Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 8 ta' Settembru 2010 - Strasburgu
Il-protezzjoni tal-annimali użati għal raġunijiet xjentifiċi ***II
 Il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
 Id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b'mod partikolari l-każijiet ta' Sakineh Mohammadi-Ashtiani u ta' Zahra Bahrami

Il-protezzjoni tal-annimali użati għal raġunijiet xjentifiċi ***II
PDF 203kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari fir-rigward tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal għanijiet xjentifiċi (06106/1/2010 – C7-0147/2010 – 2008/0211(COD))
P7_TA(2010)0308A7-0230/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06106/1/2010 – C7-0147/2010),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0543),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0391/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Mejju 2009(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 70 u 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0230/2010),

1.  Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, wara li jkun ivverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill- Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 170.
(2) ĠU C 277, 17. 11.2009, p. 51.


Il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
PDF 586kWORD 314k
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010)0193 – C7-0111/2010 – 2010/0115(NLE))
P7_TA(2010)0309A7-0235/2010

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0193),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0111/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0235/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU);

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jibdel il-proposta approvata mill-Parlament b'test ġdid;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Itenni t-talba li ilu li għamel lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li l-Parlament jingħata ż-żmien meħtieġ, u fi kwalunkwe każ mhux anqas minn ħames xhur, biex jaqdi r-rwol konsultattiv tiegħu kif definit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat FUE rigward ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-Istati Membri dwar l-impjiegi;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  L-Artikolu 157 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi, inkluż il-prinċipju ta' paga indaqs għal xogħol indaqs jew xogħol ta' valur indaqs.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
(2)  It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula fl-Artikolu 3.3 li l-Unjoni għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u għandha tippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-protezzjoni u jipprovdi għall-inizjattivi tal-Unjoni biex tiżgura koordinazzjoni tal-politiki soċjali tal-Istati Membri. L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.
(2)  It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula fl-Artikolu 3 (3) li l-Unjoni għandha tistinka biex tikseb xogħol għal kulħadd u progress soċjali, tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u għandha tippromwovi l-ġustizzja soċjali u l-protezzjoni u jipprovdi għall-inizjattivi tal-Unjoni biex tiżgura koordinazzjoni tal-politiki soċjali tal-Istati Membri. L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u ma' livell għoli ta' edukazzjoni u taħriġ.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  L-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li telimina l-inugwaljanzi u tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. L-Artikolu 10 tiegħu għaldaqstant iżid li fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. L-Artikolu 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea jgħid li fis-soċjetà Ewropea jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
(4)  L-Istrateġija ta' Lisbona, li ġiet imnedija fl-2000, kienet ibbażata fuq rikonoxximent tal-ħtieġa tal-UE li żżid il-produttività u l-kompetittività tagħha, filwaqt li ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali, quddiem kompetizzjoni globali, tibdil teknoloġiku u popolazzjoni li qed tixjieħ. L-Istrateġija ta' Lisbona ġiet imnedija mill-ġdid fl-2005, wara reviżjoni ta' nofs it-terminu li wasslet għal enfasi ikbar fuq it-tkabbir, u iktar u aħjar impjiegi.
(4)  L-Istrateġija ta' Lisbona, li ġiet imnedija fl-2000, kienet ibbażata fuq rikonoxximent tal-ħtieġa tal-UE li żżid il-produttività u l-kompetittività tagħha bbażata fuq l-għarfien u li toħloq mill-ġdid il-kundizzjonijiet li jippermettu li jkun hemm xogħol għal kulħadd, filwaqt li ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali u reġjonali, quddiem kompetizzjoni globali, tibdil teknoloġiku u popolazzjoni li qed tixjieħ. L-Istrateġija ta' Lisbona ġiet imnedija mill-ġdid fl-2005, wara reviżjoni ta' nofs it-terminu li wasslet għal enfasi ikbar fuq it-tkabbir, u iktar u aħjar impjiegi.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
(5)  L-Istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjieg għenet biex jinħoloq kunsens dwar id-direzzjoni ġenerali tal-politiki ekonomiċi u tal-impjieg tal-UE. Taħt l-istrateġija, kemm il-linji gwida politiċi ġenerali kif ukoll il-linji gwida dwar l-impjieg ġew adottati mill-Kunsill fl-2005 u riveduti fl-2008. L-24 linji gwida kienu l-pedament għall-programmi ta' riforma nazzjonali, li jispjegaw il-prijoritajiet ta' riforma makroekonomiċi, mikroekonomiċi u tas-suq tax-xogħol għall-UE kollha. Madankollu, l-esperjenza turi li l-linji gwida ma stabbilixxewx prijoritajiet ċari biżżejjed u li r-rabtiet bejniethom setgħu kienu iktar b'saħħithom. Dan irriżulta f'limitu tal-impatt tagħhom fuq it-tfassil tal-politika.
(5)  L-Istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjieg kellha tgħin biex tiġi stabbilita d-direzzjoni ġenerali tal-politiki ekonomiċi u tal-impjieg tal-UE. Taħt l-istrateġija, kemm il-linji gwida politiċi ġenerali kif ukoll il-linji gwida dwar l-impjieg ġew adottati mill-Kunsill fl-2005 u riveduti fl-2008. L-24 linji gwida kienu l-pedament għall-programmi ta' riforma nazzjonali, li jispjegaw il-prijoritajiet ta' riforma makroekonomiċi, mikroekonomiċi u tas-suq tax-xogħol għall-UE kollha. Madankollu, l-esperjenza turi li l-linji gwida ma stabbilixxewx objettivi vinkolanti biżżejjed għal parteċipazzjoni soċjali, politika u kulturali mir-residenti kollha tal-Unjoni Ewropea u għal ekonomija sostenibbli u li l-prijoritajiet kellu jkollhom rabta iżjed qawwija bejniethom. Fl-aħħar nett, l-għanijiet bażiċi tal-istrateġija ma jistgħux jintlaħqu, għax l-Istati Membri naqsu wkoll milli jassumu r-responabilita' ta' dawk il-linji gwida.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Minbarra l-inizjattivi leġiżlattivi l-ġodda tal-UE b'fowkus soċjali, l-Unjoni Ewropea teħtieġ li ttejjeb b'mod sinifikanti l-politiki eżistenti tagħha u l-implimentazzjoni tagħhom.
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
(6)  Il-kriżi finanzjarja u ekonomika li bdiet fl-2008 rriżultat f'telf sinifikanti ta' impjiegi u produzzjoni potenzjali u wasslet għal deterjorament qawwi fil-finanzi pubbliċi. Il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku madankollu għen lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-kriżi, parzjalment permezz ta' stimolu fiskali kkoordinat, filwaqt li l-euro li pprovdiet ankraġġ għall-istabbiltà makroekonomika. Għalhekk il-kriżi wriet li koordinazzjoni tal-politiki tal-Unjoni tista' tagħti riżultati sinifikanti jekk tiġi msaħħa u ssir iktar effettiva. Il-kriżi enfasizzat ukoll l-interdipendenza tal-ekonomiji tal-Istati Membri u s-swieq tal-impjieg.
(6)  Il-kriżi finanzjarja u ekonomika li bdiet fl-2008 rriżultat f'telf sinifikanti ta' impjiegi u produzzjoni potenzjali u wasslet għal deterjorament qawwi fil-finanzi pubbliċi. Il-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku madankollu għen lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-kriżi, parzjalment permezz ta' stimolu fiskali kkoordinat. Il-kriżi, li għadha qed tiżviluppa, tenfasizza n-nuqqas ta' mezzi effettivi ta' reazzjoni bikrija għas-sinjali tagħha u għalhekk turi li koordinazzjoni tal-politiki tal-Unjoni tista' tagħti riżultati sinifikanti jekk tiġi msaħħa u ssir iktar effettiva, waqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-kriżi tenfasizza wkoll l-interdipendenza tal-ekonomiji u s-swieq tal-impjieg tal-Istati Membri, li b'konsegwenza ta' dan anke l-isfruttar bis-sħiħ tal-potenzjal tas-suq intern huwa wkoll wieħed mill-aktar modi essenzjali biex tiżdied il-kompetittività Ewropea, u tagħmilha wkoll ħaġa neċessarja li ssir reviżjoni vasta tal-mekkaniżmi maħsuba għall-għanijiet tal-ħolqien tal-impjiegi u tal-kisba tal-miri soċjali li għandhom jibqgħu objettivi ċentrali.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7
(7)  Il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi strateġija ġdida għad-deċennju li jmiss, l-Istrateġija Ewropa 2020, sabiex tippermetti lill-UE toħroġ iktar b'saħħitha mill-kriżi, u biex tindirizza l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Ħames miri ewlnin, elenkati taħt il-linji gwida relevanti, jiffurmaw għanijiet komuni li jmexxu l-azzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu l-miri nazzjonali u biex jeliminaw ostakli li jfixklu t-tkabbir.
(7)  Il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi strateġija ġdida għad-deċennju li jmiss, l-Istrateġija Ewropa 2020, sabiex tippermetti lill-UE toħroġ iktar b'saħħitha mill-kriżi u biex tirrispondi wkoll b'mod aktar effettiv għal taqlib u kriżijiet futuri, u biex tindirizza l-ekonomija tagħha lejn tkabbir vijabbli, sostenibbli f'sens ekoloġiku u ekonomiku u inklużiv, li jkun akkumpanjat minn livelli għoljin ta' impjieg, produttività u koeżjoni soċjali. Il-miri ewlenin, elenkati taħt il-linji gwida relevanti, jiffurmaw għanijiet komuni li jmexxu l-azzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jilħqu l-miri nazzjonali. Għandhom jikkkonċentraw fuq iż-żieda fl-impjiegi u biex jeliminaw kull xkiel li jxekkel it-tkabbir illi jirriżulta mil-leġislazzjoni, mill-burokrazija u mill-allokazzjoni żbaljata ta' riżorsi fil-livell nazzjonali.
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
(8)  Bħala parti mill-“istrateġiji ta' ħruġ” komprensivi għall-kriżi ekonomika, l-Istati Membri għandhom iwettqu riformi ambizzjużi biex jiżguraw l-istabbiltà makroekonomika u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, itejjbu l-kompetittività, inaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi u jsaħħu l-prestazzjoni tas-suq tal-impjieg. L-irtirar tal-istimolu fiskali għandu jiġi implimentat u kkoordinat fi ħdan il-qafas tal-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir.
(8)  Bħala parti mill-“istrateġiji ta' ħruġ” komprensivi għall-kriżi ekonomika u mill-istrateġiji komprensivi għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet tat-tkabbir, l-Istati Membri jridu jwettqu u jżomm fis-seħħ riformi strutturali maħsuba biex jaċċertaw l-istabbiltà makroekonomika, il-promozzjoni ta' iżjed impjiegi u ta' impjiegi mtejba u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, itejbu l-kompetittività u l-produttività, inaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi, iqawwu l-koeżjoni soċjali, jiġġieldu l-faqar u jsaħħu l-prestazzjoni tas-suq tal-impjiegi. L-irtirar gradwali tal-istimolu fiskali, li għandu jinbeda malli l-qawmien mill-ġdid sostenibbli tal-ekonomija jkun żgurat, għandu jiġi implimentat u kkoordinat inter alia fi ħdan il-qafas tal-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir. Madankollu, sabiex fil-prattika jinkisbu l-għanijiet ta' koeżjoni ekonomika u soċjali sostenibbli, għandhom jintgħelbu l-iżbilanċi makroekonomiċi ewlenin u d-diskrepanzi bejn l-Istati Membri.
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8 a (ġdida)
(8a)  L-Ewropa 2020 għandha tkun strateġija li qabelxejn tpoġġi l-ewwel lin-nies u l-protezzjoni tal-ambjent, u strateġija li twassal għall-ħruġ mill-kriżi, tevita kollass ekonomiku u soċjali ieħor, tkun ikkoordinata mill-qrib ma' politika strutturali u ta' koeżjoni, tagħti spinta lill-ekonomiji tagħna fiż-żmien medju u twil, u tittratta l-isfidi għas-suq tax-xogħol li ġejjin minn soċjetà li qed tixjieħ.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9
(9)  Fi ħdan l-Istrateġija Ewropa 2020, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw riformi mmirati lejn “tkabbir intelliġenti”, jiġifieri tkabbir ibbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. Ir-riformi għandhom jimmiraw lejn titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni, billi jiżguraw aċċess għal kulħadd, u bit-tisħiħ tar-riċerka u l-prestazzjoni tan-negozju bil-għan tal-promozzjoni tal-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien fl-UE kollha. Għandhom iħeġġu l-ispirtu intraprenditorjali u jgħinu biex jittraduċu ideat kreattivi f'prodotti innovattivi, servizzi u proċessi li jistgħu joħolqu tkabbir, impjiegi ta' kwalità, koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali, u jindirizzaw b'mod iktar effiċjenti l-isfidi relatati mas-soċjetà Ewropea u globali. L-isfruttar bi sħiħ tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni huwa essenzjali f'dan il-kuntest.
(9)  Fi ħdan l-Istrateġija Ewropa 2020, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw riformi mmirati lejn “tkabbir intelliġenti”, jiġifieri tkabbir ibbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. Ir-riformi għandhom jimmiraw lejn titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni, billi jiżguraw aċċess għal kulħadd, inaqqsu l-għadd ta' nies li jonqsu milli jlestu l-iskola jew it-taħriġ tagħhom, jaffermaw id-dritt ta' kull individwu għal tagħlim tul il-ħajja sabiex il-ħiliet jiġu rikonoxxuti u ċċertifikati, u jsaħħu ir-riċerka u l-prestazzjoni tan-negozju bil-għan tal-promozzjoni tal-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien fl-Unjoni Ewropea kollha, sabiex jgħinu fil-qerda tal-iżbilanċi reġjonali u jevitaw il-“brain drain”. Għandhom iħeġġu l-ispirtu intraprenditorjali u l-iżvilupp ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SME) u jgħinu biex jittraduċu ideat kreattivi f'prodotti servizzi innovattivi u ta' valur soċjali u proċessi li jistgħu joħolqu tkabbir, impjiegi ta' kwalità u sostenibbli, koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali, u jindirizzaw b'mod iktar effiċjenti l-isfidi relatati mas-soċjetà Ewropea u globali. L-isfruttar bi sħiħ tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni huwa essenzjali f'dan il-kuntest.
