI TAL-LAHAM U TAT-TJUR

9.1 Prodotti tat-tiġieġ li fil-produzzjoni tagħhom ntużaw il-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal.

L-użu tal-proteini taċ-ċanga jew tal-majjal għandu dejjem ikun ittikkettat b'mod ċar fuq l-imballaġġ.

ANNESS IV

IKEL LI HU EŻENTAT MIR-REKWIŻIT DWAR IT-TIKKETTJAR OBBLIGATORJUTAN-NUTRIZZJONI ▌

–  frott u ħaxix frisk u prodotti mhux ipproċessati li fihom ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta' ingredjenti;

   prodotti pproċessati li għaddew biss minn ipproċessar wieħed li hu affumikazzjoni jew maturazzjoni u li magħmulin minn ingredjent wieħed jew kategorija waħda ta' ingredjenti;
   ilmijiet minerali naturali jew ilmijiet oħrajn intiżi li jiġu kkonsmati min-nies, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma d-dijossidu tal-karbonju u/jew ħwawar;
   ħxejjex aromatiċi, ħwawar u taħwir jew taħlitiet tagħhom;
   melħ u sostituti tal-melħ;
   zokkor u tipi ġodda ta' zokkor;
   varjetajiet ta' dqiq;
   prodotti koperti bid-Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 marbuta ma' estratti tal-kafe u estratti taċ-ċikwejra(49), żerriegħa tal-kafe sħiħa jew mitħuna jew żerriegħa tal-kafe dekafinat sħiħa jew mitħuna;
   infużjoni tal-ħxejjex aromatiċi, te, te dekafinat, te magħmul malajr jew li jinħall jew estratt tat-te, dekafinat magħmul malajr jew te li jinħall jew estratt tat-te, li ma fihomx ingredjenti miżjuda;
   ħall fermentat u sostituti tal-ħall, inkluż dawk fejn l-unika ingredjenti miżjuda huma l-ħwawar;
   ħwawar;
   addittivi ta' l-ikel;
   għajnuniet għall-ipproċessar;
   enżimi ta' l-ikel;
   ikel koloranti;
   weraq tad-deheb tal-ikel;
   ġelatina;
   ġelatina jew komposti biex jgħaqad il-ġamm;
   ħmira;
   prodotti taċ-chewing gum;
   oġġetti tal-ikel b'disinn jew ippakkjar staġjonali, ta' lussu jew biex jingħataw bħala rigal;
   ħlewwiet tal-istaġun u figuri taz-zokkor u ċ-ċikkulata;
   multi-pakketti mħallta;
   assortimenti;
   ikel f'pakketti jew f'kontenituri li l-akbar wiċċ tagħhom għandu erja ta' inqas minn 75 ċm2; il-kontenut tal-enerġija kif spjegat fl-Artikolu 29(1)(a) xorta waħda għandu jiġi indikat fiz-zona viżiva prinċipali;
   ikel mibjugħ minn nies privati fil-kuntest ta' attivitajiet okkażjonali, u mhux bħala parti minn intrapriża li tkun timplika ċerta kontinwità ta' attivitajiet u ċertu ammont ta' organizzazzjoni;
   ikel li mhux ippakkjat minn qabel, inklużi l-prodotti tal-ikel tal-massa, maħsub għall-konsum immedjat;
   prodotti magħmula b'mod artiġjanali;
   ikel mibjugħ direttament fuq is-suq agrikolu;
   ikel fornut direttament minn impriżi żgħar fi ta' kwantitajiet żgħar ta' prodotti lill-konsumatur aħħari jew lil stabbilimenti lokali ta' bejgħ bl-imnut li jfornu direttament lill-konsumatur aħħari;
   ikel f'pakkett intern mhux maħsub li jinbiegħ mingħajr il-pakkett ta' barra (l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tingħata fuq il-pakkett ta' barra sakemm ma tkunx tappartjeni għall-kategoriji ta' ikel li huma eżentati taħt dan l-Anness);
   ikel fi kwantità ta' anqas minn 5 g/ml;
   fliexken tal-ħġieġ immarkati b'mod indelebbli.

ANNESS V

L-ISEM TA' L-IKEL U D-DETTALJI SPEĊIFIĊI LI JKOLLU MIEGĦU

Parti A – l-isem ta' l-ikel

1.  Għandu jitħalla jintuża fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar l-isem ta' l-ikel li bih il-prodott jiġi fabbrikat legalment u mibjugħ fl-Istat Membru tal-produzzjoni.

Minkejja dan, meta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk imniżżla fl-Artikolu 9, ma jgħinux lill-konsumaturi fl-Istat Membru fejn isir ir-reklamar biex isiru jafu n-natura vera ta' l-ikel u biex jiddistingwuh mill-ikel li miegħu jista' jiġi mħawwad, l-isem ta' l-ikel għandu jkollu miegħu informazzjoni oħra deskrittiva li għandha tidher fl-istess zona viżiva ma' ġenb l-isem tal-ikel u tinkiteb b'tipa ċara u li tista' tinqara faċilment.

2.  F'każijiet rari, l-isem ta' l-ikel ta' l-Istat Membru tal-produzzjoni m'għandux jintuża' fl-Istat Membru tal-bejgħ meta l-ikel li hu jsemmi jkun differenti, fir-rigward tal-kompożizzjoni jew il-fabbrikazzjoni tiegħu, mill-ikel magħruf taħt dak l-isem li d-dispożizzjonijiet tal-punt 1 mhumiex biżżejjed biex jassiguraw, fl-Istat Membru tal-bejgħ, li tingħata informazzjoni korretta lix-xerrej.

3.  L-ebda isem protett bħala proprjetà intelletwali, isem tad-ditta jew isem ornamentali ma jista' jiġi sostitwit ma' l-isem ta' l-ikel.

Parti B – Dettalji obbligatorji li jinsabu ma' l-isem ta' l-ikel

1.  L-isem ta' l-ikel għandu jinkludi jew ikollu miegħu d-dettalji dwar il-kondizzjoni fiżika ta' l-ikel jew it-trattament speċifiku li jkun għadda minnu (pereżempju, bit-trab, imnixxef iffriżat, iffriżat mill-ġdid, iffriżat għal kollox, iffriżat malajr, defriżat, konċentrat, affumikat) fil-każijiet kollha fejn jekk dik l-informazzjoni titħalla barra tista' tiżgwida lix-xerrej.

2.  L-ikel trattat b'radjazzjoni jonizzanti għandu jkollu waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:"

irradjat' jew ‘trattat b'radjazzjoni jonizzanti’.

3.  L-isem tal-ikel għandu jindika kull ingredjent li hemm miżjud li ġej minn oriġini ta' annimal differenti mill-annimal primarju, għall-prodotti tal-laħam li għandhom l-apparenza ta' taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam u għall-prodotti tal-ħut.

4.  L-isem tal-ikel fl-ittikkettjar ta' kull prodott tal-laħam li għandu dehra ta' taqtigħa, ġog, lista, porzjon jew karkassa tal-laħam, jew laħam ippreservat għandu jinkludi l-indikazzjoni ta':

   (a) kull ingredjent miżjud mal-bqija tal-laħam li ġej minn oriġini ta' xi annimal differenti; kif ukoll
  (b) kull ilma miżjud f'dawn iċ-ċirkustanzi li ġejjin:
   fil-każ ta' laħam imsajjar u nej, jew laħam ippreservat imsajjar, l-ilma miżjud ‘il fuq minn 5 % tal-piż tal-prodott;
   fil-każ ta' laħam ippreservat mhux imsajjar, kull ilma miżjud li jifforma ‘l fuq minn 10 % tal-piż tal-prodott.

5.  L-isem tal-ikel fl-ittikkettjar ta' kull prodott tal-ħut li għandu dehra ta' taqtigħa, filett, lista, jew porzjon ta' ħut għandu jinkludi l-indikazzjoni ta':

   (a) kull ingredjent miżjud li oriġina mill-ħaxix, jew minn xi annimal ieħor għajr il-ħut; kif ukoll
   (b) kull ilma miżjud li jifforma ‘l fuq minn 5 % tal-piż tal-prodott.

Parti Ċ – Rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta' isem ta' ‘laħam ikkapuljat’

1.  Kriterji ta' kompożizzjoni ċċekkjati abbażi ta' medja ta' kuljum:

Kontenut ta' xaħam

Tessut li jgħaqqad:

meat protein ratio

‐ laħam ikkapuljat dgħif

≤ 7 %

≤ 12

‐ ikkapuljat taċ-ċanga pura

≤ 20 %

≤ 15

‐ laħam ikkapuljat li fih il-majjal

≤ 30 %

≤ 18

‐ laħam ikkapuljat ta' speċi oħra

≤ 25 %

≤ 15

2.  Permezz ta' deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tas-Taqsima V ta' l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-kliem li ġej għandu jidher fuq it-tikkettjar:

– ‘persentaġġ ta' xaħam taħt ...

"

"

– ‘tessut li jgħaqqad: proporzjon ta' proteini fil-laħam taħt ...’.

"

3.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu lok li jitqiegħed fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax mal-kriterji stipulati fil-punt 1 ta' din il-Parti taħt marka nazzjonali li ma tistax tiġi mħawda mal-marki previsti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Parti D – Rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw l-għoti ta' isem ta' kisi għaz-zalzett

Fil-lista ta' ingredjenti l-kisi taz-zalzett għandu jiġi indikat kif ġej:

   'kisi naturali“, jekk il-kisi użat għall-produzzjoni taz-zalzett ikun ġej mill-passaġġ intestinali ta'annimali ungulati
   'kisi artifiċjali“, fil-każijiet l-oħra.

Jekk kisi artifiċjali ma' jkux jittiekel, dan għandu jiġi indikat bħala tali.

Parti E- DENOMINAZZJONI UFFIĊJALI GĦAL IKEL LI TAGĦTI L-IMPRESSJONI LI HUWA IKEL DIFFERENTI (l-elenku segwenti fih xi eżempji)

Ikel li jagħti l-impressjoni li huwa ikel differenti jew li jkollu ingredjent li nbidel b'ingredent imitazzjoni għandu jkun ittikkettat kif ġej:

Diverġenza f'termini ta' tip, kwalità u kompożizzjoni

Għoti ta' isem uffiċjali

Meta mqabbel ma' ġobon, sostituzzjoni totali jew parzjali ta' xaħam tal-ħalib b'xaħam veġetali

'imitazzjoni ta' ġobon“

Meta mqabbel mal-perżut, kompożizzjoni mibdula li tikkonsisti minn ingredjenti mfarrka b'kontenut ta' laħam ferm anqas.

'imitazzjoni ta' perżut“

ANNESS VI

INDIKAZZJONI U GĦOTI TA' ISEM LILL-INGREDJENTI

Parti A – Dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-indikazzjoni ta' ingredjenti f'ordni li tonqos skond l-użin

Kategorija ta' ingredjenti

Dispożizzjoni li tikkonċerna l-indikazzjoni bl-użin

1. Ilma miżjud u prodotti volatili

Għandhom jitniżżlu fl-ordni skond il-piż tagħhom tal-prodott lest. L-ammont ta' ilma miżjud bħala ingredjent f'xi ikel għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas mill-ammont totali tal-prodott lest l-ammont totali ta' l-ingredjenti l-oħra użati. Dan l-ammont m'għandux jitqies jekk ma jaqbiżx il-5% bil-piż tal-prodott lest.

2. Ingredjenti użati f'forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni

Jistgħu jitniżżlu fl-ordni skond il-piż tagħhom kif irreġistrat qabel il-konċentrazzjoni jew id-dijadrizzazzjoni tagħhom.

3. L-ingredjenti użati f'ikel konċentrat jew deiderat, li huma intiżi biex jiġu magħmula mill-ġdid biż-żieda ta' ilma

Jistgħu jitniżżlu f'ordni proporzjonali tal-prodott magħmul mill-ġdid dejjem jekk il-lista ta' ingredjenti jkollha magħha espressjoni, bħala “ingredjenti tal-prodott magħmul mill-ġdid” jew “ingredjenti tal-prodott lest biex jintuża”.

