Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 21 ta' Ottubru 2010 - Strasburgu
Strument ta' Stabilità ***I
 Strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ***I
 L-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja ***I
 Stabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati ***I
 Strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ***I
 L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi ***I
 Il-futur tal-Istandardizzazzjoni Ewropea
 Riformi implimentati u żviluppi fir-Repubblika tal-Moldova
 Politika Marittima Integrata
 Ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Amerika Latina
 Żgumbramenti sfurzati fiż-Żimbabwe
 Il-Kambodja, b'mod partikolari l-każ ta' Sam Rainsy
 Il-Kawkasu tat-Tramuntana, b'mod partikolari l-każ ta' Oleg Orlov

Strument ta' Stabilità ***I
PDF 434kWORD 82k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1717/2006 li jistabbilixxi Strument ta' Stabbilità (COM(2009)0195 – C7-0042/2009 – 2009/0058(COD))
P7_TA(2010)0378A7-0066/2009

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0195),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 179(1) u 181a tat-Trattat KE, skont liema artikolu l-Kummissjoni ressqet proposta lill-Parlament (C7-0042/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tall-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 209(1) u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-20 ta' Mejju 2008 fil-kawża C-91/05 Kummissjoni v. Kunsill, li annulat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/833/CFSP tat-2 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2002/589/CFSP bil-għan ta' kontribut mill-Unjoni Ewropea għall-ECOWAS fil-qafas tal-Moratorju fuq l-Armamenti Ħfief u ta' Kalibru Żgħir,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0066/2009),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1717/2006 jistabbilixxi Strument ta' Stabbilita.

P7_TC1-COD(2009)0058


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(1) u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbilità(2) kien imfassal bil-għan li jgħin lill-Komunità twieġeb b'mod integrat u konsistenti għall-sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' kriżi li qed tiżviluppa, billi tuża' strument uniku bi proċeduri ssimmplifikati ta' teħid ta' deċiżjonijiet.

(2)  Ir-reviżjoni taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tikkonkludi li jkun xieraq li jkunu proposti ċerti emendi għar-Regolament.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 jeħtieġ li jsir konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla l-Kbira) tal-20 ta' Mejju 2008(3) li fiha ġie meqjus li miżuri li jikkumbattu l-proliferazzjoni u l-użu illegali tal armamenti żgħar u armi ħfief u l-aċċess għalihom jistgħu jiġu implimentati mill-Komunità taħt il-politika tagħha ta' żvilupp, u b'hekk taħt ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006.

(4)  Il-kisba tal-għanijiet stipulati fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 u l-konsistenza għandhom jittejbu billi jippermettu l-parteċipazzjoni tal-għoti tal-ksib pubbliku jew l-għoti ta' kuntratti taħt il-punt 3 tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament fuq bażi globali, kif inhu diġà l-każ għall-miżuri taħt l-Artikolu 3, sabiex id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni u r-regoli tal-oriġini għall-assistenza għar-rispons tal-kriżijiet isiru konformi ma' dawk għat-tħejjija għall-kriżi.

(5)  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward Dokumenti ta' Strateġija li jinvolvu għadd ta' pajjiżi, Dokumenti ta' Strateġija Tematiċi u Programmi Indikattivi Plurijennali, peress li dawn jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 u huma ta' applikazzjoni ġenerali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell espert.

(6)  Is-sehem tal-pakkett finanzjarju pprovdut fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 għal miżuri taħt il-punt (1) tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament wera li mhux adegwat u għandu jiżdied. L-oqsma koperti huma numerużi, u anke bi programmi bi skopijiet diversi ftit programmi jistgħu jitħaddmu b'mod effettiv bir-riżorsi skarsi disponibbli. L-iżvilupp ta' azzjonijiet effettivi fl-oqsma tal-infrastruttura kritika, ir-riskji għas-saħħa pubblika, u r-rispons globali għat-theddid transreġjonali jeħtieġu aktar miżuri sostanzjali biex jinkiseb impatt reali, viżibbiltà u kredibbiltà. Barra minn hekk, l-iżvilupp ta' azzjonijiet transreġjonali li huma kumplimentari għal pakketti nazzjonali u reġjonali jeħtieġu livell xieraq ta' finanzjament biex titlaħaq il-massa kritika. Il-perċentwali massimu allokat taħt il-pakkett finanzjarju ġenerali għall-miżuri li jaqgħu taħt il-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 għandu jitla' minn 7% għal 10% sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fil-punt (1) tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

(7)  Ladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat skont dan

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)  fl-Artikolu 3(2), il-punt (i) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

   (i) is-sostenn għall-miżuri biex fil-qafas tal-elementi politiċi ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, jiġi miġġieled l-użu illegali tal-armamenti ż-żgħar u tal-armi ħfief u l-aċċess għalihom;appoġġ bħal dan għandu jkun limitat għal attivitajiet ta' stħarriġ, assistenza għall-vittmi, it-tkattir tal-għarfien pubbliku u l-iżvilupp ta' għarfien espert legali u amministrattiv u prassi tajba;
"

(2)  l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)  fil-punt (1), l-ewwel paragrafu tal-punt (a) għandujinbidel b'dan li ġej:"

   (a) it-tisħiħ tal-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji u ċivili involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, li tinkludi t-traffikar illegali ta' persuni, ta' drogi, ta' armi tan-nar u ta' materjal splussiv, u fil-kontroll effettiv tan-negozju illegali u t-tranżitu illegali.
"

(b)  fil-punt (3), l-ewwel paragrafu, għandu jiddaħħal il-punt li ġej:"

   ( c) żvilupp u organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċess politiku, inklużi miżuri li jsaħħu r-rwol tan-nisa fi proċessi bħal dawn u miżuri li jippromwovu mezzi tal-midja indipendenti, pluralisti u professjonali.
"

(c)  fil-punt (3), għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"

Miżuri taħt dan il-punt jistgħu jiġu implimentati, jekk ikun xieraq, permezz tas-Sħubija għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi tal-UE.

"

(3)  fl-Artikolu 6, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:"

3.  Meta Miżura ta' Assistenza Eċċezzjonali tkun se tiswa aktar minn EUR 20 000 000, dik il-miżura għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta Programmi Interim ta' Reazzjoni bl-iskop li jkunu stabbiliti jew stabbiliti mill-ġdid il-kundizzjonijiet essenzjali neċessarji għall-implimentazzjoni effettiva tal-politika ta' koperazzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Programmi Interim ta' Reazzjoni għandhom jibnu fuq il-Miżuri ta' Assistenza Eċċezzjonali. Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

"

(4)  l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  Dokumenti ta' Strateġija li jinvolvu għadd ta' pajjiżi u Tematiċi, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22, u soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 22a u 22b. Huma għandhom ikopru perjodu inizjali li ma jkunx itwal mill-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jiġu riveduti f'nofs il-perjodu.

"

(b)  il-paragrafu 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

7.  Dokumenti ta' Strateġija li jinvolvu għadd ta' pajjiżi u Tematiċi, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22, u soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 22a u 22b. Għandhom jiġu stabbiliti, fejn xieraq, b'konsultazzjoni mal-pajjiżi jew r-reġjuni sħab ikkonċernati.

"

(5)  l-Artikolu 8(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  Il-Programmi Annwali ta' Azzjoni u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

"

(6)  fl-Artikolu 9, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b' dan li ġej:"

3.  Miżuri speċjali li jiswew iktar minn EUR 5 000 000 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar minn meta jkunu adottati Miżuri Speċjali li jiswew sa EUR 5 000 000.

"

(7)  fl-Artikolu 17, il-paragrafi 4 u 5 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:"

4.  Fil-każ ta' Miżuri Eċċezzjonali ta' Assistenza u Programmi Interim ta' Rispons imsemmija fl-Artikolu 6, u fil-każ ta' miżuri adottati biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punt (3) tal-Artikolu 4, il-parteċipazzjoni fl-għoti tal-akkwist pubbliku jew fl-għoti tal-kuntratti għandha tkun miftuħa fuq bażi globali.

5.  Fil-każ ta' miżuri adottati bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 4, il-parteċipazzjoni fil-għotja tal-akkwist pubbliku jew kuntratti ta' għotjiet għandha tkun miftuħa, u r-regoli dwar l-oriġini għandhom jiġu estiżi għal kwalunkwe persuna fiżika u legali ta' pajjiż li qiegħed jiżviluppa jew pajjiż li qiegħed fi stat ta' tranżizzjoni kif definit mill-OECD, u ta' persuni fiċiżi jew ġuridiċi ta' kwalunkwe pajjiż ieħor eliġibbli taħt l-istrateġija relevanti.

"

(8)  l-Artikolu 21 huwa mibdul b'dan li ġej:"

Artikolu 21

Evalwazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod regolari r-riżultati u l-effiċjenza tal-politiki u programmi u l-effettività ta' programmar biex taċċerta li l-għanjiet jiġu milħuqa u tkun tista' tifformula rakkomandazzjonijiet biex jitjiebu l-operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapporti ta' evalwazzjoni sinifikattivi għal diskussjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawn ir-riżultati għandhom jgħinu t-tfassil ta' programmi u l-allokazzjoni ta' riżorsi.

"

(9)  l-Artikolu 22 huwa mibdul b' dan li ġej:

'Artikolu 22

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmi fl-Artikolu 7(3) u fl-Artikolu 7(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Wara li tadotta att delegat, minnufih il-Kummissjoni għandha tavża lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan fl-istess ħin.

3.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 22b u 22c.

Artikolu 22a

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 7(3) u fl-Artikolu 7(7) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tibda l-proċedura interna għat-teħid ta' deċiżjoni dwar jekk delega tas-setgħa għandha tiġi rrevokata għandha timpenja ruħha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġjonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħa delegata li tista tkun soġġett għal revoka u raġunijiet possibbli għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta' revoka għandha twaqqaf id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett immedjatament jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi stabbilita f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22b

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data ta' notifika.

Bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.  Jekk, meta jiskadi il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għal att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodi jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

3.  Jekk la il-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għall-att iddelegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni tagħhom għall-att delegat.“;

(10)  l-Artikolu 24 huwa mibdul b'dan li ġej:"

Artikolu 24

Pakkett finanzjarju

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2007-2013 huwa ta' EUR 2 062 000 000. L-approprjazzjonijiet annwali se jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Fil-perjodu 2007-2013:

   (a) mhux aktar minn 10 fil-mija tal-pakkett finanzjarju se jiġu allokati għal miżuri li jaqgħu taħt il-punt (1) tal-Artikolu 4;
   (b) mhux aktar minn 15 fil-mija tal-pakkett finanzjarju se jiġi allokat għal miżuri li jaqgħu taħt il-punt (2) tal-Artikolu 4;
   (c) mhux aktar minn 10 fil-mija tal-pakkett finanzjarju ser jiġu allokati għal miżuri li jaqgħu taħt il-punt (3) tal-Artikolu 4 bil-kundizzjoni li ċ-ċifra rilevanti tkun kompatabbli mar-reviżjoni attwali tas-Sħubija għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi tal-UE u tar-riżorsi interni.

"

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbtu fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010.
(2) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.
(3) Kawża C-91/05, Il-Kummissjoni v il-Kunsill [2008] ECR I-3651.


Strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ***I
PDF 332kWORD 68k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (COM(2009)0194 – C7-0043/2009 – 2009/0060A(COD))
P7_TA(2010)0379A7-0078/2009

(Proċedura ordinarja leġislattiva: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0194),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 179(1) u 181, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0043/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 209(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0078/2009),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp ▌

P7_TC1-COD(2009)0060A


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod speċjali l-Artikolu 209(1) tiegħu,

Wara li kkunsudraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Sabiex jitjibu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-għajnuna esterna tal-Komunità, fl-2006 ġie stabbilit qafas ġdid li jsostni l-pjanifikazzjoni u l-provvista ta' attivitajiet ta' għajnuna. Jinkludi r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)(2), ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija(3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli(4), ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà(5), ir-Regolament (Euratom) Nru 300/2007 tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari(6), ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(7), u r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp(8).

(2)  Fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eżenzjoni għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Fid-dawl ta' dan, hu propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti ta' dak ir-Regolament sabiex ikun konformi mal-istrumenti l-oħrajn.

(3)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Dokumenti Strateġiċi Ġeografiċi, il-Programmi Indikattivi Multiannwali u d-Dokumenti Strateġiċi għall-programmi tematiċi, billi dawn jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u huma ta' applikazzjoni ġenerali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti.

(4)  Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 17(2), it-tieni subġaragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 35, u suġġett għall-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikoli 35a u 35b, istruzzjonijiet ulterjuri dwar l-allokazzjoni tal-ammont totali fost il-benefiċjarji.‘;

"

(2)  L-Artikolu 21(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 21

Adozzjoni ta' dokumenti ta' strateġija u programmi indikattivi pluriennali

Id-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 19 u 20, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 20(1), kif ukoll miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 35, u suġġett għall-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikoli 35a u 35b.

"

(3)  L-Artikolu 22(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.   Il-programmi ta' azzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

"

(4)  Fl-Artikolu 23, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:"

3.   Fejn l-ispiża ta' dawn il-miżuri tisboq l-EUR 10 000 000, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal miżuri speċjali taħt l-EUR 10 000 000, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

4.   L-emendi għal miżuri speċjali, bħal dawk li jwettqu adattamenti tekniċi, li jestendu l-perjodu ta' implimentazzjoni, li jassenjaw mill-ġdid il-fondi fil-baġit proviżorju, jew li jżidu jew inaqqsu d-daqs tal-baġit b'ammont li jkun anqas minn 20 % tal-baġit inizjali, kemm-il darba dawn l-emendi ma jkollhomx effett fuq l-objettivi inizjali stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu kkomunikati fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

"

(5)  L-Artikolu 25(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

2.  Fil-prinċipju, l-għajnuna tal-Unjoni m'għandhiex tintuża għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.

"

(6)  Fl-Artikolu 33, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:"

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u reviżjoni tal-programmi tagħha b'mod regolari, u tevalwa r-riżultati tal-implimentazzjoni ta' linji politiċi u programmi ġeografiċi u tematiċi, u ta' linji politiċi settorali u l-effettività tal-ipprogrammar, fejn hu xieraq permezz ta' evalwazzjonijiet esterni indipendenti, sabiex jiġi żgurat jekk l-objettivi ġewx milħuqa u tkun tista' tfassal rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jiġu mtejba operazzjonijiet ġejjienin. Għandhom jitqiesu kif jistħoqq il-proposti mill-Parlament Ewropew, mill-parlamenti nazzjonali jew mill-Kunsill għal evalwazzjonijiet esterni indipendenti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-setturi soċjali u għall-progress magħmul lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni. Ir-riżultati għandhom iwasslu għad-disinn ta' programmi u l-allokazzjoni ta' riżorsi.

"

(7)  L-Artikolu 34(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

1.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati, u sa fejn hu possibbli, dwar l-eżiti ewlenin u l-impatti tal-assistenza. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-parlamenti nazzjonali, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.‘;

"

(8)  L-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 35

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 21 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 35a u 35b.

Artikolu 35a

Ir-revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 21 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni, fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħa ddelegata li tista' tkun suġġetta għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3.   Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li diġà jkunu fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat sa xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jittawwal b'xahrejn.

2.  Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għal att iddelegat, għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

L-att iddelegat jista' jiġu ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn oġġezzjonat għall-att iddelegat.

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(3) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(4) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.
(5) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.
(6) ĠU L 81, 22.3.2007, p. 1.
(7) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.
(8) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.


L-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja ***I
PDF 401kWORD 66k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (COM(2009)0194 – C7-0158/2009 – 2009/0060B(COD))
P7_TA(2010)0380A7-0188/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0194),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu179(1) u l-Artikolu 181a, tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0158/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 209(1) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0188/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) ▌ Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

P7_TC1-COD(2009)0060B


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(1) u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Sabiex jitjibu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-għajnuna esterna tal-Komunità, fl-2006 ġie stabbilit qafas ġdid li jsostni l-pjanifikazzjoni u l-provvista ta' attivitajiet ta' għajnuna. Jinkludi r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)(2), ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija(3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli(4), ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà(5), ir-Regolament (Euratom) Nru 300/2007 tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari(6), ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(7), u r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp(8).

(2)  Fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti ħarġu xi inkosistenzi fir-rigward tal-eżenzjoni għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Fid-dawl ta' dan, hu propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) ▌ Nru 1889/2006 sabiex ikunu konformi mal-istrumenti oħrajn.

(3)  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dokumenti ta' strateġija, minħabba li dawn id-dokumenti ta' strateġija jissuplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 u għandhom applikazzjoni ġenerali. Huwa ta' importanza partikulari li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti.

(4)  Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

3.  Id-dokumenti ta' Strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, u soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.

"

(2)  L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

3.   Il-Programmi ta'Azzjoni Annwali u kwalunkwe reviżjonijiet jew estensjonijiet tagħhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jittieħed kont tal-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

"

(3)  Fl-Artikolu 7 il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

Meta l-ispiża ta' tali miżuri tkun ugwali jew taqbeż l-EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.   Għal Miżuri Speċjali li jiswew inqas minn EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

"

(4)  L-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miżuri ad hoc mwettqa.

"

(5)  Fl-Artikolu 13(6), husostitwit b' dan li ġej:"

6.  Fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Unjoni m' għandhiex tiġi wżata għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.

"

(6)  L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' valutazzjoni tagħha [...] lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni. [...] Ir-riżultati għandhom iħallu l-effetti tagħhom fuq id-disinn tal-programm u fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi.

"

(7)  L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

Artikolu 17

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) għandha tiġu konferita lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Hekk kif tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament u lill-Kunsill simultanjament.

3.   Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati hija konferita lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17a u 17b.

Artikolu 17a

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed l-aħħar deċiżjoni, filwaqt li jiġi indikat liema setgħa delegata tista' tkun soġġetta għal revoka u r-raġunijiet li jista' jkun hemm għar-revoka.

3.  Id-deċizjoni għal revoka għandha ġġib fi tmiem id-delega tas-setgħa speċifikatai f'dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandu jkollha effett immedjat jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Dan ma għandux jaffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17b

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.   Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u anqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulat fih.

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewroppea jew jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għall-att iddelegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjonijiet li joġġezzjonaw għandhom jistipulaw ir-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet għall-atti delegati.

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(3) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(4) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.
(5) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1.
(6) ĠU L 81, 22.3.2007, p. 1.
(7) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.
(8) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.


Stabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati ***I
PDF 463kWORD 134k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli (COM(2009)0197 – C7-0101/2009 – 2009/0059(COD))
P7_TA(2010)0381A7-0052/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0197),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 181a tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0101/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tall-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 207(2) u 209(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0052/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.  Iqis il-proposta kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali għall-2007-2013; ifakkar, madankollu, li l-approprjazzjonijiet annwali għall-perjodu 2010-2013 se jiġu deċiżi mill-awtorità baġitarja bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli

P7_TC1-COD(2009)0059


[Emenda 3, ħlief jekk jingħad mod ieħor]

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207(2) u 209(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Sa mill-2007 il-Komunità ssimplifikat il-kooperazzjoni ġeografika tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Amerika Latina u mal-Iraq, l-Iran, il-Jemen u l-Afrika t'Isfel taħt ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp(2).

(2)  L-għan primarju u dominanti tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 hu l-qerda tal-faqar permezz tat-twettiq tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju. L-iskop tal-kooperazzjoni għal programmi ġeografiċi mal-pajjiżi, territorji u reġjuni li qed jiżviluppaw li huma stabbiliti taħt dak ir-Regolament hu limitat aktar b'mod materjali għal miżuri ta' finanzjament maħsubin biex jissodisfaw il-kriterji għal Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp (kriterji ODA) stabbiliti mill-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD/DAC).

(3)  Huwa fl-interess tal-Unjoni li tintensifika r-relazzjonijiet tagħha aktar mal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw ikkonċernati, li huma sħab bilaterali importanti u atturi importanti f'fora multilaterali u fil-governanza globali li magħhom l-Unjoni għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta' rabtiet diversifikati, b'mod partikolari f'oqsma bħal skambji ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, ta' negozju u xjentifiċi. Hi għalhekk għandha bżonn strument finanzjarju li jippermetti l-finanzjament ta' miżuri bħal dawn, li fil-prinċipju, ma jikkwalifikawx bħala ODA skont il-kriterji tal-ODA iżda li għandhom importanza deċiżiva f'termini tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet u fl-għoti ta' kontribut importanti għall-promozzjoni tal-progress u l-iżvilupp tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikkonċernati.

(4)  Għal dak il-għan, erba' Azzjonijiet Preparatorji ġew imħejjija fil-proċeduri tal-baġit tal-2007 u l-2008 sabiex tinbeda tali kooperazzjoni msaħħa skont punt (b) tal-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3) (ir-Regolament Finanzjarju); skambji ta' negozju u xjentifiċi mal-Indja; skambji ta' negozju u xjentifiċi maċ-Ċina; kooperazzjoni ma' gruppi ta' pajjiżi bi dħul medju fl-Asja; u kooperazzjoni ma' gruppi ta' pajjiżi bi dħul medju fl-Amerika Latina. Taħt dak l-Artikolu, il-proċedura leġislattiva, flimkien mal-Azzjonijiet Preparatorji, għandha tiġi konkluża qabel it-tmien tat-tielet sena finanzjarja.

(5)  L-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006(4) huma adattati biex naslu għall-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 u li jiġi pprovdut pakkett finanzjarju sabiex ikopri l-kooperazzjoni ma' dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

(6)  Bit-twessigħ tal-medda ġeografika tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikkonċernati huma koperti b'żewġ strumenti differenti tal-finanzjament tal-azzjoni esterna. Għandu jkun żgurat li ż-żewġ strumenti ta' finanzjament jibqgħu għal kollox separati minn xulxin. Il-miżuri li jissodisfaw il-kriterji ODA se jiġu ffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006, waqt li r-Regolament (KE) Nru 1934/2006 se jkopri biss miżuri li, fil-prinċipju, ma jissodisfawx dawn il-kriterji. Hemm bżonn ukoll li jkun żgurat li dawk il-pajjiżi li qabel kienu koperti bir-Regolament (KE) Nru 1934/2006, jiġifieri l-pajjiżi u r-reġjuni industrijalizzati kif ukoll pajjiżi u reġjuni oħrajn bi dħul għoli, ma jispiċċawx żvantaġġati, speċjalment mil-lat finanzjarju, bit-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku ta' dak ir-Regolament.

(7)  Minħabba li l-kriżi ekonomika ħolqot tensjoni baġitarja estrema fl-Unjoni kollha, u li t-twessigħ propost jikkonċerna pajjiżi li f'ċerti każijiet laħqu livell ta' kompetittività komparabbli ma' dak tal-Unjoni u livell ta' għajxien medju qrib dak ta' ċerti Stati Membri, il-kooperazzjoni tal-UE għandha tqis l-isforzi li jsiru min-naħa tal-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna biex jirrispettaw il-ftehimiet internazzjonali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u biex jipparteċipaw fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta' serra.

(8)  Ir-reviżjoni tal-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji ta' azzjoni esterna identifikat inkonsistenzi fid-dispożizzjonijiet li jeskludu spejjeż relatati ma' taxxi, dazji jew ħlasijiet oħra bħala ineleġibbli. Minħabba konsistenza, qed jiġi propost li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu armonizzati mal-istrumenti l-oħra.

(9)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' programmi ta' kooperazzjoni pluriennali, peress li dawn il-programmi jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 u huma ta' applikazzjoni ġenerali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(10)  Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 għandu b'dan jiġi emendat kif ġej:

(1)  it-titolu tar-Regolament għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, i u ma' pajjżi li qed jiżviluppaw u li jaqgħu taħt Regolament (KE) Nru 1905/2006, għall-attivitajiet apparti l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp

"

(2)  l-Artikoli 1 sa 3 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

Artikolu 1

Għan

1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-pajjiżi u t-territorji industrijalizzati u l-oħrajn bi dħul għoli għandhom jinkludi l-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom jinkludu l-pajjiżi li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp* u li huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Minn hawn ‘il quddiem, dawn huma imsejħa ’pajjiżi sħab

Il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jsostni kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika, kulturali u akkademika fl-oqsma kollha stipulati fl-Artikolu 4, li jaqgħu fi ħdan l-isferi ta' kompetenza tagħha mal-pajjiż sħab. Dan ir-Regolament għandu jservi biex jiffinanzja l-miżuri li, fil-prinċipju, ma jissodisfawx il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) stabbiliti mill-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (DAC/OECD).

2.  L-għan primarju ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab għandu jkun li jipprovdi rispons speċifiku għall-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet u li jkun hemm impenn akbar magħhom fuq bażi bilaterali, reġjonali jew multilaterali sabiex jinħoloq ambjent aktar favorevoli u trasparenti għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab skont il-prinċipji li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulata fit-Trattat. Fost affarijiet oħra, dan jirreferi għall-promozzjoni tad-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, kif ukoll xogħol deċenti, governanza tajba u l-preżervazzjoni tal-ambjent, sabiex jingħata kontribut għall-progress u l-proċess ta' żvilupp sostenibbli fil-pajjiżi sħab.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  ▌Il-kooperazzjoni għandha tkun immirata biex isir impenn mal-pajjiżi sħab sabiex jissaħħu d-djalogu u t-tiġdid ta' ħbiberiji u sabiex jaqsmu u jippromwovu strutturi u valuri politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali simili. L-Unjoni għandu jkollha wkoll l-intenzjoni li żżid il-kooperazzjoni u l-iskambji mas-sħab u l-atturi bilaterali stabbiliti jew dejjem iżjed importanti f'fora multilaterali u fil-governanza globali. Il-kooperazzjoni tkopri wkoll sħab fejn l-Unjoni għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta' rabtiet u tal-valuri tagħha kif stipulati fit-Trattat.

2.  ▌ F'ċirkostanzi debitament ġustifikati u sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-effettività tal-finanzjamenti tal-Unjoni u sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi meta tkun qed tadotta l-programmi ta' azzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 6 li pajjiżi mhux elenkati fl-Annessi huma eliġibbli għal miżuri taħt dan ir-Regolament, fejn il-proġett jew il-programm li għandu jiġi implimentat huwa ta' natura reġjonali jew transkonfinali. Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal dan fil-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali msemmija fl-Artikolu 5.

3.  Il-Kummissjoni għandha temenda l-listi fl-Annessi I u II skont reviżjonijiet regolari tal-OECD/DAC tal-lista tagħha ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

4.  Għall-finanzjamenti tal-Unjoni skont dan ir-Regolament, għandha tingħata attenzjoni partikolari fejn xieraq għall-konformità tal-pajjiżi sħab mal-istandards tax-xogħol fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u għall-isforzi tagħhom biex jipprovaw inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.

5.  Fir-rigward tal-pajjiżi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi rispettata b'mod strett il-koerenza politika mal-miżuri ffinanzjati skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1337/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw**.

Artikolu 3

Prinċipji Ġenerali

1.  L-Unjoni hija bbażata fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt u tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida l-impenn għal dawn il-prinċipji fil-pajjiżi sħab permezz tad-djalogu u l-kooperazzjoni.

2.  Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi segwit, fejn hu xieraq, approċċ differenzjat fit-tfassil tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi sħab biex jittieħed kont tal-kuntesti ekonomiċi, soċjali u politiċi tagħhom kif ukoll tal-interessi, l-istrateġiji u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Unjoni.

3.  Miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti ma' u jkopru oqsma ta' kooperazzjoni mniżżla partikolarment fl-istrumenti, fil-ftehim, fid-dikjarazzjonijiet u fil-pjanijiet ta' azzjoni, bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab kif ukoll oqsma li jappartjenu għall-interessi u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Unjoni.

4.  Għall-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha timmira li tiżgura koerenza ma' oqsma oħra tal-azzjoni esterna tagħha kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikulari l-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Dan għandu jiġi żgurat bil-formulazzjoni ta' politiki, ippjanar strateġiku u l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri.

5.  Miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jikkumplimentaw, u jġibu valur miżjud lill-isforzi meħuda mill-Istati Membri u korpi pubbliċi tal-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet kummerċjali u skambji kulturali, akkademiċi u xjentifiċi.

6.  Il-Kummissjoni għandha tinforma u għandu jkollha skambji ta' opinjonijiet regolari mal-Parlament Ewropew.

___________

* ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

** ĠU L 354, 31.12.2008, p. 62.‘.

"

(3)  l-Artikolu 4, huwa emendat kif ġej:

   (a) il-parti introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:"
Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jappoġġa azzjonijiet ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 1 u għandu jkun konsistenti mal-iskop, il-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali globali ta' dan ir-Regolament. Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkopri azzjonijiet li, fil-prinċipju, ma jissodisfawx il-kriterji għall-ODA, u li jistgħu jinkludu dimensjoni reġjonali, fl-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:"
   (b) il-punti 1 sa 5 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"
   (1) il-promozzjoni ta' kooperazzjoni, sħubiji u intrapriżi konġunti bejn atturi ekonomiċi, soċjali, kulturali, akkademiċi u xjentifiċi fl-Unjoni u l-pajjiżi sħab;
     (2) l-istimolu ta' kummerċ bilaterali, flussi ta' investiment u sħubiji ekonomiċi, inkluża attenzjoni għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;
     (3) il-promozzjoni ta' djalogi bejn l-atturi politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħra f'setturi rilevanti fl-Unjoni u fil-pajjiżi sħab;
     (4) il-promozzjoni ta' rabtiet bejn persuna u oħra, programmi ta' edukazzjoni u taħriġ u skambji intelletwali u t-tisħiħ ta' għarfien reċiproku bejn kulturi, b'mod partikulari fil-livell tal-familji, inklużi miżuri li jiżguraw u jżidu l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programm Erasmus Mundus u l-parteċipazzjoni fil-fieri tal-edukazzjoni Ewropej;
     (5) il-promozzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni f'oqsma bħar-riċerka, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-isport u l-kultura, l-enerġija (b'mod partikulari, l-enerġija li tiġġedded), it-trasport, kwistjonijiet ambjentali (inkluż it-tibdil fil-klima), id-dwana, kwistjonijiet finanzjarji, legali u tad-drittijiet tal-bniedem, u kwalunkwe kwistjoni oħra ta' interess reċiproku bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab;
"
   (c) il-punt 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
   (7) l-appoġġ għal inizjattivi speċifiċi, inkluż xogħol ta' riċerka, studji, skemi pilota jew proġetti konġunti destinati li jirrispondu b'manjiera effettiva u flessibbli għall-objettivi ta' kooperazzjoni li joħorġu minn żviluppi fir-relazzjoni bilaterali tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab jew li jimmiraw li jipprovdu impetu għal aktar tisħiħ u twessigħ tar-relazzjonijiet bilaterali magħhom.
"

(4)   fl-Artikolu 5 il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:"

'2.  Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali m'għandhomx ikopru aktar mill-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament. Huma għandhom jistabbilixxu l-interessi u l-prijoritajiet speċifiċi, l-objettivi ġenerali u r-riżultati mistennija tal-Unjoni. B'mod partikulari fir-rigward ta' Erasmus Mundus, il-programmi għandhom jimmiraw għall-iktar kopertura ġeografika bilanċjata possibbli. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll l-oqsma magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni u jiddiskrivu fil-qosor l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva tal-fondi, globalment, għal kull qasam ta' prijorità u għal kull pajjiż sieħeb jew grupp ta' pajjiżi sħab għall-perijodu kkonċernat. Fejn xieraq dan jista' jingħata fil-forma ta' marġni. Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali għandhom jiġu riveduti f'nofs it-terminu, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ.

3.  Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali u kwalunkwe reviżjoni tagħhom għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14a, u soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14b u 14c.‘.

"

(5)  l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

   (a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' azzjoni annwali bbażati fuq il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali msemmija fl-Artikolu 5 u għandha tittrażmettihom b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
   (b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
3.  Il-programmi ta' azzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Din il-proċedura m'għandhiex għalfejn tintuża għal emendi għall-programmi ta' azzjoni, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, li jestendu l-perijodu ta' implimentazzjoni, li jassenjaw mill-ġdid fondi bejn l-operazzjonijiet ippjanati fi ħdan il-baġit imbassar, jew li jżidu jew inaqqsu d-daqs tal-baġit b'anqas minn 20 % tal-baġit inizjali, sakemm dawn l-emendi huma konsistenti ma' l-objettivi inizjali mniżżla fil-programmi ta' azzjoni.‘."
  

[Emenda 4]

(6)   l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

   (a) il-punti (e) u (f) għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej :"
   ‘(e) Il-korpi konġunti stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni sħab u l-Unjoni;
   (f) L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, safejn dawn jimplimentaw il-miżuri ta' appoġġ speċifikati fl-Artikolu 9;
"
   (b) għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:"
1a.  Miżuri koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja*, mir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà**, jew mir-Regolament (KE) Nru 1905/2006, u li huma eliġibbli għall-finanzjament skont dawn ir-regolamenti m'għandhomx ikunu ffinanzjati skont dan ir-Regolament.
1b.  Il-finanzjamenti tal-Unjoni skont dan ir-Regolament m'għandhomx jintużaw sabiex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' armi jew munizzjon, u operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.
_________
* ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.
**ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1."

