Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 19 ta' Ottubru 2010 - Strasburgu
Prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar ***I
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni : Nordjylland/Danimarka
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: NXP Semiconductors/l-Olanda
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Qimonda/Portugall
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni : Cataluna automocion/Spanja
 Skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku ***I
 L-approvazzjoni ta' emendi għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku ***
 Ħaddiema nisa prekarji

Prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar ***I
PDF 286kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (COM(2010)0065 – C7-0068/2010 – 2010/0041(COD))
P7_TA(2010)0358A7-0217/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0065),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat FUE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0068/2010),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tad-29 ta' Settembru 2010 li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0217/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru. .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2009/42/KE dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar

P7_TC1-COD(2010)0041


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1090/2010.)


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni : Nordjylland/Danimarka
PDF 380kWORD 52k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/001 DK/Nordjylland mid-Danimarka) (COM(2010)0451 – C7-0222/2010 – 2010/2163(BUD))
P7_TA(2010)0359A7-0270/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0451 – C7-0222/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0270/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEAG,

D.  billi d-Danimarka talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 951 sensja f'45 intrapriża li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 28 (manifattura ta' makkinarju u tagħmir) fir-reġjun NUTS II ta' Nordjylland;

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar l-FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jkollu fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati individwali f'impjieg; itenni li l-għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni kumparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv minflok l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li ma ntużawx tal-fondi tal-Fond Soċjali Ewropew, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex timmobilizza l-EGF għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet ta' pagament se jiġu trasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ tal-impriżi ta' daqs żgħir u medju u favur l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' qafas dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-bżonn għal appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li jippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, flimkien ma' analiżi tal-kriterji ta' eliġibilità u jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' ...

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/001 DK/Nordjylland mid-Danimarka)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa maħsub li jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ġew issensjati bħala konsegwenza tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Id-Danimarka ressqet applikazzjoni fit-22 ta' Jannar 2010 għall-mobilizzazzjoni tal-EGF, fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-manifattura ta' makkinarju u tagħmir fir-reġjun ta' Nordjylland, u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali sat-28 ta' April 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 7,521,359.

(5)  L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mid-Danimarka.

ADOOTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 7,521,359 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14 .6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: NXP Semiconductors/l-Olanda
PDF 382kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(l-applikazzjoni EGF/2010/011 NL/NXP Semiconductors mill-Olanda) (COM(2010)0446 – C7-0210/2010 – 2010/2141(BUD))
P7_TA(2010)0360A7-0269/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0446 – C7-0210/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0269/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEAG,

D.   billi l-Olanda talbet l-għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 512-il sensja f'NXP Semiconductors Netherlands, li joperaw fis-settur elettroniku fir-reġjuni li jaqgħu taħt NUTS II ta' Gelderland u Eindhoven,

E.   billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar l-FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jkollu fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati individwali f'impjieg; itenni li l-għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehim kollettiv, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni kumparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv minflok l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li ma ntużawx tal-Fond Soċjali Ewropew, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlas se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja maħsuba għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' qafas dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-bżonn ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li jippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, flimkien ma' analiżi tal-kriterji ta' eliġibilità u jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' ...

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (l-applikazzjoni EGF/2010/011 NL/NXP Semiconductors mill-Olanda)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa maħsub li jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ġew issensjati bħala konsegwenza tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Il-Gvern tal-Pajjiżi Baxxi ressaq applikazzjoni fis-26 ta' Marzu 2010 biex jimmobilizza l-FEAG, fir-rigward ta' sensji fl-intrapriża NXP Semiconductors Netherlands BV u ssupplimentaha b'informazzjoni addizzjonali sat-3 Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 1 809 434.

(5)  L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Pajjiżi Baxxi.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 809 434 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14 .6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Qimonda/Portugall
PDF 379kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/023 PT/Qimonda mill-Portugall) (COM(2010)0452 – C7-0223/2010 – 2010/2164(BUD))
P7_TA(2010)0361A7-0271/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0452 – C7-0223/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0271/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat l-FEAG,

D.  billi l-Portugall talab assistenza fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 839 sensja fi Qimonda AG, kumpanija multinazzjonali li topera fis-settur tal-elettronika fir-reġjun ta' Norte li jaqa' taħt NUTS II,

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar l-FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jkollu fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema ssensjati individwali f'impjieg; itenni li l-għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni kumparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv minflok l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li ma ntużawx tal-fondi tal-Fond Soċjali Ewropew, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex jiġi mmobilizzat il-FEAG f'dan il-każ, se jiġu trasferiti approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ għall-SMEs u l-innovazzjoni; jisgħobbih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' qafas dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-bżonn ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, flimkien ma' analiżi tal-kriterji ta' eliġibilità u jispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hi konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-publikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' ...