Kategorija ta' ingredjenti

Dispożizzjoni li tikkonċerna l-indikazzjoni bl-użin

4. Il-frott, il-ħaxix jew il-faqqiegħ, li ma tantx jippredominaw f'termini ta' użin u li huma użati fi proporzjonijiet li x'aktarx ivarjaw, użati f'taħlita bħala ingredjenti ta' xi ikel

Jistgħu jitqiegħdu flimkien fi grupp fil-lista ta' ingredjenti taħt l-isem “frott”, “ħxejjex” jew “faqqiegħ” flimkien mal-frażi ' fi proporzjonijiet li jvarjaw“, segwiti immedjatament b'lista tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fihom. F'dawk il-każijiet, it-taħlita għandha titniżżel fil-lista ta' ingredjenti skond l-Artikolu 19(1), abbażi tal-piż totali tal-frott, ħxejjex jew faqqiegħ li jkun fiha.

5. Taħlitiet jew preparazzjonijiet ta' ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, fejn l-ebda minnhom ma tippredomina sew fil-proporzjon bl-użin

Jistgħu jitniżżlu f'ordni oħra dejjem jekk dik il-lista ta' ingredjenti fiha magħha l-espressjoni bħal “fi proporzjon varjabbli”.

6. Ingredjenti li jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Jistgħu jitniżżlu f'ordni differenti wara l-ingredjenti l-oħra.

7. Ingredjenti li huma simili jew li jistgħu jiġu sostwiti b'xulxin, li x'aktarx jintużaw fil-fabbrikazzjoni jew preparazzjoni ta' xi ikel mingħajr ma jbiddlu l-kompożizzjoni tiegħu, in-natura tiegħu jew il-valur tiegħu li jidher, u sakemm jiffurmaw inqas minn 2 % tal-prodott lest

Tista' ssir referenza għalihom fil-lista ta' ingredjenti permezz tal-frażi “fihom ... u/jew ...”, fejn talanqas wieħed minn mhux aktar minn żewġ ingredjenti jinsab fil-prodott lest. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal addittivi ta' l-ikel jew għall-ingredjenti mniżżla fil-Parti Ċ ta' dan l-Anness.

Parti B – Ċerti ingredjenti jissemmew bl-isem tal-kategorija aktar milli b'isem speċifiku

L-ingredjenti li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji ta' ikel imniżżla hawn taħt u li huma kostitwenti ta' xi ikel ieħor għandhom ikunu meħtieġa jissemmew biss bl-isem ta' dik il-kategorija.

Definizzjoni tal-kategorija ta' ikel

Għoti ta' isem

1. Żjut raffinati apparti milli żejt taż-żebbuġa

“Żejt”, flimkien ma'jew l-aġġettiv ▌ mill-“annimali”, (jew l-indikazzjoni tal-oriġini speċifika tagħhom mill-annimali) jew, skond kif xiraq, ▌b'indikazzjoni ta' l-oriġini veġitali ▌ tagħhom.

F'każijiet meta ma jistax ikun iggarantit li ċerti żjut veġitali m'humiex preżenti l-użu ta' “Jista” jkun fih...' huwa meħtieġ.

L-aġġettiv “idroġenizzat” irid ikun ma' l-indikazzjoni ta' żejt idroġenizzat ▌.

2. Xaħmijiet raffinati

“Xaħam”, flimkien ma'▌indikazzjoni ta' l-oriġini veġitali jew mill-annimali tagħhom.

L-aġġettiv “idroġenizzat” irid ikun ma' l-indikazzjoni ta' xaħam idroġenizzat sakemm l-ammont ta' saturati u trans xaħmijiet ma jkunux imniżżla fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

3. Taħlitiet ta' tqiq akwistati minn tnejn jew aktar speċje taċ-ċereali

“Dqiq”, segwit minn lista taċ-ċereali li minnhom inkiseb, f'ordni li tonqos skond l-użin

4. Lamtijiet, ▌lamtijiet immodifikati b'meżżi fiżiċi jew bl-enżimi lamtu inkaljat jew destrinat, lamtu mmodifikat bi trattament tal-aċtu jew tal-alkali u lamtu bbliċjat.

“Lamtu”

5. L-ispeċi kollha tal-ħut fejn il-ħut jifforma ingredjent ta' xi ikel ieħor u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta' dak l-ikel ma jirreferix għal speċi speċifika ta' ħut

“Ħut”

6. It-tipi kollha ta' ġobon fejn il-ġobon jew taħlita ta' ġobnijiet tifforma ingredjent ta' xi ikel u dejjem jekk l-isem u l-preżentazzjoni ta' dak l-ikel ma tirreferix għal tip speċifiku ta' ġobon

“Ġobon”

7. Il-ħwawar kollha li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta' l-ikel

“Ħwawar” jew “ħwawar imħallta”

8. Il-ħxejjex aromatiċi kollja jew partijiet minn ħxejjex aromatiċi li ma jeċċedux 2 % bil-piż ta' l-ikel

“Ħxejjex aromatiċi” jew “ħxejjex aromatiċi mħallta”

9. It-tipi tal-preparazzjonijiet kollha tal-gomma (għelk) użati fil-manifattura tal-bażi tal-gomma għal chewing gum

“Bażi tal-gomma”

10. It-tipi kollha ta' prodotti ta' ċereeali moħmija u mfarrka

“Frak” jew “qriemeċ” kif jixraq

11. It-tipi kollha tas-sokrosju

“Zokkor”

12. Anhydrous dextrose jew dextrose monohydrate

“Dextrose”

13. Xirop tal-glukosju u xirop tal-glikosju aniħidrat

“Ġulepp tal-glukows”

14. It-tipi kollha tal-proteina tal-ħalib (proteini tal-kaseini, tal-kasinati, u tax-xorrox) u t-taħlitiet tagħhom

“Proteini tal-ħalib”

15. Butit tal-kokotina, ippressat, mislut jew raffinat

“Butir tal-kuddina”

16. Estratti naturali minn frott, ħxejjex u pjanti li jittieklu jew partijiet ta' pjanti, li jinkisbu permezz ta' proċessi mekkaniċi u fiżiċi li jintużaw f'forma kkonċentrata għall-kulur tal-ikel

ikel li jagħti kulur

17. It-tipi kollna ta' nbejjed kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

“Inbid”

18. Il-muskoli skeletriċi(50) ta' l-ispeċi mammiferi u ta' l-għasafar meqjusa tajbin biex jiġu kkonsmati min-nies b'tessut inkluż b'mod naturali jew imwaħħal, fejn ix-xaħam totali u l-kontenut tat-tessut konnettiv ma jeċċedux il-valuri indikati hawn taħt u fejn il-laħam jikkostitwixxi ingredjent ta' xi ikel ieħor.

Din id-definizzjoni tinkludi l-laħam miksub mill-għadam imlaħħam permezz ta' mezzi mekkaniċi, u li mhux kopert mid-definizzjoni tal-UE ta' laħam separat b'mod mekkaniku kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Xaħam massimu u kontenut massimu ta' tessut konnettiv għall-ingredjenti msemmija bit-terminu “... laħam”

“... laħam” u l-isem(/ismijiet)(51) ta' l-ispeċi ta' l-annimali li minnu ġej.

Definizzjoni tal-kategorija ta' ikel

Għoti ta' isem

Speċi

Xaħam (%)

Tessut li jgħaqqad(52) (%)

Mammiferi (minbarra fniek u qżieqeż) u taħlitiet ta' speċi mal-mammiferi predominanti

25

25

Qżieqeż

30

25

Għasafar u fniek

15

10

Jekk jinqabżu dawn il-limiti massimi, iżda l-kriterji l-oħra kollha għad-definizzjoni ta' “laħam” jiġu sodisfatti, il-kontenut ta' “... laħam” irid ikun aġġustat “l isfel skond il-bżonn u l-lista ta' ingredjenti trid issemmi, flimkien mat-terminu ”... laħam“, il-preżenza ta' xaħam u/jew tessut konnettiv.

19. It-tipi kollha ta' prodotti koperti bid-definizzjoni ta' “laħam separat b'mod mekkaniku”.

“laħam separat b'mod mekkaniku” u l-isem(/ismijiet)(53) ta' l-ispeċi ta' annimali li minnu ġej.

Parti Ċ – ĊERTI INGREDJENTI JISSEMMEW BL-ISEM TAL-KATEGORIJA TAGHHOM SEGWITI BL-ISEM SPECIFIKU TAGHHOM JEW IN-NUMRU TAL-KE TAGHHOM

Addittivi ta' l-ikel u l-enżimi barra minn dawk speċifikati fl-Artikolu 21(b) li jappartjenu għal waħda mill-kategoriji mniżżla f'din il-Parti jridu jingħataw l-isem ta' dik il-kategorija, flimkien ma' l-isem speċifiku tagħhom jew, jekk jixraq, in-numru tal-KE tagħhom. Jekk l-ingredjent jappartjeni għal aktar minn waħda mill-kategoriji, għandha tiġi indikata l-kategorija adattata għall-funzjoni prinċipali fil-każ ta' l-ikel imsemmi. Minkejja dan, l-għoti ta' l-isem “lamtu modifikat” irid ikollu dejjem miegħu l-indikazzjoni ta' l-oriġini speċifika veġetali tiegħu, meta dak l-ingredjent jista' jkun fih il-glutina.

Aċtu

Regolatur ta' l-aċidità

Aġent ta' kontra l-caking

Aġent ta' kontra l-fowm

Antiossidant

Bulking agent

Kulur

Emulsjonant

Melħ emulsifikat(54)

Enzimi(55)

Kimika li ssaħħaħ

Dak li jtejjeb it-togħma

Kimika li tittratta d-dqiq

Kimika tal-ġel

Kimika tal-kisi

Humectant

Lamtu mmodifikat2

L-estratt taċ-Ċelluloża2

Preservattiv

Gass ikkompressat

Kimika li tgħolli

Stabbilizzatur

Ħlewwa

Materjal li jħaxxen

Parti D – L-għoti ta' isem lill-ħwawar fil-lista ta' ingredjenti

1.  Il-ħwawar għandhom jiġu msemmija jew bil-kelma “ħwawar” jew b'isem jew deskrizzjoni aktar speċifika tal-ħwawar.

2.  Il-kinina u/jew il-kafeina użati bħala ħwawar fil-produzzjoni jew fil-preparazzjoni ta' xi ikel għandhom jissemmew bl-isem fil-lista ta' ingredjenti eżatt wara l-kelma “ħwawar”.

3.  Il-kelma “naturali” jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira tista' tintuża' biss għall-ħwawar li fihom il-komponent tal-ħwawar fih esklussivament sustanzi tal-ħwawar kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(b)(i) tad-Direttiva 88/388/KEE u/jew il-preparazzjonijiet tal-ħwawar kif imfissra fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta' dik id-Direttiva.

4.  Jekk l-isem tal-ħwawar fih referenza għan-natura jew oriġini veġetali jew ta' l-annimali tas-sustanzi inkorporati, il-kelma “naturali” jew xi kelma oħra li jkollha kważi l-istess tifsira ma tistax tintuża' sakemm il-komponent tal-ħwawar ma jkunx ġie iżolat permezz ta' proċessi fiżiċi, enżimatiċi jew mikrobijoloġiċi adattati jew proċessi ta' preparazzjoni ta' l-ikel tradizzjonali biss jew kważi biss mill-ikel jew mis-sors ta' ħwawar konċernati.

Parti E – L-għoti ta' isem lill-ingredjenti komposti

1.  Ingredjent kompost jista' jiġi inkluż fil-lista ta' ingredjenti, taħt l-isem tiegħu stess sakemm dan ikun stipulat bil-liġi jew stabbilit bit-tradizzjoni, fir-rigward tal-piż globali tiegħu, u jkun segwit immedjatament b'lista ta' ingredjenti tiegħu.