(7)  fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

3.  Finanzjament tal-Unjoni m'għandux, bħala prinċipju, jintuża biex jitħalsu taxxi, dazji jew spejjeż fil-pajjiżi sħab.

"

(  8) l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

   (a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
1.  Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jkopri nfiq assoċjat mal-preparazzjoni, is-segwitu, il-monitoraġġ, il-verifika u l-attivitajiet ta' evalwazzjoni meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-kisba tal-objettivi tiegħu, u kwalunkwe nfiq ta' assistenza amministrattiva jew teknika li l-Kummissjoni, inkluż id-Delegazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi sħab, tista' tħallas għall-ġestjoni ta' operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament."
   (b) il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' appoġġ mhux koperti mill-programmi pluriennali ta' kooperazzjoni u għandha tittrażmettihom b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ."

(  9) l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

   (a) it-titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni"
   (b) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
1.  Kwalunkwe ftehim li jirriżulta minn dan ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta'  Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea*, u (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn** u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)***.
____________
* ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
** ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
*** ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1."
   (c) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
2.  Il-ftehim għandhom espressament jintitolaw lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sabiex iwettqu verifiki, inklużi verifiki tad-dokumenti jew verifiki fuq il-post ta' kwalunkwe kuntrattur jew subkuntrattur li jkun irċieva fondi tal-Unjoni. Huma għandhom ukoll jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni sabiex twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post skont ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96."

(10)  l-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment l-azzjonijiet u l-programmi ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, fejn hu xieraq jew fuq talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, permezz ta' evalwazzjonijiet esterni indipendenti, biex taċċerta jekk l-objettivi ġewx milħuqa u biex tkun tista' tifformula rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu operazzjonijet futuri. Ir-riżultati għandhom jerġgħu jintużaw għad-disinn ta' programmi u l-allokazzjoni ta' riżorsi.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha tassoċja l-partijiet interessati rilevanti, inklużi atturi mhux Statali, fil-fażi ta' evalwazzjoni tal-kooperazzjoni tal-Unjoni prevista taħt dan ir-Regolament.

"

[Paragrafu 2 jikkorrispondi ma' Emenda 5]

(11)  l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

Artikolu 14

Rapport annwali

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dettaljat dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jniżżel ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-baġit u jippreżenta l-azzjonijiet u l-programmi kollha ffinanzjati u, safejn ikun possibbli, iniżżel l-eżiti u l-impatti ewlenin tal-azzjonijiet u l-programmi ta' kooperazzjoni.

"

(12)  għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

Artikolu 14a

Eżerċitar tad-delega

1.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan b'mod simultanju.

3.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 14b u 14c.

Artikolu 14b

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tirrevokax delega ta' setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, billi tindika s-setgħa iddelegata li tista' tkun soġġetta għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data ulterjuri stipulata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14c

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.  Jekk, meta jiskadi il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għall-att delegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għalfejn qed toġġezzjona għall-att delegat.

"

(13)  l-Artikolu 15 għandu jitħassar.[Emenda 6]

(14)  l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet finanzjarji

L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2007 sal-2013 għandu jkun ta' EUR 172 miljun għall-pajjiżi elenkati fl-Anness I u EUR 176 miljun għall-pajjiżi elenkati fl-Anness II. L-approprjazzjonijiet annwali għall-perjodu 2010-2013 se jkunu deċiżi mill-awtorità baġitarja bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità baġitarja informazzjoni dettaljata fuq il-linji kollha tal-baġit u l-approprjazzjonijiet annwali li għandhom jintużaw għall-finanzjament tal-miżuri skont dan ir-Regolament. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. Għandu jkun żgurat ukoll li l-pajjiżi u r-reġjuni industrijalizzati kif ukoll il-pajjiżi u r-reġjuni bi dħul għoli elenkati fl-Anness I ma jiġux żvantaġġati bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-pajjiżi msieħba msemmija fl-Anness II.

L-approprjazzjonijiet ipprogrammati biex jintużaw skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ma għandhomx jintużaw għal dan l-iskop.‘.

"

[Emenda 1CP]

(15)  fl-Anness, it-titolu għandu jiġi sostitwit b' dan li ġej:"

‘ANNESS I – Lista ta' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli koperti minn dan ir-Regolament

"

(16)  Għandu jiżdied Anness II ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

"

‘ANNESS II

Lista ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw koperti minn dan ir-Regolament

L-Amerika Latina

1.  L-Arġentina

2.  Il-Bolivja

3.  Il-Brażil

4.  Iċ-Ċilì

5.  Il-Kolumbja

6.  Il-Kosta Rika

7.  Kuba

8.  L-Ekwador

9.  El Salvador

10.  Il-Gwatemala

11.  Il-Ħonduras

12.  Il-Messiku

13.  In-Nikaragwa

14.  Il-Panama

15.  Il-Paragwaj

16.  Il-Perù

17.  L-Urugwaj

18.  Il-Veneżwela

L-Asja

19.  L-Afganistan

20.  Il-Bangladexx

21.  Il-Butan

22.  Il-Kambodja

23.  Iċ-Ċina

24.  L-Indja

25.  L-Indoneżja

26.  Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

27.  Il-Laos

28.  Il-Malasja

29.  Il-Maldive

30.  Il-Mongolja

31.  Il-Mjanmar/Burma

32.  In-Nepal

33.  Il-Pakistan

34.  Il-Filippini

35.  Is-Sri Lanka

36.  It-Tajlandja

37.  Il-Vjetnam

L-Asja Ċentrali

38.  Il-Kazakistan

39.  Ir-Repubblika Kirgiża

40.  It-Taġikistan

41.  It-Turkmenistan

42.  L-Uzbekistan

Il-Lvant Nofsani

43.  L-Iran

44.  L-Iraq

45.  Il-Jemen

L-Afrika t'Isfel

46.  L-Afrika t'Isfel‘

"

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010.
(2) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.


Strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ***I
PDF 437kWORD 111k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Anness
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru No 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (COM(2010)0102 – C7-0079/2010 – 2010/0059(COD))
P7_TA(2010)0382A7-0285/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0102),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), kif ukoll l-Artikolu 209(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0079/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet immotivati indirizzati lill-President mill-parlamenti nazzjonali dwar il-konformità tal-abbozz ta' att mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0285/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Iqis li l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, billi tnaqqas drastikament il-marġni taħt il-limitu massimu tal-Intestatura 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) 2007-2013, ma tħallix biżżejjed wisa' għall-manuvrar biex tkun affaċċjata kriżi li tkun qed tiżviluppa u biex ikun hemm reazzjoni xierqa għaliha;

3.  Iqis li, minħabba l-kwistjoni li ilha teżisti rigward il-kummerċ tal-banana, il-miżuri proposti setgħu ġew integrati fl-MFF fi stadju aktar bikri;

4.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu li kull strument ġdid m'għandux ikun iffinanzjat permezz tar-riallokazzjoni, billi din tipperikola l-prijoritajiet eżistenti;

5.  Ifakkar li l-għan tal-Istrument ta' Flessibbiltà, imsemmi fil-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(1), huwa l-finanzjament ta' “nefqa identifikata b'mod ċar li ma tistax tkun iffinanzjata fil-limiti tal-limiti massimi”, u jqis li l-miżuri marbuta mal-kummerċ tal-banana huma miżuri ta' akkumpanjament li jaqgħu f'dik il-kategorija;

6.  Iqis għalhekk li l-proposta mhijiex kompatibbli mal-limitu massimu tal-Intestatura 4 tal-MFF, u jitlob li din tkun riveduta bil-mezzi kollha stabbiliti fil-punti 21 sa 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali, jew b'mezzi oħra bħal dawk inklużi fil-punti 25 u 27 tiegħu;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1905/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp

P7_TC1-COD(2010)0059


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 209(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta' att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2),

Billi:

(1)  Il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-iżvilupp għandha l-għan li tnaqqas u fl-aħħar mill-aħħar teqred il-faqar.

(2)  L-Unjoni, bħala parti kontraenti tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO), hija impenjata li tissimplifika l-kummerċ fi strateġiji għall-iżvilupp u biex tippromwovi l-kummerċ internazzjonali sabiex isir progress fl-iżvilupp u fit-tnaqqis, u fuq it-tul ta' żmien fil-qerda, tal-faqar madwar id-dinja kollha.

(3)  L-Unjoni ssostni l-Grupp ta' Stati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fit-triq tagħhom lejn tnaqqis fil-livell ta' faqar u żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli, u tagħraf l-importanza tas-setturi tagħhom tal-komoditajiet.

(4)  L-Unjoni hija impenjata li ssostni l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw fl-ekonomija dinjija bl-għan li jkun hemm żvilupp sostenibbli. Il-pajjiżi tal-AKP prinċipali li jesportaw il-banana jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' sfidi fil-kuntest ta' arranġamenti tal-kummerċ li qiegħdin jinbidlu, notevolment il-liberalizzazzjoni tat-tariffa tan-Nazzjon l-Aktar Preferut (NAP) fil-qafas tal-WTO u tal-ftehimiet bilaterali jew reġjonali li ġew konklużi jew fil-proċess li jiġu konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi tal-Amerika Latina. Għalhekk programm AKP dwar il-Miżuri ta' Akkumpanjament marbutin mal-Banana għandu jiżdied mar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp(3).

(5)  Il-miżuri ta' assistenza finanzjarja li għandhom jiġu adottati taħt dan il-programm għandhom ikunu mmirati biex itejbu l-istandards tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies fiż-żoni li jkabbru l-banana u fil-ktajjen tal-valur tal-banana, speċifikament tal-bdiewa ż-żgħar u tal-entitajiet iż-żgħar, kif ukoll li jkunu konformi mal-istandards tax-xogħol u mal-istandards tas-saħħa u tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u mal-istandards ambjentali, notevolment ma' dawk li għandhom x'jaqsmu mal-użu tal-pestiċidi u mal-espożizzjoni għalihom, billi jappoġġaw l-adattament u jinkludu, meta jkun relevanti, l-organizzazzjoni mill-ġdid taż-żoni li jiddependu fuq l-esportazzjoni tal-banana permezz ta' sostenn mill-baġit immirat lejn setturi speċifiċi jew intervenzjonijiet immirati lejn proġetti partikolari. Il-miżuri għandhom ikunu mmirati biex jipprovdu politika soċjali dwar il-kapaċità ta' rkupru, diversifikazzjoni ekonomika jew investiment għat-titjib tal-kompetittività, fejn dan ikun vijabbli, filwaqt li jitqiesu r-riżultati u l-esperjenzi miksuba permezz tas-Sistema Speċjali ta' Assistenza għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjżi tal-AKP stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2686/94(4) u l-Qafas Speċjali ta' Assistenza (QSA) għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-AKP stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/1999(5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/1999(6). L-Unjoni tagħraf l-importanza tal-promozzjoni ta' tqassim aktar ekwu tad-dħul mill-banana.

(6)  Il-programm għandu jakkumpanja l-proċess ta' adattament fil-pajjiżi tal-AKP li esportaw volumi sinifikanti ta' banana lill-Unjoni f'dawn l-aħħar snin u li se jiġu affettwati mil-liberalizzazzjoni fil-qafas tal-WTO(7)jew mill-ftehimiet bilaterali jew reġjonali konklużi jew li qed jiġu konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi tal-Amerika Latina. Il-programm jibni fuq il-Qafas Speċjali ta' Assistenza (QSA) għall-fornituri tradizzjonali tal-banana mill-pajjiżi tal-ACP. Il-programm huwa konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fil-qafas tal-WTO u jiffoka fuq ir-ristrutturazzjoni u t-titjib tal-kompetittivitá u b'hekk huwa ta' xorta temporanja, b'tul ta' erba' snin (2010-2013).

(7)  Il-konklużjonijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2010 bl-isem “Rapport Biennali dwar il-Qafas Speċjali ta' Assistenza għall-Fornituri Tradizzjonali tal-Banana mill-pajjiżi tal-AKP” jindikaw li l-programmi ta' assistenza li saru fl-imgħoddi taw kontribut sostanzjali fil-kisba ta' titjib fil-kapaċità għal diversifkazzjoni ekonomika ta' suċċess, minkejja illi l-impatt sħiħ għadu ma jistax ikun ikkwantifikat u s-sostenibilità tal-esportazzjonijiet tal-banana tal-AKP għadha fraġli.

(8)  Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-programm tal-QSA imma ma għamlitx valutazzjoni tal-impatt tal-miżuri ta' akkumpanjament fis-settur tal-banana.

(9)  Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinament kif suppost ta' dan il-programm mal-programmi indikattivi reġjonali u nazzjonali li joperaw fil-pajjiżi benefiċjarji, b'mod partikulari fir-rigward tal-kisba tal-objettivi ekonomiċi, agrikulturali, soċjali u ambjentali.

(10)  Kważi 2% tal-kummerċ dinji tal-banana ġie ċċertifikat mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-kummerċ ekwitabbli. Il-prezzijiet minimi tal-kummerċ ekwitabbli ġew iffissati fuq il-bażi tal-kalkolu tal-“ispejjeż sostenibbli tal-produzzjoni” stabbiliti wara konsultazzjoni mal-partijiet involuti bil-għan li jiġu internalizzati l-ispejjeż biex isiru konformi ma' standards soċjali u ambjentali diċenti u biex isir profitt raġonevoli li bis-saħħa tiegħu l-produtturi jkunu jistgħu jinvestu fl-istabilità ta' xogħolhom fuq tul ta' żmien twil.

(11)  Biex jiġi evitat l-isfruttar tal-ħaddiema lokali, il-katina tal-produzzjoni tas-settur tal-banana għandha ssegwi distribuzzjoni ekwitabbli tad-dħul iġġenerat mis-settur.

(12)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'dak li għandu x'jaqsam mad-Dokumenti ta' Strateġija Ġeografiċi, il-Programmi Indikattivi Multiannwali u d-Dokumenti ta' Strateġija għall-programmi tematiċi u l-miżuri ta' akkumpanjament, billi dawn jikkumplimentaw ir-Regolament (KE) 1905/2006 u għandhom ambitu ġenerali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti.

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 4 għandu jinbidel b' dan li ġej:"

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-assistenza mill-Unjoni

B'mod konsistenti mal-fini, l-ambitu u l-għanijiet globali u mal-priċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi ġeografiċi u tematiċi stipulati fl-Artikoli 5 sa 16 u fil-programmi stipulati fl-Artikolu 17 u 17a.

"

(2)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"

Artikolu 17a

Il-pajjiżi prinċipali tal-AKP li qegħdin ifornu l-banana

1.  Pajjiżi tal-AKP li jfornu l-banana elenkati fl-Anness IIIa għandhom jibbenefikaw mill-miżuri ta' akkumpanjament marbutin mal-banana. L-għajnuna mill-Unjoni ▌għandha tkun immirata biex issostni l-proċess ta' aġġustament tagħhom wara l-liberalizzazzjoni tas-suq tal-banana tal-UE fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ. L-għajnuna mill-Unjoni għandha b'mod partikolari tintuża fil-ġlieda kontra l-faqar billi ttejjeb l-istandards u l-kondizzjonijiet tal-għajxien tal-bdiewa u tal-persuni kkonċernati u tal-entitajiet iż-żgħar rilevanti, inkluż bil-konformità mal-istandards tax-xogħol u tas-sikurezza kif ukoll bil-konformità mal-istandards ambjentali, inkluż l-użu tal-pestiċidi u l-esposizzjoni għalihom. L-assistenza mill-Unjoni għandha tqis il-politika u l-istrateġiji ta' adattament tal-pajjiżi, kif ukoll tal-ambjent reġjonali tagħhom (f'termini tal-qrubija lejn l-ibgħad reġjuni tal-UE u l-pajjiżi u t-territorji barranin), u għandha tagħti attenzjoni speċifika lill-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:

   (a) it-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur tal-esportazzjoni tal-banana, fejn dan huwa sostenibbli, b'kunsiderazzjoni għas-sitwazzjoni tal-partijiet interessati differenti fil-katina;
   (b) il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika fiż-żoni dipendenti mill- banana, meta strateġija bħal din tkun vijabbli;
   (c) li jiġu indirizzati impatti usa' ġġenerati mill-proċess ta' adattament, possibbilment relatat, iżda mhux ristrett, mal-impjieg u s-servizzi soċjali, mal-użu tal-art u r-restawr ambjentali, u l-istabbiltà makro-ekonomika.

2.  Fi ħdan l-ammont imsemmi fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tfassal l-ammont massimu disponibbli għal kull pajjiż ▌tal-AKP li jforni l-banana skont il-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-indikaturi oġġettivi u maħsuba li ġejjin:

   (a) l-ewwel nett, il-kummerċ tal-banana mal-Unjoni;
   (b) it-tieni nett, l-importanza tal-esportazzjonijiet tal-banana għall-ekonomija tal-pajjiż tal-AKP ikkonċernat, flimkien mal-livell ta' żvilupp tal-pajjiż.

Il-kejl tal-kriterji ta' allokazzjoni għandu jkun ibbażat fuq data rappreżentattiva ta' qabel l-2010 u li tkopri perjodu mhux itwal minn ħames snin, u fuq studju tal-Kummissjoni li jevalwa l-impatt fuq il-pajjiżi tal-AKP tal-ftehim milħuq fil-qafas tad-WHO u tal-ftehimiet bilaterali jew reġjonali konklużi, jew fil-proċess li jiġu konklużi, bejn l-Unjoni u pajjiżi tal-Amerika Latina, li jkunu esportaturi ewlenin tal-banana.

3.  Il-Kummissjoni għandha todotta strateġiji ta' sostenn multiannwali permezz ta' analoġija għall-Artikolu 19, b'konformità mal-Artikolu 21. Għandha tiżgura li tali strateġiji jikkumplimentaw id-dokumenti ġeografiċi strateġiċi tal-pajjiżi kkonċernati, u n-natura temporanja ta' dawn il-miżuri ta' akkumpanjament marbutin mal-esportazzjoni tal-banana.

L-istrateġiji ta' sostenn multiannwali għall-miżuri ta' akkumpanjament fis-settur tal-banana għandhom jinkludu:

   ( a) profil ambjentali aġġornat li jagħti attenzjoni xierqa lis-settur tal-banana tal-pajjiż, inter alia ffukat fuq il-pestiċidi;
   (b) tagħrif dwar il-kisbiet tal-programmi ta' assistenza li saru fl-imgħoddi favur is-settur tal-banana;
   ( c) indikaturi għall-valutazzjoni tal-progress f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-iżburżar, meta jintgħażel l-appoġġ baġitarju bħala l-forma ta' finanzjament;
   (d) ir-riżultati mistennija tal-għajnuna;
   (e) kalendarju tal-attivitajiet ta' appoġġ u tal-iżburżar mistenni għal kull pajjiż benefiċjarju;
   (f) il-modi kif jista' jinkiseb u jiġi kkontrollat il-progress fl-ilħuq tal-istandards fundamentali tax-xogħol tal-ILO miftiehma fuq livell internazzjonali u l-konvenzjonijiet xierqa fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll mal-istandards ambjentali rilevanti ewlenin miftiehma fuq livell internazzjonali.

Tmintax-il xahar qabel l-iskadenza, għandha ssir valutazzjoni tal-programm u tal-progress tal-pajjiżi li għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar l-azzjonijiet eventwali li għandhom jiġu previsti u x-xorta tagħhom.

"

(3)  L-Artikolu 21 għandu jinbidel b' dan li ġej:"

Artikolu 21

L-adozzjoni ta' dokumenti ta' strateġija ġeografika u tal-programmi indikattivi multiannwali

Id-dokumenti ta' strateġija u l-programmi indikattivi multiannwali msemmija fl-Artikoli 19 u 20, u kwalunkwe reviżjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 19(2) u fl-Artikolu 20(1), kif ukoll miżuri ta' akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 17 u 17a rispettivament, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati adottati skont l-Artikolu 35 u skont il-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikoli 35a u 35b.

"

(4)  L-Artikolu 22(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

3.  Il-programmi ta' azzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

"

(5)  Fl-Artikolu 23, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:"

3.  Fejn l-ispiża ta' dawn il-miżuri taqbeż EUR 10 miljuni, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal miżuri speċjali taħt EUR 10 miljuni, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

4.  Emendi għall-miżuri speċjali, bħal dawk li jwettqu adattamenti tekniċi, li jestendu l-perjodu ta' implimentazzjoni, li jassenjaw mill-ġdid il-fondi fil-baġit ta' tbassir, jew li jżidu jew inaqqsu d-daqs tal-baġit b'ammont li ma jisboqx l-20 % tal-baġit inizjali, sakemm dawn l-emendi ma jkollhomx effett fuq l-objettivi inizjali stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, għandhom jiġu kkomunikati fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

"

(6)  L-Artikolu 25(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

2.  Fil-prinċipju, l-għajnuna tal-Unjoni m'għandhiex tintuża għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.

"

(7)  L-Artikolu 29għandu jinbidel b'dan li ġej:"

1.  L-impenji baġitarji għandhom isiru fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikoli 17a(3), 22(1), 23(1) u 26(1).

"

(8)  Fl-Artikolu 31(1), it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Il-parteċipazzjoni fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew ta' għotja ffinanzjati minn programm tematiku kif definit fl-Artikoli 11 sa 16, u l-programmi stabbiliti fl-Artikoli 17 u 17a, għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi kollha li huma ċittadini ta' pajjiż li qiegħed jiżviluppa jew għall-persuni legali li huma stabbiliti fih, kif speċifikat mill-OECD/DAC u fl-Anness II, flimkien ma' persuni fiżiċi jew legali eliġibbli permezz tal-programm tematiku jew il-programmi stipulati fl-Artikoli 17 u 17a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna l-Anness II f'konformità mar-reviżjonijiet regolari tal-lista tar-riċevituri ta' għajnuna tal-OECD/DAC, u għandha tgħarraf lill-Kunsill b'dan.

"

(9)  L-Artikolu 33(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:"

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni. Ir-riżultati għandhom jitqiesu fit-tfassil ta' programmi u fl-allokazzjoni ta' riżorsi.

"

(  10) l-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 35

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 17a u l-Artikolu 21 għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Hekk kif tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 35a u 35b.

Artikolu 35a

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 17(2), fl-Artikolu 17a u fl-Artikolu 21 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, u tindika s-setgħat delegati li jistgħu ikunu suġġetti għal revoka u r-raġunjijiet possibbli għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' atti ddelegati li diġà huma fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropa.

Artikolu 35b

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.  Jekk, wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea' u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulat fih.

L-att ta' delega jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tistipula r-raġunijiet għaliex tkun oġġezzjonat għall-atti ddelegati.

"

(11)  Fl-Artikolu 38, il-paragrafi (1) u (2) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:"

1.  L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2007-2013 huwa EUR 17 087 miljun.

2.  L-ammonti indikattivi allokati għal kull programm imsemmi fl-Artikoli 5 sa 10 u 11 sa 16 u 17 u 17a huma stipulati fl-Anness IV. Dawn l-ammonti ġew stabbiliti għall-perjodu 2007-2013.

"

(12)  Għandu jiddaħħal l-Anness IIIa, kif jidher fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(13)  L-Anness IV għandu jinbidel bil-kontenut tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

“ANNESS IIIa

Il-pajjiżi prinċipali tal-AKP li jfornu l-banana

1.  Il-Beliże

2.  Il-Kamerun

3.  Il-Kosta tal-Avorju

4.  Dominika

5.  Ir-Repubblika Dominikana

6.  Il-Gana

7.  Il-Ġamajka

8.  Santa Luċija

9.  Saint Vincent u l-Grenadines

10.  Is-Surinam“

ANNESS II

“ANNESS IV

Allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-perjodu 2007-2013 (f'miljuni ta' EUR)

Totali

17 087

Programmi ġeografiċi:

10 057

L-Amerika Latina

2 690

L-Asja

5 187

L-Asja Ċentrali

719

Il-Lvant Nofsani

481

L-Afrika t'Isfel

980

Programmi tematiċi:

5 596

Investiment fin-nies

1 060

Ambjent u ġestjoni sostenibbli ta' riżorsi naturali

804

Atturi mhux statali u awtoritajiet lokali fl-iżvilupp

1 639

Sigurtà alimentari

1 709

Migrazzjoni u ażil

384

Il-pajjiżi tal-AKP tal-protokoll taz-zokkor:

1 244

Il-pajjiżi prinċipali tal-AKP li jfornu l-banana

190“

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010.
(3) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(4) ĠU L 286, 5.11.1994, p. 1.
(5) ĠU L 108, 27.4.1999, p. 2.
(6) ĠU L 190, 23.7.1999, p. 14.
(7) Il-Ftehima ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana, ĠU L 141, 9.6.2010, p. 3.


L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi ***I
PDF 529kWORD 136k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi (COM(2005)0661 – C7-0048/2010 – 2005/0254(COD))
P7_TA(2010)0383A7-0273/2010

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (KUMM(2005)0661),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill bl-isem “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (KUMM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0048/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0273/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi

P7_TC1-COD(2005)0254


IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea m'għandhiex dispożizzjonijiet armonizzati jew prattika uniformi dwar l-immarkar tal-oriġini fl-Unjoni, ħlief għal ċerti każijiet speċifiċi fis-settur agrikolu.

(2)  Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti industrijali importati, esklużi prodotti tas-sajd u akwakultura kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta'Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti tas-sajd u l-akwakultura(2), u esklużi wkoll il-prodotti ta' l-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari u li jistipula l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel(3).

(3)  Illum ħafna kumpaniji fl-Unjoni diġà jużaw b'mod volontarju l-marka tal-oriġini.

(4)  L-assenza ta' regoli tal-Unjoni u d-differenzi bejn is-sistemi fis-seħħ fl-Istati Membri, rigward l-indikazzjoni ta' ċerti prodotti dwar il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, wasslet għal sitwazzjoni fejn f'għadd ta' setturi, parti ewlenija tal-prodotti importati minn pajjiżi terzi u distribwiti fi ħdan is-suq tal-Unjoni jinsabu mingħajr l-ebda tagħrif jew li għandhom tagħrif qarrieqi rigward il-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom. Dawn id-differenzi qed iwasslu wkoll għal sitwazzjoni fejn it-traffiku ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi qed juri t-tendenza li jmur lejn punti ta' dħul partikulari tal-Unjoni li jaqblu l-aktar għall-pajjiż tal-esportazzjoni.

(5)  Ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-Kummissjoni mal-partijiet interessati ġenerali (li inkludew l-industrija, l-importaturi, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, it-trejdjunjins) dwar l-iżvilupp possibbli ta' Regolament tal-Unjoni dwar il-marka tal-oriġini jindikaw li l-perċezzjoni tal-konsumaturi Ewropej tar-relevanza tal-marka tal-oriġini sabiex tgħarrafhom dwar sikurezza u kwistjonijiet soċjali u ambjentali hija ġeneralment għolja.

(6)  Ir-regolamentazzjoni tal-Unjoni dwar il-marki tal-oriġini tinħass miċ-ċittadini Ewropej li hi marbuta mill-qrib mal-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tagħhom.

(7)  Fl-Aġenda ta' Lisbona, l-UE stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv tat-tisħiħ tal-ekonomija tal-Unjoni permezz, inter alia, tat-titjib tal-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni fl-ekonomija dinjija u l-istrateġija UE 2020 hija impenjata li tibni fuq din il-ħtieġa li titjieb il-kompetittività; għal ċerti kategoriji ta' prodotti ta' konsum, il-kompetittività taf tinstab fil-fatt li l-produzzjoni tagħhom fl-UE hija assoċjata ma' reputazzjoni ta' kwalità u ta' standards ta' produzzjoni għoljin.

(8)  Regoli tal-Unjoni dwar il-marki tal-oriġini isaħħu l-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni u tal-ekonomija tal-Unjoni b'mod ġenerali billi ċ-ċittadini u l-konsumaturi jkunu jistgħu jaslu biex jagħżlu b'mod mgħarraf.

(9)  Is-sinifikat ekonomiku tal-marka ta' l-oriġini għad-deċiżjoni tal-konsumatur u għall-kummerċ huwa rikonoxxut mill-prassi ta' sħab kummerċjali ewlenin oħrajn li daħħlu r-rekwiżiti obbligatorji tal-marka ta' l-oriġini. L-esportaturi fl-Unjoni jridu jkunu konformi ma' dawk ir-rekwiżiti u għandhom jimmarkaw l-oriġini fuq il-prodotti li jixtiequ jesportaw lil dawn is-swieq.

(10)  Kien hemm bosta każijiet ta' inċidenti dwar is-saħħa u s-sikurezza li rriżultaw minn prodotti importati fl-UE minn pajjiżi terzi. Indikazzjoni ċara tal-oriġini tagħti liċ-ċittadini tal-UE aktar tagħrif u aktar kontroll fuq l-għażliet tagħhom, u b'hekk toffrilhom protezzjoni milli jixtru bla ma jkunu jafu prodotti ta' kwalità possibilment dubjuża.

(11)  L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki u kontrolli fil-fruntieri dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament permezz ta' proċedura armonizzata unika biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

(12)  Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun effettiv u jimponi biss piżijiet amministrattivi ħfief filwaqt li jagħti flessibilità massima lill-kumpaniji tal-Unjoni, huwa għandu jkun f'konformità ma' skemi eżistenti “Made in” fid-dinja kollha.

(13)  L-Unjoni għandha titqiegħed fuq termini indaqs ma' l-imsieħba kummerċjali billi jħejju leġiżlazzjoni ekwivalenti li tkun tista' tikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni ta' klejms ta' l-origini foloz jew qarrieqa ta' ċerti prodotti importati.

(14)  Skond id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 li tikkonċerna prassi kummerċjali inġusta bejn in-negozji u l-konsumaturi fis-suq intern(4), il-konsumaturi jistgħu jorbtu valur kummerċjali mat-tagħrif dwar l-oriġini ġeografika ta' prodott. Skond dik id-Direttiva, fejn tagħrif falz jew qarrieqi dwar l-oriġini ġeografika jwassal biex konsumatur jixtri prodott li ma kienx bi ħsiebu jixtri, dan jista' jikkostitwixxi prassi kummerċjali inġusta. Dik id-Direttiva ma tagħtix mandat li t-tagħrif dwar l-oriġini ġeografika tal-merkanzija għandu jkun ipprovdut, u lanqas ma tiddefinixxi l-kunċett ta' oriġini.

(15)  Skema tal-marka tal-oriġini tippermetti li ċ-ċittadini jidentifikaw prodotti bl-istandards soċjali, ambjentali u ta' sikurezza ġeneralment assoċjati mal-pajjiż tal-oriġini.

(16)  Il-ħolqien ta' definizzjoni komuni ta' l-oriġini għall-għanijiet ta' mmarkar, ta' regoli ta' l-immarkar, u ta' regoli komuni dwar kontrolli għandu għalhekk joħloq bilanċ ġust, jiffaċilita l-għażla għall-konsumatur fis-setturi koperti, u jikkontribwixxi għat-tnaqqis fil-livelli ta' klejms qarrieqa dwar l-oriġini.

(17)  It-tnedija ta' marka ta' l-oriġini tista tikkontribwixxi biex l-istandards esiġenti tal-Unjoni jaħdmu favur l-industrija tal-Unjoni, speċjalment l-intrapriżi zgħar u ta' daqs medju li ta' sikwit jagħmlu sforz ġenwin fir-rigward tal-kwalità tal-prodotti tagħhom u jżommu wkoll xogħlijiet u metodi ta' produzzjoni tradizzjonali u tas-snajja, iżda li huma esposti ħafna għall-kompetizzjoni globali li ma għandhiex regoli biex tkun tista' ssir distinzjoni bejn il-metodi ta' produzzjoni. Għandha tgħin ukoll biex tħares ir-reputazzjoni ta' l-industrija tal-Unjoni milli tiċċappas bi klejms ta' oriġini mhux eżatti. Titjib fit-trasparenza kif ukoll tagħrif lill-konsumatur dwar l-oriġini tal-prodotti għandhom għalhekk jikkontribwixxu għall-għanijiet ta' l-aġenda ta' Liżbona u għal- dawk tal-Istrateġija UE 2020.

(18)  L-Artikolu IX tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 jistipula li l-membri tad-WTO jistgħu jadottaw u jinfurzaw liġijiet u regolamenti li għandhom x'jaqsmu mal-marka ta' l-oriġini ta' l-importazzjonijiet, notevolment biex iħarsu lill-konsumaturi kontra indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa.

(19)  Ir-regoli dwar il-marki tal-oriġini jipprovdu wkoll ħarsien effettiv kontra l-falsifikazzjoni u l-kompetizzjoni żleali, u jtejbu l-effettività tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettata li tikser ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinstab li tkun kisret dawk id-drittijiet(5) filwaqt li jipprovdu strument importanti ieħor għall-ħarsien u t-titjib tal-produzzjoni tal-Unjoni.

(20)  Taħt il-Ftehimiet bejn il-Komunità tal-Unjoni u ▌ u t-Turkija, u l-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE, huwa meħtieġ li jiġu esklużi l-prodotti li joriġinaw f'dawn il-pajjiżi mill-ambitu tar-Regolament attwali.

