Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 15 ta' Diċembru 2010 - Strasburgu
Il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, għall-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u għall-Palestina
 Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta' Baġit ġdid 2011 kif modifikat mill-Kunsill
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Holland ICT/Olanda
 Koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali *
 Aġenziji li jiggradaw il-kreditu ***I
 Revoka tad-Direttivi dwar il-metrologija ***I
 L-inizjattiva taċ-ċittadini ***I
 Preżentazzjoni tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2011
 Il-futur tas-sħubija strateġika UE-Afrika wara it-tielet Summit UE-Afrika
 Id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) - Implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona
 L-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur
 Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika

Il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, għall-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u għall-Palestina
PDF 368kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità (COM(2010)0760 – C7-0398/2010 – 2010/2293(BUD))
P7_TA(2010)0474A7-0367/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0760 – C7-0398/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja soda(1) (il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 27 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ewwel qari tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-2011(2),

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-konċiljazzjoni tal-15 ta' Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0367/2010),

A.  billi l-livelli massimi tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali, speċjalment għas-subintestatura 1a u l-intestatura 4, ma jippermettux il-finanzjament ta' prijoritajiet tal-UE bla ma jkunu pperikolati l-istrumenti u l-politiki eżistenti,

B.  billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu fil-konċiljazzjoni,sakemm jintlaħaq ftehim komprensiv fuq il-kwistjonijiet kollha pendenti, li jimmobilizzaw l-Istrument ta' Flessibilità bi tpattija tat-tisħiħ għall-prijoritajiet identifikati taħt dawn iż-żewġ intestaturi,

1.  Jirrimarka li, minkejja tisħiħ ristrett f'impenji fuq għadd limitat ta' partiti tal-baġit, il-limiti massimi tas-subintestura 1a u tal-intestatura 4 ma jippermettux finanzjament adegwat tal-prijoritajiet magħżula tal-Parlament u tal-Kunsill;

2.  Jilqa“, għaldaqstant, il-qbil milħuq matul il-konċiljazzjoni dwar l-użu tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament tal-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja u l-Programm tal-kmpetittivita u l-Innovazzjoni taħt is-subintestura 1a, u l-fnanzjament tal-assistenza finanzjarja għall-Palestina, il-proċess tal-paċi u l-UNRWA taħt l-intestatura 4 għal ammont totali ta' EUR 105 miljun;

3.  Ifakkar li dawn il-programmi huma ta' importanza kruċjali għall-Unjoni minħabba li jipprovdu spinta ċara għall-attività ekonomika, ukif ukoll għar-rwol tal-Unjoni bħala protagonista dinjija;

4.  Itenni li l-mobilizzazzjoi ta' dan l-istrument, kif previst fil-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, għal darb' oħra jenfasizza l-ħtieġa vitali li l-baġit tal-UE jkun dejjem aktar flessibbli;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-publikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(3), u b'mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi, wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt is-subintestatura 1a u l-intestatura 4, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-11 ta' Novembru 2010, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument ta' Flessibilità biex, fil-baġit tal-2010, jikkomplementaw il-finanzjament, lil hinn mil-limitu massimu tas-sottointestatura 1a u l-intestatura 4, ta':

   EUR 18-il miljun għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja taħt is-sottointestatura 1a;
   EUR 16-il miljun għall-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt is-sottointestatura 1a;
   EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (minn hawn “il quddiem ”il-baġit tal-2011“), l-Istrument tal-Flessibilità għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 34 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji taħt is-sottointestatura 1a u EUR 71 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji taħt l-intestatura 4.

Dawk l-ammonti għandhom jintużaw sabiex jikkumplementaw il-finanzjament ta':

   EUR 18-il miljun għall-Programm tat-Tagħlim tul il-Ħajja taħt is-sottointestatura 1a;
   EUR 16-il miljun għall-Programm tal-Kompetittività u l-Innovazzjoni taħt is- sottointestatura 1a;
   EUR 71 miljun għall-Palestina taħt l-intestatura 4.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Ghall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2010)0372.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Il-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta' Baġit ġdid 2011 kif modifikat mill-Kunsill
PDF 292kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, taqsimiet kollha, kif modifikat mill-Kunsill (17635/2010 - C7-0411/2010 – 2010/2290(BUD))
P7_TA(2010)0475A7-0369/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2010 dwar il-prijoritajiet għall-baġit 2011(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2010 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-Abbozz ta' Baġit 2011(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 - it-taqsimiet kollha(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar in-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-baġit 2011(7),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 li ressqet il-Kummissjoni fis-26 ta' Novembru 2010 (COM(2010)0750) skont l-Artikolu 314(8) TFUE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-trilogu baġitarju tas-6 ta' Diċembru 2010,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 adottata mill-Kunsill fl-10 ta' Diċembru 2010 (17635/2010 - C7-0411/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0369/2010),

1.  Huwa tal-opinjoni li, għalkemm l-abbozz ta' baġit kif modifikat mill-Kunsill ma jissodisfax għalkollox il-ħtieġa reali għal baġit tal-Unjoni sostenibbli, koerenti u effiċjenti, l-objettiv tal-Parlament huwa li l-Unjoni jkollha baġit li jista' jiġi implimentat b'mod sħiħ u prevedibbli mill-bidu tas-sena finanzjarja;

2.  Iqis li l-mod kif evolviet is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE, li gradwalment inbidlet bil-kontribuzzjonijiet nazzjonali u li konsegwentament saret titqies bħala piż eċċessiv fuq il-finanzi pubbliċi nazzjonali, ifisser li r-riforma tagħha hija meħtieġa aktar minn qatt qabel; jieħu nota tad-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni; itenni madankollu li hu importanti li l-Kummissjoni tippreżenta, sal-1 ta' Lulju 2011, proposti sostantivi għal sistema ġdida ta' riżorsi proprji għall-UE, ibbażata fuq l-Artikolu 311 TFUE, u jitlob li l-Kunsill jimpenja ruħu li jiddiskuti dawn il-proposti mal-Parlament fil-proċess ta' negozjati għall-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) li jmiss, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006;

3.  Bi qbil mal-Artikolu 314(4) TFUE, iqis li xi riżervi fuq l-approprjazzjonijiet huma neċessarji biex il-Kummissjoni tiġi megħjuna ttejjeb it-trasparenza tal-informazzjoni u l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet fit-Taqsima III tal-baġit; japprova, l-abbozz ta' baġit għall-2011 kif modifikat mill-pożizzjoni tal-Kunsill;

4.  Japprova d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiddikjara li l-baġit ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati.

ANNESS

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-ĦLASIJIET

“Filwaqt li jqisu l-isforzi ta' konsolidament fiskali li qed isiru fl-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu dwar il-livell ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-2011 kif propost fl-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2010. Jitolbu lill-Kummissjoni tressaq baġit emendatorju jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2011 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi), l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali), l-intestatura 3 (Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja) u l-intestatura 4 (L-UE bħala attur globali).

B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iħeġġu lill-Kummissjoni biex sa mhux aktar tard minn tmiem Settembru 2011 tippreżenta l-aħħar ċifri aġġornati rigward is-sitwazzjoni attwali u l-estimi rigward l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet taħt is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u, jekk ikun meħtieġ, tippreżenta abbozz ta' baġit emendatorju għal dan il-għan biss.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jieħdu pożizzjoni dwar kull abbozz ta' baġit emendatorju malajr kemm jista' jkun bil-għan li jiġi evitat kull nuqqas fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kull trasferiment possibbli ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet, anke bejn intestaturi tal-qafas finanzjarju, sabiex isir l-aħjar użu possibbli ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet imdaħħla fil-baġit u jiġu allinjati mal-implimentazzjoni u l-ħtiġijiet attwali.“

(1) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Testi adottati, P7_TA(2010)0086.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0205.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0372.
(7) Testi adottati, P7_TA(2010)0433.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: Noord Holland ICT/Olanda
PDF 308kWORD 54k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/012 NL/Noord Holland ICT mill-Olanda) (COM(2010)0685 – C7-0389/2010 – 2010/2279(BUD))
P7_TA(2010)0476A7-0353/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0685 – C7-0389/2010),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(1), (Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikolari l-Punt 28 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2) (ir-Regolament dwar il-FEAG),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0353/2010),

A.  billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġislattivi u baġitarji xierqa biex tipprovdi għajnuna addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex tgħin l-integrazzjoni tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol,

B.  billi l-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 “l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali,

C.  billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ġew issensjati għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 rigward l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEAG,

D.  billi r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi talab l-għajnuna fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw 613 sensja f'żewġ impriżi li joperaw fis-settur tat-Taqsima 46 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjun NUTS II ta' Noord Holland fil-Pajjiżi l-Baxxi,

E.  billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEAG,

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-FEAG;

2.  Ifakkar fl-impenn li għandhom l-istituzzjonijiet li jassiguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEAG, jipprovdu appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien immirat biex jgħin lill-ħaddiema li jkunu sofrew sensji bħala riżultat tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika; jenfasizza r-rwol li l-FEAG jista' jwettaq fir-reintegrazzjoni tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja fis-suq tax-xogħol;

3.  Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEAG, għandu jkun żgurat li l-FEAG jappoġġa r-reintegrazzjoni individwali tal-ħaddiema ssensjati fix-xogħol; itenni li għajnuna mill-FEAG m'għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas m'għandha tieħu post miżuri ta' ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

4.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fuq il-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandu jiġi ffinanzjat mill-FEAG tinkludi tagħrif dettaljat dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-istedina tiegħu li tiġi ppreżentata evalwazzjoni komparattiva ta' din id-data anki fir-rapporti annwali tiegħu;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fil-kuntest tal-mobilizzazzjoni tal-FEAG, ġie propost mill-Kummissjoni sors alternattiv ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Fond Soċjali Ewropew li ma jkunx intuża, wara t-tfakkiriet frekwenti mill-Parlament Ewropew li l-FEAG inħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u l-iskadenzi tiegħu proprji u li linji baġitarji xierqa għat-trasferimenti għandhom għalhekk jiġu identifikati;

6.  Jinnota madankollu li, sabiex l-FEAG jiġi mmobilizzat għal dan il-każ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu ttrasferiti minn linja baġitarja ddedikata għall-appoġġ lill-SMEs u l-innovazzjoni; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet severi tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-programmi dwar il-kompetittività u l-innovazzjoni, partikolarment waqt kriżi ekonomika li għandha żżid b'mod sinifikanti l-bżonn ta' appoġġ bħal dan;

7.  Ifakkar li t-tħaddim u l-valur miżjud tal-FEAG għandhom ikunu evalwati fil-kuntest tal-valutazzjoni ġenerali tal-programmi u ta' strumenti varji oħra maħluqa mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 fi ħdan il-proċess ta' rieżami ta' nofs il-perjodu tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-format il-ġdid tal-proposta tal-Kummissjoni, li fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha tippreżenta informazzjoni ċara u dettaljata dwar l-applikazzjoni, tanalizza l-kriterji ta' eliġibilità u tispjega r-raġunijiet li wasslu għall-approvazzjoni tagħha, li hu konformi mat-talbiet tal-Parlament;

9.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2010/012 NL/Noord Holland ICT mill-Olanda)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(3), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi

(1)  Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FAEG) twaqqaf biex jipprovdi sostenn addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat ta' bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni u biex jgħinhom fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  L-ambitu tal-FEAG twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 “l quddiem biex jinkludi s-sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)  Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEAG sal-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(4)  Ir-Renju tal-Olanda ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEAG, fir-rigward ta' sensji f'żewġ intrapriżi li joperaw fit-Taqsima 46 tar-Reviżjoni 2 tan-NACE (Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi) fir-reġjun NUTS II ta' Noord Holland (NL32) fit-8 ta' April 2010 u ssupplimentaha b'tagħrif addizzjonali sal-5 ta' Awwissu 2010. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni, għalhekk, tipproponi li jiġi mobilizzat l-ammont ta' EUR 2 557 135.

(5)  Il-FEAG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa mill-Olanda.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 557 135 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f“Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali *
PDF 647kWORD 226k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jdaħħal fis-seħħ koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (COM(2010)0105 – C7-0315/2010 – 2010/0067(CNS))
P7_TA(2010)0477A7-0360/2010

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni - kooperazzjoni msaħħa)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0105),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0315/2010),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 2010(1), li biha jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta' Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2010,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 74g(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0360/2010),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tibdel il-proposta tagħha kif xieraq, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għall-emenda tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, limitata għaż-żieda ta' klawsola dwar il-forum necessitatis, b'urġenza kbira qabel l-eżami ġenerali mwiegħed ta' dan ir-Regolament;