2.  Il-lista ta' ingredjenti għall-ingredjenti komposti m'għandhiex tkun obbligatorja:

   (a) fejn il-kompożizzjoni ta' l-ingredjent kompost huwa mfisser fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni preżenti, u sakemm l-ingredjent kompost jikkostitwixxi inqas minn 2 % tal-prodott lest; iżda, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-addittivi ta' l-ikel, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 21(a) sa (d); jew
   (b) għall-ingredjenti komposti magħmula minn taħlitiet ta' speċi u/jew ħxejjex aromatiċi li jikkostitwixxu inqas minn 2 % tal-prodott lest, minbarra l-addittivi ta' l-ikel, dejjem skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 21 (a) sa (d); jew
   (c) fejn l-ingredjent kompost huwa ikel li għalih mhix meħtieġa lista ta' ingredjenti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

ANNESS VII

INDIKAZZJONI KWANTITATTIVA TA' INGREDJENTI

1.  L-indikazzjoni kwantitattiva m'għandhiex tkun meħtieġa:

  (a) għal xi ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti:
   (i) li l-piż nett mingħajr ilma tagħhom hu indikat skond il-punt 5 ta' l-Anness VIII; jew
   (ii) il-kwantitajiet ta' liema kienu diġà obbligatorji fuq it-tikkettjar skond id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni; jew
   (iii) li huma użati fi kwantitajiet żgħar għall-finijiet ta' ħwawar; jew
   (iv) li, filwaqt li jidhru fl-isem ta' l-ikel, mhumiex tali li jikkmandaw l-għażla tal-konsumatur fil-pajjiż fejn jiġu mibjugħa minħabba li l-varjazzjoni fil-kwantità mhix essenzjali biex tikkaratterizza l-ikel jew ma tiddistingwihx minn ikel simili; jew
   (b) fejn id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi jistipulaw b'mod preċiż il-kwantità ta' xi ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti mingħajr ma jaħsbu għall-indikazzjoni tiegħu fuq it-tikkettjar; jew
   (c) fil-każijiet imsemmija fil-punti 4 u 5 tal-Parti A ta' l-Anness VI.

2.  L-Artikolu 23(1) (a) u (b) m'għandux japplika fil-każ ta':

   (a) xi ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti koperti bl-indikazzjoni “bil-ħwawar” jew “biz-zokkor” jekk dik l-indikazzjoni tkun ma' l-ikel, skond l-Anness III; jew
   (b) xi vitamini u minerali miżjuda jekk dik is-sustanza tkun soġġetta għad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni.

3.  L-indikazzjoni tal-kwantità ta' xi ingredjent jew kategorija ta' l-ingredjenti għandha:

   (a) tkun imfissra bħala persentaġġ, li għandha tikkorrispondi mal-kwantità ta' l-ingredjent jew ingredjenti meta jintuża“/jintużaw; u
   (b) tidher jew fl-isem jew eżatt ħdejn l-isem ta' l-ikel jew fil-lista ta' ingredjenti b'konnessjoni ma' l-ingredjent jew kategorija ta' ingredjenti konċernati.

4.  B'deroga mill-punt 3,

   (a) fejn l-ikel ikun tilef mill-irtubija tiegħu minħabba trattament bis-sħana jew trattament ieħor, il-kwantità għandha tiġi mfissra bħala persentaġġ li għandu jikkorrispondi mal-kwantità ta' l-ingredjent(i) użat, marbut mal-prodott lest, sakemm dik il-kwantità jew il-kwantità totali ta' l-ingredjenti kollha indikati fuq it-tikkettjar taqbeż il-100 %, f'liema każ il-kwantità għandha tiġi indikata abbażi tal-piż ta' l-ingredjent(i) użat biex tiġi preparata 100 g tal-prodott lest;
   (b) il-kwantità ta' l-ingredjenti volatili għandha tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott lest;
   (c) il-kwantità ta' ingredjenti użati f'forma konċentrata jew deidrata u magħmula mill-ġdid waqt il-fabbrikazzjoni tista' tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin kif meħud waqt il-konċentrazzjoni jew id-deidrazzjoni tagħhom;

(d)  fil-każ ta' ikel konċentrat jew deidrat li hu intiż li jiġi magħmul mill-ġdid biż-żieda ta' ilma, il-kwantità ta' l-ingredjenti tista' tiġi indikata abbażi tal-proporzjon tagħhom bl-użin fil-prodott magħmul mill-ġdid.

ANNESS VIII

DIKJARAZZJONI DWAR IL-KWANTITA` NETTA

1.  Il-kwantità netta ma għandhiex tkun obbligatorja fil-każ ta' ikel:

   (a) li hu soġġett għal telf konsiderevoli fil-volum jew piż tiegħu jew li mhux ippakkjat bil-lest u jinbiegħ bil-wieħed jew jintiżen fil-preżenza tax-xerrej; jew
   (b) il-kwantità netta tiegħu li hi inqas minn 5 g jew 5 ml; iżda, din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għall-ħwawar u l-ħxejjex aromatiċi; jew
   (c) li għalihom hemm eżenzjonijiet stabbiliti f'dispożizzjonijiet legali oħra.

2.  Fejn l-indikazzjoni ta' ċertu tip ta' kwantità (bħall-kwantità nominali, il-kwantità minima, il-kwantità medja) hi meħtieġa bid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni jew, fejn m'hemm xejn, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali, din il-kwantità għandha titqies bħala l-kwantità netta għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

3.  Meta oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ oġġetti jew aktar ippakkjati bil-lest li fihom l-istess kwantità ta' l-istess prodott, il-kwantità netta għandha tiġi indikata billi tissemma l-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali u n-numru totali ta' dawk il-pakketti. L-indikazzjoni ta' dawk id-dettalji m'għandhiex, iżda, tkun obbligatorja fejn in-numru totali ta' pakketti individwali jista' jidher sew u jiġi magħdud faċilment minn barra u fejn talanqas tidher sew minn barra indikazzjoni waħda tal-kwantità netta li hemm f'kull pakkett individwali.

4.  Meta oġġett ippakkjat bil-lest ikun magħmul minn żewġ pakkett individwali jew aktar li mhumiex meqjusa bħala unitajiet għall-bejgħ, il-kwantità netta għandha tingħata billi tiġi indikata l-kwantità netta totali u n-numru totali ta' pakketti individwali.

5.  Meta ikel solidu jiġi preżentat f'forma likwida, il-piż nett ta' l-ikel imsoffi mil-likwidu għandu jiġi indikat ukoll.

Għall-finijiet ta' dan il-punt, “il-forma likwida” għandha tfisser il-prodotti li ġejjin, possibbilment f'taħlitiet u anki meta ffriżati jew iffriżati malajr, dejjem jekk il-likwidu hu biss żieda ma' l-elementi essenzjali ta' dik il-preparazzjoni u għalhekk mhux fattur deċiżiv għax-xiri: ilma, taħlitiet ta' melħ fl-ilma, salmura, taħlitiet ta' ilma ta' aċidi fl-ikel, ħall, taħlitiet fl-ilma taz-zokkor, taħlitiet fl-ilma ta' sostanzi oħra ħelwin, ġulepp tal-froxx jew tal-ħaxix fil-każ ta' frott jew ħxejjex.

ANNESS IX

SAĦĦA ALKOĦOLIKA

Is-saħħa alkoħolika proprja bil-volum ta' xorb li fih aktar minn 1,2 % bil-volum ta' alkoħol għandha tiġi indikata permezz ta' numru sa mhux iktar minn post wieħed deċimali. Dan għandu jkun segwit bis-simbolu “%vol.” u jista' jkollu quddiemu l-kelma “alkoħol” jew l-abbrevazzjoni “alc”.

Is-saħħa alkoħolika għandha tiġi determinata f'temperatura ta' 20°C.

It-tolleranzi pożittivi u negattivi mħollija fir-rigward ta' l-indikazzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum u mfissra f'valuri assoluti għandhom jidhru kif imniżżla fit-tabella li ġejja. Dawn għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għat-tolleranzi li joħorġu mill-metodu ta' analiżi użat biex tiġi determinata s-saħħa alkoħolika.

Deskrizzjoni tax-xorb

Tolleranza pożittiva jew negattiva

1. Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li ma taqbiżx il-5,5 % tal-vol.; xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B II tat-Tariffa Komuni Doganali u magħmul mill-għeneb:

0,5 % vol.

2. Birer li jkollhom qawwa alkoħolika li taqbeż il-5,5 % tal-vol.; ix-xorb klassifikat taħt is-subtitolu 22.07 B I tat-Tariffa Doganali Komuni u magħmula mill-għeneb; sajder, perries, inbejjed tal-frott u oħrajn ta' din ix-xorta, miksuba mill-frott minbarra mill-għeneb, sew jekk ikun semi-gassjat jew iggassjat; xorb ibbażat fuq għasel iffermentat

1 % vol.

3. Xorb li jkollu frott imxarrab jew partijiet ta' pjanti

1,5 % vol.

4. Kull xorb ieħor li fih aktar minn 1,2% bil-volum ta' alkoħol

0.3 % vol.

ANNESS X

KONSUM REFERENZJALI

Parti A – Konsum referenzjali ta' kuljum ta' vitamini u minerali (adulti)

1.  Vitamini u minerali li jistgħu jiġu dikjarati u kemm hu rakkomandat li għandu jittieħed kuljum minnhom (RDAs)

Vitamin A (µg)

800

Klorur (mg)

800

Vitamin D (µg)

5

Calcium (mg)

800

Vitamin E (mg)

12

Phosphorus (mg)

700

Vitamina K (µg)

75

Iron (mg)

14

Vitamin C (mg)

80

Magnesium (mg)

375

Thiamin (Vitamina B1) (mg)

1,1

Zinc (mg)

Ram (mg)

10

1

Riboflavin (mg)

1,4

Manganiżju (mg)

2

Niacin (mg)

16

Fluworidu (mg)

3,5

Vitamin B6 (mg)

1,4

Selenju (µg)

55

Aċidu foliku (µg)

200

Kromju (µg)

40

Vitamina B12 (µg)

2,5

Molibdenu (µg)

50

Bijotina(µg)

Jodju (µg)

150

Pantothenic acid (mg)

50

6

Potassju (mg)

2000

2.  Ammont sinifikanti ta' vitamini u minerali

Ġeneralment, 15 % ta' l-ammont rakkomandat speċifikat fil-punt 1 mogħti b“100 g jew 100 ml jew għal kull pakkett jekk il-pakkett ikun fih porzjon wieħed biss għandu jitqies meta jiġi deċiż x'jikkostitwixxi ammont sinifikanti.

Parti B – Konsum referenzjali ta' kuljumta' enerġija u nutrijenti magħżula minbarra vitamini u minerali (adulti)(56)

Enerġija jew nutrijent

Konsum Referenzjali

Enerġija

▌(2000 kcal)

Proteini

80 g

Xaħam totali

70 g

Saturati

20 g

Karboidrati

230 g

Zokkor

90 g

Melħ

6 g

ANNESS XI

FATTURI TA' KONVERŻJONI

Fatturi ta' konverżjoni biex tiġi kkalkulata l-enerġija

Il-valur ta' enerġija li jrid jiġi dikjarat għandu jiġi kkalkulat permezz tal-fatturi ta' konverżjoni li ġejjin:

‐ karboidrati (ħlief polyols)

4 kcal/g ▌

‐ polyols

2,4 kcal/g ▌

‐ proteini

4 kcal/g ▌

‐ xaħam

9 kcal/g ▌

‐ salatrims

6 kcal/g ▌

‐ alkoħol (ethanol)

7 kcal/g ▌

‐ aċidu organiku

3 kcal/g ▌

ANNESS XII

ESPRESSJONI U PREŻENTAZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI DWAR IN-NUTRIZZJONI

Parti A – Espressjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

L-unitajiet li jridu jintużaw fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

‐ enerġija

Kj u kcal

‐ xaħam

grammi (g)

‐ karboidrati

‐ fajber

‐ proteini

‐ melħ

‐ vitamini u minerali

l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A ta' l-Anness X

‐ sustanzi oħrajn

unitajiet kif jixraq għas-sustanzi individwali konċernati

Parti B – Ordni ta' preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tal-komponenti ta' karboidrati u xaħam

1.  Fejn il-polyols u/jew il-lamtu huma dikjarati, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ordni li ġejja:

karboidrati

g

li minnu:

‐ zokkor

g

‐ polyols

g

‐ lamtu

g

2.  Fejn l-ammont u/jew tip ta' aċtu tax-xaħam hu dikjarat, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi inkluża fl-ordni li ġejja:

xaħam

g

li minnu:

‐ saturati

g

‐ trans fats

g

‐ mono-unsaturates

g

‐ polyunsaturates

g

Parti C – Ordni ta' preżentazzjoni ta' enerġija u nutrijenti li jidhru f'dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni

L-ordni tal-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni ta' l-enerġija u n-nutrijenti, kif jixraq, għandha tkun kif ġej:

enerġija

▌kcal

xaħam

g

saturati

g

zokkor

g

melħ

g

proteini

g

karboidrati

g

fajber

g

Transfats naturali

g

transfats artifiċjali

g

enerġija

▌ kcal

mono-unsaturates<0}

{0>g<}100{>g<0}

{>polyunsaturates<0}

{0>g<}100{>g<0}

polyols<0}

{0>g<}100{>g<0}

kolesterol<0}

{0>g<}100{>g<0}

>lamtu<0}

{0>g<}100{>g<0}

vitamini u minerali<0}

>l-unitajiet speċifikati fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness XI<0}

sustanzi oħrajn<0}

unitajiet kif jixraq għas-sustanzi individwali konċernati<0}

(1) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.
(2) ĠU C 77, 31.3.2009, p. 81.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010.
(4) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(5) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(6)1 ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
(7) ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40.
(8) ĠU L 113, 30.4.1987, p. 57.
(9) ĠU L 300, 23.11.1994, p. 14.
(10) ĠU L 69, 16.3.1999, p. 22.
(11) ĠU L 191, 19.7.2002, p. 20.
(12) ĠU L 97, 1.4.2004, p. 44.
(13) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 76.
(14) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 160.
(15) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.
(16) ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.
(17) ĠU L 302, 19.10.1993, p. 1.
(18) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(19) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(20) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(21) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.
(22) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(23)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(24)** 18 - il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(25) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(26) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.
(27) ĠU L 184, 15.7.1988, p. 61.
(28) ĠU L 139, 30.4.2004, p.55.
(29) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(30) ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.
(31) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29.
(32) ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.
(33) ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.
(34) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.
(35)* Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(36)1 ĠU L 176, 6.7.1985, p. 18.
(37) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.
(38) ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1.
(39) ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.* Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(40)* Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(41) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(42)* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(43)* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(44)** Ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(45)* L-ewwel jum tax-xahar 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(46)** Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.*** Data tal-ewwel jum tax-xahar 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(47) U l-prodotti tagħhom, sakemm il-proċessi li għaddew minnhom m'għandhomx tendenza li jżidu l-livell ta' allerġeniċità evalwata mill-Awtorità għall-prodott rilevanti li minnu oriġinaw.
(48) Il-livell għandu japplika għall-prodotti kif propost lesti li jiġu kkonsmati jew magħmula mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti.
(49) ĠU L 66, 13.3.1999, p. 26.
(50) Id-dijaframma u l-masseters huma parti mill-muskoli skeletriċi, filwaqt li l-qalb, l-ilsien, il-muskoli tar-ras (minbarra l-masseters), il-muskoli tal-carpus, it-tarsus u d-denb huma esklużi.
(51) Għat-tikkettjar bl-Ingliż, dan l-isem jista' jiġi mibdul bl-isem ġeneriku ta' l-ingredjent għall-ispeċi ta' l-annimal konċernat.
(52) Il-kontenut tat-tessut konnettiv hu kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn il-kontenut ta' collagen u l-kontenut ta' proteini tal-laħam. Il-kontenut ta' collagen ifisser l-kontenut idroksiprolina multiplikat b'fattur ta' 8.
(53) Għat-tikkettjar bl-Ingliż, dan l-isem jista' jiġi mibdul bl-isem ġeneriku ta' l-ingredjent għall-ispeċi ta' l-annimal konċernat.
(54) Għal ġobon ipproċessat biss u prodotti bbażati fuq ġobon ipproċessat.
(55) L-isem speċifiku jew in-numru tal-KE m'għandux ikun meħtieġ li jiġi indikat.
(56)1 L-ammonti ta' konsum referenzjali huma valuri indikattivi; se jiġu definiti b'mod aktar dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel.


UE 2020
PDF 419kWORD 106k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar l-UE 2020
P7_TA(2010)0223RC-B7-0348/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew informali tal-11 ta' Frar 2010,

–  wara li kkunsidra l-konsultazzjoni pubblika mnedija mill-Kummissjoni dwar l-UE 2020, u l-eżitu tagħha (SEC(2010)0116),

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Istrateġija ta' Lisbona (SEC(2010)0114),

–  wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunsill Ewropew bl-isem ’Seven steps to deliver on the European strategy for growth and jobs’ (Seba’ passi għat-twettiq tal-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-UE 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, meta wieħed iqis il-gravità persistenti tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali, hemm stennijiet kbar ħafna rigward l-istrateġija l-ġdida UE 2020 li għandha tiġi approvata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2010,

B.  billi bosta Stati Membri għadhom iħabbtu wiċċhom ma' qgħad li qed jiżdied, li jista’ jaffettwa lil sa 28 miljun ruħ fl-UE fin-nuqqas ta' risposta politika adegwata fuq żmien medju, u b'hekk jiġġenera diffikultajiet soċjali u umani enormi; billi l-kriżi neħħiet miljuni ta' impjiegi u aggravat in-nuqqas ta' sikurezza tax-xogħol,

C.  billi mudell ta' produzzjoni, distribuzzjoni u konsum aktar sostenibbli huwa ħtieġa fundamentali fid-dawl tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u t-tnaqqis tar-riżorsi naturali,

D.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-istqarrijiet tal-Kunsill dwar il-kontenut tal-istrateġija UE 2020, bħall-miri ewlenin, il-proposti prominenti, l-ostakli u l-indikaturi kienu ta' natura ġenerali ħafna u jeħtieġ li l-Kummissjoni, għalhekk, tipproduċi pjanijiet aktar dettaljati sabiex tiċċara kif dawn l-inizjattivi se jkunu implimentati b'suċċess, tressaq dawn il-pjanijiet lill-Parlament,

E.  Billi, biex jinkisbu r-riżultati, il-kompiti u r-responsabilitajiet Ewropej għandhom jitqassmu b'mod ikkoordinat bejn il-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali tal-governanza, il-livelli kollha tal-governanza jridu jkunu tal-ogħla kwalità u responsabilità, u l-muturi importanti kollha tal-bidla - in-negozji u l-universitajiet li jaħdmu id f'id mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili - għandu jkollhom rwol prinċipali fil-mekkaniżmu l-ġdid ta' tqassim,

F.  Billi huwa importanti li wieħed iqis il-kriżi demografika u l-konsegwenzi tagħha, u billi l-ġenerazzjonijiet futuri m'għandhomx jiġu sakrifikati sabiex jinżammu l-benefiċċji stabbiliti tal-ġenerazzjoni preċedenti,

Rimarki ġenerali

1.  Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar l-elementi ewlenija tal-istrateġija l-ġdida UE 2020 maqbula mill-Kunsill Ewropew fis-26 ta' Marzu 2010; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex jieħu t-tagħlimiet mill-kriżi attwali u jiddefinixxi strateġija li tassew tħares fil-bogħod u li tkun ambizzjuża u koerenti;

2.  Jitlob li l-istrateġija UE 2020 timmira lejn kunċett politiku wiesa’ għall-ġejjieni tal-UE bħala Unjoni kompetittiva, soċjali u sostenibbli li tqiegħed lin-nies u l-ħarsien tal-ambjent fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika;

3.  Huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom iżidu fir-rendiment ekonomiku tagħhom billi jintroduċu riformi strutturali sabiex isir l-aħjar użu mill-infiq pubbliku, titnaqqas il-burokrazija, jingħata l-poter liċ-ċittadini, jitħeġġu l-imprenditorija u l-innovazzjoni, il-leġiżlazzjoni ssir iktar favorevoli għall-SMEs u n-nies jingħataw l-opportunità li jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom;

4.  Jirrikonoxxi li, biex jiġi evitat li t-tweġibiet għall-kriżi tal-euro jirriżultaw f'perjodu twil ta' staġnar ekonomiku, l-Unjoni għandha, fl-istess ħin, timplimentata strateġija biex taċċellera t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, flimkien ma' riformi mmirati lejn ir-restawr u titjib tal-kompetittività;

5.  Jiddispjaċih li l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ma jqisux il-ħtieġa li jirriflettu b'mod sħiħ il-proċess fraġli ta' rkupru li jinsab għaddej bħalissa fi strateġija ġdida 2020, billi titfassal aġenda ta' politika koerenti u tiġi integrata b'mod komprensiv il-politika makroekonomika fl-istrateġija b'tali mod li ma tiġix mhedda mill-konsolidazzjoni baġitarja meħtieġa;

6.  Jiddeplora l-fatt li l-Parlament, bħala istituzzjoni li tirrappreżenta ċ-ċittadini tal-Ewropa, ma ġiex ikkonsultat dwar l-indikaturi li huma l-bażi tal-Programm ta' Riforma Nazzjonali UE 2020; iħeġġeġ lill-Kunsill biex japprova l-elementi ewlenin tal-istrateġija UE 2020 fil-laqgħa tiegħu ta' Ġunju iżda jinsisti li dan m'għandux jadotta d-deċiżjonijiet finali dwar l-istrumenti, il-miri u l-indikaturi ewlenin tal-istrateġija UE 2020 mingħajr ma jkun ikkonsulta lill-Parlament b'mod xieraq mill-aktar fis possibbli; fl-istess spirtu, huwa tal-fehma li l-parlamenti nazzjonali, ir-reġjuni, il-muniċipalitajiet, is-sħab soċjali u l-NGOs għandhom ikunu involuti attivament fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija;

Ostakli u miri ewlenin

7.  Jinnota l-ħames miri ewlenin maqbula mill-Kunsill Ewropew dwar ir-rata tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, il-livelli tal-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali; jenfasizza li dawn il-miri ewlenin m'għandhomx jiġu fformulati fil-qafas ta' strateġija sostenibbli u koerenti tal-iżvilupp li tiġbor flimkien l-aġenda tal-politika ekonomika, dik soċjali u dik ambjentali;

It-tnedija mill-ġdid tas-suq waħdieni

8.  Jenfasizza li s-suq waħdieni huwa wieħed mill-muturi ewlenin tat-tkabbir Ewropew u li għad irid jiġi kkumpletat. jirrimarka wkoll li l-persistenza ta' ċerti ostakli kontra ċ-ċaqliq liberu tal-persuni, oġġetti, servizzi u kapital teħtieġ sforz ulterjuri min-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej kollha, sabiex jinħoloq suq waħdieni ġust, imtejjeb, iktar kompetittiv u iktar effettiv;

9.  Jenfasizza li huwa importanti li jinżammu l-kummerċ ħieles u l-aċċess għas-suq globali fil-qofol tat-tfassil tal-politika u li ma nimxux lejn il-protezzjoniżmu, billi l-intraprendituri u l-kumpaniji innovattivi jistgħu jiżviluppaw f'suq ħieles u globali;

10.  Jenfasizza li inizjattivi aktar ambizzjużi huma meħtieġa biex jitlesta s-suq waħdieni u biex ikun iktar aċċettat miċ-ċittadini; jilqa’ għalhekk ir-rapport imfassal minn Mario Monti li, bħal fil-każ tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2010(2), fih proposti interessanti sabiex jinbena l-kunsens u jiġi pprovdut suq waħdieni msaħħaħ;

11.  Jemmen li sabiex jiġi stabbilit suq waħdieni effettiv, il-Kummissjoni għandha tipproduċi sett ċar ta' prijoritajiet politiċi permezz tal-adozzjoni ta' ’Att dwar is-Suq Uniku’, li għandu jkopri kemm l-inizjattivi leġiżlattivi kif ukoll dawk mhux leġiżlattivi mfassla biex joħolqu ekonomija tas-suq soċjali kompetittiva ħafna;

L-SMEs f'ekonomija tas-suq soċjali

12.  Jenfasizza li l-UE għandha tistimola u tħeġġeġ l-SMEs u l-intraprenditorjat, li huma kruċjali għaż-żamma u għall-ħolqien tal-impjiegi, li għandha tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u regolatorji u tissimplifika r-regoli sabiex l-SMEs ikunu jistgħu jikbru b'mod aktar mgħaġġel, billi jikkummerċjalizzaw liberament il-prodotti/is-servizzi tagħhom lill-500 miljun konsumatur li jikkostitwixxu s-suq waħdieni tal-UE, u li għandha tkompli tnaqqas il-burokrazija; bl-istess mod, jenfasizza l-importanza li tinkiseb implimentazzjoni sħiħa tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, permezz ta' sforzi politiċi f'kull livell;