(21)  Il-regoli ta' l-oriġini mhux preferenzjali tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità(6) u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità(7). Ikun aħjar li wieħed joqgħod fuq dawn ir-regoli ta' l-oriġini biex jiddetermina l-oriġini tal-merkanzija importata għall-għan ta' dan ir-regolament. L-użu ta' kunċett li miegħu l-operaturi u l-amministraturi kummerċjali huma familjari sew għandu jiffaċilita aktar l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu. Ir-regoli ta' l-oriġini mhux preferenzjali għandhom jiġu applikati għall-għanijiet kollha ta' politika kummerċjali mhux preferenzjali. Id-duplikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet u dokumentazzjoni għandha tiġi evitata.

(22)  Sabiex il-piż fuq l-industrija, l-kummerċ u l-amministrazzjoni jkun limitat, l-immarkar ta' l-oriġini għandu jsir obbligatorju għal dawk is-setturi li għalihom il-Kummissjoni, fil-każijiet ta' konsultazzjoni li saret qabel, sabet li kien hemm il-valur miżjud. ▌ Għandha ▌ tingħata attenzjoni għall-eżenzjoni ta' prodotti speċifiċi għal raġunijiet tekniċi ▌ jew fejn il-marka ta' l-oriġini mhijiex għaldaqstant meħtieġa għall-għan ta' dan ir-Regolament. Dan jista' jkun il-każ, b'mod partikolari fejn il-marka ta' l-oriġini tista tħassar il-prodotti kkonċernati, jew fil-każ ta' ċerti materji prima.

(23)  Għandha tingħata attenzjoni li d-data dwar l-oriġini tal-prodotti iġġenerata u/jew ivverifikata matul il-kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti tista' tiġi skambjata, inkluż ma' l-awtoritajiet u ma' persuni u organizzazzjonijiet oħrajn, li għalihom l-Istati Membri jipprevedu rwol ta' infurzar skond id-Direttiva 2005/29/KE. Għandhom jitqiesu l-ħarsien tad-data personali, is-segretezza kummerċjali u industrijali, u l-kunfidenzjalità professjonali u amministrattiva.

(24)  Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta' regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sakemm jiġi adottat dak ir-regolament il-ġdid, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri implementattivi konferiti fuq il-Kummisjoni jibqgħu japplikaw, bl-eċċezzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju li mhix applikabbli(8).

(25)  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiddetermina l-każijiet fejn il-marka fuq il-pakkett tista' tiġi aċċettata minflok marka fuq il-prodott innifsu, jew fejn il-prodotti ma jkunux jistgħu jew ma jkunx hemm għalfejn jiġu mmarkati minħabba raġunijiet tekniċi, kif ukoll miżuri biex tiddetermina regoli oħrajn li jistgħu jkunu meħtieġa meta jinstab li prodott ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament jew biex taġġorna l-Anness tiegħu meta tinbidel il-valutazzjoni fir-rigward tal-ħtieġa tal-marka tal-oriġini għal settur speċifiku.

(26)  Oġġetti fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi għall-użu personali għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-limiti stipulati fir-rigward ta' eżenzjoni mid-dazju doganali, u jekk ma hemmx indikazzjonijiet li juru li l-oġġetti huma parti mit-traffiku kummerċjali. Għandha tingħata attenzjoni li s-sitwazzjonijiet l-oħrajn koperti wkoll mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jwaqqaf sistema Komunitarja ta' eżenzjoniiet minn dazju doganali (verżjoni kodifikata)(9) jistgħu ukoll jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament permezz tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti għall-konsumatur aħħari għajr għas-sajd u l-prodotti ta' akwakultura kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, u għal prodotti ta' l-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

2.  Il-prodotti għall-konsumatur aħħari li jeħtieġu l-marka huma dawk destinati għall-konsumatur aħħari u li huma imniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament, u dawk importati minn pajjiżi terzi, għajr prodotti li joriġinaw fit-Territorju tal-Unjoni, fit-Turkija, u fil-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE.

Il-prodotti għall-konsumatur aħħari jistgħu jiġu eżentati mill-marka ta' l-oriġini, meta, għal raġunijiet tekniċi ▌, jidher li jkun impossibbli li jiġu mmarkati.

Il-prodotti li għalihom għandu japplika dan ir-Regolament huma limitati għal prodotti għall-konsumatur aħħari. L-ambitu ta' dan ir-Regolament jista' jiġi estiż mill-Kummissjoni, suġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

'Prodotti għall-konsumatur aħħari' tfisser, fir-rigward tat-tessuti u oġġetti tat-tessuti (kapitoli 50 sa 63), tax-xedd tas-saqajn, gettijiet u bħalhom (kapitolu 64), tal-oġġetti tal-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ u oġġetti oħra tal-fer, fer artifiċjali u oġġetti magħmula minnu (kodiċijiet NM 4303/4304), tal-affarijiet tal-ġilda maħduma jew mhijiex, oġġetti ta' sarraġ u xedd, oġġetti għas-safar, boroż tal-idejn u kontenituri simili, oġġetti tal-korda tal-musrana (għajr tad-dudu tal-ħarir) (kodiċijiet NM 4104 41 / 4104 49 / 4105 30 / 4106 22/ 4106 32 / 4106 40 / 4106 92 / minn 4107 sa 4114 / 4302 13 / ex 4302 19 (35, 80)), il-prodott lest u/jew il-prodott semi-pproċessat li għandu jkun sottopost għal fażijiet ta' pproċessar ulterjuri fl-Unjoni qabel ma jitqiegħed fis-suq.

3.  It-termini “oriġini” u “li joriġinaw” għandhom jirreferu għall-oriġini mhux preferenzjali skond l-Artikoli 22 sa 26 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

4.  “It-tqegħid fuq is-suq” għandu jfisser tagħmel disponibbli fis-suq Komunitarju prodott individwali intenzjonat għall-użu aħħari, bil-ħsieb ta' tqassim u/jew użu, sew jekk bi ħlas jew mingħajr.

5.  “Awtoritajiet kompetenti” għandha tfisser l-awtoritajiet involuti fil-kontroll tal-prodotti jew fil-waqt ta' l-importazzjoni jew meta dawn it-tali prodotti jitpoġġew fuq is-suq.

6.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal prodotti ta' natura mhux kummerċjali li jinstabu fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi fi ħdan il-limiti stipulati fir-rigward ta' eżenzjoni mid-dazji doganali, u kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjonijiet materjali li jissuġġerixxu li l-prodotti huma parti mit-traffiku kummerċjali.

Fejn il-merkanzija importata tingħata eżenzjoni mid-dazji ta' l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1186/2009, u ma hemm l-ebda indikazzjonijiet materjali li jissuġġerixxu li l-merkanzija hija parti mit-traffiku kummerċjali, din il-merkanzija għandha wkoll tiġi eskluża mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

7.  Dan ir-Regolament għandu jkun konformi mal-iskemi “Made in” diġà eżistenti fid-dinja kollha biex tiġi żgurata regolamentazzjoni effettiva b'piżijiet amministrattivi ħfief u aktar flessibilità għall-kumpaniji tal-Unjoni.

Artikolu 2

L-importazzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għandha tkun suġġetta għall-marka ta' l-oriġini taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.  Il-pajjiż ta' l-oriġini għandu jiġi mmarkat fuq dawn il-prodotti. Fil-każ fejn il-prodotti huma ppakkeġġjati, il-marka għandha wkoll tkun indikata separatament fuq il-pakkett.

Il-Kummissjoni tista' tadotta permezz ta' atti delegati, miżuri biex tiddetermina każijiet fejn il-marka fuq il-pakkett għandha tiġi aċċettata minflok ma ssir marka fuq il-merkanzija nnifisha. Dan għandu, b'mod partikolari, ikun il-każ meta l-merkanzija normalment tilħaq il-konsumatur finali jew l-utenti meta tkun ippakkeġġata bħas-soltu. Miżuri bħal dawn u kull reviżjoni tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7.

2.  Il-kliem “magħmula fi” flimkien ma' l-isem tal-pajjiż ta' l-oriġini għandu jndika l-oriġini tal-merkanzija. Il-marka tista tiġi indikata fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tinftiehem faċilment mill-klijent finali fl-Istat Membru li fih il-merkanzija se titpoġġa fuq is-suq jew bl-Ingliż, bl-użu tal-kliem “Made in” u l-isem bl-Ingliż tal-pajjiż tal-oriġini.

3.  Il-marka ta' l-oriġini għandha tidher f'karattri ċari li jinqraw u li ma jitħassrux, għandha tkun tidher waqt il-maniġġ normali, distinta b'mod ċar minn tagħrif ieħor, u tkun preżenti b'tali mod li ma jkunx qarrieqi jew li jista' joħloq impressjoni falza rigward l-oriġini tal-prodott.

Il-marka ma tistax issir b'ittri differenti minn dawk tal-alfabett Latin fil-każ ta' prodotti kummerċjalizzati f'pajjiżi fejn il-lingwa tinkiteb b'dak l-alfabett.

4.  Il-merkanzija għandu jkollha l-marka mitluba ma' l-importazzjoni. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda skond l-Artikolu 5 (3), il-marka ma tistax titneħħa jew tiġi mbagħbsa sakemm il-merkanzija tkun inbiegħet lill-konsumatur jew lill-utent finali.

Artikolu 4

1.  Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2), b'mod partikolari, biex:

   tidditermina il-forma fid-dettal u l-modalitajiet tal-marka ta' l-oriġini;
   tistabbilixxi lista ta' termini fil-lingwi kollha tal-Unjoni ewropea li jesprimu b'mod ċar il-ħsieb li l-merkanzija toriġina fil-pajjiż indikat fuq il-marka;
   tiddetermina l-każijiet fejn taqsiriet użati ta' spiss jindikaw b'mod li ma jistax iwassal għal żbalji il-pajjiż ta' l-oriġini u jistgħu jintużaw għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti delegati, miżuri biex:

   tiddetermina l-każijiet fejn il-merkanzija ma tistax jew m'għandhiex għalfejn tiġi mmarkata għal raġunijiet tekniċi ▌;
   tiddetermina regoli oħrajn li jistgħu jkunu meħtieġa meta l-merkanzija tinstab li ma tkunx konformi ma' dan ir-regolament;
   taġġorna l-Anness ta' dan ir-Regolament fejn l-evalwazzjoni inbidlet rigward jekk il-marka ta' l-oriġini hijiex meħtieġa għal settur speċifiku.

Miżuri bħal dawn u kull reviżjoni tagħhom għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 7.

Artikolu 5

1.  Il-merkanzija mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, jekk:

   m'għandhiex marka ta' l-oriġini;
   il-marka ta' l-oriġini ma tikkorrispondix ma' l-oriġini tal-merkanzija;
   il-marka ta' l-oriġini tbiddlet jew tneħħiet, jew ġiet imbagħbsa, għajr fejn kienet meħtieġa l-korrezzjoni skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta aktar miżuri ta' implimentazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) rigward dikjarazzjonijiet u dokumenti rilevanti li jistgħu jitqiesu li huma konformi mar-Regolament preżenti.

3.  Il-Kummissjoni għandha tipproponi standards minimi komuni għall-pieni applikabbli fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-istandards minimi komuni proposti mill-Kummissjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-penali li hemm provvediment dwarhom għandhom ikunu effettivi, propozjonati u disswassivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 9 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikaw dan mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffetwahom. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għall-inqas ikun hemm livell minimu ta' armonizzazzjoni għas-sistemi ta' pieni fl-Istati Membri biex id-diskrepanzi ma jwasslux biex l-esportaturi ta' pajjiżi terzi jippreferu punti ta' dħul fl-Unjoni iktar minn oħrajn.

5.  Fejn il-merkanzija mhijiex konformi ma' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom flimkien ma' dan, jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jitolbu lil sid il-merkanzija jew lil kull persuna oħra responsabbli għaliha li jimmarka din il-merkanzija skond ir-Regolament u għall-ispiża tiegħu/tagħha. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard ...(10), u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

6.  Fejn meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiskambjaw id-data riċevuta meta jikkontrollaw il-konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż ma' l-awtoritajiet u ma' persuni oħra jew ma' organizzazzjonijiet li ġew mogħtija s-setgħa mill-Istati Membri skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2005/29/KE.

Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Marka ta' l-Oriġini (minn hawn “il quddiem imsejjaħ ”il-Kumitat“). Dan il-kumitat għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-industriji u tal-assoċjazzjonijiet rilevanti.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 7

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħat tal-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 3 u 4(2) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħat għall-adozzjoni ta' atti delegati li jingħataw lill-Kummissjoni jkunu suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9.

Artikolu 8

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 3 u 4(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk hijiex bi ħsiebha tirrevoka d-delega ta' setgħa għandha tfittex li tgħarraf lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni aħħarija, filwaqt li tindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal revoka.

3.   Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett minnufih jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artkolu 9

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data ta' notifika.

Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.   Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih.

L-att iddelegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m'għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex oġġezzjonat għall-att delegat.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 2, 3 u 5 għandhom japplikaw għal 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni tista' testendi dan il-perjodu għaż-żmien meħtieġ għall-operaturi biex ipoġġu fil-prattika ir-rekwiżiti tal-marka ta' l-oriġini stipulati mid-dispożizzijonijiet ta' implimentazzjoni, li fl-ebda każ m'għandu jkun inqas minn sitt xhur.

Sa mhux aktar tard minn ...(11)il-Kummissjoni għandha tagħmel studju dwar l-effetti ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jiskadi ...(12)*. Sena qabel jiskadi, u abbażi ta' proposta imressqa mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu jekk jestenduhx jew le.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

Il-prodotti li għalihom ghandu japplika dan ir-Regolament huma ddefiniti bil-kodiċi tan-NM tagħhom.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

4011 92 00

Tajers tal-lastiku ġodda, tat-tip użat għall-vetturi u inġenji agrikoli u forestali (minbarra dawk b'disinn ta' xewka tal-ħut jew simili)

4013 90 00

Tubi interni tal-lastiku (barra dawk li jintużaw fil-karozzi, fosthom station wagons u karozzi tat-tlielaq, xarabanks, trakkijiet u roti)

4104 41 / 4104 49 / 4105 30 / 4106 22 / 4106 32 / 4106 40 / 4106 92 / 4107 to 4114 / 4302 13 / ex4302 19 (35, 80)

Qoxra u Ġilda Maħduma Lesta

4008 21 / 4008 11 / 4005 99 / 4204 / 4302 30 (25, 31)

8308 10(00) / 8308 90(00) /

9401 90 / 9403 90

Tkaken, Qigħan, Żagarelli, Partijiet, sintetiċi, oħrajn

4201 / 4202 / 4203 / 4204/ 4205 / 4206

Oġġetti ta' sarraġ u xedd, oġġetti għas-safar, boroż ta' l-idejn u kontenituri simili, oġġetti tal-korda tal-musrana (għajr musrana tad-dudu tal-ħarir)

4303 / 4304

Oġġetti ta' l-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ u oġġetti oħra tal-fer, fer artifiċjali u oġġetti magħmula minnu

Ch 50 - 63

Tessuti u oġġetti tat-tessuti

6401 / 6402 / 6403 / 6404 / 6405 / 6406

Xedd tas-saqajn, gettijiet u bħalhom

6904 / 6905 / 6907 / 6908 / 6911 / 6912 / 6913 / 6914 90 100

Prodotti taċ-ċeramika

7013 21 11 / 7013 21 19 / 7013 21 91 /

7013 21 99 /

7013 22 10 / 7013 31 10 / 7013 31 90 /

7013 91 10 / 7013 91 90

Oġġetti tal-ħġieġ ta' tip użati għall-mejda, kċina, twaletta, uffiċċju, tiżjin ta' ġewwa jew għanijiet simili (għajr dawk ta' titolu 7010 jew 7018) ta' kristall taċ-ċomb maħdumin bl-idejn

7113/7114/7115/7116

Oġġetti ta' ġojjelli u bċejjeċ tagħhom, ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż, Oġġetti ta' arġentiera jew ta' min jaħdem il-fidda u bċejjeċ tagħhom, ta' metall prezzjuż jew ta' metall miksi b'metall prezzjuż, Oġġetti oħra ta' metall prezzjuż miksi b'metall prezzjuż, Oġġetti ta' perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż (naturali, artifiċjali jew rikostrutt)

7318

Viti, boltijiet, skorfini, coach screws (viti b'ras eżagonali biex jiddawwru bi spanner), ganċijiet bil-kamin, rivits, kavilji, ċavi, woxers (inklużi woxers molla) u oġġetti simili, ta' ħadid jew azzar

8201/ 8202/ 8203/ 8205/ 8207/ 8208/ 8209/ 8211/ 8212/ 8213/ 8214/ 8215

Għodod, strumenti

8302 20 00

Castors bl-immuntar ta' metall bażiku;

8481

Viti, cocks, valvi u tagħmir simili għal pajpijiet, qxur ta' kaldaruni, tankijiet, btieti jew bħalhom, inklużi valvi biex inaqqsu l-pressa u valvi kkontrollatti b'mod termostatiku

9307

Xwabel, xablotti, bajonetti, lanez u armi simili, bċejjeċ tagħhom, inforor u għenut

Ch. 94

Għamara, friex, imtieraħ, kuxxini, lampi u tagħmir tad-dawl, sinjali tad-dawl u oħrajn bħalhom, bini pprefabbrikat

9603

Xkupi, pniezel ▌ kenniesa ta' l-art mekkaniċi mħaddmin bl-idejn, mingħajr mutur, moppijiet u pniezel tat-tfarfir tar-rix; għoqod u trofof imħejjijin għall-manifattura ta' xkupi jew pniezel; pads u rombli taż-żebgħa; squeegees (għajr squeegees bir-romblu)

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010.
(2) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(3) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.
(4) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(5) ĠU L 196, 2.8.2003, p. 7.
(6) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(7) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(9) ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.
(10)* Disa' xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(11)* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(12)** Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


Il-futur tal-Istandardizzazzjoni Ewropea
PDF 459kWORD 157k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-futur tal-Istandardizzazzjoni Ewropea (2010/2051(INI))
P7_TA(2010)0384A7-0276/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku dwar il-futur tal-istandardizzazzjoni li sar mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur fit-23 ta' Ġunju 2010,

–  wara li kkunsidra r-reazzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni (li saret mit-23 ta' Marzu sal-21 ta' Mejju 2010),

–  wara li kkunsidra l-istudju tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-“Pakkett ta' Standardizzazzjoni” mwettaq għad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Intrapriża u l-Industrija (9 ta' Marzu 2010),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Panel ta' Esperti għar-Rieżami tas-Sistema Ewropea tal-Istandardizzazzjoni (EXPRESS), bl-isem “Standardizzazzjoni għal Ewropa kompetittiva u innovattiva: viżjoni għall-2020” (Frar 2010),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Professur Mario Monti tad-9 ta' Mejju 2010 għall-President tal-Kummissjoni, bl-isem “Strateġija ġdida għas-Suq Uniku”,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 dwar “Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-istudju dwar l-aċċess tal-SMEs għall-istandardizzazzjoni Ewropea, bl-isem “Sabiex l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jkunu jistgħu jiksbu benefiċċju akbar mill-istandards u mill-involviment fl-istandardizzazzjoni”, ikkummissjonat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) (Awwissu 2009),

–  wara li kkunsidra l-istudju dwar l-aċċess għall-istandardizzazzjoni mwettaq għad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni (10 ta' Marzu 2009),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2009 dwar it-tħaddim tad-Direttiva 98/34/KE mill-2006 sal-2008 (COM(2009)0690) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SEC(2009)1704),

–  wara li kkundidra l-white paper tat-3 ta' Lulju 2009 dwar “Il-Modernizzazzjoni tal-Istandardizzazzjoni tal-ICT fl-UE – It-Triq ”il Quddiem' (COM(2009)0324),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2008 dwar l-istandardizzazzjoni u l-innovazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bl-isem “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” – “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (COM(2008)0394),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2008 bl-isem “Lejn aktar kontribuzzjoni min-naħa tal-istandardizzazzjoni għall-innovazzjoni fl-Ewropa” (COM(2008)0133),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ottubru 2004 fuq ir-rwol tal-istandardizzar Ewropew fil-qafas tal-politika u l-leġiżlazzjoni Ewropea (COM(2004)0674) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bl-isem “L-isfidi għall-istandardizzar Ewropew”,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2004 bl-isem “L-integrazzjoni tal-Aspetti Ambjentali fl-Istandardizzazzjoni Ewropea” (COM(2004)0130),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2001 dwar “Il-Prinċipji ta' Politika Ewropej dwar l-Istandardizzazzjoni Internazzjonali” (SEC(2001)1296),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Frar 1999 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-effiċjenza u r-responsabilità fl-istandardizzazzjoni Ewropea skont l-Approċċ il-Ġdid(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 1998 dwar l-effiċjenza u r-responsabilità fl-istandardizzazzjoni Ewropea skont l-Approċċ il-Ġdid (COM(1998)0291),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika u tat-telekomunikazzjoni(4),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Vjenna ta' Ġunju 1991 dwar kooperazzjoni teknika bejn l-ISO u s-CEN u l-Ftehim ta' Dresden ta' Settembru 1996 dwar skambji ta' data teknika bejn is-CENELEC u l-IEC,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0276/2010),

A.  billi s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni kienet element ċentrali għar-realizzazzjoni tas-suq uniku, b'mod partikulari permezz tal-użu ta' standards f'oqsma leġiżlattivi ewlenin skont l-“Approċċ il-Ġdid”, integrati fil-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid,

B.  billi l-qafas legali attwali kkontribwixxa għas-suċċess tal-istandardizzazzjoni Ewropea, u ta lok għall-iżvilupp ta' standards Ewropej meħtieġa mill-atturi ekonomiċi sabiex jiġi żgurat funzjonament tajjeb tas-suq intern, jiġu ffaċilitati l-kummerċ dinji u l-aċċess għas-suq u tingħata spinta lit-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività,

C.  billi s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni għandha rwol importanti fir-reazzjoni għall-ħtieġa dejjem ikbar, fil-politika u leġiżlazzjoni Ewropej, ta' standards li jistgħu jiżguraw is-sikurezza tal-prodotti, l-aċċessibilità, l-innovazzjoni, l-interoperabilità u l-protezzjoni tal-ambjent,

D.  billi l-prinċipju VII tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u d-difiża tal-interessi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-istandardizzazzjoni,

E.  billi l-iżvilupp ta' standards Ewropej jikkontribbwixxi għall-iżvilupp ta' standards globali,

F.  billi sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea moderna u flessibbli hi komponent kruċjali għal politika industrijali Ewropea ambizzjuża u mġedda,

G.  billi l-istandardizzazzjoni Ewropea topera fi ħdan – u f'diversi aspetti relatati ma' – l-ekosistema globali, u tiddependi fuq strutturi speċifiċi u sett dedikat ta' proċessi għall-iżvilupp tal-istandards kif implimentati mis-CEN u s-CENELEC abbażi tal-prinċipju ta' delega nazzjonali u mill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) abbażi ta' sħubija diretta,

H.  billi r-rapport Monti dwar strateġija ġdida għas-suq intern jafferma li l-istandardizzazzjoni hi fundamentali għall-governanza tas-suq uniku u jenfasizza li hemm bżonn ta' rieżami tal-proċess Ewropew tal-istandards, filwaqt li jinżammu l-benefiċċji tas-sistema attwali u jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn id-dimensjoni Ewropea u dik nazzjonali,

I.  billi l-istandardizzazzjoni Ewropea – sabiex tindirizza l-ħtiġijiet futuri tan-negozju u tal-konsumaturi u biex jinkisbu l-benefiċċji potenzjali kollha tagħha favur objettivi pubbliċi u soċjetali – għandha tadatta għall-bidliet li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima, il-miġja ta' potenzi ekonomiċi ġodda u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija,

J.  billi hemm bżonn li jiġi żviluppat approċċ strateġiku għall-istandardizzazzjoni Ewropea u tiġi rieżaminata s-sistema attwali sabiex tibqa' waħda ta' suċċess u tirreaġixxi għall-ħtiġijiet tad-deċennju li ġej, biex b'hekk l-Ewropa tkun tista' żżomm rwol mexxej fis-sistema ta' standardizzazzjoni globali,

Introduzzjoni

1.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid is-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni bil-għan li jinżamm l-għadd kbir ta' elementi ta' suċċess tagħha, jitjiebu n-nuqqasijiet tagħha u jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn id-dimensjoni Ewropea, dik nazzjonali u dik internazzjonali; jenfasizza li r-rieżami propost għandu jibni fuq l-aspetti pożittivi tas-sistema eżistenti, li jikkostitwixxu bażi solida għal titjib, filwaqt li joqgħod lura minn kwalunkwe bidla radikali li ddgħajjef il-valuri ċentrali tas-sistema;

2.  Iħeġġeġ lill-Kumissjoni tadotta u tippreżenta mingħajr dewmien proposta għal politika ta' standardizzazzjoni moderna u integrata, inkluża reviżjoni tad-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, id-Deċiżjoni 87/95/KEE dwar l-istandardizzazzjoni fl-ICT u d-Deċiżjoni 1673/2006/KE dwar il-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea, kif jingħad fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2010;

3.  Jenfasizza li r-rieżami tas-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea għandu jikkontribwixxi għall-innovazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa, itejjeb il-kompetittività tal-Unjoni, isaħħaħ il-post tagħha fil-kummerċ internazzjonali u jibbenefika l-benessri taċ-ċittadini tagħha;

4.  Ifaħħar ir-rapport tal-Panel ta' Esperti għar-Rieżami tas-Sistema Ewropea tal-Istandardizzazzjoni (EXPRESS); jistieden lill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej u nazzjonali, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet strateġiċi ta' dan ir-rapport sabiex tinkiseb sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni li tkun kapaċi tirreaġixxi għall-bżonnijiet soċjetali u ekonomiċi u żżomm ir-rwol mexxej tagħha fis-sistema globali ta' standardizzazzjoni;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni takkumpanja l-proposta għar-rieżami tal-qafas legali attwali dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea b'dokument ta' strateġija li jistabbilixxi qafas kumprensiv għal azzjoni fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali, inklużi proposti konkreti għal dak it-titjib li ma jistax jiġi implimentat permezz tar-rieżami tal-leġiżlazzjoni; jenfasizza li dan id-dokument ta' strateġija m'għandux ikun limitat għar-rakkomandazzjonijiet li hemm fir-rapport EXPRESS;

6.  Jilqa' l-white paper tal-Kummissjoni dwar “Il-Modernizzazzjoni tal-Istandardizzazzjoni tal-ICT fl-UE – It-Triq ”il Quddiem“; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet fundamentali spjegati fil-white paper sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp, fi ħdan is-sistemi ta' standardizzazzjoni Ewropej u nazzjonali, ta' standards globali relevanti tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni biex jiġu implimentati u użati fl-akkwist pubbliku u l-politiki tal-UE;

7.  Japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tintegra l-prinċipjji tal-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar ostakli tekniċi għall-kummerċ (trasparenza, ftuħ, imparzjalità, kunsens, effikaċja, rilevanza u koerenza) fil-qafas legali tal-istandardizzazzjoni Ewropea sabiex issaħħaħ l-applikazzjoni tagħhom fis-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni; hu tal-fehma li l-integrazzjoni ta' dawk il-prinċipji m'għandhiex iżżid l-għadd ta' organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni rikonoxxuti għal aktar mit-tlieta eżistenti, speċifikament is-CEN, is-CENELEC u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI);

8.  Jikkunsidra li dawn il-prinċipji jistgħu jkunu kkumplementati b'attributi addizzjonali bħall-manutenzjoni, id-disponibilità, il-kwalità, in-newtralità u r-responsabilità; jemmen li hemm bżonn li dawk il-prinċipji kollha jiġu ddettaljati u ddefiniti iktar, u li għandha tiġi introdotta sistema speċifika ta' monitoraġġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali u Ewropew fl-iżvilupp ta' standards b'appoġġ tal-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE;

9.  Jenfasizza, madankollu, li dawn il-prinċipji fihom infushom mhumiex biżżejjed biex jiżguraw li l-partijiet interessati kollha – b'mod partikulari dawk li jirrappreżentaw is-saħħa u s-sikurezza u l-interessi tal-konsumatur u dawk ambjentali – ikunu rappreżentati b'mod adegwat fil-proċess tal-istabbiliment ta' standards fi ħdan is-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea; iqis, għalhekk, li element vitali huwa ż-żieda tal-prinċipju ta' “rappreżentanza xierqa”, minħabba li huwa ta' importanza assoluta li, f'dak kollu li jikkonċerna l-interess pubbliku, jiġu inkorporati l-pożizzjonijiet tal-partijiet interessati kollha b'mod xieraq, speċjalment fl-iżvilupp ta' standards maħsuba biex jappoġġjaw leġiżlazzjoni u politiki tal-UE, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa li, għal proġett ta' standardizzazzjoni partikulari, jitqabbdu l-esperti tekniċi l-aktar rilevanti;

10.  Jisħaq fuq il-fatt li l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, għalkemm jirrappreżentaw parti essenzjali tas-suq Ewropew, mhumiex involuti b'mod xieraq fis-sistema ta' standardizzazzjoni u li, għaldaqstant, ma jistgħux jisfruttaw kompletament il-benefiċċji dderivati mill-istandardizzazzjoni; jemmen li hu essenzjali li jkun hemm titjib tar-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-sistema, speċjalment fil-kumitati tekniċi fil-livell nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tidentifika, permezz tal-valutazzjoni tal-impatt tagħha fil-kuntest tar-reviżjoni tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni, l-aħjar mod biex jintlaħaq dan l-għan, filwaqt li tevalwa l-fondi neċessarji bħala għajnuna għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju;

11.  Jinnota li, minkejja li l-istandards kienu ta' kontribut għal titjib konsiderevoli fil-kwalità u s-sikurezza tal-prodotti, id-disponibilità tagħhom fil-qasam tas-servizzi għad fadliha ħafna biex tkun proporzjonata mal-potenzjal u l-importanza ekonomika ta' dan is-settur; jinnota b'mod partikulari li l-għadd ta' standards nazzjonali għal servizzi li ġew żviluppati fl-Ewropa matul is-snin riċenti jaqbeż sew l-għadd ta' standards Ewropej żviluppati fis-settur;

12.  Jirrikonoxxi li ta' sikwit l-istandards tas-servizzi jkunu reazzjoni għall-ispeċifiċitajiet nazzjonali u li l-iżvilupp tagħhom huwa relatat mal-bżonnijiet tas-suq, l-interessi tal-konsumatur u l-interess pubbliku; jenfasizza, li l-iżvilupp ta' standards Ewropej tas-servizzi, u t-tfassil minn korpi professjonali tat-tikketti jew iċ-charters ta' kwalità tagħhom stess fil-livell tal-Unjoni, kif ipprovdut fid-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, għandhom ikunu ta' benefiċċju għal ikbar għall-armonizzazzjoni fis-settur tas-servizzi, iżidu t-trasparenza, il-kwalità u l-kompetittività tas-servizzi Ewropej u jippromwovu l-kompetizzjoni, l-innovazzjoni, it-tnaqqis tal-ostakli kummerċjali u l-protezzjoni tal-konsumatur;

13.  Jappoġġja, għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi standards tas-servizzi fil-qafas legali tal-istandardizzazzjoni Ewropea, minħabba li dan mhux biss se jiżgura n-notifika tal-istandards tas-servizzi nazzjonali kollha li potenzjalment jistgħu jikkostitwixxu ostakli tekniċi għall-kummerċ fis-suq intern, iżda jipprovdi wkoll bażi legali xierqa li fuqha l-Kummissjoni tista' titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jiżviluppaw standards f'oqsma definiti tajjeb u vvalutati bir-reqqa fis-settur tas-servizzi; jissuġġerixxi lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi jiżviluppaw standards fi ħdan l-Organizzazzjoniet Ewropej tal-Istandards sabiex jevitaw kemm jista' jkun il-frammentazzjoni fi standards nazzjonali differenti, filwaqt li li jiġi żgurat li l-istandards tas-servizzi jkunu relatati mal-bżonnijiet tas-suq u l-konsumaturi u l-interess pubbliku; jappoġġja azzjonijiet biex tiġi żgurat l-kwalità tal-provvediment tas-servizzi, bħalma huma tikketti jew charters ta' kwalità mfassla minn korpi professjonali, u jħeġġeġ lill-atturi rilevanti kollha biex jipparteċipaw fil-proċess ta' standardizzazzjoni Ewropew;

Tisħiħ tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni

(a)  Punti ġenerali

14.  Jafferma mill-ġdid li l-istandardizzazzjoni Ewropea favur leġiżlazzjoni tal-“Approċċ il-Ġdid” kienet suċċess u għodda essenzjali għat-twettiq tas-suq uniku; jinnota li l-għadd ta' mandati ta' standardizzazzjoni li jappoġġjaw leġiżlazzjoni f'oqsma lil hinn minn dawk koperti bl-“Approċċ il-Ġdid” żdied f'dawn l-aħħar snin, u dan juri li dan il-mudell ġie adottat f'firxa wiesgħa ta' politiki tal-UE; jemmen li huwa mixtieq li jiġi estiż l-użu ta' standards f'oqsma oħrajn ta' leġiżlazzjoni u politiki tal-Unjoni lil hinn mis-suq intern, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-oqsma kkonċernati, b'mod konformi mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar;