4.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 2
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill [...] tal-[...] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta' Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali,
____________________
7 ĠU L […], […], p. […].
____________________
1 ĠU L 189, 22.7.2010, p. 12.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
(1)  L-Unjoni Ewropea għandha l-għan illi żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit progressivament, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili b'implikazzjonijiet transkonfinali.
(1)  L-Unjoni Ewropea għandha l-għan illi żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit progressivament, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili b'implikazzjonijiet transkonfinali, partikolarment meta meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
(2)  Skont l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jadotta miżuri li jirrigwardaw il-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transkonfinali.
(2)  Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn il-miżuri partikolari għandhom jinkludu dawk immirati biex jiżguraw il-kompatibilità tar-regoli rigward il-kunflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija, ir-Rumanija u s-Slovenja indirizzaw sussegwentement talba lill-Kummissjoni, fejn indikaw li kellhom l-intenzjoni li jistabbilixxu bejniethom koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali u stiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta lill-Kunsill f'dan is-sens.
(6)  Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja indirizzaw sussegwentement talba lill-Kummissjoni, fejn indikaw li kellhom l-intenzjoni li jistabbilixxu bejniethom koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali. Fit-3 ta' Marzu 2010, il-Greċja rtirat it-talba tagħha.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  Fil-[...], il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni [...] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.
(7)  Fit-12 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/405/UE li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  Skont l-Artikolu 328(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ladarba tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, din tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. Hija għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas.
(8)  Skont l-Artikolu 328(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ladarba tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, din tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha, sakemm jiġu rispettati l-kundizzjonijiet eventwali tal-parteċipazzjoni stabbiliti mid-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni. Hija għandha tkun miftuħa għalihom ukoll fi kwalunkwe ħin ieħor, bil-kondizzjoni li, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija, jiġu rispettati l-atti diġà adottati f'dak il-qafas. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni msaħħa għandhom jiżguraw li jippromwovu l-parteċipazzjoni mill-akbar numru possibbli ta' Stati Membri. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament biss fl-Istati Membri parteċipanti skont it-Trattati.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  L-ambitu sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003. Madankollu, m'għandux japplika għall-annullament taż-żwiġijiet. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għax-xoljiment jew għat-tħollija tar-rabtiet taż-żwiġijiet. Il-liġi determinata mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għar-raġunijiet għad-divorzju u s-separazzjoni legali. Kwistjonijiet preliminari dwar suġġetti bħall-kapaċità legali u l-validità ta' żwieġ, u dwar suġġetti bħall-effetti tad-divorzju jew tas-separazzjoni legali fuq il-proprjetà, l-isem, ir-responsabbiltà tal-ġenituri, l-obbligi tal-manteniment jew kull miżura anċillarja oħra, għandhom jiġu determinati mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikabbli fl-Istati Membri parteċipanti konċernati.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
(10)  Sabiex l-ambitu ta' applikazzjoni territorjali ta' dan ir-Regolament jiġi definit sewwa, għandhom jiġu speċifikati l-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'din il-koperazzjoni msaħħa.
(10)  Sabiex l-ambitu ta' applikazzjoni territorjali ta' dan ir-Regolament jiġi definit sewwa, għandhom jiġu speċifikati l-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'din il-koperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 1(2).
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10 a (ġdida)
(10a)  Dan ir-Regolament għandu jkun universali, fis-sens li r-regoli uniformi tiegħu dwar il-kunflitt tal-liġijiet jistgħu jagħżlu l-liġi ta' Stat Membru parteċipant, il-liġi ta' Stat Membru mhux parteċipant jew il-liġi ta' Stat li mhuwiex membru tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11
(11)  Dan ir-Regolament għandu japplika irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal li quddiemhom titressaq it-talba.
(11)  Dan ir-Regolament għandu japplika irrispettivament min-natura tal-qorti jew tat-tribunal li quddiemhom titressaq it-talba. Fejn applikabbli, qorti għandha titqies li tkun adita bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 12
(12)  Sabiex il-konjuġi jkollhom il-libertà li jagħżlu liġi applikabbli li jkollhom rabtiet mill-qrib magħha jew, fin-nuqqas ta' għażla, sabiex din il-liġi tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom, tali liġi għandha tapplika anki jekk ma tkunx dik ta' Stat Membru parteċipanti. F'każ li tintagħżel il-liġi ta' Stat Membru ieħor, in-netwerk maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali10, jista' jkollu rwol billi jipprovdi informazzjoni lill-qrati dwar id-dritt barrani.
(12)  Sabiex il-konjuġi jkollhom il-libertà li jagħżlu liġi applikabbli li jkollhom rabtiet mill-qrib magħha jew, fin-nuqqas ta' għażla, sabiex din il-liġi tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom, tali liġi għandha tapplika anki jekk ma tkunx dik ta' Stat Membru parteċipant. F'każ li tintgħażel il-liġi ta' Stat Membru ieħor, in-netwerk maħluq mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali1, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE tat-18 ta' Ġunju 20092, jista' jkollu rwol billi jipprovdi informazzjoni lill-qrati dwar id-dritt barrani.
____________________
10 ĠU L 174 tas-27.6.2001, p. 25.
____________________
1 ĠU L 174 tas-27.6.2001, p. 25.
2ĠU L 168, 30.6.2009, p. 35.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 13
(13)  Iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini teħtieġ, min-naħa, aktar flessibbiltà u, mill-oħra, aktar ċertezza legali. Sabiex jinkiseb dan il-għan, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, filwaqt li jħallilhom possibbiltà limitata li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom. Din il-possibilità ma għandhiex tiġi estiża għall-annullament taż-żwieġ, li għandu rabtiet mill-qrib mal-kundizzjonijiet ta' validità taż-żwieġ, u li fil-każ tiegħu mhijiex xierqa l-awtonomija tal-partijiet.
(13)  Iż-żieda tal-mobbiltà taċ-ċittadini teħtieġ, min-naħa, aktar flessibbiltà u, mill-oħra, aktar ċertezza legali. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, dan ir-Regolament għandu jsaħħaħ l-awtonomija tal-partijiet fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, filwaqt li jħallilhom possibbiltà limitata li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali tagħhom.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 14
(14)  Il-konjuġi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-liġi ta' pajjiż li magħhom ikollhom rabtiet partikolari jew il-lex fori bħala l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali. Il-liġi magħżula mill-konjuġi għandha tkun tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-possibbiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ma għandhiex tippreġudika l- interessi superjuri tat-tfal.
(14)  Il-konjuġi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-liġi ta' pajjiż li miegħu jkollhom rabtiet partikolari jew il-liġi tal-forum bħala l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali. Il-liġi magħżula mill-konjuġi għandha tkun tirrispetta d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 15
(15)  Huwa importanti li, qabel ma jagħżlu l-liġi applikabbli, il-konjuġi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u dwar il-proċedimenti li jirrigwardaw id-divorzju u s-separazzjoni legali. Sabiex tiggarantixxi dan l-aċċess għal informazzjoni xierqa u ta' kwalità, il-Kummissjoni taġġorna tali informazzjoni regolarment fis-sistema pubblika ta' informazzjoni bbażata fl-Internet li nħolqot mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.
(15)  Huwa importanti li, qabel ma jagħżlu l-liġi applikabbli, il-konjuġi jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u dwar il-proċedimenti li jirrigwardaw id-divorzju u s-separazzjoni legali. Sabiex tiggarantixxi dan l-aċċess għal informazzjoni xierqa u ta' kwalità, il-Kummissjoni taġġorna tali informazzjoni regolarment fis-sistema pubblika ta' informazzjoni bbażata fl-Internet li nħolqot mid-Deċiżjoni 2001/470/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 15 a (ġdida)
(15a)  Jekk il-konjuġi ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-liġi applikabbli, huma għandhom jikkompletaw proċedura ta' medjazzjoni li tkun tinkludi mill-inqas konsultazzjoni waħda ma' medjatur awtorizzat.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  L-għażla infurmata taż-żewġ konjuġi hija prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintagħżel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u ll-opportunitajiet indaqs għaż-żewġ konjuġi. F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq .
(16)  L-għażla infurmata tal-konjuġi hija prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull konjuġi għandu jkun jaf bl-eżatt liema huma l-konsegwenzi legali u soċjali tal-għażla tal-liġi applikabbli. Il-possibiltà li l-liġi applikabbli tintgħażel bi ftehim komuni ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għall-konjuġi. F'dan ir-rigward, il-qrati nazzjonali fl-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi rigward il-konsegwenzi legali tal-ftehim dwar l-għażla tal-liġi li jkun intlaħaq.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 17
(17)  Għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, jeħtieġ li dawn ir-regoli jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipanti li fih il-ftehim ikun inserit f'kuntratt taż-żwieġ.
(17)  Regoli dwar il-validità materjali u formali għandhom jiġu definiti wkoll sabiex l-għażla infurmata tal-konjuġi tiġi ffaċilitata u biex il-kunsens tagħhom jiġi rispettat bil-għan li tkun żgurata ċ-ċertezza legali kif ukoll aċċess aħjar għall-ġustizzja. Fir-rigward tal-validità formali, għandhom jiġu introdotti ċerti salvagwardji sabiex jiġi żgurat li l-konjuġi jkunu jafu l-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għandu minn tal-anqas ikun bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipant li fih ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom iż-żewġ konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tkun tipprovdi għal regoli formali supplementari, dawn ir-regoli għandhom jiġu rispettati. Pereżempju, dawn ir-regoli formali supplementari jistgħu jkun jeżistu fi Stat Membru parteċipant li fih il-ftehim ikun inserit f'kuntratt taż-żwieġ. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, il-konjuġi jkunu residenti abitwali fi Stati Membri parteċipanti differenti li jistipulaw regoli formali differenti, il-konformità mar-regoli formali ta' wieħed minn dawk l-Istati tkun biżżejjed. Jekk, fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, wieħed mill-konjuġi biss ikun resident abitwali fi Stat Membru parteċipant li jistipula regoli formali addizzjonali, dawk ir-regoli għandhom jiġu rispettati.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ta' kunflitt tal-liġijiet armonizzati fuq il-bażi ta' skala ta' kriterji ta' konnessjoni suċċessivi bbażati fuq l-eżistenza ta' rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-liġi kkonċernata, sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex jevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. Dawn il-kriterji ta' konnessjoni ntagħżlu b'tali mod li l-proċediment ta' divorzju jew ta' separazzjoni legali jiġi rregolat minn liġi li magħha l-konjuġi jkollhom rabtiet mill-qrib u huma bbażati, fl-ewwel lok, fuq il-liġi tar-residenza abitwali tal-konjuġi.
(19)  Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli ta' kunflitt tal-liġijiet armonizzati fuq il-bażi ta' skala ta' kriterji ta' konnessjoni suċċessivi bbażati fuq l-eżistenza ta' rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-liġi kkonċernata, sabiex jiggarantixxi ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà u biex jevita sitwazzjoni li fiha wieħed mill-konjuġi jitlob id-divorzju qabel l-ieħor biex jiżgura li l-proċediment ikun suġġett għal liġi partikolari, li hu jkun iqis li tkun tiffavorixxi aktar il-ħarsien tal-interessi tiegħu. Tali kriterji ta' konnessjoni għandhom jintgħażlu b'tali mod li jiżgura li l-proċedimenti marbutin mad-divorzju jew mas-separazzjoni legali jiġu rregolati minn liġi li magħha l-konjuġi jkollhom rabtiet mill-qrib.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 19 a (ġdida)
(19a)  Meta dan ir-Regolament jirreferi għan-nazzjonalità bħala kriterju ta' konnessjoni għall-applikazzjoni tal-liġi ta' Stat, il-kwistjoni dwar kif għandhom jiġu ttrattati l-każijiet b'aktar minn nazzjonalità waħda għandha tiġi determinata skont il-liġi nazzjonali, bi qbil sħiħ mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 19 b (ġdida)
(19b)  Meta l-qorti tiġi adita b'applikazzjoni biex tibdel separazzjoni legali f'divorzju u l-konjuġi ma jkunu għamlu l-ebda għażla dwar il-liġi applikabbli, il-liġi applikata għas-separazzjoni legali għandha tapplika wkoll għad-divorzju. Din il-kontinwità għandha tippromwovi l-prevedibbiltà għall-konjuġi u żżid iċ-ċertezza legali. Jekk il-liġi applikata għas-separazzjoni legali ma tipprevedix il-bidla ta' separazzjoni legali f'divorzju, id-divorzju għandu jkun iddeterminat mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet applikabbli fin-nuqqas ta' għażla min-naħa tal-konjuġi. Dan m'għandux iwaqqaf lill-konjuġi milli jitolbu d-divorzju abbażi ta' regoli oħra stipulati f'dan ir-Regolament.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 20
(20)  F'ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta' sess partikolari.
(20)  F'ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tal-qorti li quddiemha titressaq il-kawża għandha madankollu tapplika meta l-liġi applikabbli ma tkunx tipprovdi għad-divorzju jew meta ma tkunx tagħti lil wieħed mill-konjuġi aċċess indaqs għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali minħabba li jkun ta' sess partikolari. Madankollu, dan għandu jseħħ mingħajr preġudizzju għall-klawsola dwar l-ordni pubbliku (ordre public).
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jwarrbu l-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta' tali liġi f'każ preċiż tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu l-liġi ta' Stat Membru ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni.
(21)  F'ċirkustanzi eċċezzjonali, xi kunsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku għandhom jagħtu lill-qrati tal-Istati Membri l-possibilità li jwarrbu l-liġi barranija meta l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni ta' tali liġi f'każ preċiż tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madankollu, il-qrati m'għandhomx ikunu jistgħu japplikaw l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku sabiex iwarrbu dispożizzjoni tal-liġi ta' Stat ieħor meta dan ikun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 21 a (ġdida)
(21a)  Meta dan ir-Regolament jirreferi għaċ-ċirkustanza li l-liġi tal-Istat Membru parteċipant li l-qorti tiegħu tiġi adita ma tipprevedix id-divorzju, dan għandu jiġi interpretat li jfisser li l-liġi ta' dak l-Istat Membru ma tinkludix l-istituzzjoni tad-divorzju. F'każ bħal dan, il-qorti m'għandhiex tkun obbligata tagħti digriet ta' divorzju bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Meta dan ir-Regolament jirreferi għaċ-ċirkustanza li l-liġi tal-Istat Membru parteċipant li l-qorti tiegħu tiġi adita ma tqisx iż-żwieġ inkwistjoni bħala validu għall-finijiet ta' proċedimenti ta' divorzju, dan għandu jiġi interpretat li jfisser, inter alia, li tali żwieġ ma jeżistix skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru. F'każ bħal dan, il-qorti m'għandhiex tkun obbligata tagħti digriet ta' divorzju jew tordna separazzjoni legali bis-saħħa ta' dan ir-Regolament.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 22
(22)  Peress li hemm xi Stati u xi Stati Membri parteċipanti li fihom jeżistu flimkien żewġ sistemi legali jew korpi tad-dritt jew aktar li jittrattaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, għandu jiġi previst safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw fis-sistemi legali differenti ta' dawn l-Istati u tal-Istati Membri parteċipanti.
(22)  Peress li hemm xi Stati u xi Stati Membri parteċipanti li fihom jeżistu flimkien żewġ sistemi legali jew korpi tad-dritt jew aktar li jittrattaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, għandu jiġi previst safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw fis-sistemi legali differenti ta' dawn l-Istati u tal-Istati Membri parteċipanti, jew safejn dan ir-Regolament japplika għal kategoriji differenti ta' persuni ta' dawk l-Istati u l-Istati Membri parteċipanti.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 22 a (ġdida)
(22a)  Fin-nuqqas ta' regoli li jiddeterminaw il-liġi applikabbli, il-konjuġi li jagħżlu l-liġi tal-Istat tan-nazzjonalità ta' wieħed minnhom għandhom ukoll jindikaw, meta l-Istat li tintgħażel il-liġi tiegħu jikkonsisti minn diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom ikollha s-sistema legali tagħha jew ġabra ta' regoli rigward id-divorzju, l-unità territorjali li qablu dwar il-liġi tagħha.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kwistjonijiet li ġejjin, anke jekk jinħolqu sempliċement bħala kwistjoni preliminari fil-kuntest tal-proċedimenti ta' divorzju jew ta' separazzjoni legali:
(a) il-kapaċità legali ta' persuni fiżiċi;
(b) l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta' żwieġ;
(c) l-annullament ta' żwieġ;
(d) l-isem tal-konjuġi;
(e) il-konsegwenzi tar-rabta taż-żwieġ fuq il-proprjetà;
(f) ir-responsabilità tal-ġenituri;
(g) l-obbligi ta' manteniment;
(h) fiduċjari jew suċċessjonijiet.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “Stat Membru parteċipantijfisser Stat Membru li jipparteċipa fil-koperazzjoni msaħħa dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [...] tal-[...] li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali].
2.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “Stat Membru parteċipantifisser Stat Membru li jipparteċipa fil-koperazzjoni msaħħa dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/405/UE tat-12 ta' Lulju 2010 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi li tapplika għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, jew permezz ta' deċiżjoni adottata bi qbil mat-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 a (ġdid)
Artikolu 1a
Rabta mar-Regolament (KE) Nru 2201/2003
Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 b (ġdid)
Artikolu 1b
Definizzjoni
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” għandu jkopri l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri parteċipanti li jkollhom ġurisdizzjoni fil-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – kliem introduttorju
1.  Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali, sakemm din il-liġi tirrispetta d-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju tal-ordni pubbliku, minn fost il-liġijiet li ġejjin:
1.  Il-konjuġi jistgħu jaqblu li jagħżlu l-liġi applikabbli għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali, sakemm tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin:
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kull trażmissjoni b'mezz elettroniku li tagħmilha possibbli li l-ftehim jiġi rreġistrat għat-tul għandha titqies ekwivalenti għall-forma miktuba.
3.  Jekk ikun previst mil-liġi tal-forum, il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċediment. F'dan il-każ, tali għażla għandha tkun iddokumentata fil-qorti skont il-liġi tal-forum.
Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipanti li fiha ż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta jiġi konkluż il-ftehim jipprovdi għal regoli formali supplementari għal dan it-tip ta' ftehim, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Jekk il-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri parteċipanti differenti u l-liġijiet ta' dawn l-Istati Membri jkunu jipprovdu għal regoli formali differenti, il-ftehim ikun validu formalment jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi ta' wieħed minn dawn il-pajjiżi.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4
4.  Il-konjuġi jistgħu wkoll jagħżlu l-liġi applikabbli quddiem il-qorti matul il-proċediment, jekk dan ikun previst mil-lex fori. F'dan il-każ, il-qorti għandha tagħraf formalment l-għażla skont il-lex fori.
imħassar
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3a
Kunsens u validità materjali
1.  L-eżistenza u l-validità ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi jew ta' kull terminu tagħha għandhom jiġu determinati mil-liġi li tirregolah skont dan ir-Regolament jekk il-ftehim jew it-terminu jkun validu.
2.  Madankollu, sabiex jiġi stabbilit li ma tax il-kunsens tiegħu, wieħed mill-konjuġi jista' joqgħod fuq il-liġi tal-pajjiż li fih ikollu r-residenza abitwali tiegħu meta l-qorti tiġi adita jekk ikun jidher miċ-ċirkustanzi li ma jkunx raġonevoli li jiġi determinat l-effett tal-imġiba tiegħu skont il-liġi speċifikata fil-paragrafu 1.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3b
Validità formali
1.  Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3(1) u (2) għandu jsir bil-miktub, għandu jiġi ddatat u għandu jiġi ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kull trażmissjoni b'mezz elettroniku li tagħmilha possibbli li l-ftehim jiġi rreġistrat għat-tul għandha titqies ekwivalenti għall-forma miktuba.
2.  Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru parteċipant li fih iż-żewġ konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta jiġi konkluż il-ftehim jipprevedi regoli formali addizzjonali għal ftehim ta' dan it-tip, għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti.
3.  Jekk il-konjuġi jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri parteċipanti differenti fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim u l-liġijiet ta' dawn l-Istati jistipulaw rekwiżiti formali differenti, il-ftehim ikun validu formalment jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi ta' wieħed minn dawn il-pajjiżi.
4.  Dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw jekk wieħed biss mill-konjuġi jkollu residenza abitwali fi Stat Membru parteċipant fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim u jekk l-Istat jistipula rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehim ta' dan it-tip.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 4 a (ġdid)
Artikolu 4a
Il-bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju
1.  Meta s-separazzjoni legali tinbidel f'divorzju, il-liġi applikabbli għad-divorzju għandha tkun il-liġi applikata għas-separazzjoni legali, sakemm il-konjuġi ma jkunux ftiehmu mod ieħor skont l-Artikolu 3.
2.  Madankollu, jekk il-liġi applikata għas-separazzjoni legali ma tipprevedix il-bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju, għandu japplika l-Artikolu 4, sakemm il-konjuġi ma jkunux ftiehmu mod ieħor skont l-Artikolu 3.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
Differenzi fil-liġi nazzjonali
Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jobbliga lill-qrati ta' Stat Membru parteċipant li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju, jew li ma tikkunsidrax validu ż-żwieġ partikolari għall-finijiet ta' proċedimenti tad-divorzju, biex jagħtu digriet ta' divorzju bis-saħħa tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 8
Sistemib'aktar minn sistema legali waħda
Stati b'żewġ sistemi legali jew aktar – territorjali
1.  Meta Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, b'kull waħda minnhom bir-regoli legali tagħha rigward id-divorzju u s-separazzjoni legali, kull unità territorjali għandha titqies bħala Stat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament.
1.  Meta Stat jinkludi diversi unitajiet territorjali, b'kull waħda minnhom bir-regoli legali tagħha rigward id-divorzju u s-separazzjoni legali, kull unità territorjali għandha titqies bħala Stat għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament.
1a.  B'rabta ma' tali Stat:
(a) kull referenza għal residenza abitwali f'dak l-Istat għandha tiġi interpretata bħala referenza għar-residenza abitwali f'unità territorjali ta' dak l-Istat,
(b) kull referenza għan-nazzjonalità għandha tiġi interpretata bħala referenza għall-unità territorjali magħżula bil-liġi ta' dak l-Istat, jew, fin-nuqqas ta' regoli rilevanti, għall-unità territorjali magħżula mill-konjuġi jew, fin-nuqqas ta' tali għażla, għall-unità territorjali li wieħed mill-konjuġi jew li l-konjuġi jkollhom l-eqreb rabta magħha.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 8 a (ġdid)
Artikolu 8a
Stati b'żewġ sistemi legali jew aktar – kunflitti interpersonali
Fir-rigward ta' Stat li jkollu żewġ sistemi legali jew ġabriet ta' regoli jew aktar minn tnejn li japplikaw għal kategoriji differenti ta' persuni rigward kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament, kull referenza għal-liġi ta' tali Stat għandha tiġi interpretata bħala referenza għas-sistema legali determinata mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta' tali regoli, japplikaw is-sistema legali jew il-ġabra ta' regoli li wieħed mill-konjuġi jew li l-konjuġi jkollu jew ikollhom l-eqreb rabta magħhom.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 8 b (ġdid)
Artikolu 8b
In-nonapplikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-kunflitti interni
Stat Membru parteċipant li fih japplikaw sistemi legali jew ġabriet ta' regoli differenti għal kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament m'għandux ikollu japplika dan ir-Regolament għal kunflitti ta' liġi li joriġinaw unikament bejn tali sistemi legali jew ġabriet ta' regoli differenti.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a
(a) ir-regoli formali applikabbli għall-konvenzjonijiet fuq l-għażla tal-liġi applikabbli; u
(a) ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-konvenzjonijiet fuq l-għażla tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 3b (2) sa (4); u
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Madankollu, konvenzjoni fuq l-għażla tal-liġi applikabbli, konkluża skont il-liġi ta' Stat Membru parteċipanti qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tidħol ukoll fis-seħħ, sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3).
Madankollu, konvenzjoni fuq l-għażla tal-liġi applikabbli, konkluża qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, tidħol ukoll fis-seħħ, sakemm tkun konformi mal-Artikoli 3a u 3b.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
1.  Dan ir-Regolament ma għandux effett fuq l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali li Stat Membru parteċipanti wieħed jew diversi minnhom jkunu partijiet fihom meta jiġi adottat dan ir-Regolament u li jirrigwardaw oqsma rregolati minn dan ir-Regolament, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 351 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
1.  Dan ir-Regolament ma għandux effett fuq l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali li Stat Membru parteċipant wieħed jew diversi minnhom ikunu partijiet fihom meta jiġi adottat dan ir-Regolament jew meta tiġi adottata d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u li jistipulaw regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet marbutin mad-divorzju jew mas-separazzjoni.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Minkejja l-paragrafu 1, bejn l-Istati Membri parteċipanti, dan ir-Regolament jipprevali fuq il-konvenzjonijiet li jirrigwardaw oqsma rregolati minn dan ir-Regolament u li l-Istati Membri parteċipanti huma partijiet fihom.
2.  Madankollu, bejn l-Istati Membri parteċipanti, dan ir-Regolament jipprevali fuq il-konvenzjonijiet konklużi esklużivament bejn tnejn jew aktar minnhom sakemm dawn il-konvenzjonijiet jikkonċernaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
Mhux aktar tard mill- [ħames snin wara li jibda japplika dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti ta' adattament.
1.  Mhux aktar tard minn ħames snin wara li jibda japplika dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti biex dan ir-Regolament jiġi adattat.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Għal dan il-għan, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni informazzjoni rilevanti rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-qrati tagħhom.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 a (ġdid)
Għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw wara deċiżjoni adottata skont it-tieni jew t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament għandu japplika sa mid-data indikata fid-deċiżjoni kkonċernata.