13.  Jenfasizza li l-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija tas-suq soċjali, joħolqu l-impjiegi u għandhom rwol kruċjali billi jagħtu nifs ġdid lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli, u li għalhekk għandha tingħata prijorità biex jissaħħu l-isforzi fil-qasam tar-riforma, bħal leġiżlazzjoni favorevoli għall-SMEs, il-ħolqien ta' ambjent vibranti għall-impriżi li għadhom kemm fetħu, it-tħeġġiġ tal-imprenditorija u t-titjib tal-aċċess għall-finanzjament; huwa wkoll tal-fehma li l-Istrateġija UE 2020 għandha tinkludi objettivi u inizjattivi li jħeġġu ż-żieda fil-livell medju tal-ekwità u tal-kapital tar-riskju fil-kumpaniji;

14.  Jirrimarka li l-mikro-intrapriżi spiss jistgħu jgħinu fil-ġlieda kontra l-qgħad, u t-twaqqif ta' negozju spiss huwa mod ta' kif wieħed jista’ jirnexxi minkejja l-istaġnar soċjali, li l-ewwel pre-kundizzjoni għall-iżvilupp tal-SMEs hija l-ħila li jkollhom fondi suffiċjenti għall-attivitajiet tagħhom, u li ż-żamma ta' mekkaniżmi ta' garanzija għall-SMEs, swieq sekondarji dinamiċi u settur bankarju li jippromwovi l-attività ekonomika fl-Ewropa huma prerekwiżiti għall-iżvilupp tal-SMEs;

Mira tal-impjieg

15.  Itenni li l-impjieg ta' kwalità għolja għandu jkun prijorità ewlenija ta' strateġija għall-2020 u li enfasi aktar qawwija fuq swieq tax-xogħol li jaħdmu sewwa u fuq il-kundizzjonijiet soċjali hija kruċjali biex tittejjeb il-prestazzjoni rigward l-impjiegi; jitlob, għalhekk, li titfassal aġenda ġdida biex tippromwovi x-xogħol deċenti, tiżgura d-drittijiet tal-ħaddiema madwar l-Ewropa u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol;

16.  Jemmen li l-istrateġija l-ġdida għandha tqiegħed iktar enfasi fuq ix-xogħol deċenti, inkluż fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, kif ukoll fuq l-iżgurar li l-persuni li bħalissa huma esklużi mis-suq tax-xogħol ikunu jistgħu jiksbu aċċess għalih;

17.  Jemmen li l-istrateġija l-ġdida għandha tinkoraġġixxi swieq tax-xogħol li jtejbu l-inċentivi u l-kondizzjonijiet għall-persuni li qed jaħdmu filwaqt li, fl-istess ħin, iżżid l-inċentivi għal min iħaddem biex jirrekluta u jżomm l-istaff;

Mira tar-riċerka

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippreservaw il-mira ġenerali ta' 3% tal-PGD għar-riċerka u l-iżvilupp; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mill-potenzjal għas-sinerġija bejn il-finanzjament tal-politika tal-koeżjoni u dak tar-riċerka u l-iżvilupp u biex jiżguraw li dawn l-istrumenti jissarrfu f'innovazzjoni li twassal għal benefiċċji reali għas-soċjetà;

19.  Jenfasizza li proġetti ewlieni tar-riċerka u l-iżvilupp, investimenti ewlenin fl-infrastruttura tal-enerġija u l-kompetenza l-ġdida tal-UE dwar il-politika spazjali, kif ukoll il-politika tal-innovazzjoni tal-UE, jirrikjedu appoġġ finanzjarju sod, kredibbli u sostenibbli min-naħa tal-UE biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi ewlenin tal-Unjoni għall-2020;

20.  Jirrimarka li l-Ewropa trid tkompli ssaħħaħ il-potenzjal tagħha f'termini ta' ħaddiema tas-sengħa, ix-xjenza, ir-riċerka u t-teknoloġija, u b'hekk il-kapaċità tagħha għall- innovazzjoni, bħala aspetti ewlenin tal-kompetittività, u li t-trijanglu tal-għarfien għandu jibqa’ fil-qalba tal-istrateġija UE 2020;

21.  Huwa tal-fehma li, biex ir-riċerka Ewropea ssir iktar effiċjenti, huwa kruċjali li l-istrutturi eżistenti jiġu adattati aħjar u li jinħoloq ambjent aktar favorevoli għall-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq miżuri prattiċi biex jitjieb l-aċċess għall-finanzjament, b'mod partikolari lejn iktar disponibilità tal-kapital tar-riskju;

Miri tal-klima/tal-enerġija

22.  Jiddeplora l-fatt li l-miri ewlenin tal-Kunsill Ewropew dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, is-sorsi li jiġġeddu u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mhumiex ambizzjużi u, f'dan ir-rigward, mhumiex maħsuba biex iqiegħdu lill-Unjoni f'pożizzjoni ewlenija f'dinja li qed tiffaċċja t-tibdil fil-klima u tnaqqis serju fir-riżorsi naturali, u fejn l-ekosistemi globali waslu biex jikkollassaw; jitlob, għalhekk, għall-adozzjoni immedjata u simultanju tal-miri li jorbtu li ġejjin għall-UE:

   (a) mira ta' tnaqqis ta' 30% tal-gassijiet b'effett ta' serra fuq livell domestiku għall-2020 u tnaqqis ulterjuri sostanzjali fit-tul sakemm pajjiżi oħra huma wkoll lesti li jimpenjaw ruħhom li jieħdu azzjoni adegwata;
   (b) mira ambizzjuża għat-titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;
   (c) mira ta' tnaqqis ta' 20% għall-konsum tal-enerġija u żieda fis-sehem ta' enerġiji li jiġġeddu għal mill-inqas 20% sal-2020, filwaqt li jitneħħew l-ostakli tekniċi u mhux tekniċi għall-iżvilupp ulterjuri ta' enerġiji sostenibbli li jiġġeddu, bħala l-ewwel pass lejn ħolqien, sal-2050, ta' ekonomija effiċjenti ferm li ma tarmix CO2 u li tkun bbażata l-aktar fuq enerġiji li jiġġeddu;
   (d) miri li jistgħu jitkejlu, immirati lejn it-twaqqif tat-telf tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistema u fejn ikun possibbli li jiġu restawrati sal-2020;

Mira tal-edukazzjoni

23.  Jinnota l-mira ewlenija dwar it-titjib tal-edukazzjoni; jiddeplora n-nuqqas ta' rati numeriċi ta' miri u jħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex jiffissa mira ta' 100% għall-edukazzjoni sekondarja kif ukoll miri u indikaturi kwalitattivi ċari għall-edukazzjoni primarja u sekondarja;

24.  Jitlob lill-Istati Membri biex jadottaw il-miri ambizzjużi stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-UE 2020 li, sal-2020, ir-rati ta' studenti li jitilqu mill-iskola għandha tinżel taħt l-10% tal-kategoriji tal-età, u li mill-inqas 40% tal-popolazzjoni għandha tkun temmet l-edukazzjoni terzjarja jew livell ekwivalenti;

25.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' politiki ta' tagħlim tul il-ħajja sodi billi l-opportunitajiet ta' taħriġ għandhom jitħeġġu u jkunu disponibbli għall-individwi tul il-ħajja professjonali tagħhom; iqis li jkun neċessarju li jinżamm għadd ta' persuni attivi fuq is-suq tax-xogħol u li tissaħħaħ l-inklużjoni soċjali;

Il-mira tal-faqar

26.  Jinsisti li l-istrateġija UE 2020 għandha tinkludi mira għat-tnaqqis tal-faqar fl-UE bin-nofs, u jirrimarka li l-maġġoranza tal-Ewropej li bħalissa qegħdin jgħixu fil-faqar jew li huma fir-riskju tal-faqar huma nisa, partikolarment nisa ikbar fl-età, nisa imigranti, ommijiet mingħajr sieħeb u dawk li jieħdu ħsieb persuni oħra;

27.  Jilqa’ b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kunsill Ewropew dwar l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari u bħala prijorità permezz tat-tnaqqis tal-faqar, u jenfasizza l-ħtieġa ta' miri u inizjattivi ċari; iqis li dan il-għan huwa wieħed mill-objettivi prinċipali tal-istrateġija UE 2020; jitlob għal strateġija ambizzjuża u fit-tul kontra l-faqar b'miri li jkollhom effett wiesa’ għat-tnaqqis tal-faqar, l-inklużjoni soċjali, inkluż għan-nisa, it-tfal u għal dawk imdaħħla fiż-żmien u għall-ġlieda kontra l-faqar fost il-ħaddiema; jenfasizza l-ħtieġa għal mira biex jitnaqqsu l-għadd ta' familji mingħajr impjeg;

L-ugwaljanza bejn is-sessi

28.  Jiddeplora l-fatt li l-miri ewlenin definiti mill-Kunsill Ewropew ma jinkludux l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob għal programm għall-ugwaljanza bejn is-sessi biex tinqered id-diskrepanza eżistenti fil-ħlas bejn l-irġiel u n-nisa, tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol u fil-politika u jiġu promossi l-opportunitajiet ta' karriera għan-nisa; jenfasizza l-ħtieġa għal kundizzjonijiet aħjar bil-ħsieb li jkun hemm rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja;

Inizjattivi ewlenin
Inizjattiva Ewlenija: ’Unjoni Tal-Innovazzjoni’

29.  Iqis li l-implimentazzjoni b'suċċess tal-inizjattiva ewlenija l-ġdida ’Unjoni ta' Innovazzjoni’ hija importanti ħafna biex tingħata spinta lill-ekonomija bbażata fuq l-għarfien; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-pakkett finanzjarju totali mmarkat għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-baġit Komunitarju;

30.  Jenfasizza l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp u tat-tnaqqis tal-burokrazija, sabiex in-negozji mmexxija mill-għarfien ikunu jistgħu jisfruttaw l-effettività tagħhom b'mod sħiħ u jkunu jistgħu jitħeġġu opportunitajiet ta' impjiegi ġodda;

31.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, pereżempju permezz tal-introduzzjoni ta' privattiva unika tal-UE; huwa tal-fehma li programmi b'għan tajjeb maħsuba għat-tisħiħ tal-kompetittività u l-iffurmar ta' ekonomija sostenibbli mhumiex qegħdin jaħdmu sew u jemmen li l-SMEs, l-universitajiet u n-negozji għandhom jitħeġġu biex jipparteċipaw fi programmi Ewropej;

32.  Iqis li għandhom jiġu stabbiliti miri espliċiti għal għodod ta' finanzjament kompatibbli mal-SMEs, biex jiggarantixxu l-interoperabilità diġitali u l-aċċessibilità, u li huma għandhom jinkludu b'mod ċar miri tal-UE għall-eko-innovazzjoni;

33.  Iqis li hemm potenzjal sinifikanti mhux sfruttat għall-promozzjoni tal-innovazzjoni permezz tal-akkwist pubbliku; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jenfasizzaw l-importanza tal-akkwist pubbliku innovattiv biex jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tar-riċerka u l-iżvilupp, ir-rwol li għandu biex jinkoraġġixxi l-SMEs ibbażat fuq ir-riċerka u l-potenzjal tiegħu f'termini ta' għoti ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja u fil-kisba tal-għanijiet rigward it-tibdil fil-klima;

Inizjattiva Ewlenija: ’Mobilità Fost Iż-Żgħażagħ’

34.  Jenfasizza f'dan ir-rigward li l-Parlament ukoll identifika ż-żgħażagħ bħala prijorità ewlenija għall-Baġit tal-2011, u esprima b'mod ċar l-intenzjoni tiegħu li jkompli jagħti appoġġ finanzjarju lill-programmi ewlenin kollha f'dan il-qasam;

35.  Jenfasizza li, sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta' rata ta' qgħad għolja fost iż-żgħażagħ, għandu jkun hemm aktar enfasi fuq l-iżgurar ta' opportunitajiet ta' taħriġ u ta' xogħol għal kull persuna żagħżugħa, fuq it-tnaqqis tal-limiti għaż-żgħażagħ biex jidħlu fl-ewwel impjieg u fuq it-twaqqif ta' programmi tal-UE biex jippromwovu l-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ fl-istadji kollha tal-edukazzjoni;