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni b'applikazzjoni tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2009/023 PT/Qimonda mill-Portugall)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa maħsub li jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ġew issensjati bħala konsegwenza tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-livell massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Il-Portugall ressaq applikazzjoni biex jimmobilizza l-FEAG, fir-rigward ta' sensji fl-intrapriża Qimonda Portugal S.A., fis-17 ta' Diċembru 2009 u ssupplimentaha b'tagħrif addizzjonali sat-28 ta' April 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex tuża l-ammont ta' EUR 2,405,671.

(5)  L-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-applikazzjoni mressqa mill-Portugall.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2,405,671 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni : Cataluna automocion/Spanja
PDF 381kWORD 53k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/002 ES/Cataluña automoción) (COM(2010)0453 – C7-0224/2010 – 2010/2165(BUD))
P7_TA(2010)0362A7-0272/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0453 – C7-0224/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (IIA tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0272/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jipprovdu aktar appoġġ għall-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali globali u biex jgħinuhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għat-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.  billi Spanja talbet għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 1,429 sensja fi 23 intrapriża li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 29 (manifattura ta' vetturi bil-mutur, karrijiet u semi-karrijiet) fir-reġjun NUTS II ta' Cataluña,

E.   billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn tal-istituzzjonijiet li jiżguraw proċedura mgħaġġla u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, biex jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jkollu biex il-ħaddiema ssensjati jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa lill-ħaddiema individwali ssensjati biex jiġu integrati mill-ġdid f'impjieg; itenni li l-għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali;

5.  Jilqa' l-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv minflok l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet tal-Fond Soċjali Ewropew li ma ntużawx, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu stess u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota li, sabiex il-FEAG jiġi mmobilizzat għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu trasferiti minn linja baġitarja allokata għall-appoġġ tal-SMEs u l-innovazzjoni; jjisgħobbih dwar in-nuqqasijiet kbar tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment matul kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-bżonn għal appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mit-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' eżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' l-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li tippreżenta fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha tagħrif ċar u dettaljat dwar l-applikazzjoni, flimkien ma' analiżi tal-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' ...

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/002 ES/Cataluña automoción)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni huwa maħsub li jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ġew issensjati bħala konsegwenza tal-bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jagħtihom għajnuna biex ikunu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-għan tal-FEAG ġie mwessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 biex jinkludi sostenn lill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg bħala riżultat dirett tal-kriżi globali finanzjarja u ekonomika.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG fil-livell massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Spanja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-FEAG, fir-rigward ta' sensji fi 23 intrapriża li joperaw fis-settur tan-NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 29 (manifattura ta' vetturi bil-mutur, karrijiet u semi-karrijiet) f'reġjun wieħed ta' NUTS II, Cataluña (ES51), fid-29 ta' Jannar 2010 u ssupplimentatha b'tagħrif addizzjonali sas-26 ta' April 2010. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 2 752 935.

(5)  Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 752 935 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f “Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni għas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku ***I
PDF 295kWORD 40k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (COM(2009)0151 – C7-0009/2009 – 2009/0051(COD))
P7_TA(2010)0363A7-0260/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0151),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7–0009/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 234(3) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0260/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.  Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999

P7_TC1-COD(2009)0051


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 1236/2010.)

ANNESS

Stqarrijiet dwar l-Artikolu 51

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jinnotaw li kwalunkwe dispożizzjoni ta' karattru mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv ta' bażi, li issa huma elenkati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (delega ta' kompiti), tista' fi kwalunkwe waqt fil-ġejjieni ssir element sinifikanti tal-iskema ta' kontroll eżistenti tan-NEAFC minn perspettiva politika, f'liema każ il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru li ż-żewġ leġiżlaturi, il-Kunsill jew il-Parlament Ewropew, jistgħu minnufih jeżerċitaw jew id-dritt ta' oġġezzjoni għal abbozz ta' att iddelegat tal-Kummissjoni jew id-dritt ta' revoka tal-kompiti ddelegati kif stipulat rispettivament fl-Artikolu 48 u l-Artikolu 49 tar-Regolament.“

“Il-Kunsill u l-Parlament jaqblu li l-inklużjoni ta' kwalunkwe dispożizzjoni tal-iskema ta' kontroll tan-NEAFC f'dan ir-Regolament bħala element mhux essenzjali, issa elenkata taħt l-Artikolu 51, ma timplikax per se li t-tali dispożizzjoni awtomatikament se titqies bħala ta' natura mhux essenzjali mil-leġiżlaturi fi kwalunkwe regolament tal-ġejjieni.”

“Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu bla ħsara għal kwalunkwe pożizzjoni futura tal-istituzzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 TFUE jew għal atti leġiżlattivi individwali li jkun fihom tali dispożizzjonijiet.

(1) Għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


L-approvazzjoni ta' emendi għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku ***
PDF 200kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Emendi għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku (11076/2010 – C7-0181/2010 – 2010/0042(NLE))
P7_TA(2010)0364A7-0262/2010

(Kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11076/2010),

–  wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0181/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0262/2010),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu dwar l-emenda għall-Konvenzjoni;

2.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwaqqfu, qabel ma jinfetħu n-negozjati dwar ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet tas-Sajd Reġjonali li għandha titwettaq mill-UE, l-iskemi meħtieġa biex jiżguraw il-parteċipazzjoni xierqa fihom mill-osservaturi tal-Parlament;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral.


Ħaddiema nisa prekarji
PDF 339kWORD 88k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar ħaddiema nisa prekarji (2010/2018(INI))
P7_TA(2010)0365A7-0264/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 bl-isem “L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel – 2010” (COM(2009)0694),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2003 bl-isem “It-titjib fil-kwalità fuq ix-xogħol: analiżi tal-progress riċenti” COM(2003)0728),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-2004 bl-isem “Impjieg Prekarju fl-Ewropa: Studju Komparattiv dwar ir-Riskji relatati mas-Suq tax-Xogħol f'Ekonomiji Flessibbi”,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar “il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri – It-Tieni Parti tal-Linji Gwida Integrati tal-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2010)0193),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar “Il-flessigurtà fi żminijiet ta' kriżi”,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP(3),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC(4),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' sfond tal-2010 mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol bl-isem “Xogħol atipiku ħafna”,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2008 tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol bl-isem ' Miżuri biex jiġi indirizzat mill-Unjoni Ewropea x-xogħol mhux iddikjarat“,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2007 tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol dwar “Il-kundizzjonijiet tax-Xogħol fl-Unjoni Ewropea: Il-perspettiva tas-sessi”,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-1998 tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol bl-isem “Impjieg u Kundizzjonijiet tax-Xogħol prekarji fl-Ewropa”,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Ewrobarometru ta' Ottubru 2007 bl-isem “Xogħol mhux iddikjarat fl-Unjoni Ewropea”,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2009 tal-Grupp Espert tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sessi u l-Impjieg (EGGE) bl-isem “Is-segregazzjoni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol”,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2006 tal-Grupp Espert tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Sessi, l-Inklużjoni Soċjali u l-Impjieg bl-isem “L-inugwaljanzi bejn is-Sessi fir-riskji tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali għall-gruppi żvantaġġjati fi tletin pajjiż Ewropew”,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol bl-isem “Xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi”, imħejji għad-99 Sessjoni tal-Konferenza tax-Xogħol Internazzjonali f'Ġunju 2010,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) bl-isem “Id-Dimensjoni bejn is-Sessi fix-Xogħol Domestiku fl-Ewropa tal-Punent”,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar aspetti rigward il-ġeneru fil-kuntest tar-reċessjoni ekonomika u l-kriżi finanzjarja(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-inklużjoni attiva tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi indaqs għall-irġiel u għan-nisa(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2006 dwar il-futur tal-Istrateġija ta' Lisbona mill-perspettiva tal-ġeneru(8),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Settembru 1998 dwar l-irwol tal-kooperattivi fit-tkabbir tal-impjieg tan-nisa(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 1998 dwar “ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea (1996)”(10),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tas-Sessjoni tal-Impjieg, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza tal-Ekonomija Ewropea u l-Kumitat Soċjali tat-12 ta' Mejju 2010 “Il-professjonalizzazzjoni tax-xogħol domestiku” (SOC/372 – CESE 336/2010 fin),

–  Wara li kkunsidra l-Istatistiċi Eurostat f'focus Nru 12/2010, bl-isem “Is-swieq tax-xogħol fl-UE-27 għadhom fi kriżi”,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali (A7-0264/2010),