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  Sabiex iżidu t-tkabbir ekonomiku, l-Istati Membri għandhom jiġġieldu kontra l-miżuri li jrażżnuh, pereżempju l-piż burokratiku, ir-regolazzjoni u l-istandards eċċessivi, it-taxxi għoljin u t-tendenzi protezzjonisti.
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9 b (ġdida)
(9b)  Il-kisba ta' suq uniku profond u effiċjenti hija element ewlieni biex tiġi żgurata l-prestazzjoni makroekonomika ġenerali tal-UE; huwa kruċjali b'mod partikolari għas-solidità tal-unjoni ekonomika u monetarja li jitwasslu benefiċċji ekonomiċi, jiġi rrestawrat it-tkabbir u jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' xogħol.
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9 c (ġdida)
(9c)  Huma u jfasslu u jimplimentaw il-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom u filwaqt li jqisu l-linji gwida tal-Anness, l-Istati Membri għandhom jiżguraw governanza effikaċi tal-politiki soċjali u tal-impjiegi. Il-partijiet interessati, inklużi dawk fil-livelli reġjonali u lokali u anke dawk milquta mill-aspetti differenti tal-UE-2020, il-korpi parlamentari u s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti mill-qrib matul it-tfassil u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' dawk il-programmi, inkluż fid-definizzjoni tal-miri u l-indikaturi. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt soċjali u tal-impjiegi, tar-riformi implimentati skont il-programmi ta' riforma nazzjonali rispettivi.
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
(10)  L-Istati Membri għandhom ukoll, permezz tal-programmi ta' riforma tagħhom, jimmiraw lejn “tkabbir sostenibbli”. Tkabbir sostenibbli jfisser bini ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittiva, tqassim ġust tal-ispejjeż u l-benefiċċji u l-isfruttar tal-pożizzjoni ta' tmexxija tal-Ewropa fit-tellieqa għall-iżvilupp ta' proċessi u teknoloġiji ġodda, inkluż teknoloġiji ekoloġiċi. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw ir-riformi neċessarji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti. Għandhom itejbu wkoll l-ambjent tan-negozju, jistimolaw il-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi u jimmodernizzaw il-bażi industrijali tagħhom.
(10)  L-Istati Membri għandhom ukoll, permezz tal-programmi ta' riforma tagħhom li huma bbażati fuq il-ħolqien ta' impjiegi diċenti, jimmiraw lejn “tkabbir sostenibbli”. Tkabbir sostenibbli jfisser bini ta' ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, sostenibbli u kompetittiva, tqassim ġust tal-ispejjeż u l-benefiċċji b'finanzjament suffiċjenti għar-ristrutturar, u l-isfruttar tal-pożizzjoni ta' tmexxija tal-Ewropa fit-tellieqa għall-iżvilupp ta' proċessi u teknoloġiji ġodda, inkluż teknoloġiji partikularment ekoloġiċi, u għall-ħolqien tal-impjiegi. Dawn it-teknoloġiji għandhom, kemm jista' jkun, ikunu aċċessibbli għall-kumpaniji kollha, inklużi l-mikrointrapriżi u l-SMEs. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw ir-riformi neċessarji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u jużaw ir-riżorsi b'mod effiċjenti. Għandhom itejbu wkoll l-ambjent tan-negozju, jistimolaw il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli fl-ekonomija l-ġdida u l-qadima, anke billi jiżguraw l-provvista ta' taħriġ u ħiliet meħtieġa minn dawn l-impjiegi, u jimmodernizzaw il-bażi industrijali tagħhom, b'mod partikolari fil-qasam tal-konverżjoni.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11
(11)  Il-programmi ta' riforma tal-Istati Membri għandhom ikunu mmirati wkoll lejn “tkabbir inklużiv”. It-tkabbir inklużiv ifisser bini ta' koeżjoni soċjali li fiha n-nies jingħataw is-setgħa li jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u b'hekk jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà u l-ekonomija. Ir-riformi tal-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw aċċess u opportunitajiet għal kulħadd fiċ-ċiklu tal-ħajja kollu, biex b'hekk jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, permezz tal-eliminazzjoni tal-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tal-impjieg b'mod speċjali għan-nisa, ħaddiema anżjani, żgħażagħ, persuni b'diżabbiltà u migranti legali. Għandhom jiżguraw ukoll li l-benefiċċji tat-tkabbir ekonomiku jilħqu liċ-ċittadini lir-reġjuni kollha. L-iżgurar ta' funzjonament effettiv tas-swieq tal-impjieg permezz ta' investiment f'tranżizzjonijiet b'suċċess, żvilupp adattat tal-kapaċitajiet, kwalità dejjem tikber tal-impjiet u l-ġlieda kontra s-segmentazzjoni, il-qgħad strutturali u l-inattività filwaqt li jiġu żgurat ħarsien soċjali adegwat u sostenibbli u inklużjoni attiva għat-tnaqqis tal-faqar għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-programmi ta' riforma tal-Istati Membri.
(11)  Il-programmi ta' riforma tal-Istati Membri għandhom ikunu mmirati wkoll lejn “tkabbir inklużiv”. It-tkabbir inklużiv ifisser bini ta' koeżjoni soċjali li fiha n-nies jingħataw is-setgħa li jantiċipaw u jamministraw il-bidla, b'mod partikolari li ġabu magħhom teknoloġiji ġodda, l-awtomatizzazzjoni u r-rivoluzzjoni tal-kompjuters, sabiex jipparteċipaw b'mod attiv fis-soċjetà u fl-ekonomija. Ir-riformi tal-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw aċċess u opportunitajiet għal kulħadd fiċ-ċiklu tal-ħajja kollu, biex b'hekk jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, permezz tal-eliminazzjoni tal-ostakli għall-parteċipazzjoni fis-suq tal-impjieg b'mod speċjali għan-nisa, ħaddiema anzjani, żgħażagħ, persuni li jipprovdu l-kura, persuni b'diżabbiltajiet, ħaddiema bla kapaċitajiet, minoranzi, b'mod partikolari r-Roma, migranti legali u dawk li ma jistgħux jieħdu sehem fis-suq tax-xogħol. Billi jdaħħlu fis-seħħ strumenti xierqa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-benefiċċji tat-tkabbir ekonomiku jilħqu liċ-ċittadini lir-reġjuni kollha. L-iżgurar ta' funzjonament effettiv tas-swieq tal-impjieg permezz ta' investiment f'tranżizzjonijiet b'suċċess, sistemi ta' taħriġ u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet li jkunu jaqblu mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, iż-żieda fil-kwalita' tal-impjieg u l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġlieda kontra s-segmentazzjoni, billi tiġi pprovduta sigurtà għall-ħaddiema taħt kull forma ta' impjieg, id-diskriminazzjoni, il-qgħad strutturali - b'mod partikulari l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-inattività filwaqt li jiġi żgurat ħarsien soċjali adegwat u sostenibbli u inklużjoni attiva għat-tnaqqis tal-faqar għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-programmi ta' riforma tal-Istati Membri.
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11 a (ġdida)
(11a)  Fil-kuntest tal-objettiv “tkabbir inklussiv” l-Istati Membri għandhom, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, jistabbilixxu qafas leġislattiv xieraq għall-forom ġodda ta' impjieg. Tali qafas għandu jara li jiġu żgurati forom flessibbli ta' impjiegi, filwaqt li jevita s-segmentazzjoni u jiggarantixxi protezzjoni komprensiva tad-drittijiet tal-ħaddiema individwali u kollettivi, inkluża l-kompatibilità tax-xogħol mal-ħajja privata, kif ukoll sigurtà soċjali xierqa għall-ħaddiema.
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 11 b (ġdida)
(11b)  Il-programmi ta' riformi tal-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jrawmu t-tkabbir li jkattar l-impjiegi abbażi ta' xogħol deċenti kif promoss mill-ILO u “xogħol tajjeb”, bħala prinċipji ta' gwida, li għandhom jgħoddu kemm għall-ħolqien tax-xogħol kif ukoll għall-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol. Fi ħdan dak il-qafas, għandhom jiġu ssalvagwardjati u msaħħa t-trattament ugwali u l-paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post tax-xogħol kif stipulat fl-Artikoli 18 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari fir-rigward tat-tnaqqis tal-faqar fost l-għadd dejjem jikber ta' ħaddiema foqra, u fir-rigward tal-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal.
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 12
(12)  Ir-riformi strutturali tal-UE u tal-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu effettivament għat-tkabbri u l-impjieg jekk isaħħu l-kompetittività tal-UE fl-ekonomija globali, jiftħu opportunitajiet ġodda għall-esportaturi Ewropej u jipprovdu aċċess kompetittiv għall-importazzjonijiet vitali. Għalhekk ir-riformi għandhom iqisu l-implikazzjonijiet tal-kompetittività esterna biex iwasslu għal tkabbir Ewropew u l-parteċipazzjoni f'swieq miftuħa u ekwi fid-dinja kollha.
(12)  Ir-riformi strutturali tal-UE u tal-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu effettivament għat-tkabbr kwalitattiv u għall-impjiegita' kwalità jekk jirreaġixxu b'mod adegwat għall-kriżi ekonomika u finanzjarja kontinwa biex b'hekk isaħħu l-kompetittività tal-UE fl-ekonomija globali, jiftħu opportunitajiet ġodda għall-esportaturi Ewropej u jipprovdu aċċess kompetittiv għall-importazzjonijiet vitali. Għalhekk ir-riformi għandhom iqisu l-implikazzjonijiet tal-kompetittività esterna biex iwasslu għal tkabbir fl-Unjoni Ewropea u l-parteċipazzjoni f'swieq miftuħa u ekwi fid-dinja kollha, bl-UE li tfittex superviżjoni globali ta' parteċipanti li għandhom influwenza sinifikanti fuq l-impjiegi, il-mobbiltà tax-xogħol u l-prodotti finanzjarji soċjali bħall-pensjonijiet.
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13
(13)  L-istrateġija Ewropa 2020 għandha tkun mirfuda b'għadd ta' politiki integrati, li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw bi sħiħ u bl-istess pass, sabiex jinkisbu l-effetti kollaterali pożittivi ta' riformi strutturali kkoordinati.
(13)  L-istrateġija Ewropa 2020 għandha tkun mirfuda b'għadd ta' politiki integrati, li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw b'mod effettiv, billi jqisu kif jixraq is-sitwazzjonijiet domestiċi tagħhom u d-diffikultajiet partikolari tagħhom, sabiex jinkisbu l-effetti kollaterali pożittivi ta' riformi strutturali kkoordinati. Għandha tkun żgurata l-koerenza bejn l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri fl-oqsma tal-ekonomija, tal-impjiegi u soċjali.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13 a (ġdida)
(13a)  Il-ħolqien ta' kundizzjonijiet għan-nisa u l-bniet biex jidħlu fis-setturi fejn in-nisa mhumiex rappreżentati tajjeb u biex jingħelbu l-isterjotipi li għadhom jiddominaw fil-professjonijiet hu importanti biex jiġu żgurati kemm l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-provvista tas-suq tax-xogħol. Il-politiki u l-miżuri kollha fil-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 għalhekk għandhom jippromwovu bil-qawwa l-opportunitajiet indaqs u l-ugwaljanza bejn is-sessi u għandhom ikunu speċifiċi għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ġeneru. Dan jinkludi inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tad-drittijiet tan-nisa u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra n-nisa. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom ikunu riveduti bil-ħsieb li jiġu aboliti l-elementi li jiġġeneraw l-inugwaljanzi. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom jissaħħew fejn in-nisa huma rappreżentati f'ammonti kbar. Il-kwistjoni tal-impjieg part-time involontarju għandha tiġi indirizzata. L-ugwaljanza bejn is-sessi fit-taħriġ u l-edukazzjoni għandha tissaħħaħ. Sal-2020 id-distakk tal-pagi għandu jitnaqqas għal 0-5 %. Forniment akbar ta' servizzi ta' kura aktar aċċessibbli, bi prezzijiet raġonevoli, flessibbli u ta' kwalità għolja għal kulħadd, b'mod partikolari l-aċċess għal faċilitajiet ta' kura tat-tfal huwa mod importanti biex jiġi ffaċilitat u promoss il-proċess lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi.
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13 b (ġdida)
(13b)  L-Istati Membri għandhom iqisu l-istrateġija Ewropa 2020, u b'mod partikolari, l-aspetti tal-impjiegi u dawk soċjali, huma u jipprogrammaw u jimplimentaw il-finanzjament tal-UE, inlkuż dak mill-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għal-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni. L-importanza hija enfasizzata mill-ħtieġa għal iktar użu tas-sinerġiji u l-komplementaritajiet tad-diversi strumenti finanzjarji disponibbli sabiex jintlaħqu l-miri kumplessi tal-Istrateġija tal-UE 2020 għal tkabbir intelliġenti, inklussiv u ekoloġiku u biex ikun hemm appoġġ iktar effettiv għall-mikroreġjuni l-iktar żvantaġġati u l-gruppi l-iktar vulnerabbli li jaffaċċjaw żvantaġġi multidimensjonali kumplessi. L-użu tal-finanzjament Ewropew huwa li jnaqqas in-numru ta' ostakli burokratiċi u li jiffaċilita l-miżuri ta' terminu twil.
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 13 c (ġdida)
(13c)  Filwaqt li jibnu fuq l-importanza tal-politika ta' koeżjoni bħala sostenn tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, jappoġġaw ir-reġjuni biex jegħlbu d-diffikultajiet soċjoekonomiċi tagħhom u jnaqqsu d-disparitajiet, kif ukoll jakkomodaw l-ispeċifiċitajiet reġjonali, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex jirranġaw, jikkomplementaw, jikkoordinaw u jaġġustaw il-miri nazzjonali tagħhom internament u bejniethom, b'tali mod li jnaqqsu l-iżbilanċi tal-iżvilupp ekonomiku bejn ir-reġjuni.
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 14