15.  Isostni li huwa ta' importanza kbira ħafna li jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni u l-istandardizzazzjoni sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina fir-rigward tal-objettivi tal-liġi u l-livell mixtieq ta' protezzjoni; jenfasizza li l-leġiżlaturi Ewropej għandhom ikunu preċiżi u viġilanti ferm meta jkunu qed jiddefinixxu r-rekwiżiti essenzjali fir-regolamentazzjoni, filwaqt li l-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar u preċiż l-objettivi tal-ħidma ta' standardizzazzjoni fil-mandati; jenfasizza li r-rwol ta' dawk li jagħmlu l-istandardizzazzjoni għandu jkun limitat għad-definizzjoni tal-mezzi tekniċi biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mil-leġiżlatur, apparti li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni;

16.  Itenni li hu essenzjali biex l-istandards Ewropej jiġu żviluppati fi żmien raġonevoli, b'mod partikulari f'dawk l-oqsma fejn l-istandards ikunu meħtieġa malajr sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-politiki pubbliċi u l-kundizzjonijiet tas-suq li jinbidlu malajr; jistieden, għalhekk, lill-korpi tal-istandards nazzjonali u Ewropej biex ikomplu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom, filwaqt li jqis li l-aċċelerazzjoni tal-proċess ta' standardizzazzjoni ma jridx iseħħ għad-detriment tal-prinċipji ta' ftuħ, kwalità, trasparenza u kunsens fost il-partijiet interessati kollha;

17.  Jirrikonoxxi l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-proċedura biex jiġu stabbiliti l-istandards; jistieden lill-Kummissjoni ssib, f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati, modi ġodda biex tottimizza l-adozzjoni effikaċi ta' standards Ewropej;

18.  Jemmen li l-proċess ta' standardizzazzjoni se jiġi parzjalment aċċelerat permezz ta' konsultazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni qabel ma jinħareġ mandat, u dan se jippermettilhom jirreaġixxu aktar malajr, preferibbilment fi żmien perjodu ta' xahrejn, fir-rigward tal-possibilità tagħhom li jwettqu proġett ta' standardizzazzjoni;

19.  Jinnota l-importanza tal-Kumitat tad-Direttiva 98/34/KE bħala forum bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fid-diskussjoni tal-kwestjonijiet relatati mal-istandardizzazzjoni u r-regolamenti tekniċi; jikkunsidra li r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat ta' dan il-Kumitat (jew il-korp suċċessur tiegħu) li, filwaqt li jżomm l-osservazzjoni minn korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u nazzjonali, għandu jkunu miftuħ ukoll, fejn ikun xieraq, għall-osservazzjoni mill-korpi tal-istandardizzazzjoni fil-livell Ewropew, speċjalment waqt id-diskussjoni tal-mandati ta' standardizzazzjoni;

20.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u timplimenta, b'kooperazzjoni mal-Organizzazzjoniet Ewropej tal-Istandards, sistema aħjar u koerenti għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet u l-politika ta' standardizzazzjoni, li għandha tkopru l-aspetti kollha tal-proċess ta' standardizzazzjoni, mill-preparazzjoni u l-għoti tal-mandati, permezz tas-sorveljanza tal-ħidma teknika tal-kumitat, filwaqt li tiżgura li l-istandards li joħorġu jkunu konsistenti mal-politiki tal-UE u jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni rispettiva, sal-adozzjoni formali, il-pubblikazzjoni u l-użu tal-istandards; jenfasizza r-rwol li l-kategoriji ta' partijiet interessati relevanti jista' jkollhom bħala grupp konsultattivi li jassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' pjattaforma ta' politika ta' standardizzazzjoni Ewropea armonizzata;

21.  Jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw politika kkoordinata dwar l-istandardizzazzjoni u jadottaw approċċ koerenti fir-rigward tal-użu ta' standards bħala appoġġ għal-leġiżlazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ksib tal-miri tal-politika tal-UE ma jiġix ipperikolat bi sforzi ta' standardizzazzjoni mhux ikkoordinati, bi standards kompetetittivi jew mhux neċessarji jew bi skemi ta' ċertifikazzjoni superfluwi;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi u tirrazzjonalizza l-proċess biex jingħataw mandati għall-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, sabiex tiġi inkluża fażi ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati relevanti u analiżi bir-reqqa li tiġġustifika l-ħtieġa għal attività għall-istabbiliment ta' standards ġodda, sabiex tiġi żgurata r-relevanza tal-istabbiliment ta' standards u jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-proliferazzjoni ta' standards u speċifikazzjonijiet diverġenti;

23.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni mmirat lejn sistema ta' standardizzazzjoni tal-UE iktar integrata, stabbiliment ta' standards iktar effiċjenti u effettiv, aċċess aħjar għall-istandardizzazzjoni, b'mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u sistema ta' finanzjament iktar sostenibbli għall-iżvilupp tal-istandards;

24.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-“konsulenti tal-Approċċ il-Ġdid” biex jivverifikaw li l-istandards armonizzati jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni korrispondenti tal-UE; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li attwalment dawn il-konsulenti qed jintgħażlu mill-Organizzazzjoniet Ewropej tal-Istandards u qed joperaw fi ħdanhom, u dan ipoġġi piż amministrattiv sinifikanti fuq dawn l-orgainizzazzjonijiet u xi kultant, jikkawża problemi fost il-partijiet interessati dwar l-imparzjalità u l-indipendenza tal-proċess; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tivvaluta l-ħtieġa ta' rieżami tal-proċeduri eżistenti; jemmen, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandha tidendifika proċedura biex tiżgura li l-istandards obbligatorji jkunu konformi ma' leġiżlazzjoni u politiki oħrajn tal-UE lil hinn mill-ambitu tal-“Approċċ il-Ġdid”; jikkunsidra li dan għandu jseħħ matul l-iżvilupp tal-istandards sabiex jiġu evitati d-dewmien u l-ineffiċjenzi minħabba rifjut ex post;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkontrollaw l-istandards fil-kuntest tal-forniment b'mod aktar komprensiv sabiex jiżguraw li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-mandat, b'mod partikulari meta l-istandards jintużaw għall-iskopijiet tal-leġiżlazzjoni tal-“Approċċ il-Ġdid”, filwaqt li jiżguraw li ma jiddaħħal l-ebda dewmien sinifikanti żejjed fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-istandards; għandu l-intenzjoni li – fil-kuntest tar-rieżami li se jsir tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni – tiġi eżaminata l-possibilità li d-dritt, attwalment mogħti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, li jiddisputaw standard armonizzat li ma jidhirx li jissodisfa bi sħiħ ir-rekwiżiti essenzjali tal-leġiżlazzjoni korrispondenti, jiġi estiż lill-Parlament;

26.  Jitlob lill-Kummissjoni, għall-finijiet ta' trasparenza, biex id-deċiżjonijiet dwar oġġezzjonijiet formali għal standards tagħmilhom pubbliċi b'mod konsolidat u tagħmilhom disponibbli f'tabella aġġornata tal-azzjonijiet kollha relatati mal-oġġezzjonijiet formali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali dwar il-mandati għall-istandardizzazzjoni u l-progress fit-twettiq tagħhom;

27.  Jistieden lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jsaħħu l-mekkaniżmi ta' appell eżistenti tagħhom li huma intenzjonati biex jintużaw fil-każ li jinqala' nuqqas ta' qbil dwar standard; jinnota li l-mekkaniżmi attwali jafu ma jkunux dejjem effikaċi peress li l-kompożizzjoni tagħhom fil-prattika tirrifletti l-pożizzjoni ta' dawk approvati fi standard; jipproponi, għalhekk, it-titkabbar tal-kompożizzjoni sabiex tkun tista' sseħħ il-parteċipazzjoni ta' esperti indipendenti esterni u/jew partijiet interessati tas-soċjetà Ewropea li attwalment huma membri assoċjati jew sħab kooperanti tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni;

28.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-Keymark, marka Ewropea ta' ċertifikazzjoni volontarja, li s-sidien tagħha huma s-CEN u s-CENELEC, li tixhed konformità mal-istandards Ewropej; jisħaq fuq il-fatt li l-Keymark hi alternattiva valida għad-diversi skemi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni li jinvolvu multipliċità ta' testijiet u marki tal-prodotti f'diversi Stati Membri u jistgħu għaldaqstant isiru xkiel għall-kummerċ fi ħdan is-Suq Intern u jikkawżaw spejjeż sinifikanti għall-kumpaniji ż-żgħar li jistgħu jiġu riflessi fi prezzijiet ogħla għall-konsumatur; iħeġġeġ, għalhekk, lill-korpi nazzjonali tal-istandards, u lill-korpi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni l-oħra, jippromwovu l-Keymark bħala alternattiva għall-iskemi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni; jitlob ukoll li ssir kampanja ta' tagħrif pan-Ewropea ħalli titqajjem kuxjenza fost in-negozji u l-konsumaturi dwar il-benefiċċji tal-Keymark;

29.  Hu konxju li s-sistema attwali ta' finanzjament tal-UE bħala appoġġ tal-istandardizzazzjoni Ewropea ta' spiss twassal għall-frustrazzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' bidliet fir-regoli, l-ispiża għolja tal-ivverifikar u d-dewmien fl-awtorizzazzjoni tal-ħlasijiet; jisħaq fuq il-fatt li hemm bżonn urġenti li jitnaqqsu dawn l-ispejjeż u l-piż amministrattiv kbir li ġieli jissuperaw il-benefiċċji tal-appoġġ finanzjarju pprovdut, filwaqt li jiġu rispettati r-regoli finanzjarji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessat kollha biex jiżguraw is-sostenibilità finanzjarja tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni, anke permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati u permezz ta' ppjanar finazjarju multiannwali, li huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-effettività u l-effiċjenza tagħha fil-kompetizzjoni globali; jikkunsidra li l-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jistgħu jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiggarantixxu qafas stabbli u faċli biex jintuża għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-istandardizzazzjoni Ewropea u dan iżid b'mod sinifikanti l-effiċjenza tas-sistema;

(b)  Titjib tal-aċċess għall-proċess ta' standardizzazzjoni

30.  Jirrikonoxxi li l-prinċipju tad-delega nazzjonali huwa element fundamentali tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni, b'mod partikulari fil-proċess għall-iżvilupp tal-istandards tas-CEN u s-CENELEC; jinnota, madankollu, li – kif ikkonfermat fl-istudju dwar l-aċeess għall-istandardizzazzjoni – fil-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi Ewropej il-partijiet interessati soċjetali ftit li xejn jipparteċipaw, jew saħansitra ma jipparteċipawx, fil-proċess għall-istabbiliment tal-istandards;

31.  Iħeġġeġ lill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej u nazzjonali, għalhekk, biex jippromwovu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet interessati kollha, b'mod partikulari l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u lill-partijiet interessati kollha li jirrappreżentaw l-interess pubbliku bħall-konsumaturi (inklużi l-persuni b'diżabilità u l-konsumaturi vulnerabbli), l-ambjentalisti, il-ħaddiema u l-korpi li jirrappreżentaw interessi soċjetali oħrajn, fil-proċess ta' standardizzazzjoni;

32.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tinvestiga r-raġunijiet għal-livell baxx ta' parteċipazzjoni min-naħa tal-partijiet interessati soċjetali u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju fil-livell nazzjonali u, fejn ikun xieraq, tippromwovi miżuri li jagħtu aċċess aħjar lill-partijiet interessati soċjetali u lill-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju għall-proċess ta' standardizzazzjoni nazzjonali; jilqa' l-isforzi tas-CEN/CENELEC u tal-korpi nazzjonali tal-istandards fl-implimentazzjoni tal-“Ġabra ta' għodda ta' 58 rakkomandazzjoni” tal-istudju dwar l-aċċess tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju għall-istandardizzazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport EXPRESS fir-rigward tat-titjib tal-aċċess għall-partijiet interessati kollha;

33.  Jenfasizza l-ħtieġa, li ilha rikonoxxuta mis-snin disgħin, li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni diretta tal-partijiet interessati soċjetali fil-livell Ewropew sabiex il-fehmiet tagħhom jiġu riflessi b'mod aktar effikaċi, ladarba r-rappreżentazzjoni tagħhom fuq il-kumitati tekniċi nazzjonali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għadha waħda dgħajfa; jafferma li, minħabba li nkiseb progress limitat ħafna fir-rigward taż-żieda tal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati soċjetali fil-livell nazzjonali, jeħtieġ li l-appoġġ finanzjarju u politiku għall-organizzazzjonijiet Ewropej li ġew stabbiliti biex jirrappreżentaw tali partijiet interessati jinżamm u jissaħħaħ għall-inqas matul il-perjodu sal-2020; jistieden lill-dawk l-organizzazzjonijiet biex jieħdu rwol prominenti fil-forniment ta' konsulenza lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-partijiet interessati, bil-għan li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rispettivi fil-livell nazzjonali;

34.  Huwa tal-fehma li dawn l-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw l-interessi soċjetali għandu jieħdu rwol aktar b'saħħtu fi ħdan l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jippromwovu miżuri differenti biex jinkiseb dan l-għan, inkluż, bla ħsara għall-prinċipju ta' delega nazzjonali, billi jipprovdu sħubija effettiva lil dawn l-organizzazzjonijiet, bla drittijiet tal-vot, fl-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni bil-kundizzjoni li jkunu membri assoċjati jew sħab kooperanti; iqis ukoll li l-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni jrid ikollhom rwol fundamentali fil-promozzjoni u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati soċjetali fil-proċess ta' standardizzazzjoni, minħabba l-preminenza tal-prinċipju tad-delega nazzjonali;

35.  Jinnota l-iżviluppi reċenti fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni, b'mod partikulari, il-mudell użat biex jiġi żviluppat l-istandard ISO 26000 dwar ir-responsabilità soċjali, fejn il-korpi tal-istandards nazzjonali kienu intitolati jinnominaw għall-grupp ta' ħidma rispettiv, rappreżentant wieħed biss minn kull waħda mis-sitt kategoriji ta' partijiet interessati (l-industrija, il-konsumaturi, il-gvernijiet, il-ħaddiema, l-Organizzazzjonijiet Nongovernattivi, l-SSROs (servizz, appoġġ, riċerka u oħrajn)) li ġew identifikati; jisħaq li l-użu ta' mudell simili għandu jiġi vvalutat bir-reqqa mill-organizzazzjoniet Ewropej tal-istandards, b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati kollha, bħala alternattiva għall-abbozzar ta' standards f'oqsma ta' interess pubbliku straordinarju, u li r-riżultati ta' tali valutazzjoni għandhom jiġu rrapportati lill-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mezzi finanzjarji bħala appoġġ għal tali mudell alternattiv;

(c)  Tisħiħ tal-prinċipju tad-delega nazzjonali

36.  Jinnota li, għalkemm il-korpi nazzjonali tal-istandards jikkostitwixxu element fundamentali fis-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni, hemm differenzi sinifikanti bejniethom f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi, kompetenza teknika u parteċipazzjoni min-naħa tal-partijiet interessati fil-proċess ta' standardizzazzjoni; jenfasizza li l-inugwaljanzi eżistenti joħolqu żbilanċ sinifikanti fil-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fis-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni, filwaqt li r-riżorsi limitati f'xi korpi nazzjonali tal-istandards jafu jxekklu l-involviment effettiv tagħhom fil-proċess tal-istabbiliment ta' standards;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jippromwovu programmi ta' taħriġ u jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex il-korpi nazzjonali tal-istandards aktar dgħajfa, li attwalment m'għandhomx segretarjati ta' kumitati tekniċi, jew ma jipparteċipawx fi standardizzazzjoni Ewropea f'livell proporzjonat mal-istruttura ekonomika tagħhom, ikollhom rwol aktar attiv fil-proċess ta' standardizzazzjoni sabiex tiżdied il-fiduċja fos-suq intern u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għal kulħadd; iqis li l-programmi ta' taħriġ huma neċessarji wkoll għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju sabiex iżidu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tal-istabbiliment ta' standards u biex titqajjem l-importanza tal-istandardizzazzjoni bħala għodda kummerċjali strateġika;

38.  Ifaħħar l-inizjattiva tasCEN u s-CENELEC dwar l-introduzzjoni ta' proċess ta' valutazzjoni tal-pari sabiex tiġi evalwata l-applikazzjoni korretta mill-korpi nazzjonali tal-istandards tal-prinċipji tad-WTO (u l-attributi addizzjonali) u biex jitħeġġeġ it-titjib kontinwu u l-iskambju ta' prattika tajba; jenfasizza li dan il-proġett għandu jservi bħala għodda effikaċi għat-tisħiħ tal-korpi nazzjonali tal-istandards u l-parteċipazzjoni mtejba tal-partijiet interessati relevanti kollha fil-livell nazzjonali; jemmen li dan il-proġett għandu jinvolvi lill-korpi nazzjonali tal-istandards kollha u għandu jiġi msejjes minn verifiki indipendenti; jistieden lis-CEN u s-CENELEC biex ifasslu rapport dwar ir-riżultati tal-proċess ta' valutazzjoni tal-pari u jagħmluh disponibbli għall-pubbliku;

39.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw rappreżentanza effikaċi tal-partijiet interessati relevanti kollha fuq il-kumitati tekniċi nazzjonali billi jistabbilixxu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u rrappurtar u jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-partijiet interessati soċjetali aktar dgħajfa, u fejn xieraq, għall-federazzjonijiet tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u l-intrapriżi tal-artiġjanat, ħalli tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effikaċi tagħhom; jenfasizza l-importanza li jiġi pprovdut aċċess diġitali lill-utenti għal informazzjoni dwar l-istandards;

40.  Jistieden lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u lill-Istati Membri biex, regolarment, jippreżentaw lill-Kummissjoni b'rapport ta' progress dwar l-azzjonijiet tagħhom għall-iżgurar ta' rappreżentanza xierqa tal-partijiet interessati kollha fil-korpi tekniċi responsabbli għall-iżvilupp ta' standards obbligatorji, li għandhom ikunu bbażati fuq rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi; jenfasizza li sussegwentement dawn ir-rapporti għandhom jiddaħħlu f'rapport tal-Kummissjoni dwar l-isforzi li jsiru mill-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej u nazzjonali u dwar ir-riżultati li jkunu nkisbu;

41.  Jistieden lill-korpi nazzjonali tal-istandards biex jipprovdu aċċess b'xejn għall-kumitati ta' standardizzazzjoni lill-partijiet interessati iktar dgħajfa u biex jiżviluppaw għodda għat-titjib tal-involviment tal-partijiet interessati, inkluż mekkaniżmu ta' konsultazzjoni fuq l-internet li jkun b'xejn u faċli biex jintuża għall-proposti ta' standards ġodda kollha; jinkoraġġixxi lil dawk l-organizzazzjonjiet jużaw bis-sħiħ it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) ħalli jsaħħu l-parteċipazzjoni tal-persuni interessati permezz ta' laqgħat fil-web u diskussjonijiet online; iħeġġeġ ukoll lill-korpi nazzjonali tal-istandards biex jiżguraw il-komunikazzjoni barra l-limiti tas-sistema, partikolarment għal inkjesti pubbliċi dwar standards ġodda, peress li normalment l-inkjesti pubbliċi jkunu mmirati lejn il-parteċipanti attwali tas-sistema;

42.  Jiddispjaċih li, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-awtoritajiet pubbliċi juru interess limitat fil-parteċipazzjoni fil-proċess tal-iżvilupp tal-istandards, minkejja l-importanza tal-istandardizzazzjoni bħala għodda ta' appoġġ għal-leġiżlazzjoni u l-politiki pubbliċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri – bħala r-rappreżentanti tal-interessi taċ-ċittadini – u b'mod partikulari, l-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, biex jibagħtu rappreżentanti biex jieħdu sehem fil-kumitati tekniċi nazzjonali kollha li jirriflettu l-iżvilupp tal-istandards bħala appoġġ għall-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE; jenfasizza li l-preżenza ta' awtoritajiet nazzjonali fid-dibattitu dwar l-iżvilupp ta standards hija kruċjali għall-funzjonament xieraq tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma koperti mill-“Approċċ il-Ġdid”, u biex jiġu evitati oġġezzjonijiet ex post għall-istandards armonizzati;

43.  Jitlob lill-korpi nazzjonali tal-istandards biex, fl-interess tal-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern, jirrispettaw il-Kodiċi tal-Etika tal-ISO sabiex ikun żgurat li l-imparzjalità tal-istandards ma tiġix ipperikolata b'attivitajiet oħrajn bħaċ-ċertifikazzjoni jew l-akkreditazzjoni; jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu żviluppati standards u gwidi għall-valutazzjoni tal-konformità u li jiġu promossi l-adozzjoni u l-użu ġust tagħhom, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti ta' integrità, oġġettività u imparzjalità;

(d)  Faċilitazzjoni tal-aċċess għall-istandards

44.  Jirrikonoxxi li l-istandardizzazzjoni Ewropea tgħin fil-ħolqien ta' kondizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha fis-suq, b'mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, li huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u kontributuri vitali għas-sistema; jirrikonoxxi, madankollu, li l-involviment tagħhom fl-istandardizzazzjoni mhux dejjem ikun proporzjonat mal-importanza ekonomika tagħhom, filwaqt li l-kumplessità u l-kost tal-istandards jistgħu jirrappreżentaw xkiel għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju;

45.  Jenfasizza li l-istandards għandhom jitfasslu jew jiġu adattati biex iqisu l-karatteristiċi u l-ambjent tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikulari l-intrapriżi żgħar, il-mikrointrapriżi u l-intrapriżi tal-artiġjanat; jilqa' l-inizjattivi reċenti meħuda mill-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u nazzjonali biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-istudju dwar l-aċċess tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju għall-istandardizzazzjoni Ewropea, u jemmen li dawn għandhom jitqiesu bħala l-aqwa prattiki; jilqa' u jinkoraġġixxi wkoll il-miżuri proposti fil-programmi tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju tas-CEN/CENELEC biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-istandards mill-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju; jenfasizza li għandhom jittieħdu aktar miżuri biex jiġi żgurat li l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fl-iżvilupp tal-istandards u jkollhom aċċess aqwa u irħas għalihom;

46.  Jisħaq, b'mod partikulari, fuq il-fatt li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmluha possibbli li, meta jkunu qed jitfasslu l-istandards, jitqiesu aktar l-interessi tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju u l-intrapriżi tal-artiġjanat billi jiġu implimentati l-miżuri strateġiċi li jinsabu fl-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar”, b'mod konformi mas-seba' prinċipju tiegħu: appoġġ finanzjarju tal-UE, tnaqqis tal-ispejjeż ta' aċċess għall-istandards, il-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji tal-istandards Ewropej, u l-kompożizzjoni ekwa tal-kumitati ta' standardizzazzjoni;

47.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tissemplifika l-proċeduri, fejn possibbli, u tqis il-prinċipju “l-ewwel aħseb fiż-żgħir” fil-bidliet futuri; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tinkludi l-kwistjoni tal-istandardizzazzjoni fil-Ġimgħa li jmiss tal-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju;

48.  Jisħaq li l-aċċess tal-utenti għall-istandards Ewropej li jiġu żviluppati bħala appoġġ għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE huwa kwestjoni importanti li teħtieġ li tkompli tiġi eżaminata; huwa tal-fehma li għandhom jiġu kkunsidrati sistemi differenti ta' ffissar tal-prezzijiet għal standards privati/industrijali u għal standards armonizzati/obbligatorji; jistieden, b'mod partikulari, lill-korpi nazzjonali tal-istandards biex inaqqsu l-kostijiet permezz ta' rati speċjali u billi joffru settijiet ta' standards bi ħlas imraħħas u jinvestigaw modijiet oħrajn biex jitjieb l-aċċess, speċjalment għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju;

49.  Ifakkar, madankollu, li l-prezz biex jinxtara standard jikkorrispondi għal proporzjon żgħir biss tal-ispejjeż globali li jħallsu utenti tal-istandards, li normalment ikollhom jiddedikaw ħafna iktar riżorsi sabiex jittrasponu l-istandard meħtieġ fil-proċess ta' negozju tagħhom;

50.  Jenfasizza li l-istandards għandhom ikunu komprensibbli, sempliċi u faċli biex jintużaw sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati aħjar mill-utenti; iqis importanti ħafna li jitnaqqas, fejn xieraq, l-ammont eċċessiv ta' referenzi reċiproċi bejn l-istandards, u li jiġu indirizzati d-diffikultajiet attwali fl-indentifikazzjoni tal-grupp ta' standards relevanti għal prodott jew proċess partikulari; jistieden lill-korpi nazzjonali u Ewropej tal-istandards u lill-assoċjazzjonijiet kummerċjal biex jipprovdu linji gwida dwar l-użu tal-istandards, sommarji b'xejn fuq l-Internet, aċċess aħjar minn fuq l-Internet għall-abbozzi ta' konsultazzjoni u funzjonijiet ta' tfittxija elettronika sempliċi;

51.  Jilqa' l-inizjattiva għaddejja bħalissa tal-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex ifasslu u jippubblikaw fuq l-internet, mingħajr restrizzjonijiet ta' aċċess, sommarju tal-istandards kollha tagħhom, u jitlob biex dan il-proġett jitlesta malajr; jenfasizza, madankollu, li dan il-proġett għandu jiġi implimentat ukoll fil-livell nazzjonali, sabiex l-utenti tal-istandards ikunu jistgħu jiksbu tagħrif dwar il-punti koperti minn kull standard fil-lingwa tagħhom permezz tal-websajts tal-korpi nazzjonali tal-istandards;

52.  Jenfasizza l-importanza li l-istandards jiġu ppreżentati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE sabiex ikun żgurat li l-utenti jifhmuhom sew; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa iktar, u tissimplifika l-arranġamenti finanzjarji għat-traduzzjoni tal-istandards armonizzati;

Standardizzazzjoni bħala appoġġ għall-innovazzjoni u l-kompetittività sostenibbli f'ambjent globalizzat

53.  Jagħraf li l-istandardizzazzjoni Ewropea hija għodda importanti għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u tikkontribwixxi għall-kompetittività tal-Unjoni u t-twettiq tas-suq intern; jenfasizza l-benefiċċji ekonomiċi importanti tagħha, li tagħmilha possibbli għall-kumpaniji li jiksbu trasferiment iktar malajr tal-għarfien, it-tnaqqis tal-kost u tar-riskju, iktar ħeffa għas-suq u valur ogħla għall-innovazzjoni;

54.  Jirrikonoxxi li, għalkemm l-istandardizzazzjoni tista' tkun element importanti biex jiġi ffaċilitat l-isfruttar ta' teknoloġiji ġodda, hemm distakk sinifikanti fit-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp għall-iżvilupp ta' standards ġodda; jenfasizza l-bżonn li jittejbu l-għarfien u l-kooperazzjoni reċiproċi bejn l-istandardizzaturi, l-innovaturi, is-settur akkademiku u l-komunitajiet ta' riċerka; jenfasizza li l-inklużjoni ta' għerf ġdid fl-istandards, b'mod partikulari mill-programmi ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati b'fondi pubbliċi, se tippromwovi l-innovazzjoni u l-kompetittività;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, b'kooperazzjoni mal-korpi nazzjonali tal-istandards, jippromwovu l-inklużjoni tal-istandardizzazzjoni fil-curricula akkademiċi, l-edukazzjoni (eż. skejjel tal-ekonomija u t-teknika), il-programmi ta' tagħlim tul il-ħajja u kampanji ta' informazzjoni sabiex titqajjem il-kuxjenza fost l-operaturi ekonomiċi u dawk li jfasslu l-politika, kemm dawk attwali kif ukoll dawk prospettivi, dwar l-importanza u l-benefiċċji tal-istandards; jistieden lill-korpi nazzjonali tal-istandards biex isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mal-assoċjazzjonijiet kummerċjali u sabiex jipprovdu tagħrif kredibbli lill-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju dwar il-vantaġġi ekonomiċi li jirriżultaw mill-użu tal-istandards; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kwistjoni tal-istandardizzazzjoni titqajjem fil-programm tal-Erasmus għall-Imprendituri Żgħar; iħeġġeġ azzjonijiet biex jiġu vvalutati, ikkwantifikati u kkomunikati l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tal-istandardizzazzjoni;

56.  Jemmen li l-programmi qafas Ewropej għar-riċerka, il-kompetittività u l-innovazzjoni jistgħu jipprovdu kontribut importanti għall-proċess tal-istabbilliment ta' standards billi jiġi ddedikat kapitoli għall-istandardizzazzjoni; iqis li tali miżura żżid il-fehim tal-benefiċċji tal-istandards u tgħin biex tippromwovi approċċ sistematiku iktar “il fuq bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-istandardizzazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi ”r-relevanza u l-istandardizzazzjoni' fost il-kriterji ta' valutazzjoni ta' proġetti tar-R&Ż iffinanzjati mill-UE, sabiex jiġu promossi proġetti relatati mal-istandardizzazzjoni u titqajjem kuxjenza dwar dawk il-proġetti b'mezzi innovattivi;

57.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tiżviluppa attivitajiet ta' segwitu tat-teknoloġija biex jiġi identifikat eżitu futur tar-R&Ż li jaf jibbenefika mill-istandardizzazzjoni, tiffaċilita l-fluss u t-trasparenza tal-informazzjoni meħtieġa għall-penetrazzjoni tas-suq u l-funzjonament tar-R&Ż, u, f'dan ir-rigward, tippromwovi mekkaniżmi ta' valutazzjoni aċċessibbli faċilment u faċli għall-utent permezz tal-Internet;

58.  Jistieden lill-Istati Membri biex jużaw standards Ewropej fl-akkwist pubbliku sabiex titjieb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi u jitrawmu t-teknoloġiji innovattivi; jenfasizza, madankollu, li l-użu tal-istandards m'għandux jirriżulta f'ostakli addizzjonali, b'mod partikulari għan-negozji ż-żgħar biex jipparteċipaw fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku;

59.  Jafferma mill-ġdid li l-indirizzar tat-tibdil fil-klima u sfidi ambjentali u tal-enerġija globali futuri oħra jimplika l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' teknoloġiji ndaf u prodotti ekoloġiċi; iqis, għalhekk, li hemm ħtieġa urġenti li jiġu integrati aspetti ambjentali fil-prodotti u s-servizzi relevanti kollha, u li s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni teħtieġ li tiżviluppa sistema mtejba biex ikun żgurat li tali aspetti jiġu indirizzati kif xieraq meta jiġu żviluppati l-istandards; jenfasizza l-ħtieġa biex jiġi promoss l-involviment attiv fil-kumitati ta' standardizzazzjoni, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, ta' organizzazzjonijiet ambjentali u awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-ħarsien tal-ambjent; jenfasizza li l-bżonn li l-isforzi Ewropej ta' innovazzjoni jkollhom effett fuq l-istateġiji globali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u jirreaġixxu għall-isfidi tal-enerġija, tas-soċjetà u tal-ambjent għandu jiġi rifless ukoll fl-istabbiliment ta' linji gwida ġodda għall-mudelli ta' standardizzazzjoni;

60.  Jenfasizza li t-titjib tas-saħħa tal-bniedem u l-kundizzjonijiet tal-għajxien jimplika żvilupp ta' prodotti li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp b'saħħtu tal-popolazzjoni u t-titjib tal-aċċessibilità, b'mod partikulari għat-tfal u l-persuni vulnerabbli; iqis, għalhekk, li hemm ħtieġa urġenti li jiġu integrati aspetti tas-saħħa fil-prodotti u s-servizzi relevanti kollha, u li s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni teħtieġ li tiżviluppa sistema mtejba biex ikun żgurat li tali aspetti jiġu indirizzati kif xieraq meta jiġu żviluppati l-istandards; jitlob, f'dan ir-rigward, pereżempju, l-istabbiliment ta' standards Ewropej għal żraben ortopedikament tajbin għat-tfal; jenfasizza l-ħtieġa biex jiġi promoss l-involviment attiv fil-kumitati ta' standardizzazzjoni ta' esperti tas-saħħa u awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-kwistjonijiet tas-saħħa;

61.  Jisħaq li l-istandardizzazzjoni għandha potenzjal kbir fit-tneħħija ta' ostakoli li jimpedixxu lill-persuni b'diżabilità u l-anzjani milli jeżerċitaw il-kapaċitajiet tagħhom u milli jipparteċipaw fuq termini ugwali fl-oqsma kollha tal-ħajja; jitlob, għaldaqstant għall-iżvilupp ta' standards li jikkunsidraw id-diversi ħtiġijiet tal-popolazzjoni u joħolqu opportunitajiet ġodda għan-negozji sabiex jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi, bil-għan li jrawmu l-iżvilupp ta' prodotti, servizzi u infrastrutturi li huma aċċessibbli għal kulħadd; jisħaq fuq l-importanza tal-kunċett “Design for All” li jikkostitwixxi sfida kreattiva u etika għall-istandardizzaturi, id-disinjaturi, l-intraprendituri, l-awtoritajiet pubbliċi u dawk li jfasslu l-politika, minħabba li l-għan tiegħu huwa li jippermetti lill-persuni kollha jkollhom aċċess ugwali, inter alia, għall-ambjent mibni, it-trasport, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-akkomodazzjoni, il-faċilitajiet mediċi, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-kultura, ir-rikreazzjoni u l-prodotti u s-servizzi tal-konsumatur;