A.  billi l-individwalizzazzjoni u l-flessibilità li qed tiżdied tas-suq tax-xogħol – li tirriżulta f'nuqqas ta' negozjar kollettiv – titfa' lill-impjegati, u b'mod partikolari lin-nisa, li spiss ikollhom jibbilanċaw l-obbligi familjari tagħhom, u partikularment lin-nisa, li għandhom jibbilanċjaw l-obbligi familjari, f'pożizzjoni aktar vulnerabbli li tista' twassal għall-impjiegi prekarji, minħabba li jkun aktar faċli għal dawk li jħaddmu li jnaqqsu l-kundizzjonijiet tax-xogħol,

B.  billi n-nisa huma rrappreżentati żżejjed f'impjiegi prekarji fis-suq tax-xogħol, billi ċerti forom ta' xogħol prekarju li jsir min-nisa, bħalma huwa x-xogħol domestiku u x-xogħol ta' kura mħallas, huma inviżibbli fis-suq tax-xogħol, u billi minkejja l-qafas leġiżlattiv eżistenti għad hemm diskrepanzi kbar għan-nisa fl-UE rigward opportunitajiet ta' xogħol, kwalità tal-impjiegi, pagi li jippermettu l-għajxien u pagi ndaqs għal xogħol indaqs u tal-istess valur;

C.  billi r-rappreżentanza żejda tan-nisa f'impjiegi prekarji hija fattur li jikkontribwixxi għad-disparità fil-paġi bejn is-sessi, li għadha f'livell għoli persistenti; billi għalhekk it-titjib tal-kwalità tal-impjiegi tan-nisa se jnaqqas id-diverġenza tal-pagi bejn is-sessi,

D.  billi x-xogħol part-time involontarju huwa mifrux fis-settur tas-servizzi, partikularment l-industrija tal-lukandi u r-ristoranti, l-edukazzjoni, is-saħħa, ix-xogħol soċjali u servizzi oħra soċjali, tal-komunità u ta' kura personali, fejn il-maġġoranza tal-impjegati huma nisa,

E.  billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol jirrifletti r-rwol tagħhom fid-dar, u billi n-nisa għandhom it-tendenza li jagħżlu xogħol li jippermettilhom jaqdu kemm xogħol bil-ħlas kif ukoll xogħol mingħajr ħlas,

F.  billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja kellha effett doppju fuq l-impjieg prekarju, minħabba li l-ewwel reazzjoni tal-kumpaniji kienet li jneħħu l-impjieg temporanju, u billi, barra minn dan, hemm biża' li bosta impjiegi permanenti li ġew mitlufa matul ir-riċessjoni mhux se jerġgħu jiġu stabbiliti, iżda mibdula bi skemi ta' impjiegi atipiċi jekk mhux prekarji,

G.  billi x-xogħol prekarju jirreferi għall-forom “mhux standard” tal-impjieg bi kwalunkwe karatteristika li ġejja:

   ftit jew kważi ebda tħaddin tas-sigurtà tal-impjieg għal xogħol mhux permanenti, ta' spiss xogħol ta' natura każwali, b'kuntratti li fihom kundizzjonijiet ħżiena fqar jew mingħajr ebda kuntratt bil-miktub, pereżempju f'każijiet ta' kuntratti temporanji, kuntratti involontarji fuq bażi part-time, sigħat u doveri ta' ħidma mhux ċari, li jinbidlu skont ir-rieda ta' min iħaddem;
   livell baxx ta' paga, li tista' tkun ukoll mhux uffiċjali u mhux ċara;
   ebda drittijiet għal protezzjoni soċjali jew benefiċċji relatati mal-impjieg;
   ebda protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni;
   prospetti limitati jew ebda prospetti għall-avvanz fis-suq tax-xogħol;
   ebda rappreżentazzjoni kollettiva tal-ħaddiema;
   ambjent tax-xogħol li ma jissodisfax l-istandards minimi tas-saħħa u s-sigurtà,

H.  billi l-kundizzjonijiet prekarji tal-impjieg, bħalma huma l-kuntratti li mhumiex bil-miktub, ħidma involontarja part-time u differenzi persistenti fil-pagi, għandhom effett fuq tul taż-żmien fuq il-protezzjoni u l-pensjonijiet tas-sigurtà soċjali u jitfa' “il ħaddiema f'riskju akbar ta' faqar,