(14)  Filwaqt li dawn il-linji gwida huma indirizzati lejn l-Istati Membri, l-istrateġija Ewropa 2020 għandha tiġi implimentata bi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, bl-assoċjazzjoni mill-qrib tal-parlamenti, kif ukoll imsieħba soċjali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, li għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil tal-programmi ta' riforma nazzjonali, għall-implimentazzjoni tagħhom u għall-komunikazzjoni ġenerali dwar l-istrateġija.
(14)  Filwaqt li dawn il-linji gwida huma indirizzati lejn l-Istati Membri, l-istrateġija Ewropa 2020 għandha tiġi implimentata bi sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kollha, bl-assoċjazzjoni mill-qrib tal-parlamenti, kif ukoll imsieħba soċjali u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, li għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil tal-programmi ta' riforma nazzjonali, għall-implimentazzjoni tagħhom u għall-komunikazzjoni ġenerali dwar l-istrateġija, peress li l-politika soċjali għandha tirrispondi għaċ-ċirkustanzi u l-preferenzi lokali.
Emenda 22
Premessa 14 a (ġdida)
(14a)  Sabiex jiġi żgurat li l-linji gwida tal-politika tax-xogħol jiġu implimentati fl-Istati Membri, il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni għandu jitjieb minħabba li l-impatt tiegħu fl-Istati Membri huwa żgħir wisq.
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 15
(15)  L-istrateġija Ewropa 2020 hija mirfuda minn grupp iżgħar ta' linji gwida, li jissostitwixxi l-grupp preċedenti ta' 24 u li jindirizza kwistjonijiet ta' impjieg u politika ekonomika ġenerali b'mod koerenti. Il-linji gwida għall-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri, annessi ma' din id-Deċiżjoni, huma marbutin b'mod intrinsiku mal-linji gwida għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni, annessi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill […] ta' […]. Flimkien, jiffurmaw il-“Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020”.
(15)  L-istrateġija Ewropa 2020 hija mirfuda minn grupp ta' linji gwida, li jissostitwixxi l-grupp preċedenti ta' 24 u li jindirizza kwistjonijiet ta' impjieg, il-konsolidazzjoni tal-koeżjoni soċjali, u politika ekonomika ġenerali b'mod koerenti. Il-linji gwida għall-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri, annessi ma' din id-Deċiżjoni, huma marbutin b'mod intrinsiku mal-linji gwida għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni, annessi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill […] ta' […]. Flimkien, jiffurmaw il-“Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020”.
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 16
(16)  Dawn il-linji gwida integrati ġodda jirriflettu l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Huma jagħtu direzzjoni preċiża lill-Istati Membri fid-definizzjoni tal-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom u fl-implimentazzjoni tar-riformi, jirriflettu l-interdipendenza u huma konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Dawn il-linji gwida għandhom jiffurmaw il-bażi għal kwalunkwe rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li l-Kunsill jista' jindirizza lill-Istati Membri. Għandhom ikunu wkoll il-bażi għall-istabbiliment tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjieg li jintbagħat kull sena mill-Kunsill u l-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew.
(16)  Dawn il-linji gwida integrati ġodda jirriflettu l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Huma jagħtu direzzjoni preċiża lill-Istati Membri fid-definizzjoni tal-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom u fl-implimentazzjoni tar-riformi, jirriflettu l-interdipendenza u huma konformi mal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. Dawn il-linji gwida għandhom jiffurmaw il-bażi għal kwalunkwe rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li l-Kunsill jista' jindirizza lill-Istati Membrib' kont meħud tal-punti differenti ta' tluq tal-Istati Membri. Għandhom ikunu wkoll il-bażi għall-istabbiliment tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjieg li jintbagħat kull sena mill-Kunsill u l-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew.
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 16 a (ġdida)
(16a)  Il-miri ewlenin elenkati taħt il-linji gwida relevanti għandhom jiggwidaw lill-Istati Membri fl-iffissar tal-miri u s-sottomiri nazzjonali tagħhom stess, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward taż-żieda tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-qgħad fost il-gruppi l-aktar vulnerabbli, inklużi ż-żgħażagħ, fir-rigward taż-żieda fil-livell tal-edukazzjoni u t-tnaqqis tar-rati ta' persuni li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien, u fir-rigward tal-ħruġ tal-persuni mill-faqar. Il-progress favur il-kisba tal-miri u s-sottomiri għandu jiġi ssorveljat mill-qrib u vvalutat mal-objettivi tal-Ewropa 2020 u, jekk ikun xieraq, għandhom jiġu stabbiliti miri u sottomiri riveduti jew addizzjonali waqt ir-reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi.
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17
(17)  Għalkemm dawn iridu jitfasslu kull sena, dawn il-linji gwida għandhom jibqgħu stabbli sal-2014 biex tiġi żgurata attenzjoni fuq l-implimentazzjoni,
(17)  Dawn il-linji gwida fil-biċċa l-kbira tagħhom għandhom jibqgħu stabbli sal-2020, biex ikun żgurat li l-kisba tal-objettivi stabbiliti fihom tkun tista' tiġi evalwata b'mod xieraq. Kull tliet snin għandha ssir evalwazzjoni tal-objettivi miksuba.
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 17 a (ġdida)
(17a)  Sadattant, il-miżuri meħuda u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu analizzati xjentifikament u jiġu riveduti b'mod kritiku.
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2
Il-linji gwida fl-Anness għandhom jiġu kkunsidrati fil-politika tal-impjieg tal-Istati Membri, u għandhom isiru rapporti dwarhom fil-programmi ta' riforma nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ifasslu programmi ta' riforma konsistenti mal-miri stabbiliti fil-“Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020”.
Il-linji gwida fl-Anness u l-programmi ta' riforma nazzjonali għandhom jiġu implimentati fil-politika tal-impjieg tal-Istati Membri. L-impjieg u l-impatt soċjali tal-programmi ta' riforma nazzjonali, li għandhom ikunu konsistenti mal-miri stabbiliti f'dawk il-Linji Gwida, iridu jiġu mmonitorjati bir-reqqa.
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 a (ġdid)
Artikolu 2a
Huma u jfasslu u jimplimentaw il-programmi nazzjonali tagħhom ta' riforma b' kont meħud tal-linji gwida tal-Anness, l-Istati Membri għandhom jiżguraw governanza effikaċi tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali. Il-persuni interessati, inklużi dawk fil-livelli reġjonali u lokali u anke dawk milquta mill-aspetti differenti tal-istrateġija Ewropa 2020, il-korpi parlamentari u s-sħab soċjali għandhom ikunu involuti mill-qrib matul it-tfassil u l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' dawk il-programmi, inkluż fid-definizzjoni tal-miri u tal-indikaturi.
Il-miri ewlenin tal-UE, kif stipulati fl-Anness, għandhom ikunu segwiti b'sottomiri u indikaturi adegwati, inklużi indikaturi tal-eżitu u tar-riżultati, kif ukoll miri, indikaturi u tabelli nazzjonali. L-Istati Membri għandhom iqisu dawk il-miri u indikaturi, flimkien mal-linji gwida u kwalunkwe rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż li jindirizzalhom il-Kunsill.
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt, f'termini soċjali u tal-impjiegi, tar-riformi implimentati skont il-programmi nazzjonali ta' riforma rispettivi tagħhom.
Meta jirrapportaw dwar l-applikazzjoni tal-linji gwida fl-Anness, l-Istati Membri għandhom isegwu l-istruttura li għandha tiġi maqbula fil-livell tal-Unjoni u għandhom jinkludu l-istess elementi biex jiżguraw iċ-ċarezza, it-trasparenza u l-komparabbiltà bejn l-Istati Membri.
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 7 – titolu
Linja-gwida 7: Iż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u tnaqqis fil-qgħad strutturali
Linja-gwida 7: Ħolqien ta' iżjed impjieġi u aħjar, u tnaqqis fil-qgħad u żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol sa 75% tal-popolazzjoni attiva
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 7 – paragrafu - 1 (ġdid)
L-Istati membri għandhom jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom biex iżidu r-rata tal-impjiegi għan-nisa u l-irġiel sa 75% sal-2020, bil-għan li jiksbu okkupazzjoni sħiħa, speċjalment bil-parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol miż-żgħażagħ, ħaddiema anzjani, ħaddiema b'kapaċitajiet baxxi, persuni b'diżabbiltajiet, il-minoranzi, b'mod partikolari r-Roma, u b'iktar integrazzjoni tal-migranti legali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ifasslu l-miri nazzjonali tagħhom b'tali mod li jkabbru għal 90% s-sehem tan-nisa u l-irġiel bejn il-15 u l-24 li jkollhom impjieg jew ikunu fl-edukazzjoni.
L-Istati Membri għandhom iżidu r-rata tal-impjiegi sal-2014 b'10%, billi jiffokaw fuq dawn il-gruppi partikolari:
- żgħażagħ bejn il-15 u l-25 sena;
- ħaddiema ikbar ta' bejn il-50 u l-64 sena;
- nisa;
- ħaddiema bla kapaċitajiet;
- persuni b'diżabbiltà ;
- persuni bi sfond ta' migrazzjoni;
Ir-rata ta' persuni li ilhom qiegħda għandha tonqos b'10%.
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 7 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jintegraw il-prinċipji ta' flessikurtà approvati mil-Kunsill Ewropew fil-politiki tas-suq tax-xogħol tagħhom u japplikawhom, biex b'hekk jagħmlu użu sħiħ mill-appoġġ tal-Fond Soċjali Ewropew bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u biex jegħlbu s-segmentazzjoni u l-inattività, l-inguwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li jnaqqsu l-qgħad strutturali. Miżuri biex jtejbu l-flessibbiltà u s-sigurtà għandhom ikunu kemm bilanċjati kif ukoll ta' tisħiħ reċiproku. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jintroduċu taħlita ta' kuntratti flessibbli u affidabli ta' impjieg, politiki attivi tas-suq tax-xogħol, tagħlim tul il-ħajja effettiv, politiki għall-promozzjoni tal-mobbiltà fix-xogħol, u sistemi ta' sigurtà soċjali adegwati biex jiġu żgurati tranżizzjonijiet professjonali akkumpanjati minn drittijiet u responsabbiltajiet ċari sabiex in-nies qiegħda jfittxu x-xogħol b'mod attiv.
Biex jilħqu din il-mira, l-Istati Membri għandhom irawmu t-tkabbir u b'hekk joħolqu impjiegi ġodda, iżidu l-potenzjal tal-innovazzjoni fl-ekonomija, b'mod speċjali tal-SMEs u jeħilsu lill-industrija minn kull xkiel amministrattiv u mhux tariffarju. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ukoll jiżviluppaw strumenti regolatorji u ta' appoġġ li jikkunsidraw il-pluralità tan-negozju sabiex il-forom kollha ta' kumpaniji jkollhom kundizzjonijiet ekwivalenti fir-rigward tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-promozzjoni. Biex jittejjeb l-aċċess tan-nisa u taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-faċilitajiet adegwati ta' kura tat-tfal, billi qabelxejn jitqiesu l-isfidi demografiċi, sabiex kull wild li jkun iżgħar mill-età tal-iskola ikun jista' jitqiegħed f'post tal-kura barra l-familja, u ż-żgħażagħ kollha jingħatalhom impjieg reali jew post tat-taħriġ jew ta' edukazzjoni ulterjuri fi żmien erba' xhur mindu jkunu temmu l-edukazzjoni tagħhom, b'koperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali. In-nies qiegħda fit-tul għandhom jirċievu offerti ta' miżuri ta' impjegabbiltà li għalihom il-miri kwantitattivi għandhom jiġu stabbiliti sabiex isaħħu l-politiki preventivi tas-suq tax-xogħol. Għalhekk, tal-inqas 25% ta' dawk qiegħda fit-tul għandhom jipparteċipaw f'miżura ta' suq tax-xogħol attiv fil-forma ta' taħriġ avvanzat, edukazzjoni u/jew t-trasferiment għal impjieg ġdid.
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 7 – paragrafu 2
L-Istati Membri għandhom iżidu d-djalogu soċjali u jindirizzaw is-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol b'miżuri indirizzati lejn l-impjieg temporanju u prekarju, rata baxxa ta' impjieg u xogħol mhux iddikjarat. Il-mobbiltà professjonali għandha tiġi ppremjata. Il-kwalità tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tal-impjieg għandhom ikunu indirizzati permezz tal-ġlieda kontra l-pagi baxxi u billi tiġi żgurata sigurtà soċjali adegwata għal dawk li għandhom kuntratti fissi kif ukoll għal min jaħdem għal rasu. Is-servizzi tal-impjieg għandhom ikunu imsaħħa u miftuħin għal kulħadd, inkluż iż-żgħażagħ u dawk li jinsabu mhedda mill-qgħad b'servizzi personalizzati mmirati lejn dawk l-iktar imbegħdin mis-suq tax-xogħol.