62.  Jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni u lill-Organizzazzjonijiet tal-Istandardizzazzjoni Ewropej sabiex jiżviluppaw u jappoġġjaw approċċ sistematiku rigward l-attivitajiet tagħhom ta' standardizzazzjoni sabiex jiżguraw li l-istandards jinkorporaw rekwiżiti adegwati dwar l-aċċessibilità, filwaqt li jżommu mal-prinċipji tad-“Design for All”, li jinkludu mekkanizmu ta' verifika xierqa sabiex jiġi żgurat li l-istandards ikkonċernati jirriflettu tajjeb il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilitajiet u tal-anzjani; jistieden, barra minn dan, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni nazzjonali u Ewropej sabiex jiżviluppaw u jappoġġjaw korsijiet ta' taħriġ għall-persuni b'diżabilitajiet, sabiex iżidu l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-proċess tal-iffissar tal-istandards, u għall- istandardizzaturi, sabiex jiffamiljarizzawhom mal-kwistjonijiet ta' diżabilità u aċċessibilità;

63.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha sabiex jirratifikaw mingħajr dewmien il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet u jimplimentaw b'mod effikaċi d-dispożizzjonijiet tagħhom fir-rigward tal-promozzjoni ta' prinċipji universali tad-disinn fil-proċess tal-iffissar tal-istandards; jistieden, barra minn dan, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex isaħħu r-regoli eżistenti dwar l-akkwist pubbliku sabiex jippromwovu l-inklużjoni tal-klawżoli ta' aċċessibilità fil-proċeduri tal-għotja ta' kuntratti pubbliċi, bil-għan li jġibu “l quddiem l-aċċessibilità u jipprovdu inċentivi għall-manifatturi sabiex jiżviluppaw u joffru prodotti u servizzi aċċessibbli; jitlob għall-promozzjoni ta' proġetti R&D ffinanzjati mill-UE sabiex jiġu żviluppati prodotti innovattivi tat-teknoloġija assistiva kif ukoll li d-dispożizzjonijiet ta' aċċessibbiltà jsiru kriterja fl-allokazzjoni ta' finanzjament strutturali fil-livell nazzjonali u f'dak reġjonali;

64.  Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex tkompli tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, il-proċedura għall-iżvilupp ta' standards relatati mad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti għandha tingħata prijorità;

65.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-karozzi tal-elettriku, li tenfasizza l-bżonn ta' proċessi effettivi ta' standardizzazzjoni f'diversi oqsma sabiex tiġi aċċellerata l-introduzzjoni fis-suq ta' karozzi tal-elettriku fl-interess tal-kompetittività u l-ambjent;

66.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li kemm id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI), kif ukoll l-istandardizzazzjoni jinkoraġġixxu l-innovazzjoni u jiffaċilitaw it-tixrid tat-teknoloġija; jenfasizza li għandu jiġi stabbilit bilanċ korrett bejn l-interessi tal-utenti ta' standards u d-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali; jistieden lill-korpi tal-istandards Ewropej u nazzjonali biex ikunu partikolarment attenti meta jiżviluppaw standards abbażi ta' teknoloġiji ta' proprjetà, sabiex jiġi permess aċċess wiesa' għall-utenti kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li l-liċenzji għal kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali essenzjali fl-istandards jingħataw b'kundizzjonijiet ġusti, raġjonevoli u nondiskriminatorji;

67.  Jirrikonoxxi li l-fora u l-konsorzji jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għas-sistema ta' standardizzazzjoni billi jipprovdu speċifikazzjonijiet b'relevanza globali, u ta' sikwit ikunu aktar lesti li jilqgħu teknoloġiji innovattivi; jinnota li, speċjalment fis-settur tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, għadd ta' fora u konsorzji evolvow f'organizzazzjonijiet globali li jipproduċu speċifikazzjonijiet implimentati b'mod wiesa' abbażi ta' proċessi ta' żvilupp miftuħa, trasparenti u bbażati fuq il-kunsens; jemmen li l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u l-fora/konsorzji għandhom isibu mod kif jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom billi jitrasferixxu l-istandards għal-livell l-aktar xieraq, internazzjonali jew Ewropew, sabiex tiġi żgurata koerenza u tiġi evitata l-frammentazzjoni jew id-duplikazzjoni;

68.  Jistieden ukoll lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw u jimplimentaw mekkaniżmu aħjar għall-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet ta' fora/konsorzji bħala standards Ewropej, li għalihom għandu jkun iggarantit kunsens mill-partijiet interessati kollha permezz ta' proċeduri stabbiliti għall-konsultazzjoni tal-partijiet kollha involuti skont il-prinċipju ta' delega nazzjonali; jenfasizza li dan m'għandux jillimita l-possibilità li l-ispeċifikazzjonijiet ta' fora/konsorzji jiġu ppreżentati direttament lil organizzazzjonijiet tal-istandards internazzjonali sabiex jiksbu status aktar globali, sakemm dan ikun konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-ostakli tekniċi għall-kummerċ (trasparenza, ftuħ, imparzjalità, kunsens, effikaċja, relevanza u koerenza);

69.  Jagħraf li l-interoperabilità hija importanti ħafna għall-innovazzjoni u l-kompetittività, partikolarment fis-settur tal-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, fejn il-fora u l-konsorzji għandhom rwol; jinnota l-fatt li l-interoperabilità tiddependi mhux biss mill-iżvilupp ta' standards/speċifikazzjonijiet iżda wkoll mill-implimentazzjoni tagħhom min-naħa tal-utenti; jagħraf ir-rwol importanti li għandhom il-fora u l-konsorzji mmexxija mill-utent, sabiex tinkiseb l-interoperabilità; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-koordinament bejn il-fora u l-konsorzji dwar it-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni u l-korpi formali li jiżviluppaw l-istandards, ħaġa li żżid l-interoperabilità u timminimizza r-riskju tad-duplikazzjoni u tal-kunflitti bejn l-istandards fis-settur tat-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni;

70.  Jenfasizza l-bżonn imperattiv li l-politika ta' standardizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni tiġi adattata għas-suq u għall-iżvilupp ta' politika, u dan iwassal biex jinkisbu miri politiċi Ewropej importanti li jirrikjedu l-interoperabilità, bħas-saħħa elettronika, l-aċċessibilità, is-sigurtà, in-negozju elettroniku, il-gvern elettroniku u t-trasport, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-istandards bħala appoġġ għall-protezzjoni tad-data personali;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, sabiex tappoġġa politiki oħrajn tal-UE, timplimenta politika modernizzata u estiża tal-UE għall-istandardizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li, fost affarijiet oħra, għandha tiżgura l-interoperabilità, iċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni ta' salvagwardji xierqa, filwaqt li timminimizza l-piżijiet addizzjonali għan-negozji, ir-riskji għall-utenti u l-ostakli għall-moviment ħieles tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

72.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu effikaċji tal-bażijiet legali eżistenti li jippermettu l-istandardizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tidentifika setturi u oqsma jew applikazzjonijiet addizzjonali tat-teknoloġija tal-informazzjoni fejn l-użu effettiv tal-istandardizzazzjoni tal-UE jista' jintuża bħala appoġġ għall-politiki tal-UE, u tippreżenta proposti xierqa f'dan ir-rigward; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-użu, fejn xieraq tal-“Approċċ il-Ġdid” u l-“Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid” bħala mudell għal politika modernizzata tal-istandardizzazzjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħala appoġġ għall-politika tal-UE;

73.  Jisħaq li l-istandards internazzjonali jagħmluha possibbli li jinħoloq suq globali minħabba l-użu ta' standard identiku wieħed f'ħafna pajjiżi, imsejjes fuq approċċ “ibbażat fuq il-prestazzjoni”, li jħeġġeġ il-fehim tal-konsumatur u l-fiduċja fis-suq;

74.  Jenfasizza li d-djalogu regolatorju huwa aspett importanti tad-dimensjoni esterna tas-Suq Intern u għalhekk hemm bżonn li l-pożizzjoni tas-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni fl-ambjent tal-istandardizzazzjoni internazzjonali tiġi ssalvagwardjata u msaħħa sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' standards internazzjonali b'relevanza globali ġenwina, jiġi ffaċilitat il-kummerċ u tiżdied il-kompetittività Ewropea, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u filwaqt li tingħata attenzjoni biex jiġi evitat ix-xogħol doppju żejjed li jkun diġà sar fil-livell internazzjonali;

75.  Jappoġġa s-sekondar ta' żewġ esperti Ewropej tal-istandardizzazzjoni fiċ-Ċina u l-Indja bl-għan li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, jiġu promossi l-istandards Ewropej u jingħata tagħrif dwar is-sistemi ta' standardizzazzjoni ta' dawk il-pajjiżi; jistieden lill-Kummissjoni tesplora n-neċessità tas-sekondar ta' esperti tal-istandardizzazzjoni f'reġjuni oħrajn tad-dinja sabiex tkompli tiġi promossa s-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea;

76.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-attivitajiet tagħha ta' standardizzazzjoni mas-sħab internazzjonali tagħna, pereżempju fi ħdan id-djalogu transatlantiku. jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, b'kunsiderazzjoni ta' dan, tqis u tieħu l-miżuri neċessarji biex issaħħaħ l-influwenza tal-istandardizzazzjoni Ewropea fil-livell dinji sabiex tiżdied il-kompetittività tal-prodotti u s-servizzi tal-Ewropa fil-kummerċ internazzjonali;

77.  Jitlob impenn imġedded favur l-istandardizzazzjoni internazzjonali min-naħa tal-korpi nazzjonali tal-istandards u l-partijiet interessati Ewropej, sabiex tiġi sfruttata t-tmexxija Ewropea u jinkisbu l-vantaġġi ta' dawk li jaġixxu l-ewwel fis-swieq globali; jenfasizza l-bżonn ta' koordinazzjoni aħjar bejn il-korpi nazzjonali tal-istandards u l-partijiet interessati Ewropej fl-istandardizzazzjoni internazzjoanli fil-livell tekniku u f'dak politiku;

o
o   o

78.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 150, 28.5.1999, p. 624.
(2) ĠU L 315, 15.11.2006, p. 9.
(3) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.
(4) ĠU L 36, 7.2.1987, p. 31.


Riformi implimentati u żviluppi fir-Repubblika tal-Moldova
PDF 215kWORD 47k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar riformi implimentati u żviluppi fir-Repubblika tal-Moldova
P7_TA(2010)0385RC-B7-0572/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni ffirmat nhar it-28 ta' Novembru 1994 bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1998,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-UE-Moldova ppubblikata fil-21 ta' Diċembru 2009,

–  wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea, kif ukoll in-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni tar-reġim tal-viżi bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Moldova,

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta' Progress tal-Kummissjoni dwar ir-Repubblika tal-Moldova tat-12 ta' Mejju 2010 (COM(2010)0207),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà dwar il-Moldova/Transnistrja tas-17 ta' Mejju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tas-27 ta' Settembru 2010 u dwar ir-ratifika tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali mir-Repubblika tal-Moldova tal-14 ta' Ottubru 2010,

–  wara li kkunsidra r-riżultat tal-elezzjonijiet parlamentari tad-29 ta' Lulju 2009 u r-riżultati tar-referendum dwar ir-riforma tal-kostituzzjoni fil-5 ta' Settembru 2010 u d-deċiżjoni biex isiru elezzjonijiet parlamentari bikrin fit-28 ta' Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Moldova u dwar ir-reġjun tat-Transnistrja,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-Sħubija tal-Lvant ippreżentati f'Mejju 2009 rrikonoxxew l-aspirazzjonijiet Ewropej tar-Repubblika tal-Moldova u l-importanza tal-Moldova bħala pajjiż b'rabtiet fondi storiċi, kulturali u ekonomiċi mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

B.  billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni li qed jiġi attwalment innegozjat bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova għandu jkabbar b'mod sinifikanti l-qafas istituzzjonali komuni UE-Repubblika tal-Moldova, jiffaċilita t-tfannid tar-relazzjonijiet fiż-żoni kollha, u jsaħħaħ l-assoċjazzjonijiet politiċi u l-integrazzjoni ekonomika, li jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi,

C.  billi r-relazzjonijiet UE-Moldova mxew sostanzjalment “il quddiem fl-aħħar sena, fatt li ġie rifless kif suppost fir-Rapport ta' Progress mill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 2010 li sab li l-progress intlaħaq f'ħafna mill-oqsma settorjali koperti mill-Pjan ta' Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat,

D.  billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, it-twaqqif tas-Servizz ta' Azzjoni Esterna u l-ħatra tal-Viċi-President/ir-Rappreżentant Għoli jagħtu lill-Unjoni Ewropea impetus imġedded biex tieħu rwol aktar proattiv fit-trattament tal-kunflitti ffriżati fil-viċinat tagħha stess, inkluża l-kwistjoni ta' Transnistrja,

1.  Jilqa' l-progress li sar fl-aħħar sena mir-Repubblika tal-Moldova u jispera li l-proċess elettorali jista' jikkonsolida aktar l-istituzzjonijiet demokratiċi u r-rispett għall-istat tad-dritt u għad-drittijiet tal-bniedem fil-Moldova; jistenna li l-awtoritajiet tal-Moldova jaħdmu fuq ir-riformi bżonnjuża u jissodisfaw l-impenji tagħhom biex ir-Repubblika tal-Moldova tibqa' fi triqtha lejn l-integrazzjoni gradwali Ewropea;

2.  Jilqa' l-bidu tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova fit-12 ta' Jannar 2010 u jieħu nota b'sodisfazzjon tar-riżultati tajbin ħafna li l-Kummissjoni ħadet mir-Repubblika tal-Moldova f'dan il-proċess;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi ħalli tiżviluppa ta' malajr il-pjan ta' azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viżi fil-laqgħa tiegħu li jmiss fil-25 ta' Ottubru 2010, b'hekk tidħol fil-fażi għal kollox operattiva tad-djalogu dwar il-viżi bbażat fuq il-progress tar-Repubblika tal-Moldova wara taħditiet esploratorji dwar l-erba' blokok tad-djalogu dwar il-viżi;

4.  Jilqa' l-għoti ta' għajnuna makrofinanzjarja fil-forma ta' għotja ta' ammont massimu ta' EUR 90 miljun lir-Repubblika tal-Moldova bil-ħsieb li tappoġġja l-istabbilizzazzjoni ekonomika u ttaffi l-bilanċ tal-ħlasijiet u l-ħtiġijiet baġitarji, kif ġie identifikat fil-programm preżenti tal-FMI; jisħaq fuq il-bżonn għar-Repubblika tal-Moldova li żżid l-isforzi biex timplimenta b'mod effettiv riformi strutturali, b'mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-klima tan-negozju u tal-investiment;

5.  Jirrikonoxxi t-titjib fl-ambjent tan-negozju u l-qafas regolatorju tal-attività intraprenditorjali bħala miżura ewlenija biex jitħeġġu l-investimenti, u jesprimi l-kunfidenza tiegħu li n-negozjati dwar iż-Żona tal-Kummerċ Ħieles mal-UE, bħala parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, se jimxu ta' malajr “il quddiem;

6.  Jappoġġja l-inizjattiva tal-“Ħbieb tal-Moldova”, li tinkludi ħafna Ministri tal-Affarijiet Barranin minn Stati Membri u l-Kummissarju tal-UE għat-Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat Štefan Füle, li tfittex li tesprimi appoġġ tal-UE ċar għar-Repubblika tal-Moldova u solidarjetà magħha u hija sinjal ċar ta' impenn b'saħħtu biex il-pajjiż ikun appoġġjat fl-indirizzar tal-isfidi li jaffaċċja; jemmen li din l-inizjattiva se tgħin b'mod effettiv lir-Repubblika tal-Moldova biex timplimenta riformi interni u tressaq il-pajjiż eqreb lejn l-Unjoni Ewropea;

7.  Huwa tal-opinjoni li l-UE tista' tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-problema tat-Transnistrja billi jitrawwem il-bini tal-kunfidenza, b'mod partikolari bl-appoġġ tal-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti li jindirizzaw bżonnijiet komuni tal-popolazzjoni li taħdem mal-komunitajiet lokali u s-soċjetà ċivili u billi tingħata għajnuna biex tittaffa l-kriżi ekonomika fuq iż-żewġ naħat tax-Xmara Nistru;

8.  Jenfasizza li r-riżoluzzjoni tal-kwistjoni tat-Transnistrja tikkostitwixxi element kruċjali għall-promozzjoni tal-istabilità politika u l-prosperità ekonomika fir-Repubblika tal-Moldova u r-reġjun; itenni l-appoġġ tiegħu għall-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova u jirrimarka li huwa meħtieġ rwol aktar b'saħħtu tal-UE biex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni tat-Transnistrja, billi d-dewmien ta' din il-kwistjoni m'għandhiex tfixkel l-integrazzjoni tal-Moldova mal-UE;

9.  Jilqa' l-laqgħat informali li saru fil-format 5+2 rigward l-isforzi għas-soluzzjoni tal-problema tat-Transnistrja sa minn Ġunju 2009 u jitlob lill-partijiet biex jirritornaw lejn negozjati formali f'dan il-format fl-aktar opportunità bikrija possibbli u jilqa' l-inizjattiva Meseberg dwar is-soluzzjoni tal-kunflitt tat-Transnistrja, mibdija mill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-President Russu Dmitri Medvedev u jemmen li forum tas-sigurtà fil-livell tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin jista' jikkontribwixxi biex tintlaħaq soluzzjoni sostenibbli tal-kunflitt flimkien mal-imsieħba tiegħu;

10.  Jenfasizza fuq il-bżonn li tissaħħaħ il-kunfidenza tal-poplu fl-istituzzjonijiet tal-istat u fl-awtoritajiet ġuridiċi, speċjalment wara li ċerti uffiċjali minn korpi tal-infurzar tal-liġi indaħlu fil-vjolenza li seħħet matul l-avvenimenti ta' April 2009 u jistenna li dawk kollha li kienu nstabu responsabbli għall-atti tal-vjolenza jitressqu l-qorti;

11.  Iħeġġeġ lill-forzi politiċi demokratiċi kollha u lill-komunitajiet etnokulturali biex jevitaw konfrontazzjonijiet mhux neċessarji u jikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta' viżjoni wiesgħa għar-Repubblika tal-Moldova bil-għan li l-pajjiż jiġi ddirezzjonat lejn l-għanijiet Ewropej;

12.  Jispera li l-elezzjonijiet li ġejjin li jridu jsiru fit-28 ta' Novembru 2010 se jsiru f'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali u jfakkar lil kull min hu kkonċernat li l-kampanja ta' qabel l-elezzjoni trid tipprovdi opportunitajiet indaqs lill-forzi politiċi kollha; Jistenna li jittieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-effettività tad-dritt tal-vot għaċ-ċittadini tal-Moldova li jgħixu barra mill-pajjiż u jgħid li l-awtoritajiet de facto fir-reġjun li jrid jinfired tat-Transnistrja m'għandhom ebda jedd li ma jħallux liċ-ċittadini Moldovani milli jieħdu sehem fil-proċess tal-votazzjoni;

13.  Jitlob lill-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova biex jieħu sehem fl-Assemblea Parlamentari Euronest skont l-Att Kostitwenti tal-Assemblea;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lill-Gvernijiet u lill-Parlament tal-Moldova.


Politika Marittima Integrata
PDF 347kWORD 115k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Politika Marittima Integrata (IMP) – Evalwazzjoni tal-progress li sar u sfidi ġodda (2010/2040(INI))
P7_TA(2010)0386A7-0266/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Parlament Ewropew 2008/56/KE u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin(1),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0575),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Rapport dwar il-Progress tal-Politika Marittima Integrata tal-UE” (COM(2009)0540),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea li jakkumpanja r-Rapport ta' Progress dwar il-Politika Marittima Integrata tal-UE (SEC(2009)1343),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Lejn Politika Marittima Integrata għal governanza aħjar fil-Mediterran” (COM(2009)0466),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Niżviluppaw id-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2009)0536),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Lejn l-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima: Ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni għad-dominju marittimu tal-UE (COM(2009)0538),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea “Eżaminazzjoni dwar il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR)” (COM(2008)0068),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Programm tax-Xogħol tal-Kummissjoni 2010 – Żmien biex wieħed jaġixxi” (COM(2010)0135),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea: “L-adattament għat-tibdil fil-klima: Lejn Qafas Ewropew għall-azzjoni” (COM(2009)0147),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Pjan ta' Tmexxija għall-Ippjanar Spazjali Marittimu: Il-ksib ta' Prinċipji Komuni fl-UE” (COM(2008)0791),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Linjigwida għal Strateġija Integrata għall-Politika Marittima: Lejn l-aqwa prassi fil-governanza marittima integrata u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati” (COM(2008)0395),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku” (COM(2009)0248),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummisssjoni Ewropea bit-titolu “L-Unjoni Ewropea u r-reġjun tal-Artiku” (COM(2008)0763),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea “Building a European marine knowledge infrastructure: Roadmap for a European Marine Observation and Data Network” (SEC(2009)0499),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Marine data infrastructure, outcome of public consultation” (SEC(2010)0073),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Marine data infrastructure, outcome of public consultation” (SEC(2010)2337),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Strateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima - Qafas koerenti ta' Żona Ewropea ta' Riċerka b'appoġġ ta' użu sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra” (COM(2008)0534),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “L-iskopijiet strateġiċi u r-rakkomandazzjonijiet għall-politika tat-trasport marittimu tal-UE sal-2018” (COM(2009)0008),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-politika marittima integrata tas-16 ta' Novembru 2009,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-sorveljanza marittima integrata tas-17 ta' Novembru 2009,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-politika marittima integrata tas-14 ta' Ġunju 2010,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis u l-protokolli tagħha(2),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pakkett Marittimu u Kostali tas-17-18 ta' Ġunju 2009,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar Politika Marittima tal-Unjoni Ewropea għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra(3),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0266/2010),

A.  billi l-oċeani u l-ibħra huma estremament kumplessi u huma influwenzati minn bosta attivitajiet, interessi u politiki; billi l-għarfien espert biex wieħed jindirizza l-isfidi multipli tal-affarijiet marittimi u wkoll is-saħħa biex jiġu trattati huma mifruxa fost bosta atturi pubbliċi u privati fil-livelli differenti ta' governanza,

B.  billi l-oċeani u l-ibħra tad-dinja huma interkonnessi u interdipendenti u billi, barra minn hekk, l-użu dejjem aktar intensiv tal-oċeani u l-ibħra minn setturi bħat-tbaħħir, is-sajd, l-enerġija, it-turiżmu, ir-riċerka, ikkombinat mat-tibdil fil-klima, żiedu mal-pressjoni fuq l-ambjent tal-baħar,

C.  billi t-tbaħħir u l-industrija tal-bini tal-vapuri jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ġid ekonomiku tal-pajjiżi tal-UE u jipprovdu servizz prezzjuż għall-industrija Ewropea u mondjali u għall-konsumaturi,

D.  billi l-approċċ IMP jirrappreżenta risposta ċara għall-kwistjoni ta' kif tinkiseb koerenza akbar bejn l-azzjonijiet imwettqa skont il-politiki differenti li jeffettwaw l-ibħra u ż-żoni kostali u l-ħtieġa għall-użu tar-riżorsi ta' dawn l-ekosistemi mingħajr ħsara lill-ambjent,

E billi d-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima (MFSD) tifforma l-pilastru ambjentali tal-Politika Marittima Integrata (IMP); billi dan l-approċċ għandu jkun konness aħjar mal-politiki settorjali l-oħra,

F.  billi IMP ta' suċċess għandha tkun ibbażata fuq l-eċċellenza fir-riċerka tal-baħar, it-teknoloġija u l-innovazzjoni u għandha twassal għal approċċ “one-stop-shop” fit-teħid tad-deċiżjonijiet u għalhekk għal tnaqqis fid-duplikazzjoni ta' poteri regolatorji, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali u lokali,

G.  billi dawn l-istrutturi integrati tal-governanza marittima għandhom itejbu l-ippjanar ikkoordinat tal-attivitajiet marittimi f'kompetizzjoni, il-ġestjoni strateġika taż-żoni marittimi, il-kwalità tal-attivitajiet ta' sorveljanza u l-infurzar tal-liġijiet; billi dan l-objettiv jitlob għal miżuri biex tiġi identifikata b'mod ċar il-firxa sħiħa ta' strutturi bħal dawn, tkun iggarantita l-viżibilità tagħhom u titjieb il-kooperazzjoni tagħhom, kollox fi ħdan qafas trasparenti u koerenti,

H.  billi l-Unjoni Ewropea hija l-qawwa marittima ewlenija fid-dinja u għandha tuża l-IMP u l-kisbiet tagħha bħala bażi biex taġixxi bħala forza internazzjonali biex jitjiebu l-ippjanar tal-attivitajiet marittimi, il-protezzjoni ambjentali u l-promozzjoni ta' prattiki tajbin fi ħdan fora internazzjonali,

I.  billi x-xtut tal-Ewropa u l-gżejjer l-iktar imbegħdin tagħha għandhom rwol speċjali fir-rigward tas-sigurtà u l-ħarsien kontra theddidiet ambjentali u atti kriminali,

Ġenerali

1.  Jilqa' l-pakkett ta' Ottubru 2009 tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-politika marittima integrata (IMP) bħala rendikont f'waqtu u inkoraġġanti tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni Blue Paper tal-2007, u fl-istess ħin jirrikonoxxi li l-inizjattivi l-ġodda li diġà ttieħdu u li huma previsti huma totalment koerenti mal-għanijiet tal-Blue Paper; u konsegwenza loġika tagħha; jikkonferma fuq kollox il-validità tal-approċċ integrat għall-affarijiet marittimi;

2.  Jaqbel mal-Kummissjoni li t-“tradizzjoni marittima b'saħħitha” hija waħda mill-punti ta' forza tal-Ewropa; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex ikomplu jiżviluppaw il-potenzjal offrut mis-setturi marittimi differenti billi jfasslu strateġija ambizzjuża ta' “tkabbir blu”; jikkunsidra li l-IMP għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' Unjoni kompetittiva, soċjali u sostenibbli; huwa tal-fehma f'dan ir-rigward li l-iżvilupp ta' IMP għandu jinkorpora b'mod armonjuż l-isforzi biex jintlaħqu żvilupp ekonomiku, livell għoli ta' impjiegi – partikolarment billi s-settur isir aktar attraenti għaż-żgħażagħ permezz ta' azzjonijiet ta' taħriġ u t-tnedija ta' “Erasmus Marittimu” – u protezzjoni ambjentali; jiddikjara, għalhekk, li l-IMP għandu jkun interkonness mal-objettivi u l-inizjattivi tal-Istrateġija UE 2020;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, biex toħroġ bi strateġija ġenerali, transsettorjali għal tkabbir sostenibbli fir-reġjuni kostali u marittimi sal-2013, ibbażata fuq investigazzjoni wiesgħa tal-potenzjal u l-għażliet tal-politika u fuq konsultazzjoni wiesgħa ma' dawk interessati; iqis li element wieħed ta' din l-istrateġija għandu jkun approċċ ġdid integrat għat-tisħiħ tal-pożizzjoni ewlenija tal-Ewropa fid-dinja rigward ir-riċerka marbuta mal-baħar u dik marittima, l-iżvilupp tekniku u l-inġinerija marittima mifruxa f'diversi setturi bħal ma huma l-bini tal-bastimenti, l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar, it-tbaħħir nadif u l-iżvilupp tal-enerġija u t-teknoloġiji off-shore; jiddikjara li għandhom jinstabu soluzzjonijiet fil-livell internazzjonali sabiex jiġu eliminati ċerti prattiki inġusti fl-industrija tal-bini tal-bastimenti;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni wara l-katastrofi tat-tixrid taż-żejt fil-Golf tal-Messiku u biex toħloq ċertezza legali fil-qasam tal-estrazzjoni taż-żejt offshore fl-Ewropa billi tissottometti strateġija ta' azzjoni Ewropea kkoordinata biex wieħed ikun lest għal kull emerġenza u biex jiġu trattati diżastri kkawżati mit-tħaffir għaż-żejt u t-tankers, f'livell internazzjonali, speċjalment f'każijiet ta' kontaminazzjoni transkonfinali; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod sħiħ il-qafas legali internazzjonali li diġà jeżisti kif definit mill-konvenzjonijiet internazzjonali tal-IMO f'dan ir-rigward, biex jidentifikaw, b'mod parallel, il-miżuri kollha possibbli għall-prevenzjoni ta' diżastri bħal dawn u kull lakuna leġiżlattiva fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri u sabiex jiġu aġġustati malajr kemm jista' jkun l-azzjonijiet u l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-UE b'mod korrispondenti, waqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-Golf tal-Messiku u r-reġjuni kostali u l-ibħra Ewropej;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi l-mandat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) dwar l-ispezzjonijiet tas-sigurtà ta' installazzjonijiet offshore u t-tindif ta' tixrid taż-żejt fir-rieżami tar-Regolament EMSA;

6.  Iqis li, f'dan il-kuntest, hemm ħtieġa urġenti għal azzjoni sabiex id-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali tiġi rieżaminata, peress li din ma tinkludix ir-responsabbiltà skont il-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” fil-każ tal-estrazzjoni taż-żejt offshore;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tinvestiga jekk il-mandat tal-EMSA għandux ikun estiż u jekk għandhiex tingħata responsabbiltà għall-monitoraġġ tal-konformità mal-istandards tas-sigurtà fl-estrazzjoni taż-żejt offshore u r-rieżami tal-pjanijiet ta' kontinġenza f'dak ir-rigward;

8.  Jilqa' l-istudju tal-Kummmissjoni intitolat “Database on EU-funded projects in maritime regions”(5) u jistieden lill-Kummissjoni fir-rapport ta' progress li jmiss dwar l-IMP biex tipprovdi stampa ġenerali sħiħa u sistematika tal-fondi kollha disponibbli fil-firxa tal-linji kollha tal-baġit għal attivitajiet relatati ma' setturi marittimi, reġjuni kostali u l-ibħra;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinsisti li l-IMP tirċievi fondi xierqa fil-perspettiva finanzjarja li jmiss u sabiex tistudja l-għażliet kollha possibbli għall-fondi, inkluż kemm il-proposta tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' fond tal-kosta u l-koordinazzjoni effettiva ta' skemi differenti ta' finanzjament;

10.  Jappoġġja l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tiffinanzja l-IMP b'EUR 50 miljun matul is-sentejn li ġejjin, sabiex tibni fuq proġetti preċedenti fl-oqsma tal-politika, il-governanza, is-sostenibbiltà u s-sorveljanza;

Governanza marittima

11.  Jifraħ lil dawk l-Istati Membri u r-reġjuni li diġà stabbilew politiki u strutturi ta' governanza marittimi integrati; jistieden lill-Istati Membri li l-istrutturi amministrattivi tal-IMP tagħhom għadhom frammentati ħafna, sabiex jistabbilixxu immedjatament strutturi ta' governanza marittima unifikati u integrati;

12.  Jaqbel mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-governanza marittima u l-analiżi tagħha tal-progress promettenti tal-aħħar snin, li iżda għadu mhuwiex sodisfaċenti;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni kostali biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom fil-definizzjoni tal-politika marittima integrata u fil-bini ta' strutturi xierqa ta' governanza marittima, li jagħmluha possibbli li jittieħdu deċiżjonijiet fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, bl-involviment tal-partijiet kollha interessati u għalhekk b'rispett akbar tal-objettivi differenti tal-politika;

14.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu inkoraġġiti strateġiji ta' żvilupp lokali mfassla b'mod speċifiku mqanqla minn proċess ta' konsultazzjoni li jimxi minn isfel għal fuq u biex jiġi skoraġġit approċċ uniku għal kulħadd; iqis, għalhekk, li governanza marittima integrata hija essenzjali biex tiġi evitata kull duplikazzjoni ta' kompetenzi bejn livelli differenti ta' gvern u biex jissaħħu l-kooperazzjoni u d-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-komunitajiet kostali, l-atturi mis-soċjetà ċivili, u partijiet interessati oħra fi kwistjonijiet marittimi; jiffavorixxi t-twaqqif u l-iżvilupp ta' strateġiji għall-makroreġjuni marittimi tal-UE fil-kuntest ta' approċċi strateġiċi għaż-żoni marittimi reġjonali;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa f'aktar dettall, fuq il-bażi tal-prestazzjoni, il-kwalità tal-istrutturi ta' governanza marittima fil-livell tal-Istati Membri u reġjonali, u biex isir skambju tal-aħjar prattiki biex jintlaħqu l-iskopijiet tal-IMP; huwa tal-fehma li governanza marittima integrata u trasparenti tiżgura l-aqwa ppjanar, toħloq firxa wiesgħa ta' sinerġiji u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' żona marittima Ewropea mingħajr ostakli;