I.  billi f'xi kuntesti n-nisa jinsabu fir-riskju li jkunu soġġetti għal kundizzjonjiet tax-xogħol li mhumiex deċenti, u billi għaldaqstant jistħoqqilhom jingħataw attenzjoni speċjali f'dan ir-rigward, partikularment in-nisa tqal u n-nisa li qed ireddgħu,

J.  billi l-globalizzazzjoni u l-isfond ekonomiku attwali, flimkien mal-progress teknoloġiku, qed ibiddlu r-relazzjonijiet tax-xogħol u l-kontenut tal-kompiti tal-ħaddiema,

K.  billi n-nisa f'impjiegi prekarji huma anqas probabbli li jkunu jafu drittijiethom u huma esposti għal riskju akbar ta' esklużjoni u/jew tkeċċija illeċita,

L.  billi għandha tkun enfasizzata l-importanza tad-dritt tal-ħaddiema kollha, inklużi n-nisa f'impjiegi prekarji, għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

M.  billi d-definizzjoni tan-nisa bħala t-tieni element ta' dħul fil-familja jagħti rappreżentazzjoni żbaljata ta' parti kbira mill-forza tax-xogħol femminili, li fil-fatt huma l-uniċi fil-familja li jdaħħlu l-flus id-dar,

N.  billi n-numru ta' nisa ħaddiema mhux iddikjarati qiegħed jiżdied, partikularment fis-settur domestiku,

O.  billi l-maġġoranza tal-ħaddiema domestiċi li jagħmlu xogħol ta' għajnuna domestika, tindif u catering huma nisa; billi x-xogħol domestiku fil-pajjiżi industrijalizzati jammonta għal bejn 5% u 9% tal-impjieg kollu, billi tali xogħol huwa partikularment prekarju, sottovalutat u informali, u billi l-vulnerabilità tal-ħaddiema domestiċi tfisser li ta' spiss issir diskriminazzjoni kontrihom u li jistgħu jkunu soġġetti faċilment għal trattament mhux ġust u abbużiv,

P.  billi t-telf ta' ħiliet tal-ħaddiema huwa problema komuni fil-kuntest ta' impjiegi prekarji, partikularment fil-każ ta' ħaddiema mkeċċija jew migranti li jaċċettaw impjiegi ta' ħiliet baxxi sabiex jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u billi din is-sitwazzjoni, li taffettwa lin-nisa partikularment, qed tipperikola l-iżvilupp tal-karriera u l-kisba ta' livelli ta' salarju li jikkorrispondu għall-ħiliet miksuba u li jippossjiedu,

Q.  billi n-nisa migranti li jaċċettaw impjiegi temporanji ta' ħilijiet baxxi fil-periferija tas-suq tax-xogħol jew impjiegi bħala ħaddiema domestiċi jistgħu jkunu esposti għal diskriminazzjoni doppja minħabba li, apparti l-fatt li ta' spiss jaħdmu f'kundizzjonijiet foqra, irregolari jekk mhux illegali, huwa aktar probabbli li jiġu trattati ħażin jew ikunu suġġetti għal vjolenza jew abbuż sesswali; billi, barra minn dan, ta' spiss mhumiex konxji mid-drittijiet tagħhom, għandhom aċċess ristrett għas-servizzi pubbliċi, għandhom għarfien limitat tal-lingwa lokali u ma jistgħux jiffurmaw netwerks, u billi dawk li jaħdmu f'impjieg illegali ma jazzardawx jikkuntattjaw lill-awtoritajiet biex jitolbu l-protezzjoni minħabba li jibżgħu li jerġgħu jintbatu lura lejn pajjiżhom,

R.  billi l-ftehim tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' Novembru 1969 dwar it-tqegħid tal-au pairs huwa skadut u konsegwentement ma jindirizzax il-problemi li jistgħu jinħolqu minħabba l-użu tal-au pairs il-lum il-ġurnata f'ħafna Stati Membri,

S.  billi l-UE għadha impenjata favur l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha, billi, fi ħdan il-politiki tal-impjiegi, jeħtieġ li jkunu promossi l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel,