L-Istati Membri b'koperazzjoni mal-imsieħba soċjali għandhom iżidu r-rata tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol permezz ta' miżuri ta' attivazzjoni, partikolarment għaż-żgħażagħ, għal dawk b'kapaċitajiet baxxi u għal nies li jirrikjedu protezzjoni u/jew appoġġ, permezz tal-għoti ta' pariri u taħriġ professjonali adattat għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jissalvagwardjaw u jsaħħu t-trattament ugwali u l-paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post tax-xogħol kif stabbilit fl-Artikoli 18 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-kwalità tal-impjieg għandha wkoll tiġi ttrattata billi jitnaqqas l-għadd ta' ħaddiema foqra. Barra minn hekk, permezz ta' programmi adewati, l-Istati Membri għandhom ikabbru l-impjegabbiltà tal-migranti legali. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm programmi innovattivi u sforzi kontinwi li jerġgħu jintegraw lill-persuni b'diżabbiltà fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' xogħlijiet sussidjati. L-Istati Membri għandhom iwarrbu l-ostakli li jtaqqlu d-dħul fis-suq tax-xogħol għal min ikun dieħel fih għall-ewwel darba, jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi, iġibu “l quddiem l-innovazzjoni soċjali u jtejbu l-kwalità u l-effikaċja tas-servizzi tar-reklamar tal-impjiegi, inklui dawk tal-uffiċċji tal-impjiegi. Iċ-ċentri tax-xogħol iridu jipprovdu programmi ta' taħriġ u ta' konsulenza b'mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, kif ukoll l-aċċess għal internet b'veloċità għolja għal dawk li qed ifittxu xogħol, speċjalment l-anzjani, il-migranti legali, il-minoranzi etniċi u l-persuni b'diżabilitajiet, sabiex it-tiftix tal-impjieg jitħaffef bl-aħjar mod possibbli. Forom individwali u kollettivi ta' impjieg għal dawk li jaħdmu għal rashom permezz intrapriżi tal-ekonomija soċjali għandhom ikunu appoġġjati f'dan il-kuntest. Għandhom jittieħdu miżuri soċjali kontra d-dominanza ta' nisa f'xogħlijiet li jħallsu ftit u l-impjieg ta' nisa f'karigi maniġerjali għandu jkun promoss b'mod aktar effettiv sabiex tiġi evitata s-segmentazzjoni skont il-ġens speċifiku tas-suq tax-xogħol. B'mod partikolari, ir-regoli dwar ix-xogħol għandhom jiġu aġġustati sabiex jippermettu proċess ta' impjieg li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-kumpatibilità tal-ħajja tal-familja max-xogħol, kif ukoll tranżizzjoni aktar flessibbli mill-ħajja tax-xogħol għall-irtirar. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-involviment tal-missirijiet biex jieħdu ħsieb lit-tfal, u jirrevedu s-sistemi tat-taxxa tagħhom sabiex is-sistemi jinċentivaw l-impjieg. Strateġiji interni u esterni tal-flessikurtà biex ikabbru l-flessibbiltà f'ġieħ reazzjoni iktar effiċjenti għaċ-ċikli tal-produzzjoni, għandhom jiġu applikati aħjar permezz ta' politika attiva tax-xogħol u ta' sistemi soċjali adegwati li jkunu disponibbli għal ħaddiema taħt kull forma ta' impjieg, sabiex il-bdil tal-impjieg ma jwassalx għal piżijiet finanzjarji sproporzjonati. Għandu jiġi enfasizzat li l-flessibbiltà mingħajr is-sigurtà soċjali mhix mod sostenibbli ta' kif jiżdiedu l-impjiegi. Dawn l-istrateġiji għandhom ikunu kkompletati b'impenn mhux ambigwu favur l-irfid attiv tat-tiftix għax-xogħol. Forom ġodda ta' organizzazzjoni tax-xogħol, bħal xogħol temporanju atipiku, xogħol part-time u t-teleworking, jew il-mobilità tal-ħaddiema ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis fid-drittijiet tax-xogħol individwali u kollettivi u mill-protezzjoni soċjali għall-persuni konċernati. Għandu jiġi żgurat li mhumiex maħluqa forom ġodda ta' impjiegi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-kuntratti (full time, permanenti) regolari. Għandhom ukoll isiru sforzi biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat permezz ta' miżuri effettivi ta' sorveljanza u implimentazzjoni tad-drittijiet tax-xogħol. Ix-xogħol deċenti kif promoss mill-ILO u ”x-xogħol tajjeb' bħala prinċipji ta' gwida għandhom jgħoddu kemm għall-ħolqien tax-xogħol u kemm għall-integrazzjoni tas-suq tax-xogħol. Fit-tkabbir tal-funzjonament u l-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom irawmu s-sħubija soċjali u jinvolvu b'mod attiv lill-imsieħba soċjali fl-elaborazzjoni tal-politika nazzjonali u għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom, skont liġijiet u prattiki nazzjonali, biex jikkonkludu u jinfurzaw il-ftehimiet kollettivi.
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 7 – paragrafu - 2a (ġdid)
Hija ta' importanza primarja li jinħolqu impjiegi ta' kwalità għolja li huma meħtieġa wkoll fuq medda itwal ta' żmien u li għandhom ħafna valur miżjud. Għaldaqstant, huwa vitali li l-politiki tal-edukazzjoni u tal-impjieg għandhom jappoġġjaw bidliet fl-istruttura ekonomika. Bħala regola, ix-xogħlijiet li ntilfu matul il-kriżi ekonomika mhumiex se jerġgħu jinħolqu bl-istess numri fl-istess setturi bħal ma kienu qabel. Għalhekk, is-sistema edukattiva għandha tirreaġixxi b'mod flessibbli għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li jakkumpanjaw struttura ekonomika ġdida. Il-politika tal-impjieg għandha tiżgura li l-ħaddiema jkunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni bl-aktar mod faċli possibbli, kemm bejn is-setturi tal-ekonomija kif ukoll bejn l-istati differenti tas-suq tal-impjieg. Għalhekk, huwa aktar neċessarju minn qatt qabel li l-għanijiet fuq medda twila ta' żmien jittieħdu bħala punt ta' bidu u li tingħata aktar attenzjoni lill-miżuri kkoordinati fil-politiki tal-intrapriża, l-edukazzjoni u l-impjieg.
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 7 – paragrafu 3
Sabiex tiżdied il-kompetittività u jiżdiedu l-livelli ta' parteċipazzjoni, b'mod partikolari għal dawk b'kapaċitajiet baxxi, u skont il-linja gwida ta' politka ekonomika 2, l-Istati Membri għandhom jirrevedu s-sistemi ta' taxxa u benefiċċji u l-kapaċità tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu l-appoġġ neċessarju. L-Istati Membri għandhom iżidu l-parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol permezz ta' politiki li jippromwovu t-tixjieħ attiv, l-ugwaljanza bejn is-sessi, pagi ndaqs u integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ, il-persuni b'diżabbiltà, migranti legali u gruppi vulnerabbli oħra. Politiki ta' konċiljazzjoni bejn il-ħajja familjari u dik professjonali b'dispożizzjoni ta' kura aċċessibbli u innovazzjoni fl-organizzazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu diretti biex iżidu r-rati ta' impjieg, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ, ħaddiema ikbar fl-età u nisa, b'mod partikolari biex jinżammu n-nisa b'kapaċitajiet avvanzati fl-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi. L-Istati Membri għandhom ineħħu wkoll l-ostakli għad-dħul fis-suq tax-xogħol għal min ikun ġdid, jappoġġjaw l-impjieg ta' min jaħdem għal rasu u l-ħolqien tal-impjiegi f'oqsma inkluż l-impjieg ekoloġiku u l-kura u jippromwovu l-innovazzjoni soċjali.
F'dan il-kuntest, ir-riżorsi tal-Fond Soċjali Ewropew għandhom jintużaw b'mod sħiħ biex tiżdied l-impjegabbiltà u l-kwalità ta' mpjieg ma' miżuri għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet personali u għall-qadi ta' rekwiżiti ta' kwalità f'impjiegi seminali. Sabiex tiġi promossa l-mobbiltà fl-impjiegi, jeħtieġ li l-Istati Membri jtejbu l-attrattività tal-mobbiltà fl-Unjoni Ewropea billi jipprovdu inċentivi. Biex dawn jinkisbu, għandhom jiġu eżaminati ir-regoli tal-kisba ta' sussidji mill-Fond Soċjali Ewropew u fejn hu possibbli jiġu simplifikati. Il-baġits nazzjonali u l-baġit ġenerali tal-UE, inklużi l-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond Ewropew ta' Globalizzazzjoni, għandhom ikunu kkordinati u diretti biex jippreparaw il-forza tax-xogħol għal ekonomija sostenibbli. B'dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jippubblikaw informazzjoni dwar dawn il-fondi u l-kundizzjonijiet ta' użu.
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 7 – paragrafu - 3 a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-faċilità Ewropea ta' mikrofinanzjament bħala eżempju ta' kif jiġu kkombinati miżuri ekonomiċi u soċjali biex tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u tal-impjieg.
Il-faċilitajiet Ewropej u Nazzjonali ta' mikrofinanzjament għandhom ikunu akkumpanjati minn programmi ta' taħriġ speċifiku u programmi ta' konsulenza u skemi ta' benefiċċji soċjali li jiżguraw dħul minimu fl-ewwel sena wara l-ftuħ tan-negozju biex l-intraprenditorija tkun għażla reali.
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Anness - Linja Gwida 7 - paragrafu 3 b (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jinvestu wkoll f'servizzi soċjali ta' interess ġenerali inklużi s-servizzi tal-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni li għandhom jiġu ffinanzjati b'mod suffiċjenti.
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 7 – paragrafu 4
Il-mira ewlenija tal-UE, abbażi ta' liema Stati Membri se jistabbilixxu miri nazzjonali, hija li sal-2020 jintlaħaq 75% tar-rata ta' impjieg għan-nisa u l-irġiel bejn 20-64 inkluż permezz ta' parteċipazzjoni ikbar taż-żgħażagħ, ħaddiema ikbar fl-età u ħaddiema b'kapaċitajiet baxxi u integrazzjoni mtejba tal-migranti legali.
imħassar
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 – titolu
Linja-gwida 8: L-iżvilupp ta' forza tax-xogħol b'kapaċitajiet li jirreflettu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, il-promozzjoni tal-kwalità tal-impjieg u tagħlim tul il-ħajja
Linja-gwida 8: Il-promozzjoni tal-kwalità tal-impjieg u tagħlim tul il-ħajja, it-tisħiħ tax-xogħol deċenti u l-iżvilupp ta' forza tax-xogħol bil-kapaċitajiet
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 8 – paragrafu - 1 (ġdid)
L-Istati Membri se jistabbilixxu bħalamira nazzjonali t-tnaqqis tar-rata ta' persuni li joħorġu mill-iskola qabel iż-żmien għal 10% sal-2010, filwaqt li jiżdied is-sehem tal-popolazzjoni ta' bejn 30-34 li tkun temmet l-edukazzjoni terzjarja jew edukazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas 40%.
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 8 – paragrafu 1
L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-produttività u l-impjegabbiltà permezz ta' provvista adegwata ta' għarfien u kapaċitajiet li jissodisfaw id-domanda attwali u futura tas-suq tax-xogħol. Edukazzjoni inizjali ta' kwalità u taħriġ vokazzjonali attraenti għandhom ikunu kumplimentati b'inċentivi effettivi għat-tagħlim tul il-ħajja, opportunijiet għal bidu mill-ġdid, sabiex jiġi żgurat li kull adult ikun jista' javvanza pass ieħor fil-kwalifi tiegħu, u permezz ta' migrazzjoni mmirata u politiki ta' integrazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw sistemi għall-għarfien ta' kompetenzi akkwistati, jeliminaw l-ostakli għall-mobbiltà okkupazzjonali u ġeografika tal-ħaddiema, jippromwovu l-kisba ta' kompetenzi transversali u l-kreattività, u jiffokaw l-isforzi tagħhom b'mod partikolari fuq appoġġ għal persuni b'kapaċitajiet baxxi u jżidu l-impjegabbiltà ta' ħaddiem ikbar fl-età, filwaqt li jsaħħu t-taħriġ, il-kapaċitajiet u l-esperjenza ta' ħaddiema b'kapaċitajiet avvanzati, inkluż ir-riċerkaturi.
Id-dispożizzjoni ta' edukazzjoni inizjali ta' kwalità għolja u taħriġ vokazzjonali attraenti li jgħin lil ħaddiema jadattaw il-kapaċitajiet tagħhom għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol huma prijoritajiet għolja għall-Istati Membri. Dawn għandhom ikunu kkompletati b'opportunitajiet għal bidu mill-ġdid għaż-żgħażagħ, b' mod partikolari dawk ta' bejn il-25 u l-35 sena li jinkludu offerta obbligatorja ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u b'inċentivi effettivi għat-tagħlim tul il-ħajja, billi l-imsieħba soċjali jiġu msejħa biex jipprovdu l-ħin u biex jappoġġjaw b'mod finanzjarju t-taħriġ vokazzjonali. B'mod partikolari, l-Istati Membri jimpenjaw irwieħhom li jnaqqsu l-għadd ta' dawk li jħallu l-iskola qabel il-waqt għal anqas minn 10%, u li jikkompletaw il-politika tal-migrazzjoni u tal-integrazzjoni b'faċilitajiet tat-tagħlim tal-lingwi u dwar is-soċjetà. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżviluppaw sistemi għall-għarfien ta' ħiliet u kompetenzi akkwistati.
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 8 – paragrafu 2
F'kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali u n-negozji, l-Istati Membri għandhom itejbu l-aċċess għat-taħriġ, isaħħu l-edukazzjoni u l-orjentament professjonali flimkien ma' informazzjoni sistematika dwar opportunitajiet ġodda ta' impjieg disponibbli, il-promozzjoni tal-ispirtu intraprenditorjali u antiċipazzjoni msaħħa tal-ħtiġijiet ta' kapaċitajiet. Investiment fl-iżvilupp ta' riżorsi umani, avvanz fil-kapaċitajiet u l-parteċipazzjoni fi skemi ta' tagħlim tul il-ħajja għandhom jiġu promossi permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji konġunti minn gvernijiet, individwi u min iħaddem. L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali, bil-għan li għatu appoġġ liż-żgħażagħ u b'mod partikolari dawk li m'għandhom impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, għandhom iwaqqfu skemi biex jgħinu lil gradwati reċenti jsibu l-ewwel imjieg jew ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u opportunitajiet ta' taħriġ, inkluż apprendistat, u jintervjenu malajr meta ż-żgħażagħ jitilfu l-impjieg. Monitoraġġ regolari tal-prestazzjoni ta' avvanz fil-kapaċitajiet u politiki ta' antiċipazzjoni għandu jgħin biex jiġu identifikati oqsma għat-titjib u biex tiżdied ir-reazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Il-fondi tal-UE għandhom jiġu mmobilizzati mill-Istati Membri sabiex jingħata appoġġ għal dawn l-għanijiet.
F'kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali u man-negozji, l-Istati Membri għandhom itejbu l-aċċess għat-taħriġ, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, isaħħu l-edukazzjoni u l-orjentament professjonali flimkien ma' informazzjoni sistematika u miżuri xierqa biex jippromwovu opportunitajiet ġodda ta' impjieg disponibbli, l-ispirtu intraprenditorjali, l-iżvilupp tal-SMEs u jsaħħu l-antiċipazzjoni tar-rekwiżiti ta' kwalità. L-iżvilupp ta' riżorsi umani, kwalifiki ogħla u taħriġ għandu jiġi ffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji konġunti minn min iħaddem u mill-gvernijiet. Jeħtieġ li jibqgħu miftuħin f'kull waqt l-aċċess għal edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali ta' kwalità għolja u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-sistema edukattiva ta' dawk li jkunu telqu mill-iskola qabel iż-żmien. L-Istati Membri għandhom jallinjaw l-investimenti fis-sistema edukattiva b'tali mod li tintlaħaq il-mira li jerfgħu l-livell ta' kapaċitajiet tal-popolazzjoni li taħdem, filwaqt li jiġi kkunsidrat it-tagħlim f'kuntesti informali u mhux formali. F'dan kollu, ir-riformi, speċjalment fir-rigward tal-impjegabbiltà, għandhom jimmiraw li, permezz ta' taħriġ ulterjuri jew għarfien fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), jiżguraw il-ksib tal-ħiliet tal-qofol li kull impjegat għandu bżonn biex ikollu suċċess f'soċjetà msejsa fuq l-għarfien. Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u l-għalliema ssir ir-regola. L-Istati Membri għandhom itejbu l-ftuħ u r-relevanza tas-sistemi edukattivi ġenerali u vokazzjonali u tat-taħriġ mhux vokazzjonali għall-etajiet kollha, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali li jippermettu direzzjonijiet flessibbli ta' tagħlim u bl-iżvilupp ta' sħubijiet bejn organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali u d-dinja tax-xogħol, inklużi l-apprendistati mħallsa, biex ikabbru l-proporzjon ta' kwalifiki akkademiċi u vokazzjonali ta' livell ogħla.