(1) Testi adottati, P7_TA(2010)0216.
(2) ĠU L 189, 22.7.2010, p. 12.


Aġenziji li jiggradaw il-kreditu ***I
PDF 289kWORD 41k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (COM(2010)0289 – C7-0143/2010 – 2010/0160(COD))
P7_TA(2010)0478A7-0340/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0289),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0143/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2010(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-8 ta' Diċembru 2010 li tiġi approvata l-Pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0340/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

P7_TC1-COD(2010)0160


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 513/2011.)

(1) ĠU C 337, 14.12.2010, p. 1.
(2) Għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Revoka tad-Direttivi dwar il-metrologija ***I
PDF 306kWORD 41k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metroloġija (COM(2008)0801 – C6-0467/2008 – 2008/0227(COD))
P7_TA(2010)0479A7-0050/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0801),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0467/2008),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Mejju 2009(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-10 ta' Novembru 2010, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0050/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrevoka d-Direttivi tal-Kunsill 71/317/KEE, 71/347/KEE, 71/349/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE dwar il-metrologija

P7_TC1-COD(2008)0227


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/17/UE.)

ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni

F'konformità mal-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl, il-Kummissjoni hi mistiedna, mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, tirrapporta, qabel it-30 ta' April 2011, dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva u, fejn hu xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva.

F'dak il-kuntest, u f'konformità mal-prinċipji ta' leġiżlar aħjar (inklużi, fejn hu xieraq, valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni miftuħa), se titwettaq valutazzjoni biex jiġi stabbilit jekk għandux jiġi estiż l-ambitu tad-Direttiva 2004/22/KE, u fil-każ li dan ikun minnu, sa fejn għandu jiġi estiż sabiex jinkludi kwalunkwe mill-istrumenti ta' kejl attwalment regolati mid-Direttivi 71/317/KEE, 71/347/KEE, 74/148/KEE, 75/33/KEE, 76/765/KEE, 76/766/KEE u 86/217/KEE.

Anke d-data stabbilita għar-revoka ta' dawk id-Direttivi se terġa' tiġi eżaminata, f'konformità mal-eżitu ta' dik il-valutazzjoni, bl-intenzjoni li tiġi żgurata l-konsistenza fl-azzjoni leġiżlattiva tal-Unjoni fil-qasam tal-istrumenti tal-kejl.

(1) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 49.


L-inizjattiva taċ-ċittadini ***I
PDF 294kWORD 49k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (COM(2010)0119 – C7-0089/2010 – 2010/0074(COD))
P7_TA(2010)0480A7-0350/2010

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0119),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0089/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2010(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ġunju 2010(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-8 ta' Diċembru 2010 li tiġi approvata l-Pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7–0350/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jieħunotatal-istqarrijamill-Presidenza tal-Kunsillu l-istqarrijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

P7_TC1-COD(2010)0074


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 211/2011.)

ANNESS

Dikjarazzjonijiet

Dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni

–I –

Il-Kummissjoni ser tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini. Speċifikament, hija ser tistabbilixxi u żżomm aġġornata gwida kompleta u li tinftiehem faċilment dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini f'kull lingwa uffiċjali tal-Unjoni, li ser tkun aċċessibbli fuq is-sit elettroniku ddedikat għal dan l-istrument. Barra minn hekk, matul il-proċedura ta' reġistrazzjoni u l-ipproċessar tal-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini, hija ser tipprovdi assistenza u konsulenza lill-organizzaturi li jkunu jeħtieġu dan. B'żieda ma' dan, il-Kummissjoni, meta tintalab, ser tinforma lill-organizzaturi bil-proposti leżislattivi eżistenti jew previsti dwar il-kwistjonijiet li jitqajmu mill-inizjattiva.

–II –

Wara r-reġistrazzjoni ta' proposta għal inizjattiva f'xi lingwa uffiċjali, l-organizzaturi jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, fi kwalunkwe mument waqt il-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, biex jiddaħħlu fir-reġistru traduzzjonijiet ta' din il-proposta f'lingwi uffiejali oħrajn. It-traduzzjonijiet tal-proposti għal inizjattivi ser ikunu r-responsabbilta tal-organizzaturi. Qabel ma taċċetta li tiddaħħal verżjoni lingwistika ġdida fir-reġistru, il-Kummissjoni ser tivverifika li ma jkun hemm l-ebda inkonsistenza eara u sinifikanti bejn it-test oriġinali u l-verżjonijiet lingwistiċi ġodda fir-rigward tattitolu, is-suġġett u l-objettivi.

Dikjarazzjoni mill-Presidenza Belġjana tal-Kunsill

Il-Presidenza ser tagħmel ħilitha biex tiżgura li jiġu stabbiliti l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu kif previst fir-Regolament.

(1) Għadha mhux ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU C 267, 1.10.2010, p. 57.