36.  Iqis li l-edukazzjoni għolja hija forza ewlenija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, għall-innovazzjoni u għat-tkabbir, u li għandha titqiegħed iktar enfasi fuq is-segwitu tal-Proċess ta' Bologna u l-implimentazzjoni tal-prinċipji miftehma mill-Istati Membri fil-Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni Ogħla kollu kemm hu;

Inizjattiva Ewlenija: ’Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa’

37.  Jilqa’ b'sodisfazzjon il-proposti ambizzjużi reċenti mill-Kummissjoni dwar l-Aġenda Diġitali u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ dawn l-inizjattivi;

38.  Jenfasizza l-potenzjal kbir tal-impjiegi fis-settur tat-TIK u r-rwol ewlieni tiegħu sabiex l-Ewropa ssir ekonomija effiċjenti mil-lat tar-riżorsi u mil-lat enerġetiku; jirrimarka li l-kompetizzjoni fis-settur toħloq innovazzjoni, u jenfasizza l-ħtieġa għal swieq kompetittivi, ħielsa, mifuħin għal atturi ġodda, li jiffaċilitaw l-użu ta' teknoloġiji ġodda u innovattivi; jenfasizza l-importanza tat-tkomplija tal-isforzi lejn aċċess minn kullimkien b'veloċità għolja għal broadband fiss u tal-mowbajl, b'termini ġusti u bi prezzijiet kompetittivi, għaċ-ċittadini u l-konsumaturi kollha, irrispettivament fejn qegħdin; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu l-istrumenti ta' politika kollha disponibbli biex jiksbu aċċess għall-broadband għal kull ċittadin Ewropew, inkluż il-miri nazzjonali għall-broadband u kopertura b'veloċità għolja u programmi speċjali biex jiżdied il-litteriżmu diġitali tat-tfal permezz tal-użu tal-kompjuters fl-iskejjel;

39.  Jinnota li l-Aġenda Diġitali tal-Ewropa se jkollha impatt kruċjali fuq l-oqsma tal-kultura, il-midja u l-edukazzjoni u li għalhekk hemm bżonn ta' approċċ integrat, mhux wieħed kompartimentalizzat; iqis li jeħtieġ li tingħata attenzjoni għall-impatt ta' midja ġdida, pereżempju permezz ta' impenn għall-promozzjoni ta' kompetenzi elettroniċi, attenzjoni għall-kontenut fuq l-internet flimkien ma' kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, tekniċi u tas-suq intern fl-inizjattivi kollha ta' politika relatati mal-Aġenda Diġitali;

40.  Jinnota, madankollu, li l-moviment liberu tas-servizzi diġitali bħalissa jinsab serjament imxekkel mill-frammentazzjoni tar-regoli fuq livell nazzjonali;

41.  Iqis li l-industrija kreattiva wkoll għandha rwol importanti fl-ambjent diġitali fit-trawwim tad-diversità kulturali fl-UE;

Inizjattiva Ewlenija: ’Ewropa effiċjenti mil-lat ta' riżorsi’

42.  Iqis li l-aspetti ambjentali tal-istrateġija UE 2020 ġeneralment huma dgħajfa wisq u jeħtieġ li jissaħħu; iħeġġeġ li jiddaħħlu għanijiet ambjentali ċari u li jistgħu jitkejlu fl-għanijiet ewlenin tal-istrateġija, b'enfasi fuq it-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità;

43.  Iqis li l-istrateġija UE 2020 għandha tkun immirata lejn il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fuq terminu ta' żmien twil biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b’80% sal-2050, partikolarment billi tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija u jitnaqqas l-iskart biex il-pożizzjoni kompetittiva tal-Ewropa tittejjeb u jitnaqqsu l-ispejjeż;

44.  Iqis li t-tisħiħ tal-effiċjenza mil-lat tar-riżorsi għandha tkun prijorità fl-istrateġija kollha kemm hi, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-effetti tal-prezzijiet taż-żejt li dejjem qed jiżdiedu u l-provvista limitata tal-metalli prezzjużi li huma kruċjali għall-elettronika b'mod ġenerali u partikolarment għall-produzzjoni tal-batteriji għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku b'mod partikolari;

45.  Iqis li l-innovazzjoni għandha tiġi mfittxa bil-qawwi sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' titjib ambjentali, l-effiċjenza rigward l-użu tar-riżorsi u t-tnaqqis fl-ispejjeż, u li t-twaqqif ta' miri legali u l-introduzzjoni ta' miżuri regolatorji huma l-aktar mezzi effettivi għall-promozzjoni ta' innovazzjoni ta' dan it-tip;

46.  Jemmen li r-regoli għad-distribuzzjoni tal-fondi strutturali tal-UE għandhom jiġu aġġustati biex iqisu l-ħtieġa tal-promozzjoni tal-innovazzjoni li tnaqqas l-ispejjeż u ttejjeb l-użu tar-riżorsi;

Inizjattiva Ewlenija: ’Enerġija nadifa u effiċjenti’

47.  Jenfasizza li l-proċessi tal-produzzjoni sostenibbli, flimkien mal-effiċjenza tar-riżorsi u politika ta' enerġija integrata, u l-iżvilupp ulterjuri ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu se jippermettu lill-UE mhux biss li tilħaq il-miri tagħha rigward l-enerġija iżda wkoll li żżomm bażi ta' manifattura qawwija fl-Ewropa, u li ssaħħaħ il-kompetittività, it-tkabbir u l-impjieg;

48.  Jiddeplora n-nuqqas ta' kwalunkwe ambizzjoni fl-istrateġija UE 2020 biex tiġi żviluppata politika komuni Ewropea tal-enerġija; jenfasizza li, minkejja li suq intern jaħdem sewwa huwa objettiv ewlieni għall-Ewropa, u filwaqt li t-tielet pakkett dwar l-enerġija għandu jkun implimentat b'urġenza, l-enfasi żejjed fuq din il-parti tal-politika tal-Ewropa dwar l-enerġija jsir askapitu taż-żewġ objettivi l-oħra ta' ’żvilupp sostenibbli’ u ’sigurtà tal-provvista’; ifakkar li s-suq intern ma jistax jiġi ttrattat separatament mid-dimensjoni esterna, u li l-Ewropa teħtieġ politika Ewropea tassew komuni dwar l-enerġija biex ikollha effett reali fuq is-sigurtà tal-provvista, fuq it-tibdil fil-klima u fuq il-prezzijiet tal-enerġija li jkunu għall-but ta' kulħadd;

49.  Jenfasizza li l-effiċjenza fl-enerġija mhijiex biss l-iktar mezz ekonomiku biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u tissaħħaħ is-sigurtà fl-enerġija, iżda wkoll tista’ toħloq għadd sinifikanti ta' impjiegi sal-2020; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ipoġġu l-effiċjenza enerġetika fil-quċċata tal-aġenda tal-UE, inkluż f'termini baġitarji; b'mod iktar speċifiku, jitlob biex tingħata spinta lill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u għal proposta ambizzjuża u f'waqtha tal-Pjan ta' Azzjoni l-ġdid għall-Effiċjenza Ewropea, inkluża reviżjoni tad-direttiva tas-servizzi tal-enerġija u l-introduzzjoni ta' mira legalment vinkolanti rigward l-effiċjenza fl-enerġija;

50.  Jinnota li, sabiex tiġi indirizzata l-isfida tal-klima, se jkunu meħtieġa investimenti sostanzjali fl-infrastruttura tal-enerġija qabel l-2020 u lil hinn, inkluż l-investiment fit-titjib tan-netwerks tal-enerġija tal-Ewropa, supernetwerk tal-enerġija intelliġenti li tkun verament Ewropea, it-twettiq tal-proġett Galileo, it-teknoloġija ħadra, is-saħħa elettronika, il-Programm TEN-T u aċċess b'xejn u ekwitabbli għall-ICT u l-broadband; jirrimarka wkoll li huwa essenzjali li jitlesta s-suq intern tal-enerġija u li l-Istati Membri jitħeġġu biex jimplimentaw malajr it-tielet pakkett tal-enerġija sabiex jiġu stimulate t-tkabbir ekonomiku, il-ftuħ tas-suq u t-titjib tad-drittijiet tal-konsumatur u sabiex tissaħħaħ is-sikurezza tal-provvista tal-enerġija tal-UE; iqis li jeħtieġ li jiġu segwiti dawn l-inizjattivi, biex jiġi stimulat is-suq intern tal-enerġija u biex jiġi integrat ammont dejjem jikber ta' sorsi tal-enerġija li jiġġeddu kif ukoll biex jiġu żviluppati iktar il-proġetti ewlenin tal-infrastruttura f'pajjiżi terzi, partikolarment fil-Mediterran u r-reġjuni tal-Eurasja; jinnota li s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli huma l-aqwa riżorsi tal-enerġija indiġena tal-kontinent tagħna, u għalhekk jitlob li ssir implimentazzjoni ambizzjuża tal-obbligi tal-enerġija rinnovabbli tal-Istati Membri;

51.  Jinnota li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn tinvesti b'mod massiv fl-infrastrutturi tat-trasport, bħalma hi t-TEN-T, biex tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, ittejjeb il-koeżjoni soċjali u territorjali u toħloq sistema tat-trasport li tkun sostenibbli u interoperabbli; jitlob li jkun hemm interazzjoni bejn il-modi tat-trasport u l-użu intelliġenti tal-loġistika peress li biex is-settur tat-trasport jiġi dekarbonizzat u jsir wieħed sostenibbli se jeħtieġ l-innovazzjoni, teknoloġiji ġodda u riżorsi finanzjarji;

Inizjattiva Ewlenija: ’Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni’

52.  Jappoġġa b'mod qawwi politika industrijali biex jinħoloq l-aħjar ambjent biex tinżamm u tiġi żviluppata bażi industrijali b'saħħitha, kompetittiva u diversifikata fl-Ewropa; jilqa’, u jenfasizza, il-fatt li politika bħal din tkopri s-settur industrijali kollu kemm hu u li l-objettiv ewlieni tagħha huwa li jinħolqu kundizzjonijiet ta' qafas xierqa;

53.  Jitlob li sseħħ trasformazzjoni tal-industrija Ewropea permezz ta' politika industrijali Ewropea sostenibbli orjentata lejn il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u t-titjib fl-effiċjenza tar-riżorsi u fl-użu tagħhom; jemmen li l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija Ewropea jeħtieġ djalogu intensiv mal-impjegati u mal-ħaddiema; itenni li din it-tranżizzjoni sejra tirrikjedi miżuri biex jgħinu lill-ħaddiema jagħmlu t-tranżizzjoni lejn ekonomija ġdida u ambjentalment sostenibbli;

54.  Jagħmel l-argument li l-UE 2020 għandha tiżvela l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-konverżjoni għal ekonomija sostenibbli li tuża l-enerġija b'mod effiċjenti u jinnota li l-faċilitazzjoni tal-aġġustament tal-industrija għall-bidla strutturali hija objettiv tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

55.  Itenni t-talba tiegħu li jinkiseb finanzjament adegwat biex jiġu appoġġati t-teknoloġiji nodfa, sostenibbli u effiċjenti li jużaw ftit karbonju, li jkun jammota għal infiq totali mill-baġit tal-UE ta' mill-inqas EUR 2 biljun fis-sena, apparti l-FP7 u s-CIP, mill-2010 ’l quddiem; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu skeda ta' żmien għall-impenji tagħhom ta' finanzjament, bħala kwistjoni ta' urġenza, biex jiġi żgurat li l-fondi jibdew jingħataw mill-2010 għad-diversi inizjattivi tal-pjan SET, kif ukoll l-inizjattivi kumplimentarji;

Inizjattiva Ewlenija: ’Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda’

56.  Iqis li hu importanti li wieħed iħares lejn il-kompetittività li kulma jmur qed tonqos tal-Ewropa fil-livell globali, u li, meta wieħed iżomm quddiem għajnejh l-iskarsità ta' ħaddiema proġettata fuq perjodu twil ta' żmien, huwa importanti wkoll li wieħed iħares lil hinn mill-kriżi u jesplora skemi Ewropej li joffru l-possibilità ta' migrazzjoni tal-għerf u l-prevenzjoni tat-telf tal-aħjar imħuħ fl-Ewropa;