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 8 – paragrafu - 2a (ġdid)
Monitoraġġ regolari tal-prestazzjoni ta' avvanz fil-kapaċitajiet u politiki ta' antiċipazzjoni għandu jgħin biex jiġu identifikati oqsma għat-titjib u biex tiżdied ir-reazzjoni tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Il-fondi tal-UE għandhom jiġu mmobilizzati mill-Istati Membri sabiex jingħata appoġġ għal dawn l-għanijiet.
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 8 a (ġdid)
Linja-gwida 8a: It-tisħiħ tal-politika ta' koeżjoni soċjali u ekonomika b'appoġġ għall-impjiegi
L-Istati Membri jikkommettu rwieħhom li jirranġaw, jikkomplementaw, jikkoordinaw u jaġġustaw il-miri nazzjonali tagħhom, fil-livell nazzjonali u bejniethom, b'tali mod li jnaqqsu l-iżbilanċi fl-iżvilupp ekonomiku bejn ir-reġjuni.
L-Istati Membri huma konxji li l-politika ta' koeżjoni tirrappreżenta strument effikaċi li tappoġġa, imma mhux b'mod subordinat, il-linji gwida billi takkomoda speċifiċitajiet reġjonali, tgħin lir-reġjuni jegħlbu d-diffikultajiet soċjoekonomiċi tagħhom u tnaqqas id-disparitajiet.
Approċċ integrat, governanza fuq diversi livelli u prinċipji ta' sħubija għandhom ikunu l-qofol tal-governanza u tat-twassil tal-istrateġija, filwaqt li l-livelli reġjonali u lokali b'mod partikolari għandu jkollhom rwol kruċjali bħala vetturi biex jilħqu l-atturi ekonomiċi u soċjali innumerevoli li jgħixu u jipproduċu fl-Unjoni, b'mod partikulari l-SMEs, speċjalment dawk li jifformaw parti mill-ekonomija soċjali.
Għaldaqstant, il-politika ta' koeżjoni mhijiex biss l-għajn ta' allokazzjonijiet finanzjarji stabbli, imma wkoll strument b'saħħtu għall-iżvilupp ekonomiku, u b'hekk strument għall-impjiegi għar-reġjuni kollha tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jinvestu iktar fl-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija, tat-telekomunikazzjoni u tal-IT u jagħmlu użu sħiħ mill-Fondi Strutturali Ewropej.
Il-parteċipazzjoni ta' benefiċjarji potenzjali fi programmi kofinanzjati mill-Unjoni għandhom jitħeġġu bis-simplifikazzjoni tas-sistemi ta' twettiq.
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom joħolqu sinerġiji bejn il-politiki ta' koeżjoni tagħhom u politiki settorjali eżistenti oħra, skont approċċ integrat, minħabba li l-koeżjoni mhijiex kost, imma tagħti s-saħħa, tistfrutta potenzjal mhux utilizzat, tnaqqas differenzi strutturali bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, tespandi t-tkabbir u ttejjeb il-kompetittività tar-reġjuni tal-Unjoni f'dinja globalizzata, isservi ta' kontrobilanċ għall-effetti tal-kriżi ekonomika dinjija u tiġġenera kapital soċjali għall-Unjoni.
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 9 – titolu u paragrafu 1
Linja-gwida 9: It-titjib fil-prestazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha u ż-żieda fil-parteċipazzjoni dejjem fl-edukazzjoni terzjarja
imħassar
Sabiex jiġi żgurat aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għal kulħadd u biex jitjiebu r-riżultati edukazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinvestu b'mod effiċjenti f'sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ b'mod partikolari biex jgħollu l-livell ta' kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol tal-UE, sabiex din tkun tista' tossodisfa l-ħtiġijiet li qed jinbidlu malajr tas-swieq tax-xogħol moderni. L-azzjoni għandha tkopri s-setturi kollha (minn edukazzjoni bikrija fit-tfulija u skejjel għal edukazzjoni għolja, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, kif ukoll taħriġ għall-adulti) filwaqt li jiġi kkunsidrat it-tagħlim f'kuntesti informali u inqas formali. Ir-riformi għandhom ikunu mmirati biex tiġi żgurata l-akkwiżizzjoni tal-kompetenzi ewlenin li jeħtieġ kull individwu biex ikollu suċċess f'ekonomija bbażata fuq l-għarfien, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjegabbiltà, tagħlim addizjonali, jew kapaċitajiet tal-ICT. Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u l-għalliema ssir ir-regola. L-Istati Membri għandhom itejbu l-ftuħ u r-relevanza tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ, b'mod partikolari bl-implimentazzjoni tal-oqfsa ta' kwalifiki nazzjonali li jippermettu direzzjonoijiet flessibbli ta' tagħlim u bl-iżvilupp ta' sħubiji bejn id-dinjiet tal-edukazzjoni/taħriġ u x-xogħol. Il-professjoni tal-għalliema għandha ssir iktar attraenti. L-edukazzjoni għola għandha ssir iktar miftuħa għal studenti mhux tradizzjonali u parteċipazzjoni f'edukazzjoni terzjarja jew ekwivalenti għandha tiżdied. Bil-għan li jitnaqqas in-numru ta' żgħażagħ li mhumiex impjegati, f'edukazzjoni jew taħriġ, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iwaqqfu l-ħruġ kmieni mill-iskola.
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 9 – paragrafu 2
Il-mira ewlenija tal-UE, abbażi ta' liema Stati Membri se jistabbilixxu miri nazzjonali, hija li titnaqqas ir-rata ta' persuni li joħorġu mill-iskola qabel iż-żmien għal 10%, filwaqt li jiżdied is-sehem tal-popolazzjoni bejn 30-34 li tkun temmet l-edukazzjoni terzjarja jew edukazzjoni ekwivalenti għal mill-inqas 40% fl-2020.
imħassar
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Linja gwida 10 – titolu
Linja-gwida 10: Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar
Linja-gwida 10: Il-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni tal-inklużjoni u l-protezzjoni soċjali
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 10 – paragrafu - 1 (ġdid)
L-Istati Membri se jiddefinixxu l-miri nazzjonali tagħhom biex inaqqsu b'25% l-għadd tal-Ewropej li jgħixu taħt il-livelli nazzjonali tal-faqar, u b'hekk jerfgħu mill-faqar 20 miljun ruħ, b'mod partikolari permezz ta' miżuri ta' politika tal-impjieg u l-edukazzjoni.
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 10 – paragrafu 1
L-isforzi tal-Istati Membri biex jitnaqqas il-faqar għandhom ikunu mmirati lejn il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà u l-ekonomija u l-estensjoni tal-opportunitajiet ta' impjieg, bl-użu sħiħ tal-Fond Soċjali Ewropew. L-isforzi għandhom jiffukaw ukoll fuq l-iżgurar tal-opportunitajiet indaqs, inkluż permezz ta' aċċess għal servizzi aċċessibbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja u servizzi pubbliċ (inkluż servizzi onlajn, skont il-linja gwida 4) u b'mod partikolari l-kura tas-saħħa. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri antidiskriminatorji effettivi. Bl-istess mod, sabiex tingħeleb l-esklużjoni soċjali, tingħata s-setgħa lin-nies u tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, għandhom jissaħħu sistemi ta' ħarsien soċjali, tagħlim tul il-ħajja u politiki ta' inklużjoni attiva biex jinħolqu opportunitajiet f'stadji differenti tal-ħajja tal-persuni u biex jiġu protetti kontra r-riskju tal-esklużjoni. Sistemi ta' sigurtà soċjali u pensjoni għandhom jiġu aġġornati biex jiġi żgurata li jistgħu jintużaw bi sħiħ għall-iżgurar ta' appoġġ ta' dħul adegwat u aċċess għall-kura tas-saħħa ‐ biex b'hekk tiġi pprovduta koeżjoni soċjali - filwaqt li tiġi garantita s-sostenibbiltà finanzjarja. Sistemi ta' benefiċċju għandhom jiffukaw fuq l-iżgurar ta' sigurtà ta' dħul matul tranżizzjonijiet u t-tnaqqis tal-faqar, b'mod partikolari fost il-gruppi li jinsabu fl-ikbar riskju ta' esklużjoni soċjali, bħal familji b'ġenitur wieħed, minoritajiet, persuni b'diżabbiltà, tfal u żgħażagħ, nisa u rġiel anzjani, migranti legali u persuni bla dar. L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll b'mod attiv l-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni soċjali bl-appoġġ ta' dawk l-iktar vulnerabbli.
Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni għadha sfida vitali. Sabiex isegwu dan l-għan, jenħtieġ jinħolqu opportunitajiet ta' parteċipazzjoni jew ta' ritorn fis-suq tax-xogħol għall-gruppi soċjali kollha, irrispettivament mil-lokalità jew il-livell ta' edukazzjoni. Huwa essenzjali li jinstab bilanċ bejn il-fatt li l-persuni jingħataw sens ta' sigurtà suffiċjenti u l-fatt li dawn jippreservaw il-motivazzjoni tagħhom biex jaħdmu u jaqilgħu l-flus. Biex jilħqu din il-mira, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jitnaqqas il-faqar, inkluż il-faqar ta' dawk li għandhom impjieg, jippromwovu l-parteċipazzjoni sħiħa, b'għażla proprja tal-persuni, fil-politika, fis-soċjetà, fl-arti u fl-ekonomija u jestendu l-opportunitajiet ta' impjieg, f'liema rigward għandu jintuża l-Fond Soċjali Ewropew. L-Istati Membri hawnhekk għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-għadd dejjem jiżdied ta' ħaddiema foqra. Biex jiġu fformulati objettivi speċifiċi għall-ġlieda kontra l-faqar, wieħed għandu jagħmilha ċara kif il-faqar għandu jitkejjel. Id-definizzjoni standard li l-fatt li min jaqla' 60% tad-dħul medju jikkostitwixxi faqar għandha tiġi kkwalifikata. Il-faqar ma jistax jiġi stabbilit permezz ta' indikatur li juri aspett wieħed biss. Jeħtieġ li jkun żgurat li jiġu ppreżervati l-opportunitajiet indaqs, kif ukoll l-aċċess għal servizzi aċċessibbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja u servizzi pubbliċi (inkluż servizzi onlajn, skont il-linja gwida 4) u b'mod partikolari fl-oqsma soċjali, tal-impjiegi, tas-saħħa u tad-djar, billi jkun żgurat li jkunu disponibbli wkoll għall-gruppi vulnerabbli u dgħajfa tal-popolazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-informazzjoni verbali jew bil-miktub mogħtija mis-servizzi pubbliċi tkun ċara u kompluta u li, f'każ ta' ċaħda milli jingħata dritt, tiġi pprovduta raġuni u jissemmew il-possibilitajiet għal appell li tista' tirrikorri għalihom il-persuna kkonċernata. Il-prinċipju li ma għandhiex issir diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa bl-istess edukazzjoni u bl-istess impjieg għandu jkun legalment vinkolanti għal kull tip ta' relazzjoni ta' xogħol fl-Istati Membri. Sabiex tingħeleb l-esklużjoni soċjali, tingħata s-setgħa lin-nies biex ikollhom rwol attiv fis-soċjetà u tiġi promossa l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, jenħtieġ li jissaħħu ulterjormanet sistemi ta' ħarsien soċjali u politiki ta' inklużjoni attiva biex jinħolqu opportunitajiet u perspettivi ta' xogħol, billi jitqiesu d-diversi ħtiġijiet u responsabilitajiet fi stadji differenti tal-ħajja tal-persuni, biex jiġu protetti kontra r-riskju tal-esklużjoni u biex jingħata l-appoġġ, partikolarment lil dawk l-aktar imbegħda mis-suq tax-xogħol, lejn impjiegi ta' kwalità. Għaldaqstant, għandhom jinħolqu approċċi effiċjenti skont il-politika attiva tax-xogħol għat-taħriġ u l-ħolqien tal-impjiegi għal dawk il-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol minħabba nuqqas ta' taħriġ. Fl-istess waqt, sistemi ta' sigurtà soċjali u pensjoni għandhom jiġu aġġornati ħalli jkunu jistgħu jintużaw bis-sħiħ għall-iżgurar ta' dħul li jkun ogħla mil-limitu tal-faqar, tal-possibilità tal-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u tal-aċċess għall-kura tas-saħħa, filwaqt li għandha tiġi ppreżervata s-sostenibilità ta' dawn is-sistemi. Sistemi ta' benefiċċju għandhom jiżguraw is-sigurtà ta' dħul matul tranżizzjonijiet u jnaqqsu l-faqar, b'mod partikolari fost il-gruppi li jinsabu fl-ikbar riskju ta' esklużjoni soċjali, bħal familji b'ġenitur wieħed, minoritajiet, persuni b'diżabbiltà, tfal u żgħażagħ, nisa u rġiel anzjani, migranti legali u persuni bla dar. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikunu kommessi li jindirizzaw il-faqar tat-tfal permezz miżuri adegwati, b'tali mod li t-tfal ma jkuu ristretti fl-iżvilupp personali tagħhom u ma jkunux sottoprivileġġati meta jidħlu fil-ħajja tax-xogħol minħabba interferenzi relatati mal-faqar fl-iżvilupp lberu tagħhom. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni u anke għall-opportunitajiet indaqs għal tfal minn familji żvantaġġjati, sabiex jitħarsu milli jiġu esklużi soċjalment meta jsiru adulti. Sabiex tissaħħaħ din is-sigurtà tad-dħul fl-istadji differenti tal-ħajja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżistenza ta' dħul minimu adegwat, li l-livell ta' dan ikun mill-inqas ogħla mil-limitu tal-faqar, bir-rispett tal-prattiki differenti, tal-ftehimkollettiv u tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll b'mod attiv l-ekonomija soċjali u l-innovazzjonijiet soċjali mfassla biex jindirizzaw ir-riskji soċjali differenti li jitfaċċaw matul il-ħajja tal-persuni, b'mod speċjali fejn ikunu kkonċernati dawk l-iktar vulnerabbli, jimplimentaw effikaċement il-miżuri adottati kontra d-diskriminazzjoni. Fit-tisħiħ tas-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-effetti pożittivi li titjib fil-koeżjoni soċjali għandu fuq il-baġits nazzjonali. It-tnaqqis tal-faqar u parteċipazzjoni msaħħa jwasslu għal tnaqqis fl-infiq soċjali u għal dħul akbar mit-taxxi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standards minimi għolja għall-kwalità tal-impjiegi sabiex il-faqar jiġi eliminat fost il-persuni impjegati.
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 10 – paragrafu - 1 a (ġdid)
Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali, inklużi l-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa, għandhom jiġu msaħħa u mmodernizzati, billi jiżguraw l-adegwatezza soċjali tagħhom, is-sostenibbiltà finanzjarja u r-rispons għal ħtiġijiet li jinbidlu, filwaqt li kulħadd fl-Unjoni Ewropea jiġi pprovdut bi protezzjoni adegwata mill-insigurtajiet soċjali, bħal pereżempju problemi tas-saħħa, qgħad u faqar.
Il-protezzjoni soċjali ta' kuntratti għal terminu qasir, li jaffettwaw lin-nisa b'mod partikolari, u lin-nisa tqal b'mod iżjed partikulari, għandha tiġi mtejba mill-Istati Membri.
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Anness – Lina gwida 10 – paragrafu 2
Il-mira ewlenija tal-UE, abbażi ta' liema Stati Membri se jistabbilixxu miri nazzjonali, hija li jitnaqqas b'25% in-numru ta' Ewropej li jgħixu taħt il-linji nazzjonali ta' faqar, sabiex iktar minn 20 miljun persuna toħroġ mill-faqar.
imħassar