16.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-involviment tal-partijiet interessati fit-tfassil tal-politika marittima għandu jkun minqux b'mod permanenti fl-istrutturi ta' governanza; jistieden għal dan il-għan l-Istati Membri kostali kollha li għadhom ma għamlux dan biex kemm jista' jkun malajr jistabbilixxu punti ta' kuntatt nazzjonali għall-IMP; u b'hekk jirreaġixxu b'mod pożittiv għat-talba tal-Kummissjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jattivaw dan in-network operazzjonali malajr kemm jista' jkun; jappoġġa l-formazzjoni ta' pjattaforma transsettorjali għad-djalogu bejn il-partijiet interessati fl-affarijiet marittimi; jitlob biex jiġu introdotti arranġamenti għal sħubija konkreta bejn il-Kummissjoni u l-Reġjuni, itenni l-appoġġ tiegħu għall-Jum Marittimu Ewropew, u jitlob li tingħata aktar konsiderazzjoni għall-għoti ta' informazzjoni liċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku rigward l-aspetti kollha tal-IMP;

17.  Jilqa' n-netwerk Ewropew ta' Raggruppamenti Marittimi (Maritime Clusters) u jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni biex jappoġġaw dawn l-oranizzazzjonijiet emerġenti fil-livelli kollha, partikolarment billi jappoġġaw il-kapaċità ta' innovazzjoni tagħhom, l-integrazzjoni tagħhom fil-politiki u l-programnmi nazzjonali, hekk li tissaħħaħ il-kooperazzjioni transnazzjonali, b'ħidma favur aktar opportunitajiet għall-SMEs u titjib fil-viżibilità tagħhom;

18.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jintensifikaw id-djalogu tagħhom fil-livell internazzjonali dwar l-IMP u kwistjonijiet oħra marittimi fil-fora kompetenti, inkluż dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni ta' UNCLOS; jissuġġerixxi l-organizzazzjoni ta' laqgħa dwar l-IMP fil-livell ministerjali tal-Istati Membri tal-Unjoni għall-Mediterran (UfM), li għandha ssir mill-inqas darba fis-sena;

19.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel kampanja fi ħdan l-Unjoni għall-Mediterran biex l-abbozz komuni ta' kodiċi ta' prattiki tajba fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura jiġi integrat fil-programm ta' din l-organizzazzjoni internazzjonali ġdida;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali tal-IMP u jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri għall-fatt li t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq il-baħar, għas-sigurtà u l-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti għandhom jitpoġġew fuq l-aġenda ta' fora internazzjonali u jiġu rratifikati mill-Istati tal-port, tal-bandiera u tal-kosta bħala parti minn ftehim internazzjonali, sabiex ikun possibbli li jinkiseb titjib fil-qasam tat-tbaħħir mad-dinja kollha;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jappoġġaw l-inklużjoni ta' IMP fl-istrumenti fianzjarji ta' lieva u l-objettivi tal-politika esterna tal-UE permezz tal-iżvilupp ta' inizjattivi xierqa mmirati biex jindirizzaw problemi bħat-tniġġis, is-sajd illegali u l-piraterija;

Inizjattivi u strateġiji dwar baċini tal-baħar

22.  Jilqa' l-inizjattivi u l-istrateġiji dwar baċini reġjonali tal-baħar li l-Kummissjoni pproponiet sa issa u l-istrateġiji makroreġjonali ta' rilevanza għall-baħar; jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-IMP titlob li huma jiġu tradotti fi strateġiji mmirati u miżuri speċifiċi adattati għall-ispeċifiċitajiet ta' kull baċin tal-baħar, u fil-każ tal-Mediterran, id-diversi sottoreġjuni preżenti hemmhekk; jitlob għal aktar djalogu u kooperazzjoni sabiex tittejjeb il-governanza tal-ispazju tal-baħar u ż-żoni kostali fil-qafas ta' approċċ fil-livelli kollha fil-baċini marittimi differenti tal-baħar, inkluż il-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Baltiku, l-Atlantiku, il-Baħar l-Iswed u ż-żona tal-Mediterran, u jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu passi malajr b'kooperazzjoni mal-Istati membri biex tfassal u tippreżenta azzjonijiet f'dawn ir-reġjuni;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti konsiderazzjoni speċjali lill-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE, li l-ibħra territorjali tagħhom jiżguraw li l-UE għandha l-akbar Żona Ekonomika Esklussiva; iqis, għalhekk, li dawn it-territorji jista' jkollhom rwol ta' pern fid-dimensjoni internazzjonali tal-IMP u jitlob lill-Kummissjoni tinkorpora dimensjoni marittima fil-ftehimiet internazzjonali tagħha ma' gruppi sottoreġjonali;

24.  Jinnota li parti kbira tal-ilmijiet tal-Baħar Mediterran u tal-Baħar l-Iswed hija “l barra miż-żoni taħt il-ġuriżdizzjoni jew id-drittijiet sovrani ta' Stati kostali, u li konsegwentement dawn l-Istati m'għandhomx kompetenzi preskrittivi u ta' infurzar biex jirregolaw attivitajiet tal-bniedem lil hinn minn żoni bħal dawn b'mod integrat;

25.  Jitlob lill-Istati kostali kkonċernati, għaldaqstant, biex isolvu kwistjonijiet ta' delimitazzjoni fuq il-bażi ta' UNCLOS u biex jaqblu dwar iż-żoni marittimi tagħhom;

L-Ippjanar spazjali marittimu

26.  Jifhem li l-istabilità, il-prevedibilità u t-trasparenza tal-ġestjoni tal-ispazji tal-baħar huma essenzjali biex jiġi żgurat żvilupp ottimali u sostenibbli tal-attivitajiet ekonomiċi u tkabbir ġdid, u impjiegi fuq il-baħar, inkluż l-iżvilupp ulterjuri ta' enerġija rinnovabbli bħal dik tar-riħ u enerġija tal-mewġ, mingħajr preġudizzju għal attivitajiet aktar tradizzjonali;

27.  Huwa tal-fehma li l-ġestjoni ta' forom ta' użu differenti tal-baħar li dejjem qed isiru iżjed intensivi u kompetittivi fuq bażi ekosistemika teħtieġ ippjanar spazjali marittimu kkoordinat, standardizzat u transkonfinali bħala għodda newtrali, li jkollha l-potenzjal li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima (MFSD) u li tiffaċilita l-koabitazzjoni armonjuża tal-użi differenti tal-baħar;

28.  Jilqa' l-pjan direzzjonali dwar l-ippjanar spazjali marittimu (MSP), ibbażat fuq approċċ ekosistemiku u l-iżvilupp tal-għaxar prinċipji ta' ppjanar u jikkunsidra din l-għodda ta' politika transsettorjali essenzjali għall-implimentazzjoni tal-IMP; jitlob lill-Kummissjoni biex tissottometti fl-2011 direttiva qafas dwar l-MSP jew sabiex tipproponi t-tip ta' strument l-aktar adattat sabiex jiżgura koerenza bejn l-MSP u l-iniżjattivi eżistenti l-oħra (ġestjoni integrata taz-żoni kostali, Natura 2000, il-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima);

29.  Jissuġġerixxi l-valutazzjoni ta' opportunitajiet għall-użu konġunt tal-ispazju marittimu minn setturi differenti (p.e. it-tbaħħir, l-enerġija li tiġġedded/l-enerġija tar-riħ u l-akkwakultura);

30.  Jinnota l-importanza essenzjali tal-ippjanar tal-ispazju marittimu Ewropew u l-użi tiegħu għar-reġjuni tax-xtut, u għar-reġjuni periferiċi b'mod partikulari, u jenfasizza l-ħtieġa li jitħarsu l-iktar reġjuni marittimi bioġeografiċi delikati f'termini ekoloġiċi, filwaqt li s-settur tas-sajd jitħalla jisfrutta r-riżorsi tiegħu fuq bażi sostenibbli;

Sorveljanza marittima

31.  Jistenna li approċċ favur is-sorveljanza marittima li jkopri l-pilastri, is-setturi u l-konfini, ikkoordinat u integrat tajjeb, isaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi tal-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-prevenzjoni tat-tniġġis marittimu u l-attività illegali, billi jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet li joperaw fuq il-baħar, informazzjoni ta' monitoraġġ u sorveljanza madwar setturi varji ta' attività, u b'hekk tiġi ġġenerata aktar effiċjenza;

32.  Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-aġenziji tal-UE u b'mod partikolari lill-EMSA, kif ukoll l-organizzazzjonijiet rilevanti biex iħaffu l-isforzi tagħhom f'termini ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni u fir-rigward tal-adattamenti leġiżlattivi neċessarji;

33.  Jitlob lill-Kummissjoni biex b'kooperazzjioni mal-Istati Membri tidentifika ostakoli għall-iskambju ta' data fl-UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali u fil-mandati tal-aġenziji, sabiex jitgħallmu mill-esperjenza miksuba fl-inizjattivi reġjonali u nazzjonali, il-proġetti ta' riċerka u l-proġetti pilota u minn operazzjonijiet fil-qasam tas-sorveljanza marittima tas-CSDP, hekk li tippreżenta fl-2010 pjan direzzjonali dwar sorveljanza marittima integrata u sabiex tesplora oqsma għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, speċjalment mill-Mediterran li rratifkaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-liġi tal-baħar, kif ukoll ma' organizzazzjonijiet rilevanti;

34.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tidentifika l-ħtiġijiet finanzjarji addizzjonali għall-ħolqien ta' ambjent komuni għall-qsim ta' informazzjoni komuni fi ħdan is-sorveljanza marittima integrata, fi żmien biżżejjed qabel il-Perspettiva Finanzjarja li jmiss għall-benefiċċju tal-UE u tal-Istati Membri;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas legali għall-integrazzjoni ta' sorveljanza marittima bil-ħsieb ta' ambjent komuni għall-qsim ta' informazzjoni;

36.  Itenni t-talba tiegħu għal kooperazzjoni mtejba bejn l-ispettorati nazzjonali, il-gwardji kostali u l-flotot tal-Istati Membri u jfakkar lill-Kummissjoni biex twettaq – kif ġie mitlub preċedentement mill-Parlament Ewropew għall-2005 fid-Direttiva 2005/35/KE – studju ta' fattibilità dwar kollaborazzjoni jew integrazzjoni akbar bejn is-servizzi differenti tal-gwardja kostali b'interoperabilità akbar bejn is-sistemi differenti ta' sorveljanza u fid-dawl tal-ħolqien ta' Servizz Kostali Ewropew; iqis li jeżisti potenzjal kbir biex l-EMSA jkun involut aktar fil-monitoraġġ taż-żoni kostali u biex jipprovdi iżjed appoġġ lill-Istati Membri biex isibu tniġġis fil-baħar;

Kwistjonijiet varji

37.  Itenni l-pożizzjoni u t-talbiet espressi fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-għanijiet u r-rakkomandazzjonijiet strateġiċi għall-politika tal-UE dwar it-trasport marittimu sal-2018;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-White Paper imminenti dwar il-Ġejjieni tat-Trasport, biex tieħu kont tar-rwol kruċjali tat-trasport marittimu tal-merkanzija fil-kummerċ illum, sabiex tippromwovi l-iżvilupp tal-portijiet sekondarji u anqas traffikużi u biex tindirizza b'mod adegwat il-kwistjoni tal-miżuri tas-sigurtà fit-trasport marittimu fl-UE u barra minnha, billi jsir investiment fit-titjib tas-sistemi tal-ġestjoni tar-riskju fil-livelli differenti biex tintlaqat u tiġi spezzjonata l-merkanzija perikoluża.

39.  Jenfasizza l-importanza ta' spazju marittimu mingħajr ostakli u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex:

   jivvalutaw u jippreservaw il-portijiet iż-żgħar,
   ikabbru n-netwerk tat-tbaħħir mal-kosta sabiex inaqqsu d-distanzi tat-trasport bl-art;
   jappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-modi tat-tagħbija, fl-immaniġġar tal-merkanzija u fis-soluzzjonijiet loġistiċi bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet li jiffrankaw il-ħin tat-trasport u l-ispejjeż amministrattivi;
   jappoġġjaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-portijiet;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra l-Politika Marittima Ewropea u l-politiki tal-ilmijiet navigabbli interni, sabiex timmassimizza l-potenzjal tat-trasport fuq ilmijiet interni u biex toħloq modi effiċjenti u diversifikati ta' trasport;

41.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-industrija biex jintensifikaw l-isforzi fir-riċerka u l-iżvilupp fl-użu u l-applikazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli kemm għall-propulsjoni tal-vapuri u l-enerġija elettrika abbord;

42.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-baħħara b'mezzi xierqa, biex timplimenta l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu fil-Liġi Komunitarja u tipproponi programm għaċ-ċertifikazzjoni u t-taħriġ tal-baħħara u speċjalment ir-reklutaġġ ta' żgħażagħ, inklużi dawk minn pajjiżi terzi;

43.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra inizjattiva ta' politika integrata Ewropea mmirata lejn kompetittività aħjar, appoġġ għall-eċċellenza fit-tbaħħir Ewropew, u s-sigurtà u l-prestazzjoni ambjentali u l-kompetittività tat-tbaħħir fl-ispazju marittimu komuni mingħajr ostakli, filwaqt li jsir użu sħiħ tal-kapaċità kompetittiva tal-Ewropa fil-bini tal-vapuri għal dan l-iskop, u jintużaw teknoloġiji li jħarsu l-ambjent u fjuwils alternattivi għat-tbaħħir biex jiġi promoss it-tbaħħir ambjentali; jitlob lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' Ħong Kong tal-2009 għal riċiklaġġ tal-vapuri li jkun sikur u li jħares l-ambjent;

44.  Iqis li, bis-saħħa tar-referenza għall-koeżjoni territorjali fit-TFUE, u bil-għan li tittejjeb l-aċċessibilità, huwa essenzjali li l-mobilità tal-passiġġieri u tal-merkanzija tkompli ssir parti integrali mill-politika tas-suq intern permezz tal-promozzjoni tat-trasport bil-baħar fuq distanzi qosra u l-kabotaġġ marittimu bejn it-territorji u, fl-istess ħin, li jkunu żgurati konnessjonijiet aħjar bejn ir-reġjuni marittimi periferiċi, ir-reġjuni u l-gżejjer l-iktar imbiegħda u t-terraferma u ċ-ċentri ekonomiċi; jinnota, fl-istess kuntest, li huwa ta' importanza kruċjali li jiġu trattati d-diffikultajiet li jiffaċċjaw iż-żoni ta' gżejjer fl-UE, b'mod partikolari komunitajiet fuq gżejjer żgħar, fir-rigward tat-trasport ta' persuni u merkanzija billi jingħata appoġġ lill-konnessjonijiet marittimi li mhumiex servuti adegwatament mis-suq u billi jkun iggarantit l-istess prezz għal kull kilometru għat-trasport ta' persuni, irrispettivament mill-post fejn jinsabu; jitlob miżuri konkreti għar-reġjuni l-iktar imbiegħda waqt li jitqiesu l-karatteristiċi li jiddistingwuhom;

45.  Jiġbed l-attenzjoni għall-importanza partikolari tal-ekonomija marittima għal dawk l-Istati Membri b'Żonu Ekonomiċi Esklussivi kbar, u għall-ħtieġa tal-promozzjoni tal-iżvilupp ta' raggruppamenti ekonomiċi marittimi u li tingħata spinta għall-kontribuzzjoni tagħhom għat-tkabbir u l-impjiegi skont l-Istrateġija UE 2020;

46.  Jenfasizza li kemm is-sajd kif ukoll l-akkwakultura għandhom posthom fl-ekonomija marittima u l-iżvilupp tar-reġjuni tax-xtut li ta' spiss ikunu remoti, li l-IMP għandha tagħtihom spinta f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

47.  Jinsisti, b'mod partikolari, li r-restrizzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet proprji tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura jiġu kkunsidrati mill-IMP f'dak li jikkonċerna l-użu tal-qasam marittimu, partikolarment fir-rigward tad-disponibilità taż-żoni neċessarji biex jitwettqu dawn l-attivitajiet u l-ħtieġa li jitħarsu l-ħabitats tal-baħar billi jiġu stabbiliti riservi tal-baħar u miżuri oħra għal dak il-għan, b'enfasi speċjali fuq ir-riċerka ppjanata aħjar u li jintegraw bis-sħiħ id-diversità ġeografika u klimatoloġika ta' kull baċin marittimu;

48.  Ifakkar fil-vulnerabilità partikolari tar-reġjuni kostali u l-gżejjer għall-impatt tat-tibdil fil-klima; jenfasizza li l-ippjanar tal-iżvilupp kollu tul il-kosta twila tal-Komunità inkluż l-intern għandu jqis il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima; jissuġġerixxi li titqies il-vulnerabilità għat-tibdil fil-klima meta titfassal il-politika reġjonali futura sabiex ma tkunx ipperikolata l-implimentazzjoni tal-IMP;

49.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tintegra b'mod koerenti fis-settur marittimu l-miri tat-tnaqqis tas-CO2 u biex iddaħħal fih strumenti bbażati fuq is-suq, bħall-iskemi ta' skambju ta' emissjonijiet; wara r-riżultat tal-61 sessjoni tal-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu tal-IMO (bejn is-27 ta' Settembru 2010 sal-1 ta' Ottubru 2010) u filwaqt li jżomm is-sejħa tiegħu għal iżjed progress sostanzjali fl-IMO, ifakkar fl-impenn meħud fid-Direttiva tal-ETS (2009/29/KE) biex il-Kumissjoni tieħu azzjoni; u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa strateġija biex jitnaqqsu l-impatti speċifiċi tat-tibdil fil-klima fuq reġjuni kostali u ta' gżejjer, bħala segwitu għall-White Paper dwar it-Tibdil fil-Klima;

50.  Itenni l-ħtieġa urġenti li jitnaqqsu l-pressjonijiet fuq l-ambjent tal-baħar li joriġinaw mill-art, b'mod partikolari t-tniġġis industrijali u agrikoltu u l-ġestjoni ħażina taż-żoni tax-xtut, fil-kuntest ta' approċċ integrat ibbażat fuq l-ekosistema;

51.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija Marittima u, sal-15 ta' Lulju 2012, jagħmlu evalwazzjoni tal-istatus ambjentali tal-ibħra tagħhom u jistabbilixxu miri ambjentali u programmi ta' monitoraġġ; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri sabiex jadottaw programmi b'miżuri ambizzjużi li jippermettulhom jilħqu l-iskop ta' stat ekoloġiku tajjeb tal-ilmijiet;

52.  Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva ta' qafas dwar l-Istrateġija Marittima biex jiddeterminaw żoni marittimi protetti; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri sabiex jaraw b'mod effikaċi li l-miżuri ta' protezzjoni jiġu rispettati;

53.  Josserva li mill-1 ta' Lulju 2010 l-limiti l-ġodda għall-livelli ta' SO2 fil-fjuwils tal-bastimenti ġew fis-seħħ fil-Kanal Ingliż, il-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku, li ġew dikjarati bħala żoni ta' kontroll tal-emissjonijiet tal-kubrit fil-qafas ta' deċiżjoni IMO; iqis, b'mod korrispondenti, li ż-żoni kollha kostali Ewropej għandhom ikunu protetti bl-istess mod, u li l-applikazzjoni ta' valuri ta' limitu ġodda għall-livelli tal-SO2 għal xi żoni biss tista' twassal għal tagħwiġ fil-kompetizzjoni; iqis li r-regoli uniformi li jkopru l-UE kollha jkunu preferibbli u bidla modali mill-baħar għat-trasport bit-triq għandha tiġi evitata akkost ta' kollox;

54.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-ibħra saru sit għar-rimi għal volumi ta' materjal ta' skart kbar ħafna u li qed jikbru malajr, li ħafna minnu fl-oriġini tiegħu huwa magħmul mill-plastik, kif ukoll ta' kontainers tal-merkanzija mitlufa; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi dibattitu Ewropew u internazzjonali sabiex jiġu esplorati mezzi sabiex dan il-fenomenu jiġi limitat;

55.  Jitlob lill-Kummissjoni biex toħroġ bi strateġija għal turiżmu sostenibbli mal-kosta, fil-gżejjer u mal-baħar sabiex itejjeb is-sostenibilità tagħhom u l-attraenza tagħhom għall-abitanti u t-turisti, peress li dan huwa wieħed mill-għanijiet tal-ħarsien tan-natura fir-reġjuni tal-baħar bħall-Baħar Wadden, u li jagħmlu dan billi jużaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġodda dwar it-turiżmu fit-Trattat ta' Lisbona u billi jippromwovu inizjattivi bħan-Netwerk EDEN;

56.  Jirrimarka li għandu jiġi kkunsidrat il-potenzjal kbir għall-iżvilupp u s-sors sostanzjali ta' tkabbir irrappreżentat minn turiżmu tal-baħar u kostali u mis-setturi relatati; ir-reġjuni kostali jirrappreżentaw id-destinazzjoni turistika ewlenija fl-Ewropa, u jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi dawn il-kwistjonijiet fl-istrateġija tagħha għal turiżmu kostali u turiżmu tal-baħar sostenibbli;

57.  Jenfasizza l-importanza tal-valur miżjud tal-Politika tal-Ibħra/Marittima fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-ġirien u speċjalment bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati;

58.  Jilqa' l-Istrateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima kif ukoll is-sejħiet konġunti skont il-Programm Qafas ta' Riċerka dwar “l-Oċeani ta' Għada” bħala sinjali konkreti ta' approċċ integrat għall-implimentazzjoni tal-IMP; jipproponi li x-xjenzi relatati mal-baħar isiru prijorità fit-8 Programm ta' Qafas għar-Riċerka kif ukoll il-ħolqien ta' Istitut Ewropew għar-Riċerka Marittima;

59.  Jaqbel li l-bini ta' bażi interdixxiplinari ta' għerf xjentifiku u teknoloġiku dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej huwa essenzjali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jevalwaw, b'kooperazzjoni mal-atturi reġjonali u lokali, id-databases u l-programmi ta' osservazzjoni eżistenti u biex jaċċelleraw l-isforzi tagħhom biex jagħmlu n-Netwerk Ewropew tal-Osservazzjoni u d-Data Marittimi (EMODNET) operattiv malajr kemm jista' jkun;

60.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Istati Membri jniedu pjan għall-istudju u l-intraċċar ta' vapuri nnawfragati u siti arkeoloġiċi mgħarrqa – minħabba li dawn jiffurmaw parti mill-wirt storiku u kulturali tal-Komunità – u b'hekk tiffaċilita l-għarfien u l-istudju ta' siti bħal dawn u tgħin biex tkun evitata l-ħsara li qed iġarrbu, biex ikunu jistgħu jitħarsu b'mod adattat;

61.  Jilqa' l-Atlas tal-Ibħra, stabbilit reċentement mill-Kummissjoni, u jinkuraġġixxi lill-partijiet biex jużaw il-Forum Marittimu bħala strument ġdid ta' kollaborazzjoni u biex jinvolvu lill-pubbliku ġenerali b'mod aktar effettiv;

o
o   o

62.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea.

(1) ĠU L 164, 25.6.2008, p.  19.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0128.
(3) ĠU C 175E, 10.7.2008, p. 531.
(4) ĠU C 279E, 19.11.2009, p. 30.
(5) Rapport finali. Kuntratt ta' qafas FISH/2007/04, Kuntratt speċifiku Nru 4. Diċembru 2009.


Ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Amerika Latina
PDF 276kWORD 113k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Amerika Latina (2010/2026(INI))
P7_TA(2010)0387A7-0277/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar it-tħejjijiet għas-sitt Konferenza Ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f'Hong Kong(1), tal-4 ta' April 2006 dwar l-evalwazzjoni tar-Rawnd ta' Doha wara l-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Hong Kong(2), tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar il-kummerċ u l-faqar: il-politiki tal-kummerċ imfassla biex iżidu kemm jista' jkun il-kontribuzzjoni tal-kummerċ sabiex jitnaqqas il-faqar(3), tas-27 ta' April 2006 dwar sħubija aktar b'saħħitha bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(4), tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali(5), tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Għajnuna tal-UE għall-Kummerċ(6), tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-Ftehim TRIPS u l-aċċess għall-mediċini(7), tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-kummerċ u l-bidla fil-klima(8), tal-24 ta' April 2008 dwar il-Ħames Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew f'Lima(9) u tal-24 ta' April 2008 dwar “Lejn Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ riformata”(10), tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-kummerċ ta' materja prima u ta' prodotti bażiċi(11), tal-25 ta' Marzu 2010 dwar l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja globali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp(12) u tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina(13),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, u b'mod partikolari dawk tad-19 ta' Diċembru 2007 dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni għar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Amerika Latina, tal-1 ta' Mejju 2008 dwar l-isfidi u l-opportunitajiet tar-Rawnd ta' Doha, tat-8 ta' April 2009 dwar il-kummerċ u t-tibdil fil-klima u tal-14 ta' Mejju 2010 dwar ir-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet finali tas-sessjonijiet tal-Konferenza Parlamentari dwar id-WTO adottati f'Ġinevra fit-18 ta' Frar 2003, f'Cancún fit-12 ta' Settembru 2003, fi Brussell fis-26 ta' Novembru 2004, f'Ħong Kong fil-15 ta' Diċembru 2005 u f'Ġinevra fit-2 Diċembru 2006 u fit-12 ta' Settembru 2008,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-sitt Samits tal-Kapijiet ta' Gvern tal-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew li saru s'issa f'Rio de Janeiro (28 u 29 ta' Ġunju 1999), f'Madrid (17 u 18 ta' Mejju 2002), fi Guadalajara (28 u 29 ta' Mejju 2004), fi Vjenna (12 u 13 ta' Mejju 2006), f'Lima (16 u 17 ta' Mejju 2008) u f'Madrid (18 ta' Mejju 2010),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-Ħames Samit UE-Messiku (16 ta' Mejju 2010), tar-Raba' Samit UE-MERCOSUR (17 ta' Mejju 2010), tar-Raba' Samit UE-Ċili (17 ta' Mejju 2010), tar-Raba' Samit UE-CARIFORUM (17 ta' Mejju 2010), tar-Raba' Samit UE-Amerika Ċentrali (19 ta' Mejju 2010) u tas-Samit UE-Komunità Andina (19 ta' Mejju 2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ fil-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u l-Ftehim dwar il-Kummerċ fil-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti,

–  wara li kkunsidra l-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, u l-Assoċjazzjoni UE-Ċili għall-Iżvilupp u l-Innovazzjoni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħħa, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, u s-Sħubija Strateġika bejn il-Messiku u l-UE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjoni tan-negozjati dwar Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali,

–  wara li kkunsidra l-konklużjoni tan-negozjati bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù dwar Ftehim ta' Kummerċ bejn Bosta Partijiet,

–  wara li kkunsidra t-tnedija mill-ġdid tan-negozjati UE-MERCOSUR bil-ħsieb li jsir Ftehim ta' Assoċjazzjoni ambizzjuż u bbilanċjat bejn iż-żewġ reġjuni, li jista' jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet u jkun ta' benefiċċju kbir għalihom kemm f'termini politiċi kif ukoll f'termini ekonomiċi,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar il-ftehim dwar il-banana bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-impatt tiegħu fuq il-produtturi tal-banana tal-AKP u tal-UE li l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE adottat fl-1 ta' April 2010,

–  wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tal-14-il Konferenza Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Grupp ta' Rio, li saret fi Praga mill-11 sal-14 ta' Mejju 2009,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2009 dwar “L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija (COM(2009)0495),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' analiżi tat-2 ta' Ġunju 2010 li permezz tiegħu l-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar id-direzzjoni ġejjiena għall-politika kummerċjali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-8 ta' Diċembru 2009 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 964/2007 u (KE) Nru 1100/2006(14),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007(15),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Marrakexx li Jistabbilixxa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO adottati f'Doha fl-14 ta' Novembru 2001 u f'Ħong Kong fit-18 ta' Diċembru 2005 u s-Sinteżi tal-President adottata f'Ġinevra fit-2 ta' Diċembru 2009,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Jannar 2005 tal-Bord Konsultattiv ippresedut minn Peter Sutherland dwar il-futur tad-WTO(16),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li tistabbilixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs) bħala kriterji stabbiliti kollettivament mill-komunità internazzjonali għall-qerda tal-faqar,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2009 dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju u r-rapport tat-12 ta' Frar 2010 mis-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Millennju, bit-titolu “Keeping the promise: a forward-looking review to promote an agreed action agenda to achieve the Millennium Development Goals by 2015”,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u l-Protokoll ta' Kjoto għall-UNFCCC u dak li ħareġ mill-15-il Konferenza tal-Istati Kontraenti għall-UNFCCC f'Kopenħagen(17),

–  wara li kkunsidra s-16-il Konferenza tal-Istati Kontraenti għall-UNFCCC, li għandha ssir fil-Messiku,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjonijiet Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR),

–  wara li kkunsidra t-Trattat ta' Lisbona, b'mod partikulari l-Artikoli 3 u 21 tiegħu, u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet esterni tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO u l-Patt Globali għall-Impjiegi tal-ILO adottati b'kunsens ġenerali fid-19 ta' Ġunju 2009 fil-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), adottata fl-1979 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU, u l-Protokoll Fakultattiv tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Stiglitz u d-Dokument Finali tal-Konferenza dwar il-Kriżi Finanzjarja u Ekonomika Dinjija u l-Impatt tagħha fuq l-Iżvilupp (24 - 26 ta' Ġunju 2009),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0277/2010),

A.  billi l-Amerika Latina u l-Unjoni Ewropea mhux biss għandhom valuri komuni u storja u kultura komuni, iżda jiffurmaw ukoll sħubija strateġika,

B.  billi matul l-aħħar tliet deċennji l-Amerika Latina ghaddiet minn process maġġuri ta' diversifikazzjoni fir-relazzjonijiet kummercjali internazzjonali taghha, filwaqt li tħabtet biex tnaqqas il-livell ta' dipendenza tagħha,

C.  billi l-Unjoni Ewropea saħħet ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tagħha mal-Amerika Latina, u saret it-tieni sieħba kummerċjali l-iktar importanti tagħha u l-iktar waħda importanti għall-MERCOSUR u ċ-Ċilì; billi, skont il-Eurostat, il-volumi tal-kummerċ irduppjaw bejn l-1999 u l-2008, fejn l-importazzjonijiet ta' merkanzija mill-Amerika Latina żdiedu għal EUR 96,14 biljun u l-esportazzjonijiet ta' merkanzija lejn ir-reġjun żdiedu għal EUR 76,81 biljun, filwaqt li kien hemm żieda kostanti fil-kummerċ tas-servizzi; billi, minħabba l-effett drammatiku tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, dawn iċ-ċifri waqgħu fl-2009 għal EUR 70,11 biljun (importazzjonijiet) u għal EUR 61,57 biljun (esportazzjonijiet), imma reġgħu bdew jogħlew fl-2010; billi l-pajjiżi Ewropej huma l-ikbar għajn ta' Investiment Barrani Dirett (IBD) fl-Amerika Latina,

D.  billi, minkejja li hija sinjura fir-riżorsi naturali, l-Amerika Latina ssib ruħha fost ir-reġjuni li ma kinux kapaċi jespandu s-sehem tagħhom mill-kummerċ internazzjonali u qiegħda taqa' lura bi gwadann għal ekonomiji iktar kompetittivi u dinamiċi fl-Asja,

E.  billi diversi pajjiżi tal-Amerika Latina ġew ikklassifikati fost it-tliet pajjiżi l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima fid-dinja, u filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt notevoli tal-proċessi tad-deżertifikazzjoni u tad-deforestazzjoni u ż-żieda f'fenomeni bħaċ-ċikluni u l-estinzjoni tal-ispeċijiet li b'mod qawwi jaffettwaw lill-Amerika Latina, kif ukoll eżempji konkreti, allarmanti u wisq sinifikanti tat-theddida globali kkawżata mit-tibdil fil-klima, bħalma huma l-istat tal-foresta tropikali tal-Amażonja u r-riskju kkawżat mill-glaċieri Andini,

F.  billi, skont l-ECLAC, huwa possibbli li jinkisbu suċċessi importanti fit-tnaqqis tal-faqar, meta r-rata tal-faqar fl-Amerika Latina naqset minn 44,4% fl-2003 għal 33% fl-2010, filwaqt li l-faqar u l-migrazzjoni kulma jmur qed jinvolvu l-aktar is-sess femminili, u billi, skont l-ECLAC u l-UNICEF, kważi 63% tat-tfal u l-adolexxenti fl-Amerika Latina jbatu mill-faqar,

G.  billi d-disparità fil-livelli tal-iżvilupp tispjega għalfejn il-kummerċ bejn ċerti pajjiżi tal-UE u r-reġjun tal-Amerika Latina u tal-Karibew (ALK) huwa asimmetriku f'dawk li huma t-tipi ta' prodotti li jiġu esportati; billi l-iskambji kummerċjali bejn iż-żewġ reġjuni huma kkonċentrati ħafna u, għalkemm iktar minn irduppjaw mill-1990 “l hawn, qed jiżviluppaw b'rata inqas mgħaġġla minn dawk ta' bejn iż-żewġ reġjuni u nħawi oħra tad-dinja,

H.  billi s-Samit UE-ALK li sar f'Lima fl-2008 rriżulta fid-definizzjoni tal-assi ewlenin tas-sħubija strateġika bireġjonali, bil-għan li jinħoloq netwerk ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u d-diversi gruppi ta' integrazzjoni sottoreġjonali; billi s-Samit UE-ALK li sar f'Madrid f'Mejju 2010 issinjala pass importanti “l quddiem b'dan l-approċċ u wassal biex in-negozjati kummerċjali UE-LAK kollha li kienu ilhom iffriżati għal dawn l-aħħar ftit snin jinfetħu mill-ġdid,