Preżentazzjoni tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2011
PDF 345kWORD 100k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2011
P7_TA(2010)0481RC-B7-0688/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2011 (COM(2010)0623),

–  wara li kkunsidra l-aħħar Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Anness 4 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi huwa kruċjali li d-Djalogu bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għandu jitwettaq bla dewmien sabiex l-isforzi jiffukaw fuq id-definizzjoni tal-għanijiet strateġiċi ewlenin tal-UE għas-sena d-dieħla u s-snin li ġejjin,

B.  billi l-prijoritajiet politiċi għandhom jitqabblu mar-riżorsi finanzjarji disponibbli,

C.  billi l-politika u l-azzjoni Ewropea, id f'id ma' dawk tal-Istati Membri bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jistgħu u għandu jkollhom influwenza reali biex jgħinu liċ-ċittadini jantiċipaw u jirreaġixxu għal soċjetà li qed tinbidel malajr,

D.  billi l-2011 sejra tkun ta' importanza kruċjali għas-suċċess futur tal-Unjoni u sfida sinifikanti għall-Kummissjoni Ewropea u għall-Unjoni kollha kemm hi,

E.  billi l-kriżi finanzjarja għadu qed ikollha effetti sinfikanti fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri u billi jeħtieġ li jsiru aġġustamenti maġġuri sew fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE; billi l-irkupru sħiħ jeħtieġ strateġija komuni Ewropea għal tkabbir sostenibbli u ħolqien ta' impjiegi, appoġġata bis-setgħat u r-riżorsi meħtieġa,

1.  Jinnota li dan il-programm ta' ħidma huwa l-ewwel wieħed li se jiġi adottat skont il-ċiklu l-ġdid ta' programmazzjoni, u jenfasizza li d-djalogu stabbilit mal-Kummissjoni jeħtieġ li jiġi approfondit sabiex tittejjeb ir-rabta evidenti bejn il-prijoritajiet politiċi u l-baġit biex jiġu ffinanzjati fil-livell tal-UE;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha biex twettaq eżerċizzju ta' programmazzjoni realistiku u operattiv li għandu jkun effikaċi u tradott fir-realtà, kif ukoll li jkun implimentat aħjar milli fil-passat; jitlob skeda aktar ċara marbuta mal-proposti ewlenin li jridu jitressqu;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadatta l-acquis għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE mill-aktar fis possibbli skont skeda ċara;

Introduzzjoni

4.  Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi sal-limitu aħħari tal-poteri legali u tal-awtorità politika tagħha; jinnota li l-Unjoni Ewropea ma tistax tiffunzjona b'effikaċja sakemm il-Kummissjoni ma tidentifikax, ma tartikulax u ma tippromovix l-interess ġenerali tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha, u sakemm ma taqdix b'effiċjenza dmirha li tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati u tal-liġijiet tal-UE;

5.  Jinnota li l-isforzi li saru s'issa biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi finanzjarja u biex isostnu l-irkupru ekonomiku tal-Ewropa baqgħu wisq lura minn dak li huwa meħtieġ; u jiddeplora l-fatt li l-programm ta' ħidma ma jinkludix miżuri addizzjonali biex jinħolqu aktar impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tispjega t-tweġiba dettaljata tagħha dwar kif l-inizjattivi u l-proposti tagħha se jilqgħu l-isfida;

6.  Hu tal-fehma li l-UE se jkollha tindirizza r-riforma strutturali mingħajr dewmien sabiex ittejjeb il-kompetittività tagħha u terġa' tvara mill-ġdid it-tkabbir; jemmen ukoll li l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura (inkluża l-broadband), iż-żieda fl-isforzi fir-rigward tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, politika li tiżgura enerġija suffiċjenti, ekonomika u nadifa, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma s-sisien ċentrali tal-istrateġija;

7.  Jilqa' bi pjaċir il-prijorità mogħtija lir-riforma tal-governanza ekonomika Ewropea; iwissi li, jekk l-UE ma tiżviluppax governanza ekonomika kredibbli, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro, li tkun kapaċi tiżgura politika fiskali soda u terġa' lura għal stat ta' tkabbir, il-futur tal-euro se jkun ipperikolat; jinsisti li riforma bħal din għandha tqis għalkollox il-pożizzjoni tal-Parlament, kif spjegata fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010, u għandu jkollha bħala skop l-ilħuq tal-objettivi ekonomiċi u soċjali tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-Trattat ta' Lisbona;

8.  Ifakkar li l-Parlament u l-Kunsill, bħala ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandhom ikunu involuti b'mod ugwali fi kwalunkwe mobilizzazzjoni tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Istabilità Finanzjarja; jitlob li jiġu ppreżentati proposti malajr biex il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tal-kriżijiet isir permanenti (pereżempju l-Fond Monetarju Ewropew), biex l-Istrateġija UE 2020 tiġi integrata fil-qafas makroekonomiku għal perjodu twil ta' żmien, biex jittieħdu l-ewwel passi li jwasslu għall-ħruġ reċiproku ta' parti mid-dejn sovran u l-introduzzjoni ta' bonds għal dan il-għan, kif deskritt fir-rapporti preċedenti tal-Parlament, u biex tiġi żgurata rappreżentazzjoni esterna unika taż-żona tal-euro; jippreferi bidla żgħira fit-Trattat li tkun tipprevedi bażi legali għal mekkaniżmu bħal dan minflok ma wieħed jirrikorri għal emenda sostanzjali tat-Trattat;

9.  Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tressaq malajr proposti biex tirrevedi l-qafas finanzjarju multiannwali attwali; jiddikjara li l-MFF għall-perjodu wara l-2013 għandu jirrifletti wkoll l-ambitu akbar ta' dawk ir-responsabilitajiet; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ta' investiment ambizzjuża biex tilħaq il-miri tal-istrateġija UE 2020, u biex jinħolqu l-impjiegi, tingħata spinta lit-tkabbir u tiġi garantita s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej; iqis li l-flessibilità f'dan il-qafas se tkun essenzjali u li l-baġit tal-UE għandu jippermetti li jiġu mobilizzati sorsi alternattivi ta' finanzjament (allokazzjonijiet, bonds tal-proġetti, eċċ);

10.  Ifakkar li l-adozzjoni tar-Regolament MFF jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-adozzjoni rapida ta' ftehim interistituzzjonali dwar ir-rwol tal-Parlament fit-tħejjija u n-negozjar tal-MFF li jmiss;

11.  Iħeġġeġ b'mod qawwi lill-Kummissjoni biex f'Ġunju 2010, wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament rigward l-MFF il-ġdid, tersaq bi proposti kuraġġużi u innovattivi għal reviżjoni sostantiva tas-sistema tar-riżorsi proprji, biex tinħoloq sistema li tkun ġusta, ċara, trasparenti u newtrali rigward il-piż tat-taxxa għaċ-ċittadini tal-UE; jemmen b'mod qawwi li l-MFF u l-kwistjoni tar-riżorsi proprji huma interkonnessi, għandhom jiġu deċiżi fl-istess ħin fuq il-bażi ta' dibattitu interistituzzjonali miftuħ, b'involviment b'saħħtu tal-parlamenti nazzjonali, u li ma jistax jiġi pospost aktar;

12.  Jenfasizza li l-politika ta' koeżjoni tirrappreżenta wieħed mill-istrumenti l-aktar importanti tal-UE ta' reazzjoni għall-kriżi ekonomika, permezz tal-promozzjoni tal-investiment fl-ekonomija reali; jilqa b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, l-ewwel valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri marbuta mal-politika ta' koeżjoni fil-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku, li jenfasizza r-rwol prinċipali ta' din il-politika fil-proċess li jilqa' għall-effetti tal-kriżi; Jenfasizza l-konnessjoni inkontestabbli tal-politika ta' koeżjoni mat-tliet prijoritajiet il-kbar tal-Istrateġija Ewropa 2020, billi tiffaċilita l-kisba ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv ogħla, filwaqt li tippromwovi l-iżvilupp armonjuż fil-271 reġjun tal-Unjoni;

Lura għat-tkabbir għall-impjiegi: Aċċelerazzjoni lejn l-2020

13.  Jinnota l-introduzzjoni ta' “Semestru Ewropew”; jemmen li l-kumitati tal-Parlament għandu jkollhom rwol aktar importanti biex juru l-għarfien espert tagħhom billi jipproduċu “rapporti tal-aħħar tas-sena” dwar il-progress fl-ilħuq ta' għanijiet importanti, segwiti minn riżoluzzjonijiet (konġunti) ta' gruppi politiċi;

14.  Jiddispjaċih li l-proposti għas-Semestru Ewropew u l-pakkett ta' governanza jipprovdu ftit li xejn opportunità għal skrutinju demokratiku Ewropew, u jinsisti li għandu jkun hemm involviment parlamentari qawwi fit-tnejn li huma;

Regolamentazzjoni finanzjarja: tlestija tar-riforma

15.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq mill-aktar fis possibbli proposti dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq u tad-Direttiva dwar is-Suq tal-Istrumenti Finanzjarji; jinnota li l-Kummissjoni għandha żżomm quddiem għajnejha l-impatt kumulattiv possibbli tal-proposti li qed tintroduċi biex tiżgura li jsaħħu l-istabilità, it-trasparenza u r-responsabilità tas-settur finanzjarju u l-kapaċità tiegħu li jaqdi lill-ekonomija reali fis-sens ta' tkabbir u impjiegi;

16.  Jitlob li l-inizjattiva leġiżlattiva fir-rigward tas-soluzzjoni tal-kriżijiet fis-settur bankarju tkun koordinata mar-regoli tal-politika tal-kompetizzjoni biex jinħoloq qafas komprensiv għall-ġestjoni tal-kriżijiet, li jkun ikopri l-parteċipanti privati u pubbliċi u li jipproteġi lill-kontributuri tat-taxxa; jemmen li r-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu għandha tindirizza n-nuqqas ta' kompetizzjoni fis-settur u jitlob lill-Kummissjoni taġixxi fir-rigward tat-talba riċenti tal-Parlament li jiġu eżaminati l-għażliet għal aġenzija Ewropea indipendenti tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u involviment aktar b'saħħtu tal-entitajiet pubbliċi indipendenti fil-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet;

Tkabbir intelliġenti

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni komprensiv, bi skeda u miri, biex jintlaħaq suq uniku għall-kontenut u għas-servizzi online, fl-interess ta' soċjetà diġitali miftuħa u prospera, u biex jingħelbu d-differenzi diġitali;

18.  Jenfasizza li l-aġenda diġitali u l-investiment fl-ICTs huma kruċjali għall-kompetittività tal-Ewropa fit-tul, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ikomplu bl-introduzzjoni fis-suq tan-netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss u l-aċċess għalihom permezz ta' liberalizzazzjoni kontinwa tas-suq intern għall-komunikazzjonijiet biex tingħata spinta lill-innovazzjoni fl-UE;

19.  Jinkoraġġixxi b'mod qawwi lill-Kummissjoni biex trawwem l-għarfien u l-innovazzjoni fl-FP8 fis-segwitu tal-eżami ta' nofs it-terminu, u jfakkar li hu importanti li l-Parlament ikollu l-opportunità li jesprimi l-prijoritajiet tiegħu qabel l-adozzjoni tal-FP8 fl-2012;

20.  Jilqa' l-ambizzjoni tal-Kummissjoni rigward l-Unjoni tal-Innovazzjoni li se tinvolvi l-eżami tal-għajnuna tal-istat għall-oqfsa tar-riċerka u l-iżvilupp u tal-innovazzjoni, bit-tisħiħ tar-rwol tal-BEI u tal-kapital ta' riskju; jirrikonoxxi wkoll ir-rwol li jista' jkollu l-akkwist pubbliku biex jistimola l-innovazzjoni;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tnaqqas il-burokrazija żejda fil-programmi tagħha għar-riċerka u l-iżvilupp u żżid il-parteċipazzjoni tad-ditti innovattivi fil-proġetti; iqis li l-Kummissjoni għandha tippromwovi ulterjorment is-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat biex trawwem ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-Ewropa;

22.  Jenfasizza l-importanza li għandha tingħata lill-programmi multiannwali ġodda ta' wara l-2013 fil-qasam tal-edukazzjoni, il-kultura, il-mezzi awdjoviżivi, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza, li huma mistennija jiġu ppreżentati fl-2011; iqis li l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda f'dawn il-programmi għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini Ewropej u jkunu bbażati fuq qafas baġitarju adegwat u effiċjenti; iqis li l-inizjattiva “Żgħażagħ Mobbli” tenfasizza l-importanza ta' dawk il-programmi;

Tkabbir sostenibbli

23.  Jenfasizza l-importanza strateġika tal-inizjattiva emblematika dwar l-effiċjenza tar-riżorsi, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem rapidament fuq proposta ambizzjuża maħsuba biex tilħaq miri vinkolanti u benchmarks konkreti fil-qafas tas-Semestru Ewropew tal-UE 2020 dwar il-koordinament tal-politiki; u jistieden lill-Kummissjoni tersaq b'leġiżlazzjoni biex ikomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-UE;

24.  Iqis li għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni xierqa u funzjonali tal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti bħat-Tielet Pakkett tal-Enerġija u jappoġġa bis-sħiħ l-istrateġija 2050, in-netwerks intelliġenti u l-inizjattivi dwar is-sigurtà tal-provvista;

25.  Jenfasizza li sabiex it-tkabbir ekonomiku jkun sostenibbli, is-sigurtà tal-enerġija hija importanti ħafna biex ikunu żgurati l-provvista mingħajr interruzzjonijiet, ir-rispett għall-arranġamenti kuntrattwali, prezz tas-suq ġust, u l-evitar ta' dipendenza fuq għadd żgħir wisq ta' produtturi;

26.  Jemmen li l-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali ġdida għall-Ewropa għandha tiġi segwita b'miżuri effikaċi, b'mod partikolari biex tintlaħaq il-bidla mixtieqa għal ekonomija b'livelli baxxi ta' karbonju u sostenibbli u biex jiġi żgurat li l-mira tal-UE ta' 20% għall-effiċjenza enerġetika tintlaħaq;

27.  Jenfasizza li l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih huma prijorità għolja li se tkun ta' benefiċċju wkoll għall-kompetittività tal-industrija Ewropea u tal-SMEs;

28.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-prijoritajiet ewlenin rigward il-pubblikazzjoni tal-White Paper u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħaffef it-tħejjija tar-reviżjoni tal-linji gwida TEN-T u tal-mekkaniżmi modernizzati ta' finanzjament tiegħu, skont l-istrateġija Ewropa 2020 u r-rieżami tal-baġit tal-UE;

29.  Jinsisti mill-bidu nett li l-proċess ta' riforma tal-PAK għandu jirriżulta f'politika b'saħħitha, ġusta, ġenwinament komuni u multifunzjonali li tissodisfa l-aspettattivi tal-konsumaturi u l-produtturi u tagħti effettivament “prodotti pubbliċi”, b'mod speċjali s-sigurtà tal-ikel, u tiggarantixxi l-awtosuffiċjenza tal-UE fir-rigward tal-ikel;