57.  Jemmen li l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u t-trawwim ta' tqabbil effikaċi tal-ħiliet mal-ħtiġijiet tas-suq għandhom ikunu punti fokali tal-politika u, għal dan il-għan, teżisti l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-mobilità transkonfinali tal-istudenti u tar-riċerkaturi, u li jiġu xprunati l-apprendistati biex tissaħħaħ il-ġibda tal-istituzzjonijiet Ewropej tal-edukazzjoni ogħla; iqis li l-impenn tal-Ewropa rigward l-edukazzjoni għandu jsib espressjoni prattika fl-istrateġija UE 2020, u jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinkludi miri numeriċi għall-edukazzjoni fl-istrateġija;

58.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummisjsoni, biex flimkien mal-Parlament jadottaw, sa tmiem is-sena, strateġija ambizzjuża għal impjiegi ekoloġiċi, li tistipula kundizzjonijiet ta' qafas għall-isfruttament tal-potenzjal tal-impjiegi ta' ekonomija aktar sostenibbli bbażata fuq il-ħiliet u l-innovazzjoni, u li tiżgura li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ta' dan it-tip tkun appoġġata permezz tat-taħriġ, it-tagħlim tul il-ħajja u s-sigurtà soċjali għal kulħadd;

Inizjattiva Ewlenija: ’Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar’

59.  Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal pjattaforma kontra l-faqar, iżda jenfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar trid tiġi intensifikata; f'dan ir-rigward, iqis li l-istrateġija UE 2020 għandha tinkludi b'mod ċar miri ambizzjużi għat-tnaqqis tal-inugwaljanza u, b'mod aktar speċifiku, tad-differenza bejn is-sinjuri u l-foqra; iqis, għalhekk, li l-faqar irid jitkejjel bħala ’faqar relattiv’ biex jgħin sabiex jiġu identifikati dawk li jinsabu f'riskju ta' esklużjoni soċjali;

60.  Jemmen li l-għażla ta' indikaturi tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali għandha tirrifletti l-ħtieġa li jitnaqqas il-faqar billi l-individwi, speċjalment in-nisa, jiġu involuti fis-suq tax-xogħol; jitlob, għalhekk, li jiġu żviluppati strumenti ġodda għall-kejl tar-rabta bejn l-esklużjoni mis-suq tax-xogħol u l-faqar fil-livell individwali; jenfasizza li s-servizzi soċjali huma kruċjali biex tinlaħaq l-inklużjoni soċjali;

Il-politika ta' koeżjoni

61.  Iqis li politika b'saħħitha u ffinanzjata sew tal-koeżjoni, li tkun tinkludi r-reġjuni Ewropej kollha, għandha tkun konformi kompletament mal-istrateġija UE 2020 u li politika bħal din, bl-approċċ orizzontali tagħha, hija prerekwiżit biex jintlaħqu b'suċċess l-objettivi tal-UE 2020, kif ukoll biex tintlaħaq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; iħeġġeġ, għalhekk, sabiex ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni jiġu ssimplifikati iktar fl-interess tal-faċilità tal-użu, ir-responsabilità u approċċ li jirreaġixxi aħjar għall-isfidi tal-ġejjieni u għar-riskju ta' kriżijiet ekonomiċi;

62.  Iqis li l-kriżi globali għandha tintuża bħala opportunità biex l-ekonomija tas-suq soċjali Ewropea tagħna tingħata pedament ġdid bħala mudell ta' soċjetà bbażata fuq is-sostenibilità, is-solidarjetà, l-għerf, tnaqqis deċiżiv fil-faqar u l-ħolqien ta' impjiegi, u li l-istrateġija UE 2020 għandha tiżviluppa l-potenzjal tal-impjiegi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli;

Il-Politika Agrikola Komuni

63.  Jirrimarka li r-riforma tal-PAK sal-2013 u strateġija sostenibbli għall-foresterija għandhom jitqiesu fil-qafas tal-istrateġija UE 2020; jinnsab konvint li, jekk ikollna qafas politiku korrett u riżorsi baġitarji adegwati, l-agrikoltura u l-foresterija jistgħu jiżvolġu rwol importanti fi strateġija Ewropea ġenerali biex ikun garantit l-irkupru ekonomiku, filwaqt li simultanjament jikkontribwixxu għas-sigurtà alimentari dinjija u tal-UE, jippreservaw il-pajsaġġ rurali, li jirrappreżenta 90% tat-territorju tal-UE, jiżguraw il-ħarsien tal-impjiegi fiż-żoni rurali, jiżguraw benefiċċji ambjentali u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tfittxija ta' sorsi alternattivi ta' riżorsi;

L-azzjoni esterna mill-Unjoni Ewropea

64.  Jenfasizza li għandha tingħata aktar attenzjoni lid-dimensjoni esterna tal-istrateġija UE 2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadotta approċċ usa’ u aktar komprensiv fl-azzjoni esterna taghha, f'konformita mal-kuncett tal-UE tal-koerenza tal-politika ghall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tuża l-istrateġija kummerċjali tagħha għall-UE 2020 biex tippromwovi l-valuri ewlenin tal-Unjoni, bħall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali u d-difiża tal-ambjent;

65.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha ssawwar l-istrateġija kummerċjali tagħha għall-UE 2020 b'mod li tittrasforma l-politika kummerċjali tal-UE f'mezz ġenwin għall-ħolqien tal-impjiegi u ta' żvilupp sostenibbli mad-dinja kollha, u li għandha tipprevedi, fi stadju bikri, djalogu miftuħ mal-Parlament u mas-soċjetà ċivili dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-era ta' wara Doha, b'mod partikolari l-istandards soċjali u ambjentali u r-riforma tad-WTO;

o
o   o

66.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0053.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0186.


Governanza ekonomika
PDF 303kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar il-governanza ekonomika
P7_TA(2010)0224RC-B7-0349/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Kunsill Ewropew informali tal-11 ta' Frar 2010,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-UE 2020(1),

–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kapijiet ta' Stat jew tal-Gvern tal-pajjiżi taż-żona euro u tal-Kunsill Ecofin dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2010 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (COM(2010)0250),

–  wara li kkunsidra s-sitt rapporti adottati fil-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fl-10 ta' Mejju 2010,

–  wara li kkunsidra l-ħidma tal-Kumitat Speċjali tiegħu dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali turi li hija meħtieġa governanza ekonomika u monetarja iktar b'saħħitha,

B.  billi l-istrateġija UE 2020 għandha tippromwovi t-tkabbir ekonomiku u toħloq l-impjiegi, u billi t-tnaqqis ta' 4% fil-PGD, il-produzzjoni industrijali li qed tonqos u total ta' aktar minn 23 miljun raġel u mara qiegħda tirrappreżenta sfida soċjali u ekonomika importanti,

Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja li jiggarantixxi l-istabilità tal-euro bħala l-ewwel pass importanti

1.  Iqis li l-ftehim li ntlaħaq fid-9 ta' Mejju 2010 biex jiġi stabbilit Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja biex jgħin kemm lill-pajjiżi fiż-żona tal-euro kif ukoll dawk li mhumiex, li jkunu għaddejjin minn diffikultà finanzjarja, jirrappreżenta mument kruċjali fl-istorja Ewropea; jiddeplora l-fatt li dawk li jfasslu l-politika Ewropea ma ħadux azzjoni deċiżiva aktar kmieni, minkejja l-kriżi finanzjarja li kienet sejra għall-agħar;

2.  Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-Parlament se jkollu jagħti l-approvazzjoni tiegħu jekk il-Kummissjoni u l-Kunsill jippruvaw japplikaw il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja fis-swieq internazzjonali tal-kapital;

3.  Iqis li l-ftehim huwa l-ewwel pass importanti biex l-Unjoni Ewropea tingħata qafas aktar sostenibbli u b'saħħtu għall-politika ekonomika u monetarja;

4.  Jenfasizza li l-ġrajjiet riċenti juru li ż-żona tal-euro teħtieġ governanza ekonomika aktar kuraġġuża u li pilastru monetarju mingħajr pilastru soċjali u ekonomiku jfalli żgur;

L-Unjoni Ewropea teħtieġ tirriforma s-sistema tagħha ta' governanza ekonomika biex tkun ippreparata aħjar għal kriżijiet futuri

5.  Jenfasizza li biex jerġa’ jkun hemm rati sodi ta' tkabbir u biex jintlaħaq l-objettiv ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli u koeżjoni soċjali, għandha tingħata prijorità lit-trattament tal-iżbilanċi makroekonomiċi persistenti u sinifikanti u d-diverġenzi tal-kompetittivita; jilqa’ r-rikonoxximent ta' din il-ħtieġa mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

6.  Jistieden lit-Task Force stabbilita mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2010 biex tħaffef ħidmietha u, qabel Settembru 2010, tressaq proposti konkreti, ibbażati fuq il-metodu Komunitarju, dwar koordinazzjoni ekonomika aktar fil-fond u usa’;

7.  Jirrimarka li s-sostenibilità fuq perjodu twil ta' żmien tal-finanzi pubbliċi hija essenzjali għall-istabilità u t-tkabbir; jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ il-ġestjoni taż-żona tal-euro fuq medda ta' żmien medja u twila, li huma maħsuba biex jevitaw li jkun hemm xi ripetizzjoni tal-kriżi monetarja attwali, u jaqbel magħha li l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir jeħtieġ mekkaniżmi aktar effikaċi ta' inċentivi u penali;

8.  Jiddeplora l-fatt, madankollu, li fil-proposti tagħha dwar il-governanza ekonomika Ewropea, il-Kummissjoni ma pproponitx soluzzjonijiet għal koordinazzjoni iktar immirata tal-politika ekonomika li tkun orjentata lejn l-iżvilupp ta' strateġija baġitarja komuni, fil-qafas ta' strateġija Ewropa 2020 komprensiva, biex jerġa’ jkun hemm u jiġu mħarsa rati ta' tkabbir ekonomiku fit-tul;

9.  Jenfasizza l-fatt li l-ilħuq ta' finanzi pubbliċi sostenibbli jeħtieġ mhux biss infiq responsabbli, iżda wkoll tassazzjoni adegwata u ġusta, ġbir iktar effikaċi tat-taxxi mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u ġlieda aktar intensiva kontra l-evażjoni tat-taxxa; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi sett ta' miżuri biex l-Istati Membri jiġu megħjuna jġibu fl-istat li kien fih qabel il-bilanċ tal-kontijiet pubbliċi tagħhom u biex jiġi ffinanzjat l-investiment pubbliku billi jiġu sfruttati s-sorsi finanzjarji;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' superviżuri finanzjarji Ewropej li jaħdmu mill-qrib flimkien, kemm fil-livell mikro kif ukoll dak makro, biex jiżguraw sorveljanza effikaċi;

11.  Iqis li s-setgħat tal-Eurostat għandhom jissaħħu, inkluż permezz tal-għoti ta' setgħat investigattivi; iqis li informazzjoni statistika miftuħa u trasparenti għandha tkun prerekwiżit biex jinkiseb appoġġ mill-Fondi Strutturali; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tieħu r-responsabilità biex tivvaluta l-istatistika pprovduta mill-Istati Membri;

12.  Jitlob li jinħoloq ’Fond Monetarju Ewropew’ (EMF), li l-pajjiżi taż-żona tal-euro jikkontribwixxu għalih b'mod li jkun proporzjonat mad-daqs tal-PGD tagħhom u permezz ta' multi determinati fuq il-bażi tad-dejn eċċessiv u l-livell tad-defiċit tagħhom; kwalunkwe Stat Membru jkun jista’ jieħu fondi tal-EMF sal-ammont li jkun iddepożita preċedentament; madankollu, jekk pajjiż ikun jeħtieġ iktar riżorsi jew garanziji, ikollu jaċċetta programm ta' riforma mfassal speċifikament għalih, li l-implimentazzjoni tiegħu tkun issorveljata mill-Kummissjoni;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal valutazzjoni tal-impatt makroekonomiku tal-pakkett ta' miżuri biex titħares l-istabilità finanzjarja fl-Unjoni Ewropea u biex tippubblika komunikazzjoni dwar il-fattibilità, ir-riskji u l-vantaġġi tal-ħruġ ta' bonds tal-euro;