I.  billi l-ħolqien ta' netwerk ta' ftehimiet komprensivi li diġà jinsabu fis-seħħ, iffinalizzati jew għadhom qed jiġu nnegozjati mad-diversi gruppi tal-pajjiżi Latinamerikani huwa maħsub biex jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ kontinenti, filwaqt li jitħalla wisa' għall-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali li jkunu qed joperaw b'ritmi differenti,

J.  billi l-PGD per capita fir-reġjun ivarja minn USD 1211 f'Ħaiti u USD 2635 fin-Nikaragwa, għal USD 11225 fil-Brażil jew madwar USD 15000 fl-Arġentina, fiċ-Ċili u fil-Messiku,

K.  billi, minkejja progress sinifikanti fil-ġestjoni tal-finanzi statali, il-piż tad-dejn, li spiss jintiret minn epoka preċedenti, huwa wieħed mill-ostakoli l-aktar serji għall-investimenti relatati mal-kummerċ, għall-iżvilupp u għal finanzi tal-istat b'saħħithom f'għadd ta' pajjiżi Latinamerikani,

L.  billi fl-Amerika Latina hemm xewqa ġenerali li tiżdied l-importanza ekonomika tar-reġjun fl-ekonomija globali, u billi l-Amerika Latina naqqset id-dipendenza ekonomika tagħha billi ddiversifikat b'mod attiv ir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħha; billi l-Ewropa għandha taġixxi b'mod għaqli bil-għan li ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala sieħba kummerċjali importanti ħafna għal dan il-għan, u billi l-Ewropa u l-Amerika Latina għadhom impenjati biex ikomplu jsaħħu s-sħubija strateġika tagħhom imsejsa fuq l-istess prinċipji, valuri u interessi li jħaddnu,

M.  billi l-politika kummerċjali l-ġdida tal-UE adattata għall-istrateġija Ewropa 2020 għandha tqis is-sitwazzjoni partikulari tar-reġjun Latinamerikan,

N.  billi l-esportazzjoni ta' prodotti intelliġenti u ta' kwalità għolja promossa fl-istrateġija Ewropa 2020 tirrikjedi klijenti li kapaċi jħallsu; billi, fl-interessi taż-żewġ naħat, il-ftehimiet bejn l-Amerika Latina u l-UE jridu jkomplu jiksbu benefiċċji tanġibbli għas-soċjetajiet rispettivi tagħhom,

O.  billi fl-2004 n-negozjati bil-ħsieb li tinħoloq żona ta' kummerċ ħieles ta' 750 miljun konsumatur waqfu għalkollox minħabba tilwima li kienet tikkonċerna primarjament l-aċċess tal-esportaturi tal-Mercosur għas-swieq agrikoli Ewropej,

1.  Jenfasizza li t-Trattat ta' Lisbona jiddefinixxi l-politika kummerċjali tal-UE bħala parti integrali u rilevanti mill-azzjoni esterna ġenerali tal-Unjoni u li l-politika kummerċjali tista' twettaq rwol deċiżiv u pożittiv fil-ħolqien tal-ġid, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi bejn il-popli u l-pajjiżi, fl-iżgurar tal-paċi u fl-indirizzar tal-objettivi tal-iżvilupp, dawk ambjentali u soċjali, u li dawn il-politiki jridu jikkumplementaw lil xulxin b'mod reċiproku sabiex jintlaħqu l-objettivi spjegati fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; iqis li l-politika kummerċjali Ewropea moderna tista' twettaq rwol importanti biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tan-NU u biex jitwettqu l-impenji internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tal-ikel u is-sostenibilità ambjentali;

2.  Jilqa' bi pjaċir il-fatt li r-relazzjonijiet kummerċjali mas-sħab fl-Amerika Latina saru prijorità għall-Unjoni Ewropea;

3.  Jirrimarka li l-politika kummerċjali hija għodda importanti biex jintlaħaq l-objettiv ta' sħubija strateġika bireġjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina; jappoġġa, f'dan ir-rigward, il-ħolqien ta' żona ta' sħubija interreġjonali Ewro-Latinamerikana bbażata fuq mudell ta' reġjonaliżmu kompatibbli mad-WTO;

4.  Jinnota li l-għan ta' integrazzjoni aktar mill-qrib tal-isferi ekonomiċi Ewropej u dawk Latinamerikani huwa li tinħoloq sitwazzjoni fejn ir-rebħ isir fuq iż-żewġ naħat; jenfasizza li relazzjonijiet kummerċjali intensifikati u ġusti għandhom joħolqu iktar impjiegi u mpiegi ta' kwalità aħjar fiż-żewġ reġjunijiet u għandhom jappoġġaw l-għan ta' ekonomiji iktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u iktar ħodor; jinnota, madankollu, li żieda fil-kummerċ ma għandhiex twassal għad-deforestazzjoni u għal aktar emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġa b'mod attiv l-iżvilupp ta' skemi ta' kummerċ ġust u l-kummerċ ta' riżorsi mmaniġġjati b'mod sostenibbli;

6.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li d-Dikjarazzjoni ta' Madrid tirrikonoxxi b'mod espliċitu l-prinċipju tad-dritt sovran tal-Istati li jimmaniġġjaw u jirregolaw ir-riżorsi naturali tagħhom, filwaqt li tenfasizza li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-kriterji tas-sostenibilità;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li l-pajjiżi kollha għandhom id-dritt li jistabbilixxu l-mekkaniżmi meħtieġa biex jiddefendu s-sigurtà tal-ikel tagħhom u jiżguraw is-sopravivenza u l-iżvilupp tal-produtturi tal-ikel iż-żgħar u ta' daqs medju;

8.  Jemmen li, sabiex jisiltu benefiċċju akbar mir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom u jqassmu b'mod xieraq fost il-popli tagħhom dak li jiġi ggwadanjat mill-kummerċ, il-gvernijiet fiż-żewġ reġjuni għandhom jimmobilizzaw dak il-gwadann bil-għan li jtejbu l-benesseri soċjali u jeħtieġ li jakkumpanjaw il-politika kummerċjali mal-adozzjoni ta' riformi interni u strutturali xierqa, b'mod partikolari fl-oqsma soċjali u fiskali, filwaqt li jippromovu r-responsabilità tar-riformi kummerċjali u jkomplu jespandu u jseddqu l-kapaċità istituzzjonali relatata mal-kummerċ;

9.  Jenfasizza li huwa neċessarju li tiġi promossa l-implimentazzjoni ta' politiki kumplementari li jkunu speċifiċi għall-pajjiż u biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' skambji kummerċjali fost il-partijiet interessati f'konformità mal-għanijiet speċifiċi tal-iżvilupp; jemmen li huwa kruċjali li tiġi mobilizzata l-Għajnuna għall-Kummerċ u li l-intensifikazzjoni kummerċjali tintuża biex jiġi promoss l-iżvilupp;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iżviluppi pożittivi f'dawk il-pajjiżi tal-Amerika Latina fejn il-politiki l-ġodda tal-kummerċ u r-riżorsi akkumpanjati minn riformi interni taw kontribut favur it-tnaqqis tal-faqar u tal-inugwaljanza, kif hemm iddokumentat mit-titjib fil-koeffiċjenti Gini tagħhom, u jqis lil dawn l-iżviluppi bħala eżempji tal-kundizzjonijiet li taħthom il-politika kummerċjali jista' jkollha effetti distributtivi progressivi;

11.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fl-Amerika Latina qed jiġu esplorati suriet ġodda u ambizzjużi ta' kooperazzjoni ekonomika li huma konnessi ma' politiki soċjoekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja approċċi bħal dawn għall-integrazzjoni bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar u biex tevita klawżoli fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE li jkunu jdgħajfu l-effetti pożittivi tal-approċċi rispettivi ta' integrazzjoni;

12.  Jenfasizza li r-riżorsi u l-assistenza teknika għandhom ikunu mobilizzati biex jiġu identifikati u ffinanzjati programmi li jkunu jipprovdu opportunitajiet ta' produzzjoni lokali u reġjonali, sabiex jiġu ggarantiti s-sigurtà tal-ikel u l-aċċess sostenibbli għas-swieq lill-komunitajiet esklużi li jinsabu fil-qiegħ tal-piramida soċjoekonomika u lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju;

13.  Iqis li l-assistenza relatata mal-kummerċ għandha tgħin lill-produtturi jnaqqsu l-ispejjeż tat-transazzjonijiet involuti biex jikkonformaw ma' standards regolatorji u tal-kwalità, u li l-programmi għandhom jiġu żviluppati sabiex jgħinu lill-impriżi fl-ispezzjonar, fl-ittestjar u fiċ-ċertifikazzjoni uffiċjali;

14.  Jenfasizza l-importanza li jiġu applikati standards ambjentali, tat-traċċabilità u tas-sigurtà tal-ikel fir-rigward ta' prodotti agrikoli impurtati fil-kuntest ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina;

15.  Iqis li hija ħaġa kruċjali li l-Amerika Latina tkompli tiddiversifika l-kummerċ tagħha, li huwa bbażat prinċipalment fuq il-materja prima, u li tkompli timxi “l quddiem lejn kummerċ sostenibbli tal-prodotti u s-servizzi b'valur miżjud akbar, bil-għan li tikkompeti fuq livell dinji; iqis li t-trasport globali marbut mal-ktajjen ta' provvista u l-qsim internazzjonali tax-xogħol attwali għandu jqis il-preokkupazzjonijiet ambjentali;

16.  Jitlob għal kooperazzjoni eqreb bejn l-UE u l-pajjiżi Latinamerikani sabiex, flimkien jagħmlu sforz biex jiġi konkluż malajr Ftehim ta' Doha tad-WTO ġust, ambizzjuż u komprensiv f'konformità mal-impenji li saru fid-Dikjarazzjoni ta' Madrid; jenfasizza li sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli li tkun miftuħa u ġusta se tikkontribwixxi għall-irkupru tal-ekonomiji dinjija mill-kriżi ekonomika u għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-iżvilupp, filwaqt li jiġi applikat tnaqqis progressiv u bbilanċjat tal-barrieri tariffarji u mhux tariffarji, fejn ikun xieraq u f'konformità mal-prinċipju tat-trattament speċjali u divrenzjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li tikkontribwixxi b'mod effettiv għat-tnaqqis tal-faqar;

17.  Jiddeplora l-miżuri protezzjonisti li ttieħdu matul il-kriżi finanzjarja minn xi pajjiżi Latinamerikani, speċjalment l-Arġentina; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindirizza regolarment il-kwistjoni tal-aċċess għas-suq mal-pajjiżi fl-Amerika Latina;

18.  Jenfasizza li l-ilħuq tat-tmien MDGs tan-NU għandha titqies bħala kompitu kruċjali fin-negozjati ta' kummerċ multilaterali u bilaterali li għaddejjin bħalissa; jisħaq li ż-żamma tal-wegħdiet imtennija fid-Dikjarazzjoni ta' Madrid dwar l-ilħuq tal-MDGs u l-eradikazzjoni tal-faqar globali se teħtieġ ambjent kummerċjali li fih il-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Amerika Latina jkollhom aċċess reali għas-swieq tal-pajjiżi żviluppati jkunu jistgħu jsostnu u jiżviluppaw l-industriji kompetittivi tal-ipproċessar tal-ikel u tal-mainfattura tagħhom stess – ambjent li fih jiġu implimentati prattiki kummerċjali aktar ekwi u fejn regoli b'saħħithom u infurzati jkunu japplikaw għall-ħarsien tal-ambjent u d-drittijiet soċjali;

19.  Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tipprova tagħmel offerta aktar attraenti bil-għan li taqdi l-interessi ta' żvilupp ekonomiku tas-sħab tagħna, sabiex tiżgura l-preżenza tagħha tagħha fir-reġjun, kif inhuma hemm ukoll l-Istati Uniti u ċ-Ċina; jemmen li dan għandu jinkludi offerti kumplementari, pereżempju fir-rigward tal-bini tal-kapaċitajiet u t-trasferimenti tat-teknoloġija; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' trattament li juri rispett lejn is-sħab tagħna u rikonoxximent tal-ħtiġijiet asimmetriċi;

20.  Itenni l-importanza tal-inklużjoni tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards ambjentali u soċjali fil-ftehimiet kummerċjali kollha konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi, inklużi l-pajjiżi Latinamerikani, sabiex l-azzjoni esterna tkun koerenti, kemm billi tirrifletti l-interessi ekonomiċi tal-UE u kemm billi tippromwovi l-valuri fundamentali tagħha;

21.  Jenfasizza li l-iżviluppi pożittivi tas-suq tul il-katina tal-valuri kollha kemm hi għandhom iwasslu għal livelli xierqa ta' dħul u li l-marġni tal-profitti għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-parteċipanti kollha involuti fi ħdan il-katina tal-valuri kollha kemm hi;

22.  Iqis li huwa neċessarju li s-sħubija kummerċjali tagħna tingħata dimensjoni verament Ewropea, billi jiżdiedu l-iskambji bejn il-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-pajjiżi kollha, inklużi l-pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; iqis li huwa neċessarju li fl-iskambji tagħna tiġi integrata firxa usa' ta' attivitajiet ekonomiċi;

23.  Jenfasizza r-rwol kostruttiv li l-kumpaniji bbażati fl-UE li joperaw fl-Amerika Latina għandu jkollhom billi japplikaw standards għolja f'dak li jirrigwarda l-ambjent, il-ħarsien soċjali u l-ġestjoni tal-kwalità u billi joffru pagi diċenti u sigurtà tax-xogħol;

24.  Jinsab konxju mill-fatt li fil-passat seħħew xi każijiet ta' kondotta ħażina min-naħa ta' kumpaniji bbażati fl-UE li joperaw fl-Amerika Latina, li kienu jinvolvu degradazzjoni ekoloġika, każijiet ta' sfruttament tax-xogħol, kif ukoll vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem; jirrimarka li l-UE bħala entità sħiħa u l-kumpaniji bbażati fl-UE li joperaw fl-Amerika Latina għandhom juru mġiba eżemplari fir-rigward ta' kwistjonijiet ambjentali, soċjali u dawk relatati mal-impjiegi fi ħdan qafas usa' ta' trasparenza u rispett għad-drittijiet tal-bniedem li jiżgura l-ħarsien ta' dawk kollha involuti; jenfasizza li l-impriżi multinazzjonali Ewropej huma responsabbli bil-kbir għall-immaġni tal-UE fir-reġjun u għandhom jippromwovu l-valuri tagħha, filwaqt li josservaw il-prinċipji ta' responsabilità soċjali korporattiva;

25.  Jagħraf li l-konklużjoni tal-ftehimiet tad-WTO dwar il-kummerċ fil-banana ġabet fi tmiemha tilwima li kienet ilha għaddejja ħafna mal-fornituri tal-banana tal-Amerika Latina utal-pajjiżi sħab tal-AKP, tista' tiffaċilita l-progress fin-negozjati tar-Rawnd ta' Doha u kkontribwiet għall-konklużjoni tan-negozjati dwar id-diversi ftehimiet mal-Amerika Ċentrali u l-Kolombja u l-Perù; jitlob, madankollu, li jitqiesu l-impenji li saru lis-sħab tal-AKP u l-interessi tal-produtturi tal-UE; jitlob, bil-għan li jiġu evitati aktar tilwimiet, li jiġi ggarantit trattament ġust lis-sħab kummerċjali kollha fl-Amerika Latina, inklużi dawk li ma kkonkludewx xi ftehim kummerċjali mal-UE;

26.  Jirrimarka li l-ftehimiet adottati fi ħdan id-WTO u l-ftehimiet bilaterali li għadhom qed jiġu nnegozjati ma' ċerti pajjiżi Latinamerikani għandhom konsegwenzi għall-ekonomiji vulnerabbli tar-reġjuni l-aktar imbiegħda minħabba s-similaritajiet bejn is-setturi agrikoli tagħhom u dawk li jinsabu fuq il-kontinent Latinamerikan; jappoġġa għalhekk l-approċċ li taħtu, fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Amerika Latina, is-setturi strateġiċi u tradizzjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda huma ppriservati u huma s-suġġett kemm ta' kumpens xieraq u kemm ta' attenzjoni partikolari bil-għan li ma jiġux imdgħajfa l-obbligi li l-UE adottat lejn dawn ir-reġjuni fl-istrateġija Ewropea tagħha għar-reġjuni l-aktar imbiegħda fl-2009;

27.  Jirrimarka li l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni kollha jridu jqisu l-interessi tan-nies ikkonċernati u jridu jkunu soġġetti għar-ratifika mill-parlamenti fir-rigwar tal-pilastri tagħhom kollha, jiġifieri d-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u l-kummerċ;

28.  Jinnota l-konklużjoni pożittiva tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali li, bħala l-ewwel eżempju ta' ftehim bejn reġjun u ieħor, għandu jikkontribwixxi, b'politiki xierqa li jakkumpanjawh, għat-tisħiħ mhux biss tal-ġħana iżda wkoll tal-integrazzjoni ulterjuri tal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Panama li tibda l-proċess ta' adeżjoni fis-Sottosistema ta' Integrazzjoni Ekonomika tal-Amerika Ċentrali;

29.  Jirrimarka li n-negozjati għal Ftehim ta' Kummerċ bejn Bosta Partijiet bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù laħqu konklużjoni pożittiva; jinnota li l-Bolivja ddeċidiet li tirtia t-talba li ppreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Andina dwar il-Ftehim ta' Kummerċ bejn Bosta Partijiet; jistieden għalhekk lill-partijiet relevanti biex jersqu lejn Ftehim ta' Assoċjazzjoni futur li jkun innegozjat mal-pajjiżi kollha tal-Komunità Andina;

30.  Jappoġġja l-fatt li reġgħu qed jitkomplew in-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur – minħabba li Ftehim ta' Assoċjazzjoni ta' dan it-tip, li huwa tal-akbar importanza u jaffettwa 700 miljun ruħ, ikun, jekk jiġi konkluż malajr, l-aktar ftehim bireġjonali ambizzjuż fid-dinja - u għalhekk jenfasizza li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut mill-qrib fl-istadji kollha tan-negozjati; jinsab konxju li l-kwistjonijiet agrikoli x'aktarx li se jkunu waħda mis-suġġetti sensittivi fin-negozjati; jitlob li l-prodotti agrikoli importati fl-UE jitħallew jidħlu biss jekk dawk l-importazzjonijiet jilħqu l-istandards Ewropej dwar il-ħarsien tal-konsumatur, dak tal-annimali, dak tal-ambjent u l-istandards minimi soċjali; jenfasizza li fl-aħħar irid jintlaħaq eżitu bbilanċjat għaż-żewġ partijiet billi jiġi żgurat li n-negozjati jqisu għalkollox l-iżviluppi riċenti fl-ekonomija globali, l-isfidi ambjentali globali, bħalma hu t-tibdit tal-klima, u t-talbiet b'insistenza u l-preokkupazzjonijiet imressqa mill-Parlament;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fin-negozjati relatati mal-aġġornament meħtieġ tal-ftehimiet maċ-Ċili u mal-Messiku tinvolvi mill-qrib lill-Parlament;

32.  Jappoġġja b'mod qawwi l-approvazzjoni tal-Pjan Eżekuttiv Konġunt għas-Sħubija Strateġika bejn il-Messiku u l-UE u n-negozjati bil-ħsieb li jiġu mmodernizzati b'mod fundamentali r-relazzjonijiet kummerċjali sabiex jinħeles il-potenzjal sħiħ tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Messiku, li, minn meta daħal fis-seħħ sal-lum wassal għal żieda ta' 122% fil-flussi kummerċjali;

33.  Jappoġġja b'mod qawwi l-pjan direzzjonali u l-programm ta' ħidma għall-Assoċjazzjoni UE-Ċili għall-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (ADI) u ż-żieda li kienet ta' benefiċċju reċiproku fil-kummerċ tal-prodotti u s-servizzi li kienet possibbli minħabba l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, kif muri mill-fatt li l-kummerċ bejn iċ-Ċili u l-UE iktar minn irdoppja mill-2003 “l hawn;

34.  Jenfasizza l-ħtieġa li ssir valutazzjoni minn qabel tal-impatt li jista' jkollu ftehim mal-Mercosur minħabba ż-żieda mistennija fil-volum tal-laħam esportat lejn l-Ewropa – 70% għaċ-ċanga u 25% għal-laħam tat-tjur – li huwa irħas minħabba l-istandards sanitarji, ambjentali u soċjali inqas stretti li jirregolaw il-produzzjoni tiegħu;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni u s-sħab Latinamerikani tagħha jinvolvu s-soċjetà ċivili fil-valutazzjoni tal-konformità mal-istandards tax-xogħol, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent inklużi fil-ftehimiet kummerċjali u jippromwovu d-djalogu regolari mas-soċjetà ċivili li jipprovdu għalih il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni;

36.  Jinsab imħasseb serjament dwar il-miżuri ristrettivi li ġew adottati dan l-aħħar mill-awtoritajiet Arġentinjani fir-rigward ta' prodotti tal-ikel importati minn pajjiżi terzi, inkluża l-Unjoni Ewropea; iqis li dawn il-miżuri jikkostitwixxu ostakolu mhux tariffarju reali li huwa inkompatibbli mal-obbligi tad-WTO; jisteiden, għalhekk, lill-awtoritajiet Arġentinjani jeliminaw dan il-piż illegali minn fuq il-prodotti tal-ikel, li jista' jibgħat sinjal ħażin u jirrappreżenta ostakolu serju għan-negozjati li għadhom għaddejjin bejn l-UE u l-MERCOSUR;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni biex lin-negozjati kummerċjali tagħmilhom aktar trasparenti billi tagħti aċċess bikri għal dokumenti ewlenin u abbozzi ta' ftehimiet lis-sħab soċjali kollha f'setturi li jkunu potenzjalment affettwati mill-eżitu tal-ftehimiet kummerċjali, filwaqt li tapplika proċeduri standard fir-rigward ta' dokumenti li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, u tistabbilixxi proċess kontinwu u formalizzat ta' konsultazzjoni magħhom;

38.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rwol importanti li qiegħda twettaq l-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerika t'Isfel (UNASUR);

39.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibilità li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ kontinenti biex jiġi żviluppat netwerk ferrovjarju Latinamerikan ġdid;

40.  Jieħu nota tad-deċiżjoni li titwaqqaf il-Komunità tal-Istati Latinamerikani u Karibej (CELAC); jirrimarka li l-integrazzjoni reġjonali hija proċess li huwa essenzjali sabiex l-Amerika Latina tiġi megħjuna taġġusta għall-isfidi globali l-ġodda;

41.  Jemmen li l-oqfsa tal-kummerċ, l-enerġija u t-tibdil fil-klima għandhom ikunu ta' appoġġ reċiproku;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja s-sħab fl-Amerika Latina biex jistabbilixxu faċilitajiet ta' produzzjoni ta' valur miżjud kompetittivi; jipproponi l-istabbiliment ta' akkademji kummerċjali reġjonali kemm fir-reġjuni tal-Amerika Latina kif ukoll fl-Istati Membri kollha tal-UE, immirati lejn il-bini tal-kapaċitajiet fost l-SMEs billi jipprovdu sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-prekundizzjonijiet għall-kummerċ ta' prodotti agrikoli, merkanzija u servizzi mar-reġjun sieħeb;

43.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Amerika Latina biex jagħmlu sforzi sinċieri biex jiġġieldu t-tibdil tal-klima u, b'mod partikolari, biex iwaqqfu d-deforestazzjoni;

44.  Jinkoraġġixxi l-appoġġ min-naħa tal-UE għal fieri kummerċjali UE-Latinamerikani fid-diversi pajjiżi tal-UE u tal-Amerika Latina, biex tingħata l-opportunità għal kuntatti u ftehimiet ta' sħubija, b'mod partikolari fost l-SMEs;

45.  Iqis li r-riforma li jmiss tas-sistema ta' preferenzi ġeneralizzata (SPĠ) trid tagħmilha iktar effiċjenti u stabbli sabiex ikun żgurat li l-produtturi tal-Amerika Latina se jaħsdu l-benefiċċji potenzjali ta' din l-iskema preferenzjali; iqis li n-negozjati għal ftehimiet ta' kummerċ ma' pajjiżi li diġà qed jibbenefikaw mill-iskema SPĠ+ għandhom jippermettu ċertu grad ta' asimmetrija li jkun iqis ħafna l-livell ta' preferenzi li jkun qed jitgawda taħt l-iskema SPĠ+;jirrimarka li l-pajjiżi kollha huma ħielsa li ma jidħlux fin-negozjati u jistgħu għalhekk ikomplu jibbenefikaw mill-iskema SPĠ+ kemm-il darba jkomplu jissodisfaw il-kondizzjonijiet relevanti;

46.  Jinnota l-ħolqien min-naħa tal-UE ta' Faċilità ta' Investiment ġdida għall-Amerika Latina, li l-għan ewlieni tagħha għandu jkun li sservi bħala ingranaġġ biex timmobilizza finanzjament addizzjonali biex fl-Amerika Latina jiġi ddiversifikat l-investiment li hu intiż biex irawwem progress fl-oqsma prijoritarji, bħalma huma sistemi sodi ta' trasport u mobilità pubbliċi, l-iffrankar tal-enerġija, l-enerġiji rinnovabbli, l-edukazzjoni u r-riċerka;

47.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni li tiġi stabbilita Fondazzjoni UE-ALK, li se tippromwovi l-kummerċ u tikkontribwixxi għat-tisħiħ tas-sħubija bireġjonali, filwaqt li toħloq l-għarfien dwarha u tirrealizza l-potenzjal kollu tagħha;

48.  Jemmen li t-test tal-kapitoli dwar il-protezzjoni tal-investiment fil-ftehimiet kummerċjali jrid jgħin biex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali tal-investimenti magħmula, mingħajr ma tiġi affettwata l-kapaċità ta' reazzjoni tal-gvernijiet għad-domandi ambjentali, tas-saħħa u soċjali tal-popolazzjonijiet tagħhom;

49.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-verifika tad-dejn estern tal-Ekwador li qed issir minn kummissjoni internazzjonali u jinkoraġġixxi pajjiżi oħra biex jimpenjaw ruħhom u jibdew iwettqu proċessi simili; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaċċelleraw is-soluzzjoni tal-problema tad-djun esterni ta' xi pajjiżi fl-Amerika Latina u l-Karibew, kemm fuq bażi bilaterali kif ukoll fi ħdan l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

50.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea tappoġġja l-kunċett il-ġdid li l-ħarsien ambjentali jiġi appoġġjat billi jingħata kumpens għat-telf potenzjali fid-dħul kummerċjali u tikkofinanzja l-ħolqien tal-Fond tat-Trust Yasuni-ITT taħt l-awspiċi tal-UNDP, kif propost mill-gvern Ekwadorjan, li huwa maħsub biex jikkumpensa l-poplu Ekwadorjan talli qed joqgħod lura milli jwettaq operazzjonijiet ta' estrazzjoni taż-żejt miż-żoni li jinsabu fil-Park Nazzjonali Yasuni;

51.  Itenni li l-UE għandha tappoġġa b'mod attiv u konkret lil dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jużaw l-hekk imsejħa flessibilitajiet mibnija fil-Ftehim TRIPS sabiex ikunu kapaċi jipprovdu mediċini bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu mill-but ta' kulħadd taħt il-programmi tas-saħħa pubblika domestiċi tagħhom;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet ta' dan ir-rapport fl-istrateġija kummerċjali lġdida tagħha għall-UE, b'mod partikolari safejn għandu x'jaqsam il-kummerċ ġejjieni bejn l-UE u l-ALK;

53.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 126.
(2) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 155.
(3) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 261.
(4) ĠU C 296 E, 6.12.2006, p. 123.
(5) ĠU C 308 E, 16.12.2006, p. 182.
(6) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 291.
(7) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 591.
(8) ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 193.
(9) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 64.
(10) ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 77.
(11) ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 5.
(12) Testi adottati P7_TA(2010)0089.
(13) Testi adottati P7_TA(2010)0141.
(14) ĠU C 285 E, 26.11.2009, p. 126.
(15) ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.
(16) “The Future of the WTO - Addressing Institutional Challenges in the New Millennium”, Report by the Consultative Board to the Director-General, Supachai Panitchpakdi (WTO, January 2005).
(17) UNFCCC Draft decision -/CP.15, Copenhagen Accord, FCCC/CP/2009/L.7.


Żgumbramenti sfurzati fiż-Żimbabwe
PDF 215kWORD 46k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar tkeċċijiet furzati fiż-Żimbabwe
P7_TA(2010)0388RC-B7-0583/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti numerużi tiegħu dwar iż-Żimbabwe, u l-iktar waħda riċenti tat-8 ta' Lulju 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, l-Artikolu 17 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, l-Artikolu 27(3) tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Artikolu 14(2) tal-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Artikoli 7(1)(d) u 7(2)(d) tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill  2010/92/PESK(2) tal-15 ta' Frar 2010, li ġġeddet sal-20 ta' Frar 2011 il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe imposti taħt il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK(3), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2008(4) tat-8 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 li jirrigwarda xi miżuri restrittivi rigward iż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-22 ta' Frar 2010 dwar iż-Żimbabwe, u l-konklużjonijiet tal-10 Djalogu Politiku Ministerjali tal-UE-l-Afrika t'Isfel tal-11 ta' Mejju 2010 dwar iż-Żimbabwe,

–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ż-Żimbabwe rratifika,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' Lulju 2005 mill-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għal Kwistjonijiet ta' Subborgi ta' Persuni, Anna Tibaijuka,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (Ftehim ta' Kotonù), iffirmat fit-23 ta' Ġunju 2000,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi sa 20 000 persuna li tgħix fis-subborg magħruf bħala Hatcliffe Extension fl-inħawi ta' barra Harare ġew mhedda bit-tkeċċija furzata talli naqsu milli jħallsu il-miżati għoljin għat-tiġdid taċ-ċens projbittivi mitluba mill-awtoritajiet,

B.  billi l-Gvern taż-Żimbabwe qed jitlob miżati ta' tiġdid taċ-ċnus ta' massimu ta' USD 140, mingħajr ma jikkonsulta lir-residenti dwar il-miżati jew il-proċess ta' tiġdid, li jistabbilixxi tul ta' żmien restrittiv u qasir għat-tiġdid ta' ftehimiet ta' ċnus jew tiġi furzata t-tkeċċija; billi n-nuqqas ta' akkomodazzjoni għal persuni bi dħul baxx wassal għall-bini ta' dwejriet jew estensjonijiet fil-btieħi, li issa jidher li jiksru r-regolamenti tal-bini,

C.  billi r-residenti ta' Hatcliffe Extension huma fost l-ifqar nies fiż-Żimbabwe, pajjiż bi dħul ta' inqas minn USD 100 per capita u qgħad kroniku ta' madwar 90 %; billi dawn it-tkeċċijiet furzati qed jeqirdu s-settur tal-impjiegi informali, u b'hekk jiċħdu familji minn dħul stabbli,

D.  billi l-biċċa l-kbira ta' residenti ġew allokati biċċiet t'art wara li tkeċċew b'forza mill-awtoritajiet skont il-programm ta' tkeċċija furzata bil-massa tal-2005 tal-pajjiż, Operazzjoni Murambatsvina, fejn madwar 700 000 persuna tilfu djarhom u l-għajxien tagħhom,

E.  billi l-Operazzjoni Garikai, li tfasslet biex takkomoda lill-vittmi ta' tkeċċijiet, ma kinetx xierqa bħala soluzzjoni għall-ksur serju tad-dritt għall-akkomodazzjoni adegwat li saru taħt l-Operazzjoni Murambatsvina,

F.  billi, ħames snin wara t-tkeċċijiet furzati bil-massa, ir-residenti tas-subborg tal-Operazzjoni Garikai qegħdin jgħixu f'kundizzjonijiet gravi mingħajr aċċess għal servizzi essenzjali bażiċi,

G.  billi l-kwistjoni ta' miżati ta' ċnus eżorbitanti mhijiex limitata għal Hatcliffe, u billi r-residenti ta' subborgi informali oħra madwar il-pajjiż ukoll qed jiġu mhedda bi tkeċċija furzata mill-Istat,

H.  billi s-sitwazzjoni umanitarja, politika u ekonomika terribbli fiż-Żimbabwe qed tkompli tmur għall-agħar, b'miljuni ta' nies miż-Żimbabwe dejjem jiffaċċaw ir-riskju tal-ġuħ u li jgħixu fuq l-għajnuna tal-ikel, f'pajjiż bir-raba ogħla rata ta' prevalenza tal-HIV fid-dinja, nuqqas ta' fjuwil u l-ogħla żieda f'imwiet tat-tfal,

1.  Jitlob għal tmiem immedjat għat-theddid bi tkeċċija furzata bil-massa fiż-Żimbabwe, u jinsisti li aġenziji ta' għajnuna u umanitarji jingħataw aċċess mhux ristrett sabiex jgħinu lil dawk mhedda u lil nies spostati internament oħrajn;

2.  Jitlob lill-Gvern taż-Żimbabwe biex minnufih jeħles mill-miżati ta' tiġdid taċ-ċnus imposti, li r-residenti sempliċiment ma għandhomx minn fejn iħallsu; jinsisti, f'dan ir-rigward, li l-awtoritajiet taż-Żimbabwe jieqfu milli jużaw liġijiet tal-użu tal-art flimkien ma' tkeċċijiet furzati għall-gwadann tal-partit politiku, kif kien il-każ waqt il-kampanja tal-Operazzjoni Murambatsvina tal-2005; jitlob lill-Gvern taż-Żimbabwe, għalhekk biex jiżviluppa politika ta' akkomodazzjoni li tissodisfa l-ħtiġijiet tar-residenti, b'konsultazzjoni mal-vittmi kollha ta' tkeċċijiet furzati;

3.  Ifakkar lill-Gvern taż-Żimbabwe dwar dmiru, skont konvenzjonijiet internazzjonali, biex jipprovdi akkomodazzjoni xierqa għal dawk kollha bi dħul baxx li jitkeċċew b'forza minn djarhom, u biex jiggarantixxi d-drittijiet għall-ħajja, is-sigurtà u l-ikel, kif ukoll biex jipprovdi protezzjoni liċ-ċittadini tiegħu miċ-ċiklu tan-nuqqas ta' sigurtà u minn iktar ksur tal-liġi billi joffri sigurtà fil-pussess tal-art u pjanijiet ta' ħlas għall-but ta' kulħadd għaċ-ċnus, fost affarijiet oħra permezz tad-dħul mis-settur tat-tħaffir biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-poplu tiegħu;

4.  Jissuġġerixxi li l-Gvern taż-Żimbabwe jwettaq valutazzjoni tat-telf materjali u soċjali li rriżulta mill-Operazzjoni Murambatsvina u tkeċċijiet furzati oħra, bil-ħsieb li jiġu kkumpensati dawk kollha li tilfu d-dar, l-għajxien u n-netwerks soċjali tagħhom, inklużi dawk li jgħixu fi jew ħdejn it-territorji tad-djamanti f'Marange, u jitolbu jikkonsulta lill-komunitajiet lokali qabel ma jieħu deċiżjoni;

5.  Jinsisti li l-Gvern taż-Żimbabwe jirrevedi u jimmodifika l-Operazzjoni Garikai, b'konsultazzjoni ġenwina mas-superstiti, sabiex jindirizza l-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni tas-superstiti kollha tal-Operazzjoni Murambatsvina;

6.  Jiddispjaċih ħafna li l-prova miż-Żimbabwe biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, li diġà hija fit-triq kompletament żbaljata, ser tibqa' tkun ipperikolata minn tkeċċijiet bil-massa bħal dawn;

7.  Jiftakar li l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS u l-mortalità tal-ommijiet qed tiġi pperikolata mill-prattiki ta' abbuż tal-gvern, bħall-programm ta' tkeċċija tiegħu, li tellef l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni bażika;

8.  Jitlob lill-Afrika t'Isfel u lill-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC), biex fl-interessi tagħhom kif ukoll taż-Żimbabwe u r-reġjun usa' tan-Nofsinhar tal-Afrika, jieħdu iktar miżuri biex iħeġġu r-ritorn għad-demokrazija sħiħa fiż-Żimbabwe u jirrispettaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u l-poplu taż-Żimbabwe; jagħraf li Robert Mugabe u l-eqreb partitarji tiegħu jkomplu jfixklu l-proċess tar-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni politika u ekonomika fiż-Żimbabwe, billi jisirqu kif jafu huma r-riżorsi ekonomiċi għall-benefiċċji tagħhom stess;

9.  Jenfasizza l-importanza tad-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u ż-Żimbabwe, u jilqa' l-progress li sar f'din id-direzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati, il-Viċi Presiden tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, il-Gvernijiet u l-Parlamenti taż-Żimbabwe u l-Afrika t'Isfel, il-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-KE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, inkluż il-Parlament Pan-Afrikan, is-Segretarju Ġenerali tan-NU, is-Segretarju Ġenerali tas-SADC u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0288.
(2) ĠU L 41, 16.2.2010, p. 6.
(3) ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.
(4) ĠU L 331, 10.12.2008, p. 11.