30.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013, insista li fil-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja li jmiss l-ammonti allokati għall-PAK fis-sena baġitarja 2013 għandhom għall-inqas jinżammu;

31.  Jitlob li l-importazzjonijiet agrikoli minn pajjiżi terzi għandhom ikunu biss permessi fl-UE jekk ikunu ġew prodotti b'mod konsistenti ma' standards Ewropej tal-protezzjoni tal-konsumatur, tal-benessri tal-annimali u tal-protezzjoni ambjentali u ma' standards soċjali minimi; jinsisti li l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kummerċ bilaterali jew multilaterali m'għandhomx isiru bi ħsara għall-produtturi agrikoli tal-UE;

32.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-riforma tas-suq taz-zokkor, biex teżamina mill-ġdid il-proċeduri tagħha ta' valutazzjoni tal-impatt sabiex tkun żgura li tintuża l-aħjar informazzjoni u dik l-aktar f'waqtha meta tħejji l-valutazzjonijiet kollha, li se jkun determinanti meta jiġi vvalutat l-impatt tal-ftehimiet ta' kummerċ bilaterali tal-ġejjieni għal setturi ewlenin tal-ekonomija tal-UE;

33.  Jilqa' l-proposti imminenti tal-Kummissjoni biex tiġu implimentata l-Politika Marittima Integrata, bħall-proposta dwar il-qafas tal-Ippjanar tal-Ispazji fil-Baħar u l-Komunikazzjoni għal tkabbir sostenibbli fir-reġjuni tal-kosta u s-setturi marittimi, kif ukoll il-Komunikazzjoni dwar l-integrazzjoni tas-sorveljanza marittima; jenfasizza, madankollu, li l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-PMI għandu jiġi ggarantit fil-baġit Komunitarju permezz ta' kontribut proporzjonali mis-setturi kollha affettwati minn din il-politika;

Tkabbir inklużiv

34.  Jemmen li t-tkabbir inklużiv jista' jinbena biss fuq pedament ta' trattament indaqs għall-ħaddiema kollha fil-post tax-xogħol u kundizzjonijiet indaqs għan-negozji kollha; jemmen li l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għandu jinkludi proposti biex jiġu garantiti dawn il-prinċipji, u jinsisti li l-proposta leġiżlattiva dwar l-impliemntazzjoni tal-Istazzjonar tal-Ħaddiema, kif previst fil-Komunikazzjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku, għandha tiċċara l-eżerċitar tad-drittijiet soċjali fundamentali;

35.  Jitlob li tiġi ppreżentata proposta tal-Kummissjoni dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-ħaddiema fil-qligħ tal-kumpaniji;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-rapporti tagħha dwar “Ħiliet u Impjiegi Ġodda” u “Pjattaforma kontra l-Faqar” tqis id-diffikultajiet speċifiċi li jaffaċċjaw in-nisa, b'mod speċifiku biex tiġi promossa l-ugwaljanza fil-post tax-xogħol bħala mezz biex jiġi indirizzat il-faqar, u biex in-nisa jiġu inkoraġġiti jsiru intraprendisti, billi jittieħdu miżuri li jaqsmu l-aħjar prattika;

37.  Hu ta' fehma soda li t-tnaqqis tad-diskrepanza fil-pagi bejn is-sessi tibqa' sfida reali li jeħtieġ li tingħeleb, u jtenni t-talbiet li saru lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-2008 biex tippreżenta lill-Parlament proposta leġiżlattiva dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-irġiel u n-nisa, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet annessi mar-riżoluzzjoni tiegħu tal-2008;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti widen għall-fehmiet tas-sħab soċjali fil-qasam tal-pensjonijiet u biex tiżgura li l-White Paper tirrifletti l-aspettattivi taż-żewġ naħat tal-industrija, inkluż it-tisħiħ tal-ewwel pilastru;

39.  Jilqa' r-riforma tal-EURES, il-websajt għall-impjiegi, li permezz tagħha hemm iktar aċċess għall-informazzjoni u l-pariri dwar l-impjiegi għall-ħaddiema żgħażagħ, iżda jiddispjaċih li din il-proposta kienet posposta għall-2012, filwaqt li ż-żgħażagħ jeħtiġuha llum;

40.  Jitlob li jkun hemm iktar effikaċja u riżultati rigward żewġ aġenziji ewlenin għat-taħriġ tal-UE – is-Cedefop, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, u l-ETF, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ;

L-isfruttar tal-potenzjal tas-Suq Uniku għat-tkabbir

41.  Jappoġġa b'mod qawwi integrazzjoni akbar tas-suq, li tindirizza d-diskrepanzi persistenti sinifikanti, kif identifikati mill-Professur Monti, u li ssaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini, il-ħaddiema, in-negozji żgħar u l-konsumaturi tal-UE; jemmen, filwaqt li jilqa' l-pubblikazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku, li l-proposti għandhom ikunu aktar ambizzjużi u konkreti; jistieden lill-Kummissjoni tressaq, malajr kemm jista' jkun, prijoritajiet ċari u proposti leġiżlattivi;

42.  Jitlob modernizzazzjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, permezz tal-armonizzazzjoni tad-direttivi u tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku, u jitlob skeda aktar ċara għas-sena li jmiss;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura approċċ konsistenti bejn l-istrument legali dwar il-liġi kuntrattwali Ewropea u d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur; iqis li huwa essenzjali li Strateġija Politika ċara tal-Kummissjoni għall-Konsumaturi tiġi indirizzata b'mod integrat b'urġenza fl-2011, u mhux fl-2014 kif inhu propost bħalissa;

44.  Jappoġġa r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Ivvjaġġar b'Kollox Inkluż u l-eżami tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti b'enfasi fuq is-sorveljanza tas-suq;

45.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' qafas legali effiċjenti għas-sikurezza tal-prodotti fl-UE; jappoġġa l-eżami tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, li jirrikjedi li jiġi stabbilit kalendarju aktar ċar, bi qbil mal-eżami tal-qafas leġiżlattiv il-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sistema tal-marka CE biex tiżgura li l-marka CE tkun tista' titqies bħala marka ta' sikurezza mill-konsumaturi;

46.  Jenfasizza li l-inizjattivi tal-liġi ċivili huma importanti biex is-Suq Uniku terġa' tingħatalu l-ħajja; jappoġġa l-azzjonijiet tal-Kummissjoni, fejn tidħol il-ġustizzja ċivili, biex l-istrumenti tal-liġi ċivili jsiru aktar kompatibbli mal-ġustizzja elettronika;

47.  Jitlob li jkun hemm riżoluzzjoni finali tal-problemi madwar l-istabbiliment ta' privattiv Ewropew, u, jekk dan ikun meħtieġ, jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal kooperazzjoni msaħħa;

48.  Jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' inizjattiva leġiżlattiva rigward il-kabotaġġ u d-dewmien sal-2012 tal-aċċess għas-suq ferrovjarju, inkluż il-ftuħ tas-suq għall-passiġġieri domestiċi; itenni l-konvinzjoni soda tal-Parlament li għandha tinżamm u tiġi żviluppata politika komprensiva dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fl-Ewropa;

Il-promozzjoni tal-aġenda taċ-ċittadini: libertà, sigurtà u ġustizzja

49.  Jinsab imħasseb ferm li m'hemm l-ebda proposti konkreti dwar id-drittijiet fundamentali jew dwar id-Direttiva orizzontali tan-Nondiskriminazzjoni, u li l-kwistjoni tan-nondiskriminazzjoni lanqas biss tissemma; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b'ħeffa biex tneħħi l-imblukkar tad-Direttiva tan-Nondiskriminazzjoni;

50.  Jitlob li ssir proposta għal Komunikazzjoni dwar solidarjetà msaħħa fl-UE fil-qasam tal-asil, iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta' proposti leġiżlattivi dwar l-asil, filwaqt li jitqies li l-Unjoni għandu jkollha politika komuni ta' asil stabbilita sal-2012;

51.  Jitlob li jsiru proposti dwar il-migrazzjoni; ifakkar li l-funzjonament tajjeb tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ proposta se jiddependi mis-suċċess tal-VIS u tas-SIS II, għalkemm is-SIS II għadha mhix titħaddem kompletament;

52.  Jenfasizza l-bżonn ta' politika ambizzjuża dwar id-drittijiet fundamentali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u l-ħtieġa li d-drittijiet fundamentali stipulati fil-Karta jsiru effikaċi kemm jista' jkun; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura l-kompatibilità ta' kull inizjattiva legali mad-drittijiet fundamentali kif ukoll tiggarantixxi li l-Istati Membri jirrispettaw il-Karta meta jimplimentaw il-liġi tal-UE; jitlob li jissaħħu l-kapaċitajiet ta' sorveljanza ta' każijiet ta' ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u li jiġu applikati l-mekkaniżmi tat-trattati kontrihom;

53.  Jenfasizza li fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini tal-UE għandhom jiġu rrispettati bi sħiħ u li l-protezzjoni tad-data u d-dritt ta' rimedju legali huma essenzjali fil-ħolqien ta' politika ta' sigurtà kredibbli u effikaċi; iqis li l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta' reati jeħtieġ aktar pjanijiet Komunitarji dwar il-kriminalità organizzata u s-sigurtà fl-Internet;

54.  Jilqa' l-proposta dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità u, fuq kollox, dwar id-dritt għal assistenza legali u għal għajnuna legali, iżda jiddispjaċih li din hija l-unika miżura maħsuba; jitlob li jkun hemm skeda ċara għall-miżuri li għad fadal tal-pjan direzzjonali għad-drittijiet proċedurali;

55.  Jilqa' l-varar fl-2011 ta' qafas legali komprensiv ġdid għall-protezzjoni tad-data personali fl-UE; jenfasizza li sejjer jeżamina bir-reqqa kull proposta, inklużi l-UE-PNR u l-UE-TFTP, biex jiżgura l-konformità tagħhom mad-drittijiet fundamentali;

56.  Jilqa' l-proposti dwar il-liġi ċivili, iżda jitlob lill-Kummissjoni, biex jintlaħqu standards komuni għaċ-ċittadini tal-UE fl-Istati Membri, biex tqis li tħaffef ir-reviżjoni tal-acquis fil-qasam tal-liġi ċivili u kriminali u tirrapporta lill-Parlament;

57.  Jappoġġa inizjattivi maħsuba biex jirrikonċiljaw il-ħajja tax-xogħol ma' dik tal-familja permezz, inter alia, ta' miżuri dwar il-frank parentali minimu u l-promozzjoni ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli għan-nisa u l-irġiel, kif ukoll għajnuna għal min jieħu ħsieb persuni oħrajn biex ikunu jistgħu jikkombinaw l-impjieg mar-responsabbiltajiet ta' kura;

58.  Jiddispjaċih għad-dewmien tal-Kummissjoni fit-tressiq ta' proposti leġiżlattivi fil-qasam tal-“Lisbonizzazzjoni” tal-“acquis” attwali fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali, li hija prijorità fil-qasam tal-Libertà, il-Ġustizzja u l-Intern;

59.  Iqis li wara l-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, ir-reviżjoni tal-qafas legali hija essenzjali, u jiddispjaċih li din ir-reviżjoni ġiet proposta biss għall-2012 – 2013; jinsisti li l-aġenziji kollha tal-ĠAI għandhom ikunu effiċjenti, u - l-iktar importanti - responsabbli;

L-Ewropa fid-dinja: Piż xieraq fl-isfera globali

60.  Jenfasizza li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja hi objettiv ewlieni tal-Unjoni Ewropea fil-livell globali u li titjib fir-relazzjonijiet kummerċjali u għajnuna għall-iżvilupp imsaħħa jistgħu jgħinu għall-inkorraġġiment tal-progress f'dan il-qasam;

61.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm il-momentum għall-proċess ta' tkabbir;

62.  Jenfasizza li, fir-rigward tas-suġġetti li ġejjin, jintlaqgħu inizjattivi ġodda:

     – is-sehem tal-UE kontra t-terroriżmu, biex tonqos il-proliferazzjoni tal-armi tal-qerda tal-massa,
     – l-iżvilupp tal-industrija Ewropea tad-difiża u l-ambizzjonijiet tal-politika Ewropea tad-difiża f'perspettiva fit-tul (2020),
     – id-diżarm u l-governanza globali,
     – l-istrateġija vis-à-vis l-pajjiżi BRIC,
     – ir-rieżami dwar l-Unjoni tal-Mediterran, minħabba l-imblokk attwali,
     – ħajja mill-ġdid lill-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u possibilment rieżami konġunt tas-sigurtà strateġika, wara r-rieżami strateġiku l-ġdid tan-NATO;

63.  Jemmen li biex turi l-valuri u l-prinċipji tagħha b'mod effikaċi u biex tikkontribwixxi għall-istabilità politika u l-iżvilupp ekonomiku fil-viċinat tagħha, l-UE għandha tappoġġa demokraziji ġodda madwar l-Ewropa u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mas-sħab tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-eżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza aħjar bejn l-objettivi tal-politika u l-istrumenti finanzjarji; iqis li fir-rabtiet tagħha mal-ġirien, il-kundizzjonalità fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija għandha tissaħħaħ;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar prijorità lis-sigurtà tal-ikel fl-Afrika kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ is-settur agrikolu fl-Afrika, b'mod sostenibbli; f'dan il-kuntest iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura aktar aċċess għall-fqar għas-servizzi ta' kreditu u finanzjarji fl-Afrika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri biex tingħata spinta lill-kummerċ intrakontinentali Afrikan, fosthom pakketti ta' għajnuna mtejba għall-komunitajiet ekonomiċi reġjonali u biex titjieb l-infrastruttura fil-kontinent Afrikan kollu;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali dwar il-progress tal-UE lejn l-ilħuq tal-MDGs sal-2015 u sabiex tintroduċi miżuri biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jissodisfaw l-impenji tagħhom li jallokaw 0.7% tad-DNG għall-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u jimmoniterjaw dawn l-impenji;

66.  Jenfasizza li fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ftehimiet ta' sħubija ekonomika (EPAs), għandu jkun hemm fokus imġedded fuq id-dimensjoni tal-iżvilupp;

67.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi attivament progress tanġibbli fin-negozjati tad-WTO li huma għaddejjin biex ir-Rawnd ta' Doha jiġi konkluż mill-aktar fis possibbli; jinsisti li t-tisħiħ tal-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles bilaterali u reġjonali eżistenti u l-konklużjoni ta' oħrajn ġodda huwa importanti, imma għandu jitqies bħala strateġija komplementari u mhux bħala alternattiv għall-qafas multilaterali;