Natura bbażata fuq is-sessi tax-xogħol prekarju

1.  Jinnota n-natura bbażata fuq is-sessi ta' impjiegi prekarji u jfakkar fil-bidla fis-suq tax-xogħol minn impjieg standard għal impjieg non-standard, bidla li teħtieġ il-prevenzjoni ta' bidla minn tipi ta' impjiegi non-standard għal xogħol prekarju; iqis li, sabiex jiġġieldu dawn il-problemi, l-Istati Membru u s-sħab soċjali għandhom jintalbu jiftehmu fil-parti l-kbira dwar ir-regoli leġiżlattivi u kuntrattwali tagħhom dwar ix-xogħol standard u atipiku, sabiex jiġi evitat li l-aktar forom ta' xogħol inkonvenjenti u l-anqas għaljin jieħdu preċedenza, filwaqt li jikkunsidraw madankollu r-riskju ta' żieda possibbli ta' xogħol mhux iddikjarat;

2.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jidentifikaw in-natura tal-impjieg prekarju fil-linji gwida għall-politiki tal-impjieg tal-Istati Membri u l-istrateġija l-ġdida tal-ugwaljanza bejn is-sessi;

3.  Jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri leġiżlattivi sabiex iġibu fi tmiem il-kuntratti li ma jispeċifikawx il-ħinijiet, li huma komuni f'impjiegi li tipikament huma okkupati min-nisa fis-setturi bħalma huma x-xogħol domestiku, ix-xogħol ta' kura, l-catering, u l-industrija tal-lukandi, u biex jintroduċu strumenti ta' kontroll estensivi biex jirregolaw it-tipi kollha ta' attendenza f'ditti u postijiet tax-xogħol li qablu formalment fuq finijiet ta' gwida u taħriġ iżda li fil-prattika qed isiru sors ieħor ta' abbuż, li jaħbu servizzi attwali li huma pprovduti mingħajr ħlas u protezzjoni xierqa;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji dwar ix-xogħol prekarju bil-għan li jenfasizzaw l-impjiegi diċenti u ħodor u biex jinkorporaw il-bilanċ bejn is-sessi;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni ħalli jnaqqsu l-piż doppju tax-xogħol fuq in-nisa, li huwa raġuni waħda għar-rappreżentanza sproporzjonatament kbira tan-nisa fl-impjiegi prekarji; jitlob biex fl-impjiegi regolari jittejjeb il-bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik personali bil-għan li jitnaqqas ix-xogħol prekarju;

Kondizzjonijiet soċjali

6.  Jesprimi d-diżappunt li l-pakkett tal-liġi dwat l-impjieg tal-UE u d-direttivi msemmija hawn fuq dwar xogħol b'terminu fiss, part-time u temporanju ta' aġenżija ma jindirizzawx adegwatament in-natura prekarja tal-impjieg; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri leġiżlattivi speċifiċi oħra, bħal pereżempju l-introduzzjoni ta' standards soċjali minimi vinkolanti għal min iħaddem u l-għoti ta' aċċess ugwali għas-servizzi soċjali u għal-benefiċċji lill-ħaddiema, inkluż il-liv tal-maternità, il-pensjonijiet tal-kura tas-saħħa u tal-irtirar, kif ukoll għall-edukazzjoni u t-taħriġ, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex, b'żieda ma' dan, jimplimentaw leġiżlazzjoni li tiżgura limitazzjoni raġonevoli tal-ħinijiet tax-xogħol, tal-mistrieħ u ta' rikreazzjoni għall-ħaddiema;

7.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-persuni li jħaddmu li jabbużaw minn ħaddiema nisa jew jittrattawhom ħażin jitressqu quddiem il-ġustizzja mill-aktar fiss possibbli;

8.  Jenfasizza l-bżonn li n-nisa f'impjiegi prekarji jiġu provduti bl-għażla ta' protezzjoni tal-intitolamenti bħalma huma l-pagi diċenti, il-lif tal-maternità, sigħat ta' ħidma ġusti u regolari u ambjent tax-xogħol mhux diskriminatorju, li huma kruċjali għal dawn in-nisa; jistieden lill-Istati Membri biex jippenalizzaw l-impożizzjoni ta' ostakli għall-parteċipazzjoni fi trade unions u b'mod ġenerali jħeġġeġ lill-Istati Membri, barra minn hekk, biex jipprovdu servizzi konsultattivi faċilment aċċessibbli għal nisa li ma jistgħux jirċievu għajnuna minn kunsill tax-xogħol, pereżempju impjegati fi djar privati; jistieden lis-sħab soċjali biex itejbu l-parità bejn is-sessi fil-korpi tagħhom f'kull livell;

9.  Jenfasizza l-bżonn ta' miżuri leġiżlattivi sabiex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi u titnaqqas is-segregazzjoni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol; ifakkar, għaldaqstant, fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tat-18 ta' Novembru 2008, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta rigward l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa, u jfakkar lill-Istati Membri sabiex jagħmlu traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE mingħajr dewmien;