L-Unjoni Ewropea teħtieġ li tirriforma s-sistema tagħha ta' governanza ekonomika biex tiżgura l-implimentazzjoni b'suċċess tal-istrateġija imminenti tagħha Ewropea 2020

14.  Jemmen li l-istruttura ta' governanza tal-istrateġija Ewropa 2020 għandha tissaħħaħ biex jiġi żgurat li, għall-kuntrarju tal-Istrateġija ta' Lisbona, tilħaq l-objettivi tagħha; għalhekk jiddeplora sew il-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill ma ressqux proposti f'dan ir-rigward, minkejja l-appell qawwi li l-Parlament għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar l-UE 2020;

15.  Jenfasizza l-importanza li tiġi stabbilita konnessjoni iktar b'saħħitha bejn l-istrumenti tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, l-istrumenti makroekonomiċi u l-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tal-Ewropa 2020 billi jiġu ppreżentati b'mod koerenti, biex b'hekk ikun possibbli wkoll li jsir tqabbil aħjar tal-baġits nazzjonali fir-rigward tal-infiq f'kategoriji differenti; l-Istati Membri għandhom mhux biss iqisu l-politiki ekonomiċi tagħhom bħala xi ħaġa ta' interess nazzjonali, iżda wkoll bħala kwistjoni ta' interess komuni, u għandhom jifformulaw il-politiki tagħhom b'dan il-mod; ifakkar lill-Istati Membri fir-rwol imsaħħaħ tal-Linji Gwida Ġenerali għall-Politika Ekonomika;

16.  Iqis li, aktar milli wieħed ikompli jiddependi fuq il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam tal-politika ekonomika, huwa meħtieġ li jsir użu usa’ ta' miżuri li jorbtu biex l-istrateġija l-ġdida tkun suċċess;

17.  Jemmen li l-istrateġija Ewropa 2020 ma tiffukax biżżejjed mill-qrib fuq kwistjonijiet ewlenin li l-Istati Membri għandhom jittrattaw, u jenfasizza li hemm problemi kbar fir-rigward tal-kontenut u l-ġestjoni tal-’inizjattivi ewlenin’ u l-’miri’;

18.  Itenni l-appelli preċedenti tiegħu għal strateġija ta' żvilupp waħda u integrata għall-Ewropa li tistabbilixxi linji gwida għal perjodu twil ta' żmien għat-tkabbir ekonomiku bil-ħsieb li tinbena ekonomija aħjar, aktar ġusta u aktar sostenibbli li tipprovdi l-prosperità għal kulħadd;

19.  Itenni t-talba tiegħu biex jiġu integrati l-istrateġiji li jidħlu fl-ambiti ta' xulxin, bħall-istrateġija Ewropa 2020, l-Istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli u l-Patt ta' Stabilità u Tkabbir; jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew irrifjuta dan l-approċċ, u b'hekk ħalla bla soluzzjoni l-problema tal-inkoerenza tal-politika;

20.  Jemmen li governanza ekonomika effikaċi timplika l-għoti lill-Kummissjoni ta' responsabilità xierqa u aktar b'saħħitha ta' ġestjoni, biex b'hekk tkun tista’ tuża kemm l-istrumenti eżistenti kif ukoll dawk ġodda previsti fit-Trattat ta' Lisbona, bħall-Artikoli 121, 122, 136, 172, 173 u 194, li jagħtu lill-Kummissjoni l-kompitu li tikkoordina l-pjanijiet u l-miżuri ta' riforma u li tistabbilixxi strateġija komuni;

21.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni biex jadottaw approċċ ta' ħidma b'inċentivi u b'deterrenti u biex jużaw mekkaniżmi ta' konformità fil-qafas tal-Artikolu 136 tat-Trattat, bħal inċentivi ekonomiċi, (pereżempju fondi żejda tal-UE) u penali li jkollhom l-għan li jappoġġaw governanza ekonomika msaħħa tal-UE u, b'mod iktar speċifiku, governanza msaħħa skont l-istrateġija Ewropa 2020;

22.  Jemmen li t-tisħiħ tal-governanza ekonomika jrid jimxi id f'id mat-tisħiħ tal-leġittimità demokratika tal-governanza Ewropea, li għandha tintlaħaq permezz tal-involviment aktar mill-qrib u fil-ħin opportun tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess kollu; jistieden b'mod partikolari lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu użu xieraq tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tal-involviment attiv tal-Parlament fil-qasam tal-politika ekonomika, kif definit fl-Artikolu 121(5) u (6), u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel proposti dettaljati li jistabbilixxu djalogu interistituzzjonali politiku u leġiżlattiv regolari f'dan il-qasam kruċjali tal-politika;

Il-baġit Ewropew u l-pjanijiet nazzjonali ta' riforma għandhom ikunu konsistenti mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 biex irawmu tkabbir u żvilupp ekonomiku sostenibbli

23.  Jinsisti li, jekk l-istrateġija Ewropa 2020 trid tkun kredibbli, jeħtieġ li jkun hemm kompatibilità u kumplementarjetà akbar bejn il-baġits nazzjonali tas-27 Stat Membru tal-UE u l-baġit tal-UE; jenfasizza r-rwol akbar li għandu jkollu l-baġit tal-UE billi jiġbor flimkien ir-riżorsi;

24.  Jenfasizza l-importanza ta' investimenti pubbliċi jew privati fuq perjodu twil ta' żmien fil-finanzjament tal-infrastruttura meħtieġa biex jiġu implimentati l-inizjattivi ewlenin proposti fl-istrateġija Ewropa 2020, u jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri biex il-qafas regolatorju Eewropew jiġi adattat biex jippromwovi l-kooperazzjoni fost dawk li jinvestu fuq perjodi twal ta' żmien;

25.  Jenfasizza li l-istrateġija Ewropa 2020 tista’ biss tkun kredibbli jekk tkun iffinanzjata b'mod adegwat u jixtieq jara approċċ aktar ambizzjuż fl-abbozz ta' baġit 2011 bil-ħsieb li l-istrateġija Ewropa 2020 tiġi implimentata b'suċċess; jiddeplora l-fatt li l-abbozz ta' baġit 2011 ma jipprovdix lill-programmi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 b'finanzjament suffiċjenti; jenfasizza li involviment akbar min-naħa tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u dipendenza akbar fuq is-Sħubijiet Pubbliċi-Privati (PPP) jista’ jkun approċċ effikaċi, mingħajr mhu soluzzjoni tajba għas-sitwazzjonijiet kollha; jiddeplora l-fatt li din il-kwistjoni la ġiet indirizzata mill-Kunsill Ewropew u lanqas mill-Kummissjoni;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-relazzjoni bejn il-linji baġitarji tal-Unjoni u l-objettivi speċifiċi rilevanti tal-istrateġija Ewropa 2020; jinsisti li qabel l-aħħar tal-ewwel nofs tal-2010 l-Kummissjoni għandha tressaq proposta biex jiġi rivedut il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) għall-perjodu 2007-2013 biex jinstabu riżorsi baġitarji oħra biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

27.  Jitlob aktar informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet għall-baġit tal-UE tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja li kien hemm qbil dwaru fil-Kunsill straordinarju tal-Ecofin fid-9 u l-10 ta' Mejju 2010;

28.  Jenfasizza l-importanza tar-reviżjoni tal-MFF attwali biex jikkonforma mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 u biex isir konformi mar-rekwiżiti tat-Trattat ta' Lisbona biex jiġi pprovdut finanzjament għall-inizjattivi spjegati fl-istrateġija Ewropa 2020 kif ukoll għad-diversi inizjattivi u impenji politiċi li ttieħdu u li se jittieħdu waqt l-MFF preżenti u dak li jmiss;

29.  Jenfasizza r-rekwiżit li l-baġit tal-UE għandu jirrifletti l-ħtieġa li tiġi ffinanzjata t-tranżizzjoni favur ekonomija ambjentalment sostenibbli;

Il-Parlament Ewropew jitlob li jkun involut aktar mill-qrib fit-tfassil tal-proposti dettaljati tal-Ewropa 2020

30.  Jenfasizza li l-Parlament se jiddeċiedi dwar il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi ladarba jkun irċieva tweġiba sodisfaċenti rigward l-istruttura ta' governanza u l-qafas baġitarju tal-istrateġija Ewropa 2020;

31.  Jenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet tal-politika annwali u t-twissijiet mill-Kummissjoni rigward il-konformità tal-Istati Membri mal-objettivi tal-Ewropa 2020 għandhom ikunu l-bażi għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew; huwa tal-fehma li dawn ir-rapporti għandhom jiġu diskussi fil-Parlament qabel ma jiġu kkunsidrati mill-Kunsill Ewropew;

o
o   o

32.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0053.


It-twaqqif u s-saħħa numerika tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi politiċi u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013
PDF 201kWORD 36k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2010 dwar it-twaqqif, is-setgħat, il-kompożizzjoni numerika u l-mandat tal-kumitat speċjali dwar l-isfidi tal-politika u r-riżorsi baġitarji għal Unjoni Ewropea sostenibbli wara l-2013
P7_TA(2010)0225B7-0295/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet meħuda mill-Konferenza tal-Presidenti fit-22 ta' April u t-12 u l-20 ta' Mejju 2010 li tipproponi t-twaqqif ta' kumitat speċjali għall-isfidi tal-politika u l-mezzi baġitarji disponibbli għall-Unjoni wara l-2013,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 312(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tistipula li matul il-proċedura li twassal għall-adozzjoni tal-qafas finanzjarju, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jieħdu kwalunkwe miżura meħtieġa li tiffaċilità l-adozzjoni tagħha,

–  wara li kkunsidra l-bżonn li jinġabru u jiġu koordinati l-opinjonijiet tad-diversi kumitati kkonċernati u li jiġi stabbilit mandat għall-Kumitat għall-Baġits għan-negozjati tiegħu mal-Kunsill bil-għan li jiġi adottat regolament li jkun jinkludi fih il-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) ġejjieni, u possibilment, id-definizzjoni ta' miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu ddefiniti fi ftehim interistituzzjoniali,

–  wara li kkunsidra l-ħidma mwettqa mill-kumitat speċjali dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali tal-Parlament u l-ħtieġa għal segwitu tal-ħidma ta' dan il-kumitat, partikularment fir-rigward tal-appoġġ għal tkabbir sostenibbli u kwalitattiv u investimenti fuq medda twila ta' żmien, sabiex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fuq medda ta' żmien twila.

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali bil-mandat li:

   (a) jiddefinixxi l-prijoritajiet politiċi tal-Parlament għall-MFF ta wara l-2013, kemm f'termini leġiżlattivi kif ukoll f'termini baġitarji;
   (b) jagħmel stima tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex l-Unjoni tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq il-politiki tagħha għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2014;
   (c) jiddefinixxi t-tul taż-żmien tal-MFF li jmiss;
   (d) jipproponi, skont dawn il-prijoritajiet u objettivi, struttura għall-MFF tal-ġejjini, filwaqt li jindika l-oqsma ewlenin tal-attività tal-Unjoni;
   (e) jissottometti linji gwida għall-allokazzjoni indikattiva ta' riżorsi bejn u fi ħdan l-intestaturi differnti tan-nefqa tal-MFF, b'konformità mal-prijoritajiet u mal-istuttura proposta;
   (f) jispeċifika r-rabta bejn riforma tas-sistema finanzjarja tal-baġit tal-UE u reviżjoni tan-nefqa sabiex il-Kumitat għall-Baġits jingħata bażi soda għan-negozjati dwar l-MFF il-ġdid;

2.  Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali għal perjodu ta' 12-il xahar mill-1 ta' Lulju 2010 sabiex jissottometti rapport lill-Parlament qabel ma l-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha biċ-ċifri għall-MFF li jmiss, ippjanata għal Lulju 2011;

3.  Ifakkar li l-proposti baġitarji u leġiżlattivi speċifiċi se jiġu indirizzati mill-kumitati relevanti b'konformità mal-Anness VII tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu;

4.  Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkun magħmul minn 50 membru.

Avviż legali - Politika tal-privatezza