68.  Ifakkar li l-multilateraliżmu għandu jibqa' l-prijorità ewlenija tal-UE, u jitlob bi dritt li n-negozjati kummerċjali li għaddejjin bħalissa u dawk ġodda għandhom jirrispettaw il-prinċipju tat-trattament speċjali u divrenzjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jemmen bis-saħħa li hemm bżonn ta' qafas kummerċjali multilaterali effikaċi u riformat biex tinbena sistema ekonomika aktar bilanċjata u ġusta bħala parti minn governanza globali ġdida li taqdi l-iżvilupp u l-qerda tal-faqar;

69.  Jenfasizza li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom isibu ruħhom fis-swieq tal-UE biss jekk jikkonformaw mal-istandards Ewropej dwar il-ħarsien tal-konsumatur; iqis li, fin-negozjati internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tinsisti li s-sħab kummerċjali tagħna jikkonformaw mal-istandards ambjentali, soċjali u tax-xogħol Ewropej;

70.  Jitlob li fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali ffirmati mill-UE tiddaħħal klawsola dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpaniji (CSR); iqis li dan irid jinkludi rappurtar u trasparenza min-naħa tal-kumpaniji u diliġenza xierqa min-naħa tal-impriżi u l-gruppi ta' impriżi, investigazzjonijiet f'każ ta' ksur ippruvat tal-impenji tas-CSR u aċċess aħjar għall-qrati għall-vittmi tal-azzjonijiet tal-kumpaniji;

71.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq inizjattiva leġiżlattiva simili għal-Liġi l-ġdida tal-Istati Uniti dwar il-“Minerali tal-Gwerer” sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u l-governanza tajba fil-qasam tal-industrija tal-estrazzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni f'dawn il-pajjiżi, li ddgħajjef id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba;

Minn-input għall-impatt: l-isfruttar tal-politiki tal-UE

72.  Jistieden lill-Kummissoni tippreżenta proposti bil-ħeffa għall-emenda tar-Regolamenti OLAF;

73.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi aktar apertament għal attitudni pożittiva lejn id-Dikjarazzjonijiet ta' Ġestjoni Nazzjonali (NMD) iffirmati mill-ministri tal-finanzi; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri joħorġu NMDs; jitlob li jiġu introdotti bażijiet ta' data komprensivi fuq l-internet li jkunu faċli li tużahom;

74.  Jitlob, għalhekk, li jsiru valutazzjonijiet sistematiċi, regolari u indipendenti tal-programmi tal-UE - kemm il-politiki interni kif ukoll l-għajnuna għall-iżvilupp - sabiex ikun żgurat li jinkisbu r-riżultati mixtieqa u li dan isir b'mod kost-effettiv, sabiex:

   jitqiesu l-kummenti tal-Parlament fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu,
   ikun possibbli li tingħata ħarsa orizzontali aktar strateġika għall-konklużjonijiet tad-diversi valutazzjonijiet li jsiru, u għall-prestazzjoni tal-Kummissjoni;

75.  Hu ta' fehma soda li t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni korretta u f'waqtha tad-direttivi Ewropej hija partikolarment importanti biex titneħħa n-nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjonijiet tal-UE; iqis li dan jirrikjedi kooperazzjoni effikaċi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri;

76.  Jisħaq li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi ssimplifikata u jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-impatt, qabel il-leġiżlazzjoni, għandhom jintużaw b'mod imparzjali u effiċjenti, filwaqt li titqies l-implimentazzjoni; jappoġġa b'mod sod l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proġett Regolamentazzjoni Intelliġenti;

77.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni se tagħti aktar attenzjoni lill-aspetti tal-kompetittività fil-valutazzjonijiet tal-impatt u jisħaq fuq l-importanza tal-evalwazzjoni tal-effetti kumulattivi fuq il-kompetittività ta' atti kkombinati ta' leġiżlazzjoni (“fitness checks”);

o
o   o

78.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Il-futur tas-sħubija strateġika UE-Afrika wara it-tielet Summit UE-Afrika
PDF 317kWORD 63k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-futur tas-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Afrika wara t-Tielet Samit bejn l-UE u l-Afrika
P7_TA(2010)0482RC-B7-0693/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Tripli maħruġa mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern fit-30 ta' Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Ta' Qabel is-Samit tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament Pan-Afrikan tas-27 ta' Novembru 2010,

–  wara li kkunsidra Artikoli 177 sa 181 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi s-sħubija bejn l-Afrika u l-UE hija bbażata fuq l-interess reċiproku fl-esplojtjar tal-potenzjali tagħhom ikkombinati flimkien,

B.  billi d-Dikjarazzjoni ta' Tripli tagħti sura konkreta lir-rieda tal-mexxejja differenti li tiġi kkonsolidata s-sħubija strateġika stabbilita tliet snin ilu bejn iż-żewġ kontinenti sabiex flimkien jaffrontaw l-isfidi komuni u jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku sostenibbli għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jgħixu fl-Afrika,

C.  billi l-UE hija responsabbli għal aktar minn nofs l-għajnuna għall-iżvilupp u għadha s-sieħba fil-kummerċ li hi l-aktar importanti tal-Afrika,

D.  billi l-Afrika qiegħda tiddiversifika s-sħubijiet tagħha, partikolarment ma' pajjiżi ewlenin fl-Asja u fl-Amerika Latina,

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Strateġiku 2010-2013 u tas-sħubijiet tiegħu, u jittama li se tikkontribwixxi valur miżjud fir-rigward tal-Ftehim ta' Cotonou u l-Unjoni għall-Mediterran u li hija espressjoni ta' approċċ ambizzjuż għar-relazzjonijiet interkontinentali;

2.  Jenfasizza li l-prinċipji li huma l-bażi tal-istrateġija konġunta bejn l-Afrika u l-UE għandhom ikunu mfassla b'tali mod li jappoġġaw il-ħtiġijiet sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jiġi miġġieled l-faqar, jiġu ggarantiti dħul u għajxien diċenti kif ukoll ir-realizzazzjoni tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali;

3.  Jittama li l-lezzjonijiet se jiġu meħuda mid-diffikultajiet li nqalgħu waqt l-implimentazzjoni tal-ewwel “Pjan ta' Azzjoni”, għall-2008-2010 u jittama li l-intenzjonijiet espressi bħala prinċipju fid-Dikjarazzjoni Finali mill-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern jiġu mwettqa;

4.  Jinnota b'interess li kemm is-settur privat kif ukoll is-soċjetà ċivili, b'mod partikolari dawk tal-Afrika, jistgħu jitħallew jagħtu kontribut wisq aktar effettiv għall-istrateġija milli kien il-każ sal-ġurnata tal-lum.

Sħubija 1. Paċi u sigurtà

5.  Jirrikonoxxi wkoll id-dimensjoni importatnti tal-integrazzjoni reġjonali għat-tkabbir u l-iżvilupp u jenfasizza b'mod partikolari l-impenn tad-Dikjarazzjoni ta' Tripli biex l-Arkitettura Afrikana tal-Paċi u tas-Sigurtà ssir funzjonali għalkollox b'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet reġjonali;

6.  Jilqa' l-progress li sar fl-implimentazzjoni ta' Architettura Afrikana tal-Paċi u tas-Sigurtà bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi tal-paċi u tas-sigurtà fuq il-kontinent Afrikan; jenfasizza f'dan ir-rigward kemm hu importanti li jiġi pprovdut finanzjament prevedibbli u sostenibbli għall-operazzjonijiet Afrikani ta' appoġġ għall-paċi, kemm hu meħtieġ li jinbnew kapaċitajiet lokali ta' rkuprar, u d-determinazzjoni li l-popolazzjoni ċivili tiġi mħarsa fil-konflitti armati;

7.  Huwa tal-fehma li l-politika tal-prevenzjoni tal-kunflitti hija prekondizzjoni essenzjali għall-paċi dejjiema u li l-kawżi strutturali tal-kunflitti għadhom jiġu indirizzati billi tiġi stabbilita politika ta' żvilupp sostenibbli bil-għan li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjoni Afrikana u jiġu miġġielda l-qgħad, l-inġustizzji soċjali u ekonomiċi;

8.  Iqis li l-adozzjoni tal-liġi ġdida tal-Istati Uniti tal-“Minerali ta' Kunflitt” hija pass enormi “l quddiem fil-ġlieda kontra l-esplojtazzjoni illegali tal-minerali fl-Afrika, li jħeġġeġ gwerer ċivili u konflitti; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom joħorġu bi proposti simili sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità tal-minerali importati fis-suq tal-UE filwaqt li jitqiesu l-Inizjattiva ta' Trasparenza fl-Industrija Estrattiva (EITI);

Sħubija 2. Governanza demokratika u drittijiet tal-bniedem

9.  Jistieden lill-UE u lill-Unjoni Afrikana (UA) jindirizzaw b'mod konġunt il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu ta' interess komuni għaż-żewġ naħat bħalma huma r-reazzjonijiet għall-kriżijiet politiċi u l-appoġġ għall-governanza ekonomika bil-ħsieb li jiġu fformulati aġendi ta' governanza komuni għaż-żewġ naħat permezz tal-Pjattaforma għad-Djalogu dwar il-Governanza u d-Drittijiet tal-Bniedem li għadha kif ġiet stabbilita;

10.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-impenn konġunt bejn l-UE u l-Afrika għall-prinċipji fundamentali li jinkludu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demoktariċi, l-istat tad-dritt u l-kundanna ta' kull sura ta' terroriżmu;

11.  Jinnota li, fid-Dikjarazzjoni tagħhom, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern jindikaw li huma “għaqda waħda fil-(...) ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fuq iż-żewġ kontinenti”; jenfasizza l-prinċipju tal-universalità ta' dawn id-drittijiet, li jridu jiġu partikolarment osservati fl-azzjonijiet ippjanati bħala parti mis-“Sħubija dwar il-Governanza Demokratika u d-Drittijiet tal-Bniedem”;

12.  Jiddispjaċih qatigħ, meta wieħed iqis l-impenji ripetuti tagħna għall-governanza demokratika u għad-drittijiet tal-bniedem, minħabba l-fatt li Robert Mugabe ġie mistieden u pparteċipa b'mod attiv fit-Tielet Samit bejn l-Afrika u l-UE; jistieden lill-atturi kollha jieħdu pożizzjoni politika aktar qawwija fil-ġejjieni bil-għan li jibagħtu messaġġ ċar tat-twemmin sod tagħna fl-istat tad-dritt u d-demokrazija;

13.  Iħeġġeġ biex l-azzjonijiet kollha mmexxija skont il-kundizzjonijiet tad-diversi sħubiji jiġu segwiti mingħajr ebda diskriminazzjonijiet fuq il-bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew konvinzjoni, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali jew kontra nies li qed jgħixu bl-HIV/AIDS;

14.  Japprova uffiċjalment l-istedina tal-Parlament Pan-Afrikan lill-istati membri kollha tal-Unjoni Afrikana biex jirratifikaw il-Karta tal-Unjoni Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza;

15.  Jenfasizza t-talba tal-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy biex il-mexxejja Afrikani jappoġġjaw il-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u “jesprimu l-qbil sħiħ tagħhom mal-prinċipju tal-ġlieda kontra impunità”;

16.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-UA jimpenjaw ruħhom biex jaħdmu flimkien bil-għan li jiżguraw kooperazzjoni Afrikana u Ewropea aħjar fil-korpi internazzjonali relevanti, inkluża n-NU;

Sħubija 3. Kummerċ, integrazzjoni reġjonali u infrastruttura

17.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim bejn l-UE u l-UA li jidħlu fi djalogu politiku bil-għan li jsibu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet ta' interess komuni dwar il-Ftehimiet ta' Sħubiji Ekonomiċi; jagħraf li l-integrazzjoni reġjonali, il-kummerċ u l-investimenti huma kruċjali għall-istabilità ekonomika u t-tkabbir sostenibbli;

18.  Iħeġġeġġ lill-UE u lill-UA jikkooperaw flimkien fl-esplojtazzjoni sostenibbli tal-materja prima, speċjalment billi jiffukaw fuq il-bini tal-kapaċità, il-governanza, l-iżvilupp tal-infrastruttura, l-investimenti, l-għarfien u l-ħiliet ġeoloġiċi, u fuq it-trasparenza tal-kuntratti tal-minjieri; jitlob f'dan ir-rigward li jiddaħħlu politiki dwar il-materja prima li jkunu ambjentalment sodi u soċjalment sostenibbli, li jkunu ta' benefiċċju wkoll għall-popolazzjoni lokali;

19.  Iħeġġeġ lill-istati membri kollha tal-Unjoni Afrikana jiffaċilitaw l-istabbiliment ta' qafas legali u fiskali li jwassal biex min-naħa l-waħda jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jiġi attirat l-investiment barrani dirett (IBD), u biex min-naħa l-oħra tinqered il-korruzzjoni u tinqatgħu l-burokrazija żejda u l-amministrazzjoni ħażina fuq in-naħa l-oħra;

20.  Iħeġġeġ lill-mexxejja Afrikani u tal-UE jonoraw l-impenn ta' Tripli u jużaw l-istrateġija bħala għodda biex tingħata spinta lill-kummerċ intrakontinentali Afrikan, inklużi pakketti ta' appoġġ imtejba għall-komunitajiet ekonomiċi reġjonali u għat-titjib tal-infrastutturi madwar il-kontinent Afrikan kollu;

Sħubija 4. Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju

21.  Jinnota t-tiġdid tal-impenn tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jallokaw 0,7% tal-PGD tagħhom sal-2015, li hija ħaġa vitali jekk l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għandhom jintlaħqu sal-2015;

22.  Se jfittex li jiżgura, b'mod partikolari, li l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju jkun ċentrali għat-twettiq tas-Sħubijiet kollha;

23.  Ifakkar li attivitajiet speċifiċi dwar is-saħħa materna, tat-trabi tat-twelid u tat-tfal, il-ġeneru, l-edukazzjoni, il-politika tal-art u l-iżvilupp sostenibbli, l-aċċess għall-ilma u l-kundizzjonijiet tajba għall-ħarsien tas-saħħa, u dwar il-persuni b'diżabilità huma kruċjali biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; jinkoraġġixxi l-kontinwità tal-programmi fil-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa;

24.  Jenfasizza kemm hu importanti li tġi ggarantita s-sigurtà tal-ikel fl-Afrika kollha u jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-setturi tas-sajd u tal-agrikoltura fl-Afrika, b'mod sostenibbli, speċjalmant fir-rigward tal-bdiewa b'ażjendi tal-biedja żgħar u s-sajjieda;