Id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b'mod partikolari l-każijiet ta' Sakineh Mohammadi-Ashtiani u ta' Zahra Bahrami
PDF 230kWORD 61k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, b'mod partikolari l-każijiet ta' Sakineh Mohammadi Ashtiani u Zahra Bahrami
P7_TA(2010)0310RC-B7-0494/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, partikolarment dawk li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikulari dawk tat-22 ta' Ottubru 2009(1) u tal-10 ta' Frar 2010(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew Kontra l-Piena tal-Mewt tad-9 ta' Ottubru 2009 kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-11 ta' Awwissu 2010 dwar is-sentenzi mogħtija lill-mexxejja Baha'i,

–  wara li kkunsidra l-istqarrijiet tal-14 ta' Ġunju u tas-6 ta' Lulju 2010 mill-Viċ President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-23 ta' Settembru 2009 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran u l-istqarrija tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Iran tal-4 ta' Marzu 2010,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet 62/149 u 63/168 dwar moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet fl-istennija tal-abolizzjoni tal-piena tal-mewt,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali, u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran hija firmatarja tagħhom kollha,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari tal-1963,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Iran għad għandu r-rekord dinjija xejn sabiħa li huwa l-pajjiż li jiġġustizzja l-akbar għadd ta' minorenni, u billi fis-sena 2010 weħidha ngħataw madwar 2 000 sentenza tal-mewt,