Il-Kambodja, b'mod partikolari l-każ ta' Sam Rainsy
PDF 220kWORD 52k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-Kambodja, b'mod partikolari l-każ ta' Sam Rainsy
P7_TA(2010)0389RC-B7-0550/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Jannar 2005 dwar it-traffikar tan-nisa u t-tfal fil-Kambodja(1), tal-10 ta' Marzu 2005 dwar il-Kambodja(2), tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, fil-Laos u fil-Vjetnam(3), tad-19 ta' Jannar 2006 dwar ir-repressjoni politika fil-Kambodja(4) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-Kambodja(5),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Koperazzjoni konkluż fl-1997 bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Kambodja(6), b'mod partikolari l-Artikolu 1 (ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem) u l-Artikolu 19 (is-sospensjoni tal-ftehim jekk parti minnhom tikser l-Artikolu 1) tiegħu u l-Anness I (rigward l-Artikolu 19) tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1998 dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem approvati mill-Kunsill fl-14 ta' Ġunju 2004 u aġġornati fl-2008,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

–  wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta' Ġunju 2010 tar-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja, li jiddeplora l-indħil estern fil-ħidma tal-ġudikatura(7),

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni meħuda mill-Kumitat tal-Unjoni Interparlamentari dwar id-Drittijiet tad-Deputati fil-laqgħa tiegħu li saret mit-12 sal-15 ta' Lulju 2010,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 tal-Kunsill Governattiv tal-Unjoni Interparlamentari,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi wieħed seta' jinnota tendenza awtoritarja preokkupanti fil-Kambodja fis-snin li għaddew; billi dan huwa rifless fid-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tal-libertajiet fundamentali, f'politika brutali ta' ħtif ta' art li taffettwa l-aktar lill-foqra, fis-soppressjoni ta' kull forma ta' kritika u protesta, fil-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni parlamentari u tal-attivisti tas-soċjetà ċivili, fl-użu tal-qrati għal finijiet politiċi u bidla lejn sistema b'partit wieħed,

B.  billi Sam Rainsy, membru tal-Parlament tal-Kambodja u l-kap tat-tieni l-akbar partit politiku ta' pajjiżu, ġie persegwitat mill-partit awtoritarju fil-gvern u mill-Gvern tal-Kambodja,

C.  billi fit-23 ta' Settembru 2010 l-kap tal-oppożizzjoni Sam Rainsy ġie kkundannat in absentia għal 10 snin ħabs fuq akkużi ta' informazzjoni falza u falsifikazzjoni ta' dokumenti pubbliċi mill-Qorti Muniċipali ta' Phnom Penh; billi l-kundanna tiegħu kienet ibbażata fuq att ta' diżubbidjenza ċivili li tinvolvi t-tqaċċit ta' sitt markaturi temporanji tal-injam fil-fruntiera bejn il-Vjetnam u l-Kambodja, li għad hemm tilwim dwarha bejn iż-żewġ pajjiżi; billi l-azzjoni saret b'appoġġ għal raħħala li stqarru li kienu vittmi ta' ħtif ta' art, filwaqt li qalu li l-Vjetnamiti ressqu l-markaturi illegalment fuq art Kambodjana, fl-għelieqi tar-ross tagħhom, u li l-ilmenti tagħhom lill-awtoritajiet lokali baqgħu bla tweġiba,

D.  billi fit-13 ta' Ottubru 2010 l-Qorti tal-Appell fi Phnom Penh iddeċidiet tikkonferma sentenza ta' sentejn ħabs mogħtija fis-27 ta' Jannar 2010 mill-qorti provinċjali ta' Svay Rieng, in absentia, kontra Sam Rainsy b'rabta ma' protesta kontra allegata okkupazzjoni tal-Vjetnamiti fit-territorju Kambodjan, iżda ddeċidiet li teħles żewġ raħħala kkundannati ma' Sam Rainsy, wara disa' xhur u għoxrin jum il-ħabs,

E.  billi l-istrateġija tal-partit Kambodjan fil-gvern hija li juża ġudikatura politikament servili biex trażżan lil kull min jikkritika lill-Gvern,

F.  billi għadd għoli b'mod allarmanti ta' nies qed jinżammu f'detenzjoni fil-Kambodja minħabba diversi nuqqasijiet fis-sistema tal-ġustizzja kriminali, u billi għad m'hemmx garanzija tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura,

G.  billi, skont l-NGOs għad-drittijiet tal-bniedem, il-Gvern uża l-qrati biex isikket il-kritika tar-reazzjonijiet tiegħu għall-ħtif ta' art, korruzzjoni u tilwim fil-fruntieri,

H.  billi fit-30 ta' Awwissu 2010 membru tal-NGO Licadho, Leang Sokchoeun, kien ikkundannat sentejn ħabs mill-qorti provinċjali ta' Takeo talli allegatament qassam fuljetti kontra l-Gvern f'Jannar 2010; billi, madankollu, il-proċess kien imċappas b'irregolaritajiet proċedurali gravi,

I.  billi Mu Sochua, deputat parlamentari tal-oppożizzjoni, instab ħati ta' akkuża li mmalafama lill-Prim Ministru,

J.  billi l-ġurnalist Hang Chakra nżamm il-ħabs għal disa' xhur wara li ddenunzja l-korruzzjoni fl-entourage tal-Viċi President Sok An,

K.  billi fl-1995 Sam Rainsy tkeċċa b'mod mhux kostituzzjonali mill-Assemblea Nazzjonali, iżda rnexxielu jieħu lura s-siġġu parlamentari tiegħu f'elezzjonijiet sussegwenti; billi ppruvaw joqtluh kemm-il darba, u ħelisha wkoll f'attakk bil-granati fl-1997, iżda billi madwar 80 partitarju tiegħu nqatlu,

L.  billi l-partit fil-gvern neħħielu l-immunità parlamentari tliet darbiet għal raġunijiet dubjużi sabiex jingħata sentenzi ta' ħabs,

M.  billi l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna lill-Kambodja,

1.  Jikkundanna s-sentenzi kollha għal raġunijiet politiċi kontra rappreżentanti tal-oppożizzjoni u tal-NGOs, b'mod partikolari s-sentenzi tat-23 ta' Settembru 2010, tat-13 ta' Ottubru 2010 u tas-27 ta' Jannar 2010 kontra Sam Rainsy, kif ukoll dik tat-30 ta' Awwissu 2010 kontra Leang Sokchoeun u dawk kontra Mu Sochua u l-ġurnalist Hang Chakra;

2.  Ifakkar lill-Gvern tal-Kambodja li għandu jissodisfa l-obbligi u l-impenji tiegħu fir-rigward tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, li huma element essenzjali tal-Ftehim ta' Koperazzjoni msemmi hawn fuq, kif stipulat fl-Artikolu 1 ta' dak il-Ftehim;

3.  Jistieden lill-awtoritajiet Kambodjani jiżguraw li l-liġi dwar l-NGOs li qed titħejja bħalissa ma tillimitax l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili Kambodjana għal raġunijiet ta' interpretazzjoni diskrezzjonali kif ukoll li ma tiġix applikata b'tali mod li tkun ta' żvantaġġ kemm għas-soċjetà ċivili kif ukoll għall-oppożizzjoni;

4.  Jistieden lill-atturi politiċi kollha jħeġġu politiki tajbin dwar il-viċinat fi ħdan ir-reġjun u politika ta' rikonċiljazzjoni bejn il-gruppi etniċi u kulturali fil-Kambodja;

5.  Jinnota li r-Rapporteur Speċjali tan-NU ġibed l-attenzjoni għall-progress u l-isforzi li qed isiru mill-Gvern Kambodjan, u jixtieq li jittieħdu passi prattiċi lejn titjib dewwiem u li jidher fis-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-indipendenza tal-qrati;

6.  Jistieden lill-awtoritajiet Kambodjani:

   iwettqu riformi istituzzjonali u politiċi biex jinbena stat demokratiku ggvernat mill-istat tad-dritt u msejjes fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali;
   juru r-rieda tagħhom li jikkumbattu b'mod effikaċi l-pjagi endemiċi tal-korruzzjoni, id-deforestazzjoni enormi li tirriżulta fl-ispustament tan-nies, u l-industrija tat-turiżmu tas-sess, kif ukoll li jirrifjutaw il-kultura attwali ta' impunità u li jtellgħu l-qorti lil kull min ikun involut f'attivitajiet bħal dawn;
   jiggarantixu l-espressjoni politika libera u ġusta bla intimidazzjoni u fastidju;
   ifasslu programm ta' azzjoni u skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport tar-Rapporteur Speċjali;

7.  Huwa allarmat rigward il-prosekuzzjoni u l-kundanna għal 12-il sena ħabs tal-kap tal-oppożizzjoni Sam Rainsy, minħabba ġest li jqis li huwa ta' natura simbolika u indubbjament politika;

8.  Huwa partikolarment allarmat li, jekk ikun ikkonfermat, il-verdett jeskludi lil Sam Rainsy milli joħroġ għall-elezzjonijiet parlamentari tal-2013 u dan ikollu konsegwenzi ferm akbar mill-każ ta' Sam Rainsy, billi żgur li jaffettwa lill-oppożizzjoni kollha kemm hi, aktar u aktar għaliex il-persekuzzjonijiet reċenti ta' għadd ta' membri tal-oppożizzjoni li ma jibżgħux jitkellmu diġà naqqsu l-ispazju politiku, u għalhekk ikun detrimentali għall-proċess demokratiku fil-Kambodja;

9.  Jistieden għalhekk lill-awtoritajiet isibu modi u mezzi biex isolvu l-kwistjonijiet pendenti permezz ta' djalogu politiku u biex Sam Rainsy jkun jista' jerġa' jibda l-attivitajiet parlamentari tiegħu mill-aktar fis possibbli;

10.  Jistieden lill-awtoritajiet Kambodjani jagħtu widen għar-rakkomandazzjonijiet li saru mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja; jistieden lill-Parlament tal-Kambodja jiddibatti r-rapport tiegħu fil-parlament u jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

11.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea tieħu passi biex tiżgura li d-drittijiet fundamentali, kif ingastati fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni msemmi hawn fuq, jitħarsu u li l-attakki fuq il-libertajiet ċivili jkollhom il-konsegwenzi; jistieden ukoll lill-Unjoni Ewropea ma tibqax tagħti għajnuna finanzjarja sakemm il-Kambodja ma ttejjibx l-imġiba tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

12.  Jitlob li jiddaħħal fis-seħħ pjan ta' emerġenza umanitarja, bl-involviment tal-UE u l-koordinament tan-NU, biex jassisti lill-Kambodjani li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi, b'mod partikolari dawk li jaħdmu fl-industriji tal-kostruzzjoni u tat-tessuti li tilfu xogħolhom;

13.  Jagħti istruzzjonijiet lid-Delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u mal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) kif ukoll lill-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Barranin biex jimmonitorjaw l-iżviluppi;

14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-ASEAN u tal-ASEM, lis-Segretarjat tal-ASEM, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Renju tal-Kambodja.

(1) Testi adottati, P6_TA(2005)0012.
(2) Testi adottati, P6_TA(2005)0081.
(3) Testi adottati, P6_TA(2005)0462.
(4) Testi adottati, P6_TA(2006)0032.
(5) Testi adottati, P6_TA(2007)0085.
(6) ĠU L 269, 19.10.1999, p. 18.
(7) http://www.un.org.kh/index.php?option=com_content&view=article&id=330:united-nations-special-rapporteur-on-the-situation-of-human-rights-in-cambodia-statement&catid=44:un-speeches-and-statements&Itemid=77


Il-Kawkasu tat-Tramuntana, b'mod partikolari l-każ ta' Oleg Orlov
PDF 234kWORD 69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kawkasu tat-Tramuntana (Federazzjoni Russa) u l-prosekuzzjoni kriminali kontra Oleg Orlov
P7_TA(2010)0390RC-B7-0549/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-qtil ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja(1),

–   wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov lil Oleg Orlov, Sergei Kovalev u Lyudmila Alexeyeva f'isem il-Human Rights Centre Memorial u d-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, fis-16 ta' Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, li daħlet fis-seħħ fl-1997 u li ġiet estiża sa ma tiġi sostitwita minn ftehim ġdid,

–  wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejin bħalissa għal ftehim ġdid li jistabbilixxi qafas komprensiv ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Jeddijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tal-Jeddijiet tal-Bniedem, u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Jedd u r-Responsabilità tal-Individwi, il-Gruppi u l-Organi tas-Soċjetà li Jippromwovu u Jipproteġu l-Jeddijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali Universalment Rikonoxxuti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u firmatarja tad-Dikjarazzjonijiet tan-NU, ir-Russja kkommettiet ruħha għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-jeddijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat ta' dritt,

B.  billi hemm madwar 20,000 każ pendenti fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem mill-Federazzjoni Russa, prinċipalment mir-reġjun tal-Kawkasu ta' Fuq; billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkundannat lill-Federazzjoni Russa għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun, u dan f'iktar minn 150 sentenza, u enfasizzat l-importanza ta' implimentazzjoni mghaggla u kompleta ta' dawn is-sentenzi,

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kawkasu ta' Fuq

C.  billi s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun tal-Kawkasu ta' Fuq, partikolarment fir-Repubblika ta' Ċeċnija, f'Ingushetia u f'Dagestan, hija allarmanti; billi l-ġurnalisti indipendenti, l-attivisti tas-soċjetà ċivili, l-avukati u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun spiss sfaw vittmi ta' theddid u ta' atti ta' vjolenza, torment u intimidazzjoni, u l-attivitajiet tagħhom kienu ristretti minn membri ta' korpi tal-infurzar tal-ligi; billi minn jikser id-drittijiet tal-bniedem għadu mhux qed jiġi kkastigat u billi għad m'hemmx l-istat tad-dritt; billi l-popolazzjoni ċivili għadha soġġetta għal vjolenza kemm minn gruppi tal-oppożizzjoni armata kif ukoll minn korpi tal-infurzar tal-liġi; Billi t-tortura, it-trattament ħażin u d-detenzjoni arbitrarja għadhom komuni; u billi NGOs li jkunu indipendenti mill-gvernijiet nazzjonali huma importanti għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili,

D.  billi hemm klima ġenerali ta' biża' fiċ-Ċeċnija, minkejja s-suċċessi innegabbli fil-qasam tar-rikostruzzjoni u t-titjib ċar fl-infrastruttura tar-reġjun; billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-operat tas-sistema ġudizzjarja u tal-istituzzjonijiet demokratiċi għadhom jagħtu lok għal tħassib serju,

E.  billi l-għajbien suċċessiv tal-opponenti tal-gvern u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għadhom mhux qed jiġu kkastigati u investigati kif xieraq,

F.  billi minkejja djalogu kostruttiv li żviluppa bejn l-awtoritajiet u s-soċjetà ċivili fl-Ingushetia minn meta ħa l-poter il-President il-ġdid, reġa' kien hemm vjolenza inkwetanti mill-2009, li rriżultat f'ċerti każijiet fil-qtil u l-għajbien ta' opponent ital-gvern u ta' ġurnalisti, mingħajr ma saret l-ebda prosekuzzjoni s'issa,

G.  billi jidher li għadd dejjem jiżdied ta' residenti li għebu fir-Repubblika tal-Kawkasu ta' Fuq inħatfu u ttieħdu f'reġjuni Russi oħra; billi l-aħħar li dehru Ali Dzhaniev, Yusup Dobriev, Yunus Dobriev u Magomed Adzhiev kien fit-28 ta' Diċembru 2009 f' St.Petersburg, u billi l-aħħar li dehru, Zelimkhan Akhmetovich Chibiev, Magomed Khaybulaevich Israpilov, Dzhamal Ziyanidovich Magomedov, Akil Dzhavatkhanovich Abdullaev u Dovar Nazimovich Asadov, li tlieta fosthom huma resident ital-Kawkasu ta' Fuq, kien fil-lejl bejn l-24u l-25 ta' Settembru 2010, meta marru fil-Moskea Storika f'Moska,

H.  billi għad hemm madwar 80,000 persuna spustata internament fil-Kawkasu ta' Fuq, 18-il sena wara li kienu sfurzati jaħarbu minn djarhom dovut għal għadd ta' gwerer li faqqgħu bejn l-Ingushetia u l-Ossezja ta' Fuq fl-1992, u fiċ-Ċeċnija fl-1994 u fl-1999; billi dawn il-persuni għandhom diffikultà biex isibu akkomodazzjoni, biex iġeddu l-permessi ta' residenza tagħhom, li jillimitagħlhom l-aċċess għas-servizzi soċjali, biex iġeddu l-passaporti interni u jiksbu status ta' “'migranti sfurzati'”, li jenħtiġilhom biex ikunu jistgħu jiksbu aċċess għall-impjiegi, għas-servizzi soċjali u għall-benefiċċji soċjali,

I.  billi fit-3 ta' Settembru 2010, il-President Buzek esprima s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi tat-traġedja ta' Beslan, u ħeġġeġ lill-President tal-Federazzjoni Russa biex jiżgura li d-drittijiet tagħhom jiġu rispettati bis-sħiħ u li tiġi stabbilita l-verità fir-rigward tal-avvenimenti ta' Settembru 2004,

J.  billi ma jista jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal atti ta' vjolenza indeskrivibbli kontra l-popolazzjoni ċivili,

K.  billi ħa nota tal-inizjattiva tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Russa u internazzjonali biex jitwaqqaf Ċentru ta' Dokumentazzjoni “Natalia Estemirova” għall-krimini tal-gwerra potenzjali u għal ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq matul il-gwerer fiċ-Ċeċnija,

Investigazzjoni kriminali kontra Oleg Orlov

L.  billi x-xogħol tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem bħall-Memorial huwa essenzjali għall-ħolqien ta' soċjetà stabbli u ħielsa fir-Russja u għat-twaqqif ta' stabilità reali u dejjiema fil-Kawkasu ta' Fuq b'mod partikolari; billi l-Gvern Russu u l-gvernijiet tar-Repubbliki tal-Kawkasu ta' Fuq jistgħu għalhekk ikunu kburin bir-rwol importanti ta' organizzazzjonijiet bħal dawn;

M.  billi Natalia Estemirova, kap ta' Memorial fiċ-Ċeċnija, ġiet issekwestrata fil-15 ta' Lulju 2009 fi Grozny u misjuba mejta f'Ingushetia, lokalità fil-qrib; billi fl-investigazzjoni dwar il-qtil tagħha, ma sar l-ebda progress biex jinstabu l-qattiela u dawk likienu r-responsabbli reali,

N.  billi fil-21 ta' Jannar 2010 Oleg Orlov u l-Memorial Human Rights Centre ġew ordnati mill-Qorti Ċivili tal-Belt ta' Moska biex iħallsu għall-ħsara kkawżata lil Ramzan Kadyrov, President taċ-Ċeċnija,

O.  billi fid-9 ta' Frar 2010, Ramzan Kadyrov ħabbar pubblikament li kien se jagħlaq il-proċedimenti kriminali li kien beda kontra Oleg Orlov, President tal-Bord Eżekuttiv tal-Memorial Human Rights Centre, u Ludmila Alexeyeva, President tal-Moscow Helsinki Group, għal malafama,

P.  billi fis-6 ta' Lulju 2010 Oleg Orlov ġie akkużat, skont l-Artikolu 129 tal-Kodiċi Kriminali Russu, u jista' jiffaċċja sa tliet snin ħabs jekk jinstab ħati,

Q.  billi kien hemm ksur serju tal-Kodiċi ta' Proċedimenti Kriminali tal-Federazzjoni Russa (b'mod partikolari tal-Artikolu 72 tiegħu) fl-investigazzjoni kriminali kontra Oleg Orlov,

R.  billi sar tiftix fl-uffiċċji ta' bosta organizzazzjonijiet ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ta' Memorial, bejn it-13 u s-16 ta' Settembru 2010, u l-organizzazzjonijiet ġew mitluba jipprovdu bosta dokumenti rigward l-attivitajiet tagħhom mingħajr preavviż,

1.  Jikkundanna l-atti terroristiċi kollha u jenfasizza li ma jista' jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għal atti ta' vjolenza indiskriminata kontra l-popolazzjoni ċivili; jesprimi s-simpatija u s-solidarjetà tiegħu mal-ħbieb u l-qraba tal-vittmi kollha tal-vjolenza, inklużi dawk tal-bombardamenti reċenti fil-Metro ta' Moska, l-attakk re ċenti kontra l-Parlament taċ-Ċeċnija, u l-bosta attakki oħra li jsiru b'mod kontinwu fuq il-popolazzjoni tar-Repubbliki tal-Kawkasu;

2.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar it-tfaqqigħ mill-ġdid tal-vjolenza u tal-atti terroristiċi fil-Kawkasu ta' Fuq; jitlob, minn banda, li jintemm it-terroriżmu u, mill-banda l-oħra, jitlob lill-awtoritajiet Russi biex jeqirdu l-klima mifruxa ta' nuqqas ta' kkastigar għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u biex itemmu n-nuqqas tal-istat tad-dritt fir-reġjun;

3.  Jirrikonoxxi d-dritt tar-Russja li tiġġieled it-terroriżmu reali u l-ġlied armat fil-Kawkasu ta' Fuq, iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jagħmlu dan fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali; javża li abbużi kontinwi u metodi illegali kontra l-ġlied armat se joħolqu antagoniżmi ulterjuri min-naħa tal-popolazzjoni u, minflok tinħoloq stabilità, dan se jikkawża żieda ulterjuri fil-vjolenza fir-reġjun;

4.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jagħmlu kulma hu f'setgħethom biex jiżguraw il-protezzjoni tad-difensuri tal-drittijiet tal-bniedem, kif affermat fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar il-Jedd u r-Responsabilità tal-Individwi, Gruppi u Organi tas-Soċjetà li Jippromwovu u Jipproteġu l-Jeddijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali Universalment Rikonoxxuti;

5.  Jisħaq li n-nuqqas ta' kastigi li għadu għaddej fiċ-Ċeċnija jikkontribwixxi għad-destabilizzazzjoni fir-reġjun kollu tal-Kawkasu ta' Fuq;

6.  Jikkundanna bis-saħħa kull forma ta' kastig kollettiv kontra individwi sospettati li għandhom rabtiet mal-insurġenti, inkluża l-prattika li jinħarqu d-djar li jappartjenu lill-familji ta' membri attivi jew allegati tal-oppożizzjoni armata; jitlob lill-awtoritajiet biex jieħdu passi konkreti biex jipprevjenu li jsir mill-ġdid dan it-tip ta' ksur u biex jikkastigaw lill-uffiċjali responsabbli fil-livelli kollha;

7.  Iħeġġeġ lir-Russja tipprovdi aċċess mingħajr ostakoli għall-Kawkasu ta' Fuq lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, lill-midja u l-istituzzjonijiet governattivi internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa, il-Kumitat Internazzjonali tar-Red Cross, l-OSKE u n-NU; barra minn hekk jistieden b'mod partikolari lill-awtoritajiet kompetenti joħolqu ċirkostanzi li jippermettu lil Memorial u organizzazzjonijiet oħrajn tal-jeddijiet tal-bniedem li jerġgħu jkomplu bis-sħiħ bl-attivitajiet tagħhom fil-Kawkasu ta' Fuq b'ambjent sigur;

8.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu fir-rigward tal-għadd dejjem jikber ta' għajbien ta' residenti tal-Kawkasu ta' Fuq li jidher li nħatfu f'reġjuni Russi oħra, u jitlob lill-Uffiċċju Ġenerali ta' Prosekuturi Pubbliċi tal-Federazzjoni Russa biex jiċċara u jikkonferma fejn jinsabu dawn iċ-ċittadini;

9.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet federali Russi jiżguraw li tittieħed azzjoni abbażi ta' soluzzjonijiet fuq medda twila ta' żmien għall-persuna spustjati internament (IDPs); jitlob li jkun hemm azzjoni governattiva mtejba b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-UNHCR biex jitkomplew il-programmi ta' akkomodazzjoni għall-IDPs u biex jiġu faċilitati miżuri għat-titjib tal-aċċess tal-IDPs għas-servizzi u l-benefiċċji; jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm monitoraġġ kontinwu tal-IDPs biex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ma jerġgħux jinkisru; iħeġġeġ lill-Gvern Russu jirrikonoxxi b'mod formali l-kunċett tal-IDPs u jadatta l-leġiżlazzjoni tiegħu skont dan;

10.  Jistieden lill-awtoritajiet federali Russi jinvestigaw il-qtil ta' Natalia Estemirova malajr, sew u b'mod effettiv u jressaq kemm lil dawk reponsabbli għal dawn l-atti brutali kif ukoll lil dawk involuti quddiem il-ġustizzja;

11.  Jiċħad u jikkundanna l-attentati ċiniċi u assurdi biex Memorial tiġi implikata fil-krimini ta' għajnuna lill-organizzazzjonijiet terroristiċi;

12.  Jikkundanna l-ftuħ ta' investigazzjoni kriminali kontra Oleg Orlov u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jerġgħu iqisu d-deċiżjoni tagħhom li jiftħu proċedimenti kriminali; Jirrimarka li dikjarazzjonijiet bħal dawk ta' Oleg Orlov huma leġittimi f'demokrazija u m'għandhomx ikunu soġġetti għal kastigi la skont il-liġi ċivili u lanqas il-liġi kriminali;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex – jekk jissoktaw il-proċedimenti – jiżguraw li ma jkunx hemm ksur ulterjuri tal-liġi fl-investigazzjoni u fil-proċedimenti quddiem il-qorti kontra Oleg Orlov, u biex jikkonformaw f'kull ċirkostanza mad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tal-Jeddijiet tal-Bniedem, id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali u reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem ratifikati mill-Federazzjoni Russa;

14.  Ifakkar li Oleg Orlov ingħata l-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew għall-2009, u jinsab għalhekk taħt il-protezzjoni speċjali morali u politika tal-Parlament Ewropew; iħeġġeġ lill-Gvern Russu jippermetti lil Oleg Orlov jattendi ċ-ċerimonja ta' għoti tal-Premju Sakharov 2010 fi Strasburgu mingħajr xkiel;

15.  Jikkundanna t-tiftix intimidanti tal-uffiċċji tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u jistenna li jiġu ċċarati l-legalità u l-objettiv ta' dawn l-azzjonijiet;

16.  Jiddeplora l-fatt li l-abbużi kontinwi mid-drittijiet tal-bniedem qed ikollhom impatt ferm negattiv fuq l-immaġini u l-kredibilità tar-Russja fid-dinja, u qed ixekklu r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, li huma importanti u għandhom jiżviluppaw fi sħubija strateġika, meta titqies id-dipendenza reċiproka taż-żewġ partijiet u l-bosta interessi komuni, b'mod partikolari fir-rigward tal-politika, is-sigurtà, l-ekonomija u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija, iżda li għandhom jiżviluppaw ukoll f'rispett għall-prinċipji u l-proċeduri demokratiċi u fi drittijiet tal-bniedem bażiċi;

17.  Jappoġġa bis-saħħa r-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tat-22 ta' Ġunju 2010 dwar ir-rimedji legali għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kawkasu ta' Fuq, li jistgħu jkunu utli ferm biex jintemm in-nuqqas ta' kkastigar li jgawdi minnu min iwettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u biex tiġi ristawrata l-fiduċja tal-poplu fl-aġenziji tal-infurzar tal-liġi;

18.  Jistieden lill-awtoritajiet Russi jikkonformaw mas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u jimplimentaw miżuri biex jirrettifikaw ksur f'każijiet individwali, inkluż billi jiżguraw li jsiru investigazzjonijiet effettivi u billi jżommu lil min iwettaq tali ksur bħala responsabbli, u jadottaw miżuri ġenerali biex jimplimentaw is-sentenzi, inklużi politiki u tibdil legali biex jiġi evitat li jsir ksur ta' dan it-tip mill-ġdid;

19.  Jirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-Istat fil-livelli federali, reġjonali u lokali jibdew djalogu kostruttiv mal-attivisti tas-soċjetà ċivili biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati strutturi demokratiċi li jaħdmu kif xieraq;

20.  Jitlob li jogħla l-livell tal-konsultazzjonijiet marbutin mad-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u r-Russja u jħeġġeġ biex dan il-proċess ikun apert għall-input effettiv min-naħa tal-Parlament Ewropew, tad-Duma, tal-awtoritajiet ġudizzjarji Russi u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lir-Russja tirrispetta bis-sħiħ l-obbligi tagħha bħala membru tal-OSKE u tal-Kunsill tal-Ewropa;

21.  Jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għas-sitwazzjoni ta' eluf ta' refuġjati mill-Kawkasu ta' Fuq fl-Istati Membri tal-UE, b'riferiment partikolari għad-diaspora miċ-Ċeċnija li tgħix fl-Awstrija, li tammonta għal mill-inqas 20,000 persuna, inklużi botsa minorenni; F'dan ir-rigward jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-qtil ta' refuġjat Ċeċen fi Vjenna f'Mejju 2010 u l-allegazzjonijiet serji fir-rigward tal-implikazzjoni tal-President Ċeċen f'dan il-qtil; jitlob lill-Istati Membri tal-UE biex jimplimentaw politika iktar koordinata, koerenti u viżibbli dwar il-protezzjoni tar-refuġjati tal-Kawkasu ta' Fuq f'art Ewropea, bi qbil mal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom;

o
o   o

22.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu li jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-OSKE u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1) Testi adottati, P7_TA(2009)0022.

Avviż legali - Politika tal-privatezza