25.  Ifakkar fir-rwol dominanti li twettaq l-agrikoltura fl-ekonomiji nazzjonali Afrikani; jenfasizza għalhekk ir-rwol ċentrali tal-armonizzazzjoni tal-istandards sanitarji u fitosanitarji, kif ukoll il-bini tal-kapaċità għas-settur agrikolu Afrikan;

26.  Jiddispjaċih li l-akkwist attwali ta' art għall-biedja fl-Afrika minn investituri barranin appoġġjati mill-gvern, li, jekk ma jsirx sew, jhedded li jdgħajjef is-sigurtà tal-ikel fuq livell lokali u jwassal għal konsegwenzi serji u b'riperkussjonijiet li jmorru “l bogħod, ma ġiex indirizzat mis-Summit;

27.  Jemmen li l-mexxejja Afrikani u tal-UE għandhom juru l-impenn veru tagħhom li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jiġi evitat il-ħruġ illegali ta' kapital għall-evażjoni tat-taxxa, tiġi promossa trasparenza sħiħa dwar ir-rappurtar pajjiż pajjiż u biex tiġi intensifikata l-pressjoni internazzjonali fuq il-ġurisdizzjonijiet kollha li jista' jkun li jippermettu l-evitar jew l-evażjoni tat-taxxa fl-Afrika;

Sħubija 5. Enerġija

28.  Jemmen li l-enerġija rinnovabbli hija vitali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Afrika u jenfasizza t-talba tal-President Barroso għal rivoluzzjoni ħadra enerġetika fl-Afrika;

29.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Programm ta' Kooperazzjoni fl-Enerġija Rinnovabbli bejn l-Afrika u l-UE u l-miri politiċi miftiehma fil-Laqgħa ta' Livell Għoli ta' Vjenna dwar l-Enerġija f'Settembru 2010, li għandhom jintlaħqu sal-2010, inkluż li jinġieb aċċess għal servizzi tal-enerġija moderni u sostenibbli lil 100 miljun ruħ Afrikana addizzjonali, li tiġi rduppjata l-kapaċità tal-konnessjonijiet transkonfinali tal-elettriċità fi ħdan l-Afrika u jiġi rduppjat l-użu tal-gass naturali fl-Afrika, u jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli fl-Afrika u tittejjeb l-effiċjenza enerġetika fl-Afrika fis-setturi kollha;

Sħubija 6. Tibdil tal-klima

30.  Jistieden lill-UE u lill-UA jgħaqqdu bejniethom l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti;

31.  Ifakkar fl-impenn tal-UE tas-somma ta' EUR 7,2 biljun fl-2010-2012 għal proġetti u inizjattivi li jinbdew malajr li jirrigwardaw it-tibdil tal-klima, li parti sinifikanti minnha se tkun disponibbli għall-Afrika;

32.  Jenfasizza li huma n-nies l-aktar foqra tad-dinja li jintlaqtu l-ewwel u l-agħar mit-tibdil tal-klima u jistieden lill-atturi kollha jappoġġjaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw ħalli jadattaw ruħhom għall-impatt tat-tibdil tal-klima u jikbru b'mod li jkun baxx fil-karbonju bil-għan li l-faqar jiġi eradikat;

33.  Jinnota li huwa kruċjali li jsir progress fir-rigward ta' qbil globali dwar il-klima jekk għandu jiġi affrontat il-faqar u, f'dan il-kuntest, jenfasizza l-potenzjal immens għar-riżorsi naturali – ix-xemx, ir-riħ, ix-xmajjar u l-mareat – li l-pajjiżi Afrikani spiss jippossedu b'abbundanza;

Sħubija 7. Migrazzjoni, mobilità u impjiegi

34.  Josserva li l-migrazzjoni ma għandhiex effetti pożittivi u jinsisti fuq il-ħtieġa li jkun hemm strateġija komuni kompluta b'kalendarju u proġetti b'miri speċifikati biex jitnaqqsu l-effetti negattivi tal-migrazzjoni illegali;

35.  Ifakkar fl-impenn tas-sħab kollha li joħolqu impjiegi aktar u aħjar permezz tal-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv;

36.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tal-programmi eżistenti fir-rigward tal-mobilità tal-istudenti u tal- akkademiċi, flimkien ma' inizjattivi bħalma huma l-Università Pan-Afrikana u l-Istrutturi u l-Programmi Edukattivi tat-Tuning;

37.  Iqis li t-telf tal-aħjar imħuħ hija problema maġġuri għall-Afrika u li n-nies professjonali li ħallew il-pajjiż għandhom jingħataw inċentivi qawwija biex jerġgħu lura u japplikaw il-benefiċċju tat-taħriġ tagħhom fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

Sħubija 8. Xjenza, soċjetà tal-informazzjoni u sħubija spazjali

38.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-illanċjar ta'djalogu ta' livell għoli dwar politika tax-xjenza u t-teknoloġija fil-livell uffiċjali u ministerjali superjuri bil-għan li jissaħħaħ il-qafas ta' kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija sabiex tingħata mbuttatura lit-tkabbir ekonomiku inklussiv u lill-iżvilupp soċjali aktar mgħaġġla fl-Afrika;

Kummenti ġenerali

39.  Jinnota li s-Sudan mhijiex irrappreżentata, peress li l-awtoritajiet ta' dan il-pajjiż ma jqisux ruħhom marbuta mid-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern li ġiet adottata fi Tripli, u jixtieq jara l-elementi kollha tal-Ftehim ta' Paċi tal-2005 implimentati, kif hemm iddikjarat fid-Dikjarazzjoni msemmija, inkluż għalhekk ir-referendum skedat għal Jannar 2011 li jrid jippermetti lin-nies tan-nofsinhar tas-Sudan jagħżlu huma d-destin tagħhom;

40.  Jiddispjaċih li ċerti Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern mill-Istati Membri aktar kbar tal-UE ma kinux jistgħu jattendu għas-Samit ta' bejn l-UE u l-Afrika;

41.  Jiddispjaċih li ma hemm l-ebda pjan ta' finanzjament biex jakkumpanja l-istrateġija konġunta tal-Afrika u l-UE u għal darba oħra jitlob li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) jiġi taħt il-baġit tal-UE ħalli tkun tista' ssir sorveljanza parlamentari tal-implimentazzjoni tad-diversi strumenti finanzjarji tal-UE użati fil-ħolqien tas-sħubijiet differenti;

42.  Jittama li jkun hemm involviment akbar min-naħa tal-korpi ministerjali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija;

43.  Jitlob li l-Parlament Pan-Afrikan u l-Parlament Ewropew ikunu jistgħu jeżerċitaw ir-rwol superviżorju tagħhom fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Strateġiku;

44.  Jistieden lill-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi kollha Afrikani u tal-UE jeżaminaw u jiddibattu dwar il-Pjan Strateġiku;

o
o   o

45.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tal-UE u lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tal-UA, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Parlament Pan-Afrikan (PPA).


Id-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) - Implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona
PDF 363kWORD 123k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (2009/2161 (INI))
P7_TA(2010)0483A7-0344/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari t-tieni u mir-raba' sas-seba' inċiżi,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(3) it-tieni inċiż, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000, kif ipproklamata fit-12 ta' Diċembru 2007 fi Strasburgu,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573),

–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet relatati kollha u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-korpi speċjalizzati ta' monitoraġġ, fil-qasam tad-drittijiet fundamentali,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QTĠ) u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

–  wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini,

–  wara li kkunsidra l-attività u r-rapporti annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA),

–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-NGOs dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku organizzat mill-Parlament Ewropew fil-21 u t-22 ta' Ġunju 2010 dwar l-impatt tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-iżvilupp ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja Ewropea (AFSJ),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2009 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2004-2008)(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0344/2010),

A.  billi l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jibbaża l-Unjoni fuq komunità ta' valuri indiviżibbli u universali ta' rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l- ugwaljanza, is-solidarjetà, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għall-persuni kollha li jgħixu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk li jagħmlu parti minn minoranzi; billi s-salvagwardja u l-promozzjoni b'mod effettiv tad-drittijiet għandhom ikunu objettiv ġenerali tal-politiki Ewropej kollha, inkluż id-dimensjoni esterna tagħhom, u kundizzjoni essenzjali għall-konsolidazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-paċi, il-valuri u l-prinċipji relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet fundamentali u l-ġid tal-popli,

B.  billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona ħoloq sitwazzjoni ġdida fl-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem biex b'hekk il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (“il-Karta”) issir legalment vinkolanti u valuri bażiċi jinbidlu fi drittijiet konkreti; billi mill-adozzjoni tagħha l-Karta saret sors ta' inspirazzjoni għall-każistika tal-qrati Ewropej; billi l-Kummissjoni ppubblikat rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Karta, filwaqt li l-promozzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali bbażati fuq il-Karta għandhom jiġu koperti permezz tar-rapporti annwali tal-FRA,

C.  billi għandha tiġi żviluppata, promossa u msaħħa kultura reali tad-drittijiet fundamentali kemm fl-istituzzjonijiet tal-UE u kemm fl-Istati Membri, b'mod partikolari meta japplikaw u jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni kemm internament kif ukoll fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi,

D.  billi, skont ir-Regoli ta' proċedura tiegħu, il-Parlament Ewropew jista' jindirizza, jeżamina u jivvaluta s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fuq bażi annwali u jagħmel rakkomandazzjonijiet,

L-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali wara t-Trattat ta' Lisbona

1.  Jenfasizza li l-protezzjoni u l-promozzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxu l-qalba tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fl-UE u kundizzjoni essenzjali tal-konsolidazzjoni taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja Ewropea u jeħtieġu azzjonijiet f'diversi livelli (livell internazzjonali, Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali); jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol li jista' jkollhom l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni konkreta u fil-promozzjoni ta' dawn id-drittijiet; għalhekk jitlob lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri biex jibnu fuq il-qafas istituzzjonali u legali ġdid li nħoloq mit-Trattat ta' Lisbona sabiex ifasslu politika interna komprensiva dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-Unjoni li tiżgura mekkaniżmi effikaċi ta' kontabilità kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak tal-UE biex jiġi indirizzati l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

2.  Jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjonijiet tiegħu, kif ukoll għall-mistoqsijiet orali b'dibattitu tiegħu u s-sejbiet minn żjarat fl-2009 dwar każijiet konkreti ta' drittijiet fundamentali, bħalma huma dwar l-privatezza, id-dinjità personali u l-protezzjoni tad-data, il-projbizzjoni tat-tortura, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-istampa u l-midja, in-nondiskriminazzjoni, l-użu ta' lingwi ta' minoranzi, dwar is-sitwazzjoni tar-Roma u l-moviment ħieles, dwar in-nisa tar- Roma, dwar id-diskriminazzjoni kontra ż-żwieġ jew fi sħubija ċivili bejn persuni tal-istess sess, dwar il-minorenni, iċ-ċentri ta' detenzjoni għall-immigranti u dwar l-allegat detenzjoni illegali ta' priġunieti skont il-programm ta' rendizzjoni tas-CIA; jenfasizza li dawn ir-riżoluzzjonijiet kollha jirriflettu l-valuri integrati fil-Karta, juru l-impenn ċar tagħha favur il-protezzjoni ta' kuljum tad-drittijiet fundamentali, u jibagħtu messaġġi politiċi lill-individwi kollha fl-UE, lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll is-sħab internazzjonali;

3.  Jiddispjaċih li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma segwew l-ebda rakkomandazzjoni li hemm fir-rapport tal-Parlament Ewropew tal-2007 dwar l-allegat użu tal-pajjiżi Ewropej mis-CIA għall-ġarr u ż-żamma illegali ta' priġunieri(3) u lanqas ma qasmu l-informazzjoni mal-Parlament Ewropew dwar id-diskussjonijiet bejn l-UE u l-Istati Unit fuq dan is-suġġett;

4.  Iqis neċessarju li ssir riflessjoni dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-perjodu wara t-Trattat ta' Lisbona u, f'dan il-kuntest, għandu l-ħsieb li din ir-riżoluzzjoni tiċċara r-rwol li kull istituzzjoni u mekkaniżmu għandu jkollhom fl-istruttura Ewropea l-ġdida tad-drittijiet fundamentali;

5.  Itenni li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009 biddel b'mod fundamentali d-dehra tal-UE, li għandha tistabbilixxi dejjem iktar lilha nnifisha bħala komunità ta' valuri u prinċipji komuni; b'hekk jilqa' s-sistema l-ġdida b'aktar minn livell wieħed tal-UE ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali li titnissel minn sorsi multipli u tiġi infurzata permezz ta' diversi mekkaniżmi, inkluż il-Karta li hija legalment vinkolanti; id-drittijiet garantiti bil-QEDB, li r-rikonoxximent tagħha joħroġ mill-obbligu tal-Unjoni li taċċedi għall-KEDB; u d-drittijiet ibbażati fuq it-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri u l-interpretazzjoni tagħhom skont il-ġurisprudenza tal-QEDB u l-QTĠ;

6.  Jafferma mill-ġdid li l-Karta għandha l-istess valur legali bħat-Trattati u tirrapreżenta l-kodifikazzjoni l-iktar moderna tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li toffri bilanċ tajjeb bejn id-drittijiet u s-solidarjetà u tinkludi fiha kemm drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali kif ukoll drittijiet “tat-tielet ġenerazzjoni” (jiġifieri d-drittijiet ta' amministrazzjoni tajba, il-libertà tal-informazzjoni, ambjent b'saħħtu u protezzjoni tal-konsumatur); iqis li l-UE għandha tiżviluppa qafas regolatorju biex tipproteġi lil persuni minn abbużi tad-drittijiet fundamentali min-negozji;

7.  Jenfasizza li l-inkorporazzjoni tal-Karta fil-liġi primarja tal-UE, filwaqt li ma testendix il-kompetenzi tal-Unjoni u hi konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 51 tagħha, toħloq responsabilitajiet ġodda għall-istituzzjonijiet ta' implimentazzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali, u li d-dispożizzjonijiet tal-Karta għalhekk saru infurzabbli direttament mill-qrati Ewropej u nazzjonali; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jżidu l-koerenza fost il-korpi varji tagħhom responsabbli għas-sorveljanza u l-implimentazzjoni, bl-għan li jkun hemm applikazzjoni effettiva tal-qafas komprensiv stabbilit u biex jiġi rinforzat mekkaniżmu ta' monitoraġġ madwar l-UE kollha, kif ukoll sistema ta' twissija bikrija bħar-Reviżjoni Perjodika Universali;