10.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiksbu riżultati konkreti b'rabta mal-miri ta' Barċellona rigward il-kura tat-tfal ħalli jtejbu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-indipendenza ekonomika tan-nisa; jistieden lill-Istati Membri biex jegħlbu l-ostakli li jżommu lin-nisa milli jaħdmu l-għadd ta' sigħat li jridu – sew jekk ix-xogħol ikun part-time jew full-time;

11.  Jenfasizza l-bżonn li tiġi fi tmiem is-segregazzjoni professjonali u settorjali tas-suq tax-xogħol permezz ta' kampanji li jqajmu l-għarfien u l-edukazzjoni minn età żgħira, pereżempju permezz tal-promozzjoni ta' xogħlijiet assoċjati mal-ħilijiet tan-nisa lill-irġiel, u viċi versa, billi l-istudenti bniet jiġu motivati lejn ix-xjenzi, u billi tiġi miġġielda l-idea tan-nisa bħala l-impjegati sekondarji bi qliegħ,bl-involviment tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippjanaw u jimplimentaw miżuri biex jiffaċilitaw edukazzjoni, taħriġ u studji sodisfaċenti għall-bniet u n-nisa żgħażagħ, bl-għoti ta' appoġġ partikolari għall-bniet u n-nisa żgħażagħ minn sfond ta' migrazzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li n-nisa, wara waqfien mix-xogħol minħabba t-twelid ta' tarbija, jerġgħu lura għax-xogħol;

13.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat billi jittrasformawh f'xogħol regolari, permezz ta' miżuri preventivi bħalma huwa l-għoti tal-immunità mill-prosekuzzjoni lill-impjegati għal min jirrapporta l-istatus illegali tax-xogħol tiegħu u li tittieħed azzjoni dissważiva kontra min iħaddem; barra minn dan jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu d-data kollettiva u jimmonitorjaw il-progress f'dan il-qasam;

14.  Jenfasizza li l-protezzjoni soċjali hija parti essenzjali tal-flessigurtà; jenfasizza li l-kunċett tal-flessigurtà jaffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandu t-tendenza li jsaħħaħ ir-rwoli attwali skont is-sessi; ifakkar lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali dwar il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar “Il-flessigurtà fi żmien il-kriżi”, partikularment l-applikazzjoni ta' integrazzjoni tas-sessi fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-flessigurtà;

15.  Iqis li s-sostenibbiltà tal-iskemi tal-pensjonijiet, tal-faċilitajiet tas-self għal proġetti tal-awtoassistenza kif ukoll skemi ta' ħolqien tax-xogħol u ta' skemi alternattivi għall-ħolqien tad-dħul tista' ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema nisa prekarji;

16.  Jikkommetti ruħu li minn hawn “il quddiem l-impjiegi standard jiffurmahom skont il-prinċipji tax-xogħol tajjeb u ma jibdilhomx f'impjiegi prekarji; iqis li s-swieq tax-xogħol għandhom ikunu rregolati aħjar permezz ta' spezzjonijiet tax-xogħol stretti, bil-għan li jitnaqqas l-impjieg prekarju;

17.  Jitlob lill-Kunsill Ewropew għal gwida ċara u miżuri konkreti favur is-salvagwardja tal-impjiegi u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol fil-qafas tal-Istrateġija UE 2020;

18.  Bi qbil mar-riżultati konkretament milħuqa, jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi lill-Istati Membri linji gwida dwar l-aqwa prattiki għal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni diretta u inidiretta, għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma kollha u għat-tnaqqis tax-xogħol prekarju fost in-nisa;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw leġiżlazzjoni li tirregola l-istatus soċjali u legali tal-ħaddiema staġjonali u li tagħtihom kopertura tas-sigurtà soċjali. jifhem ħaddiema li jkunu kkonkludew kuntratti tal-impjieg mifutħa jew għal żmien fiss li d-durata u l-kontinwazzjoni tagħhom ikunu affettwati minn fatturi staġjonali, bħalma huma ċ-ċiklu klimatiku, il-vaganzi pubbliċi u/jew il-ħsad agrikolu;