B.  billi, skont xi rapporti, fil-Ħabs Vahil Abad ta' Mashad f'dawn l-aħħar ftit ġimgħat biss ġew ġustizzjati “l fuq minn mitt priġunier fuq akkużi marbuta mad-droga, u billi madwar mija oħra qed jistennew li jiġu ġustizzjati fil-jiem li ġejjin; billi dawn l-eżekuzzjonijiet kollettivi, li barra minn hekk ġew ordnati bl-akbar segretezza, jirrappreżentaw ksur flagranti tal-liġijiet internazzjonali,

C.  billi, minkejja l-asserzjonijiet mill-ogħla membri tal-ġudikatura Iranjana, l-Iran għadu jimponi s-sentenza tat-tħaġġir għad-delitt tal-“adulterju”, bħal fil-każ ta' Sakineh Mohammadi Ashtiani, li kien enfasizzat fil-“konfessjonijiet” televizzati tagħha tal-11 ta' Awwissu 2010,

D.  billi fl-2006, Sakineh Mohammadi Ashtiani, li kienet akkużata li kellha żewġ relazzjonijiet intimi barra miż-żwieġ wara l-mewt ta' żewġha, ġiet ikkundannata fl-Iran għal piena ta' 99 sawt bil-frosta, liema sentenza ġiet eżegwita fl-istess sena,

E.  billi kienet akkużata wkoll li kienet kompliċi fil-qtil ta' żewġha u mbagħad inħelset minn din l-akkuża, qabel ma ġiet akkużata bl-adulterju waqt iż-żwieġ tagħha u kkundannata għat-tħaġġir,

F.  billi t-tħaġġir li kellu jseħħ fid-9 ta' Lulju 2010, ġie sospiż “għal raġunijiet umanitarji” mill-awtoritajiet Iranjani, wara pressjoni internazzjonali,

G.  billi s-sentenza ta' tħaġġir hija ksur ċar tal-obbligi internazzjonali tal-Iran skont l-ICCPR; billi kien biss dan l-aħħar li l-Iran, matul ir-Reviżjoni Universali Perjodika tiegħu fil-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, aċċetta li jirrispetta “l-istandards minimi” u d-dispożizzjonijiet tal-ICCPR rigward il-piena tal-mewt, sakemm jibqa' jżommha,

H.  billi Ebrahim Hammadi, ġuvni ta' 18-il sena, ingħata s-sentenza tal-mewt f'Awwissu 2010 fuq akkużi ta' sodomija li allegatament wettaqha meta kien għad għandu biss 16-il sena u abbażi ta' konfessjoni li jafferma li ġiet ottenuta bit-tortura,

I.  billi l-avukat tad-difiża fiż-żewġ każijiet, Mohammed Mostafaei, li pprova jqajjem il-kuxjenza pubblika dwar is-sitwazzjoni taż-żewġ akkużati, kellu jaħrab mill-pajjiż minħabba l-biża' li jiġi arrestat u billi aktar u aktar avukati tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi Mohammed Ali Dadkah, Mohammad Oliyifard u Mohammad Seifzadeh, u saħansitra personalitajiet prominenti bħar-rebbieħa tal-Premju Nobel Shirin Ebadi, qed jiġu kkonfrontati b'persekuzzjoni statali fil-forma ta' talbiet fiskali straordinarji u theddidiet kontra ħajjiethom u dawk tal-familja tagħhom,

J.  billi Nasrin Sotoudeh, avukat prominenti tad-drittijiet ta-bniedem li tgawdi ħafna rispett għal xogħolha favur minorenni li qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt u għad-difiża tagħha ta' priġunieri tal-kuxjenza, ġiet arrestata fl-4 ta' Settembru 2010 b'akkużi ta' “propaganda kontra l-istat” u “konfoffa u għaqda bil-għan li ssir azzjoni kontra s-sigurtà nazzjonali”,

K.  billi sena wara l-elezzjonijiet presidenzjali mbagħbsa u l-protesti tal-massa li seħħew wara, mijiet ta' dimostranti, ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet ċivili jew anke ċittadini ordinarji, bħaċ-ċittadina Olandiża Zahra Bahrami, li jiċħdu li kellhom x'jaqsmu mad-dimostrazzjonijiet għadhom fil-ħabs,

L.  billi Zahra Bahrami, li kienet ivvjaġġat lejn l-Iran biex iżżur lil qrabatha, ġiet arrestata wara l-protesti ta' Ashura fis-27 ta' Diċembru 2009 u ġġiegħlet tagħmel konfessjoni televizzata biex tammetti l-akkużi li nġiebu kontriha,

M.  billi la l-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u lanqas l-awtoritajiet Olandiżi ma ngħataw aċċess għas-Sinjura Bahrami,

N.  billi l-konfessjonijiet sfurzati, it-tortura u t-trattament ħażin tal-priġunieri, it-tiċħid mill-irqad, l-iżolament fil-ħabs, id-detenzjoni sigrieta, l-applikazzjoni ta' trattament krudili, inuman u degradanti, l-abbuż fiżiku, inkluża l-vjolenza sesswali, u l-impunità ta' aġenti tal-Istat ilkoll għadhom frekwenti fl-Iran, b'tali mod li jqajmu dubji serji dwar il-ġustizzja u t-trasparenza tal-proċedura ġudizzjarja f'dak il-pajjiż,

O.  billi qed jikber l-għadd ta' każijiet fejn difensuri paċifiċi tad-drittijiet ċivili qed jiġu akkużati b'“moharabeh” (għadwa ma' Alla) li tista' ġġib is-sentenza tal-mewt bħalma hu l-każ għal Shiva Nazar Ahari, membru tal-Kumitat tar-Reporters tad-Drittijiet tal-Bniedem (CHRR), li ilha miżmuma taħt arrest mill-20 ta' Diċembru 2009 u li l-proċess tagħha quddiem qorti kriminali huwa imminenti,

P.  billi l-persekuzzjoni ta' minoranzi reliġjużi u etniċi fl-Iran għadha għaddejja mingħajr ma tonqos xejn; billi f'Awwissu 2010 seba' mexxejja tal-fidi Baha'i, Fariba Kamalabadi, Jamaloddin Khanjani, Afif Naeimi, Saeid Rezaie, Mahvash Sabet, Behrouz Tavakkoli, u Vahid Tizfahm, li ilhom il-ħabs mill-2008 fuq il-bażi waħdanija tat-twemmin reliġjuż tagħhom, ingħataw sentenza ta' 20 sena ħabs fuq akkużi ta' propaganda kontra l-istat u spjunaġġ,

Q.  billi għadu għaddej il-fastidju tal-politiċi tal-oppożizzjoni Mir-Hossein Mousavi u Mehdi Karrubi kif ukoll ta' membri anzjani oħra tal-partiti politiċi; billi fil-bidu ta' Settembru 2010 r-residenza tal-ex kandidat presidenzjali Mehdi Karroubi ġiet attakata min tużżani ta' rġiel armati lebsin biċ-ċivil, bir-riżultat li f'dar Karroubi saru graffiti, vandaliżmu, tkissir ta' twieqi u sparar; billi dawn l-attakki ġraw wara kummenti mill-Kmandant tal-Gwardji Revoluzzjonarji Mohammad Ali Jafari li l-poplu tal-Iran kien sejjer jiġġudika l-“kapijiet tas-sedizzjoni”, riferiment għall-kapijiet tal-oppożizzjoni; billi l-pulizija bl-ebda mod ma ppruvaw iwaqqfu l-attakki,

R.  billi nies li sfaw akkużati b'delitti ġew assoċjati mal-oppożizzjoni politika fl-Iran, u membri tal-oppożizzjoni politika ġew assoċjati mill-ġudikatura Iranjana mat-twettiq ta' delitti, bil-għan li l-oppożizzjoni politika titqies ħaġa waħda bħal aġir kriminali,

1.  Juri r-rispett tiegħu quddiem il-kuraġġ tal-irġiel u n-nisa Iranjani kollha li qed jiddefendu l-libertajiet fundamentali, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi tagħhom, li jipprotestaw attivament kontra t-tħaġġir u forom oħra ta' pieni krudili u li jixtiequ jgħixu f'soċjetà ħielsa mir-ripressjoni u l-intimidazzjoni;

2.  Jikkundanna bil-qawwa s-sentenza tal-mewt bit-tħaġġir li ngħatat Sakineh Mohammadi Ashtiani, u jqis li, kienu x'kienu l-fatti, sentenza tal-mewt bit-tħaġġir qatt ma tista' tkun ġustifikata jew aċċettata;

3.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani biex iwarrbu s-sentenzi imposti fir-rigward ta' Sakineh Mohammadi Ashtiani, u biex jagħtu bidu għal reviżjoni komprensiva tal-każ tagħha;

4.  Jinsisti bil-qawwa li l-Gvern Iranjan jerġa' jikkunsidra l-każ ta' Zahra Bahrami, jagħtiha minnufih aċċess għal avukat u għall-assistenza konsulari, jeħlisha jew jagħtiha proċess ġust; jistieden lill-Barunissa Ashton, Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, biex tqajjem il-kwistjoni tad-detenzjoni ta' Zahra Bahrami mal-awtoritajiet Iranjani;

5.  Jitlob lill-gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni ta' Ebrahim Hamidi, ġuvni ta' 18-il sena akkużat bis-sodomija, u jitlob li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran fl-aħħar tneħħi l-piena tal-mewt għal delitti mwettqa qabel l-età ta' 18-il sena u temenda l-leġiżlazzjoni tagħha biex iġġibha konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem li l-Iran irratifika, inklużi l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-ICCPR;

6.  Jesprimi l-konsternazzjoni gravi tiegħu dwar il-fatt li l-Iran għadu jinsab fost il-ftit pajjiżi li għadhom jipprattikaw it-tħaġġir, flimkien mal-Afganistan, is-Somalja, l-Arabja Sawdita, is-Sudan u n-Niġerja; jistieden lill-Parlament tal-Iran biex jgħaddi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-prattika krudili u inumana tat-tħaġġir;

7.  Jeġa' jsostni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-piena tal-mewt u jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex, f'konformita mar-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 62/149 u 63/168, jistabbilixxu moratoju fuq l-eżekuzzjonijiet fl-istennija tal-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

8.  Jitlob li fl-Assemblea Ġenerali li jmiss tan-NU titressaq riżoluzzjoni li titlob lill-pajjiżi kollha li għad għandhom il-piena tal-mewt biex ipoġġu għad-dispożizzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, u tal-pubbliku, it-tagħrif kollu dwar il-piena tal-mewt u l-eżekuzzjonijiet, b'tali mod li tingħeleb is-segretezza statali fir-rigward tal-piena tal-mewt, li hija fattur f'għadd kbir ta' eżekuzzjonijiet;

9.  Jesprimi l-oppożizzjoni tiegħu għal kwalunkwe kriminilizzazzjoni tar-relazzjonijiet sesswali kunsenswali bejn l-adulti, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani biex jiddekriminalizzaw l-“adulterju” u l-omosesswalità;

10.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani biex jeliminaw, fil-liġi u fil-prattika, kull forma ta' tortura u trattament jew piena ta' natura krudili, inumana jew degradanti, u biex jirrispettaw il-proċeduri dovuti tal-liġi u jtemmu l-impunità f'każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

11.  Jistieden lir-Repubblika Iżlamika tal-Iran biex tiffirma u tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW);

12.  Jiddeplora bil-qawwa n-nuqqas ta' ġustizzja u trasparenza fil-proċess ġudizzjarju fl-Iran u jitlob lill-awtoritajiet Iranjani biex jiggarantixxu proċedura ta' appell ġusta u miftuħa;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex jagħtu aċċess lill-Kumitat Internazzjonali tal-Qamar Felli l-Aħmar għall-priġunieri kollha u biex iħallu lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jimmonitorjaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż;

14.  Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex minnufih jeħilsu lil dawk kollha li qed jinżammu fuq il-bażi waħdanija tal-involviment tagħhom fi protesti paċifiċi u x-xewqa tagħhom li jeżerċitaw id-dritt bażiku tal-bniedem tagħhom tal-libertà tal-espressjoni, u, b'mod partikolari, itenni s-sejħa tiegħu biex is-seba' mexxejja Baha'i jiġu lliberati mill-akkużi miġjuba kontrihom;

15.  Jinnota li l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon huwa dritt fundamentali li jeħtieġ li jkunu garantit f'kull ċirkostanza, skont l-Artikolu 18 tal-ICCPR, li r-Repubblika Iżlamika tal-Iran iffirmatu u rratifikatu;

16.  Jitlob li l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem kollha li jinsabu arrestati jinħelsu minnufih;

17.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-abbuż tal-poteri ġudizzjarji min-naħa tal-awtoritajiet Iranjani biex jaġixxu kontra l-komunità tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti tas-soċjetà ċivili, bħall-membri tal-Kampanja Miljun Firma u l-Kunsill Ċentrali tal-organizzazzjoni studenteska ADVAR, fost l-oħrajn;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ifasslu miżuri addizzjonali, fil-kuntest tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, ħalli jipproteġu attivament id-drittijiet ta' Iranjani li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem ,u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-“European Shelter City Programme”;

19.  Isejjaħ biex jerġa' jiġi stabbilit mandat tan-NU għal Rapporteur Speċjali li jinvestiga l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u jinkoraġġixxi r-responsabbiltà għal dawk li jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran;

20.  Isejjaħ biex il-lista eżistenti ta' individwi u organizzazzjonijiet li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi tiġi estiża biex tinkludi dawk li huma responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, għar-ripressjoni u għat-trażżin tal-libertà fl-Iran;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi Prsident tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet uniti, lill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-President tal-Qorti Suprema tal-Iran u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.

(1) Testi adottati, P7_TA(2009)0060.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0016.

Avviż legali - Politika tal-privatezza