20.  Jinnota li l-istudji juru li x-xogħol prekarju, fejn l-istandards minimi tas-sigurtà u s-saħħa għandhom mnejn jiġu injorati, iġib miegħu rati ta' danni għolja u riskji akbar ta' mard u esposizzjoni għall-perikli; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex itejbu l-monitoraġġ tagħhom tar-rekwiżiti minimi ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikulari għar-riskji speċifiċi għall-ħaddiema nisa;

Ħaddiema domestiċi

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki u użu sħiħ tal-opportunitajiet tal-kofinanzjament mogħti mill-Fondi Strutturali, partikularment il-Fond Soċjali Ewropew, biex jiżguraw aċċess aktar wiesa' għal servizzi ta' kura tat-tfal li l-prezzijiet tagħhom ikunu jistgħu jintlaħqu u jkunu ta' kwalità, u għal faċilitajiet ta' kura tal-anzjani sabiex in-nisa ma jiġux sforzati jagħmlu dan ix-xogħol fuq bażi informali; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-impjiegi prekarji ta' kura domestika, fejn ikun possibbli, jinbidlu f'impjiegi diċenti għal terminu twil;

22.  Jistieden lill-Kummisjsoni biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' kampanja biex il-ħaddiema prekarji jinbidlu gradwalment f'ħaddiema regolari; jistieden lill-Kummissjoni biex tapprova programm bil-għan li jeduka l-ħaddiema dwar l-effetti u l-impatti tax-xogħol prekarju, inkluż fuq is-sikurezza tax-xogħol u fuq is-saħħa;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi ftehim Ewropew ġdid dwar ir-regoli fir-rigward tal-au pairs, li jnaqqas l-età minima minn 30 sena , ħalli ħaddiema adulti li jkunu kważi għalqu t-30 li jkunu kapijiet tal-familji tagħhom ma jkunux jistgħu jitqiegħdu bħala au pairs¸u li jenfasizza li l-irwol tagħhom hu li jgħinu fid-dmirjiet ta' kuljum tal-familja u li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-familja, li ma jistax jeċċedi t-30 siegħa fil-ġimgħa, u li l-għan hu li jiġu żviluppati l-fehim kulturali u l-kapaċitajiet lingwistiċi tal-au pari;

Ħaddiema Migranti

24.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-istrateġija l-ġdida tagħha tal-ugwaljanza bejn is-sessi, issaħħaħ l-impenji tagħha sabiex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-migrazzjoni u tal-integrazzjoni, partikularment bil-għan li jiġi użat il-potenzjal sħiħ tax-xogħol tan-nisa migranti;

25.  Jinnota li l-integrazzjoni soċjali tan-nisa migranti hija aktar diffiċli minn dik tal-irġiel li qegħdin fis-sitwazzjoni tagħhom, ladarba huma soġġetti għal diskriminazzjoni doppja; għaldaqstant jinkoraġġixxi lil min iħaddem biex jieħu miżuri speċifiċi sabiex jiffaċilita l-integrazzjoni soċjali tal-ħaddiema migranti nisa, pereżempju billi joffru taħriġ tal-lingwa u/jew servizzi ta' appoġġ, u biex jiżguraw li l-ħaddiema migranti huma rreġistrati, sabiex ikunu intitolati għall-benefiċċji;

Riċerka dwar is-suġġett

26.  Jagħti attenzjoni partikulari lin-nuqqas ta' riċerka dwar ix-xogħol prekarju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Eurofound biex jikkooperaw mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jibdew riċerka mmirata sabiex jiġi vvalutat, inter alia, il-prezz tat-telf tal-ħiliet u tat-telf tal-benessri li jirriżulta minn impjieg prekarju, billi jiġi kkunsidrat l-aspett tas-sessi; jenfasizza li l-ġejjieni tal-programmi ta' riċerka Ewropea għandhom jikkonċentraw aktar fuq il-kwistjoniiet soċjali, bħalma huwa l-impjieg prekarju;

27.  Jilqa' l-għanijiet ġenerali tal-proġett pilota sabiex jinkoraġġixxi l-konverżjoni ta' xogħol prekarju għal xogħol bid-drittijiet, u jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni partikulari lin-natura bbażata fuq is-sessi ta' xogħol prekarju meta jiġu implimentati l-proġetti;

o
o   o

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9.
(2) ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.
(3) ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43.
(4) ĠU L 14, 20.1.1998, p. 9.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0231.
(6) ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.
(7) ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 21.
(8) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p. 323.
(9) ĠU C 313, 12.10.1998, p. 234.
(10) ĠU C 80, 16.3.1998, p. 43.

Avviż legali - Politika tal-privatezza