8.  Ifakkar li r-rispett tal-valuri ċentrali tal-UE u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali jikkostitwixxu bażi komuni fir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi, u jenfasizza li l-UE hi marbuta mal-Karta wkoll f'dan ir-rigward; ifakkar f'dan ir-rigward li l-promozzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt timxi id f'id mar-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jenfasizza l-fatt li, fl-istruttura istituzzjonali l-ġdida tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jista' joffri biss opportunità li tiżdied il-koerenza u l-effikaċja fl-isfera tal-isforzi tal-politika esterna biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jekk ikun maqbul approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-istruttura, ir-riżorsi u l-attivitajiet; jenfasizza li l-Unjoni għandha rwol ewlieni fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja; f'dan ir-rigward, jitlob li l-UE tiżgura l-effikaċja tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali u biex tqis il-prinċipji tal-Karta meta tidħol fi ftehimiet ma' pajjiżi terzi, kif ukoll biex iżżomm il-koerenza bejn il-politika interna u esterna tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem;

9.  Jafferma mill-ġdid li l-adeżjoni tal-UE għall-KEDB se tikkostitwixxi l-livell minimu ta' protezzjoni għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Ewropa u tipprovdi mekkaniżmu addizzjonali għall-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri l-possibilità ta' tressiq ta' lment quddiem il-QEDB fir-rigward ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn min-naħa ta' istituzzjoni tal-UE jew ta' Stat Membru fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, li jaqa' fil-mandat tal-KEDB; u li l-każistika tal-QEDB għalhekk ser tipprovdu kontribut għall-azzjoni attwali u futura tal-UE għar-rispett għal, u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali fl-oqsma tal-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern, minbarra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan il-qasam;

10.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa biex jesprimu l-impenn politiku ċar tagħhom u r-rieda tagħhom biex jappoġġaw il-proċess ta' adeżjoni filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa għal konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-konsultazzjonijiet interni tagħha, kif ukoll in-negozjati mal-Kunsill tal-Ewropa, billi ssib soluzzjonijiet adegwati għall-kwistjonijiet tekniċi ewlenin sabiex jitlesta l-proċess ta' adeżjoni fi żmien raġonevoli u sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-adezjoni għall-KEDB u tar-rekwiżiti kollha li jridu jiġu ssodisfati mill-applikanti, billi jiżviluppaw linji gwida dwar l-applikazzjoni adegwata u l-effetti ta' dan il-mekkaniżmu addizzjonali sabiex jiġi żgurat li dan ikun jista' jintuża b'mod effiċjenti u effikaċi, kif ukoll billi jiġi inkluż taħriġ tal-ħaddiema professjonisti rilevanti kollha;

12.  Jilqa“, barra minn hekk, l-obbligi ġenerali ġodda maħluqa bit-Trattat ta' Lisbona tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tal-promozzjoni tal-protezzjoni u l-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u biex tiġi żviluppata politika komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar ta' persuni, kif ukoll ir-referenza espliċita tiegħu għall-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, li tirrifletti valur fundamentali ieħor tal-Unjoni; jilqa” l-fatt li l-Unjoni kisbet personalità legali li tippermettilha taċċedi għat-trattati internazzjonali, it-titjib tal-protezzjoni ġudizzjarja bl-estensjoni tal-ġurisdizzjoni tal-QTĠ għal oqsma ta' relevanza ovvja għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, bħalma huma l-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja fil-liġi kriminali, it-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet Ewropew, speċjalment fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, u r-rwol ikbar taċ-ċittadini Ewropej, li issa ingħataw is-setgħa li jniedu leġiżlazzjoni tal-UE permezz tal-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini, u l-obbligu biex jiżamm djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u s-soċjetŕ ċivili (L-Artikolu 11(2) TUE);

13.  Jitlob implimentazzjoni sħiħa u konsistenti b'konformità mal-liġi internazzjonali u Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem tal-Programm ta' Stokkolma, li jaqleb l-obbligi u l-prinċipji li joħorġu mit-Trattat għall-prattika billi jistabbilixxi l-linji gwida strateġiċi għaż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

Istituzzjonijiet li qed jimplimentaw l-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali

14.  Iqis li l-istituzzjonijiet Ewropej ta' sikwit aġixxew b'mod parallel fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u għalhekk jitlob li ssir riflessjoni dwar azzjonijiet li saru u għal titjib fil-kooperazzjoni bejn dawk l-istituzzjonijiet, bħal kooperazzjoni interistituzzjonali stabbilita għall-monitoraġġ annwali tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE, sabiex kull istituzzjoni tkun tista' tikkontribwixxi għar-reaaporti tal-istituzzjonijiet l-oħra;

15.  Jinnota l-ħolqien ta' portafoll ġdid fil-Kummissjoni għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza bħala indikazzjoni tal-impenn tagħha biex iżżid l-isforzi fil-qasam tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali u bħala reazzjoni pożittiva għat-talbiet ripetuti tal-Parlament f'dan ir-rigward; diviżjoni bħal din bejn il-ġustizzja u s-sigurtà m'għandhiex tirrinforza d-dikotomija żbaljata bejn il-ħtieġa biex jiġu protetti d-drittijiet tal-bniedem tal-bnedmin kollha u l-ħtieġa biex tiġi assigurata l-garanzija tas-sigurtà tagħhom; il-Kummissarju l-ġdid għandu jagħti attenzjoni partikulari lill-politiki tal-UE biex jikkumbattu l-imigrazzjoni irregolari u t-terroriżmu u l-appoġġ sħiħ mill-Kulleġġ tal-Kummissarji huwa kruċjali biex jippermetti lill-Kummissarju l-ġdid ikun ta' importanza kbira;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel l-2013 s-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza sabiex tagħti imbuttatura lid-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u tinforma liċ-ċittadini tal-UE bid-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari d-drittijiet il-ġodda li jirriżultaw mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;

17.  Jistenna azzjonijiet konkreti mill-Kummissarju l-ġdid responsabbli, b'konformità mal-intenzjonijiet diġà ddikjarati: partikolarment u bl-aktar mod importanti, jilqa' l-impenn li tiġi introdotta valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali tal-proposti leġiżlattivi ġodda kollha; li jissorvelja l-proċess leġiżlattiv sabiex jiżgura li t-testi emerġenti finali jkunu konformi mal-Karta; u li japplika politika ta' “tolleranza żero” fir-rigward ta' ksur tal-Karta, billi jitwettqu investigazzjonijiet komprensivi u filwaqt li jniedi proċedimenti ta' ksur meta l-Istati Membri jiksru l-obbligi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE; u biex jiġi assigurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu informati b'mod xieraq dwar l-istruttura tad-drittijiet fundamentali ġodda; jitlob li jkun hemm segwitu għall-Komunikazzjoni tal-2003 dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea COM(2003)0606 biex jiġi definit mod trasparenti u koerenti biex jiġi indirizzat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u biex isir użu rilevanti tal-Artikolu 7 tal-istess Trattat abbażi tal-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali;

18.  Ifakkar lill-Kummissjoni tissorvelja l-proposti leġiżlattivi ġodda kollha biex tara li jkunu konformi mal-Karta, u biex tivverifika l-istrumenti eżistenti f'dan ir-rigward; jissuġġerixxi li l-valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw il-proposti tal-Kummissjoni għandhom jindikaw b'mod ċar jekk dawn il-proposti jikkonformawx mal-Karta, sabiex din il-kunsiderazzjoni ssir parti integrali tal-preżentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi; ifakkar lill-Kummissjoni fil-kompitu espliċitu tagħha biex tinvolvi l-partijiet konċernati permezz ta' konsultazzjonijiet wiesgħa sabiex jiġu assigurati l-koerenza u t-trasparenza fl-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (l-Artikolu 11(3) TUE); jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza tal-Pjattaforma tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali bħala riżorsa sinifikanti biex jiġi ssodisfat dan il-kompitu;

19.  Ifakkar lill-Kummissjoni biex twettaq investigazzjonijiet oġġettivi u tibda proċedimenti ta' ksur, biex b'hekk jiġu evitati standards doppji, kull meta Stat Membru, fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jikser id-drittijiet imħaddna f'din il-Karta; barra minn hekk, ifakkar lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jipprovdu fatti affidabbli u tiġbor l-informazzjoni wkoll minn sorsi mhux governattivi, kif ukoll titlob lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u korpi oħra tad-drittijiet tal-bniedem biex jagħtu l-kontribut tagħhom;

20.  Jiġbed l-attenzjoni għall-qawmien riċenti ta' nazzjonaliżmu, ksenofobija u diskriminazzjoni f'uħud mill-Istati Membri u jenfasizza r-rwol ċentrali li l-Kummissjoni għandha tieħu sabiex tevita u tiġġieled dan il-ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali;

21.  Jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza annwali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-konformità mal-Karta, u jinnota li r-rapporti ta' monitoraġġ tagħha għandu jkun fihom valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-drittijiet iggarantiti, valutazzjoni tal-kwistjonijiet l-aktar kontenzjużi u s-sitwazzjoni tal-gruppi l-iktar vulnerabbli fl-Unjoni, lakuni eżistenti fil-protezzjoni, xejriet ewlenin u problemi strutturali fil-livell nazzjonali u tal-UE, bil-ħsieb li jiġu proposti inizjattivi u miżuri konkreti, u jirrakkomanda t-tixrid ta' prattika tajba fost l-Istati Membri;

22.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea billi tirreferi fost l-oħrajn għall-approċċ tagħha ta' prevenzjoni fl-implimentazzjoni effettiva, l-importanza tat-taħriġ intern dwar id-drittijiet fundamentali, u l-kontroll sistematiku tal-aspett tad-drittijiet fundamentali tal-evalwazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni mill-Bord tal-Evalwazzjoni tal-Impatt, kif ukoll il-miżuri ta' komunikazzjoni mmirati mfassla għad-diversi sitwazzjonijiet meħtieġa f'dan ir-rigward; barra minn hekk, jilqa' l-enfasi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq rigward l-importanza tal-kriterji politiċi għall-adezjoni stabbiliti mill-Kunsill Ewropew ta' Kopenħagen tal-1993 li kien jesiġi pajjiżi kandidati li jkollhom istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi; il-preservazzjoni ta' dan il-kriterju tkun tappoġġja l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri futuri;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tinforza l-valuri u l-prinċipji mħaddna fit-Trattat u l-Karta kif ukoll l-istrateġija stipulata fil-Programm ta' Stokkolma permezz ta' proposti leġiżlattivi konkreti filwaqt li tikkunsidra l-ġurisprudenza tal-QEDB meta tkun qed twettaq dawn l-attivitajiet; barra minn hekk, jitlob il-“Lisbonizzazzjoni” tal-acquis attwali fil-qasam tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja u t-tisħiħ tar-responsabilità demokratika fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

24.  Jissuġġerixxi t-twaqqif ta' relazzjoni ta' ħidma bejn l-Kummissarji responsabbli għall-Ġustizzja, id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza u l-Intern u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament, billi l-Kummissarji jiġu mistiedna b'mod regolari għall-skambju ta' opinjonijiet dwar kwistjonijiet u żviluppi attwali relatati mad-drittijiet fundamentali;

25.  Jenfasizza li l-Parlament Ewropew ukoll għandu jsaħħaħ il-valutazzjoni awtonoma tal-impatt dwar id-drittijiet fundamentali f'relazzjoni mal-proposti u l-emendi leġiżlattivi taħt eżami fil-proċess leġiżlattiv biex issir aktar sistematika, l-aktar billi jkabbru l-possibilitajiet attwalment previsti bir-Regola 36 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar ir-rispett għall-Karta u biex titlob għall-opinjonijiet tas-Servizz Legali dwar kwistjonijiet legali rigward kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-UE;

26.  Jistieden lill-Kunsill jadatta għall-bidliet meħtieġa bit-Trattat u jikkonforma mal-Karta meta jkun qed jilleġiżla; għalhekk jilqa' t-twaqqif ta' Grupp ta' Ħidma permanenti tal-Kunsill dwar id-Drittijiet Fundamentali, id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Moviment Liberu tal-Persuni u jenfasizza l-importanza li dan il-korp il-ġdid ikollu mandat wiesa' biex jinkludi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali mal-UE u l-Istati Membri rilevanti u jipprovdi forum għal skambju ta' opinjonijiet tal-Kunsill dwar kwistjonijiet interni tad-drittijiet tal-bniedem u għall-ħidma ma' dan il-kor il-ġdid sabiex il-ħidma ta' dan il-korp il-ġdid tkun trasparenti u effiċjenti, ukoll b'rabta mal-Parlament Ewropew;

27.  Jafferma mill-ġdid il-ftehim interistituzzjonali Approċċ Komuni għall-Valutazzjoni tal-Impatt(4) imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea, li tiddikjara li l-Parlament u l-Kunsill huma responsabbli biex jivvalutaw l-impatt tal-emendi tagħhom stess;

28.  Jistieden lill-Kunsill jassigura li l-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet Fundamentali, id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Moviment Liberu tal-Persuni (FREMP) ikollu mandat wiesa' li jkun jista' jinkludi, pereżempju s-setgħa li jiddiskuti u jwieġeb b'mod uffiċjali għar-rapporti tal-FRA (barra mir-rakkomandazzjonijiet tal-korpi, proċeduri u miżuri speċjali tat-trattat tan-NU), li jivvaluta l-impatt estern tad-drittijiet tal-bniedem tal-istrumenti u l-politiki tal-UE, f'koordinazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM), li jassigura koordinazzjoni mal-aġenziji bla mandat tad-drittijiet tal-bniedem iżda b'impatt tad-drittijiet tal-bniedem (pereżempju l-EIB jew il-FRONTEX), li jeżamina l-firma, ir-ratifikazzjoni u l-konformità tal-UE u tal-Istati Membri mal-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u li jipprovdi forum għall-iskambji tal-Kunsill dwar kwistjonijiet interni tad-dritttijiet tal-bniedem;

29.  Jitlob għar-rispett tad-dritt tiegħu għal skrutinju demokratiku abbażi tat-trattati; jinsisti dwar in-neċessità li jissaħħu t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, sabiex tkun żviluppata kooperazzjoni interistituzzjonali iktar effikaċi, inkluża r-responsabbiltà dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali; jenfasizza r-rwol tiegħu fis-segwitu tar-riżoluzzjonijiet tiegħu relatati mad-drittijiet fundamentali fl-UE u r-rwol tiegħu fl-evalwazzjoni tax-xogħol li jsir minn istituzzjonijiet oħra tal-UE f'termini tal-azzjonijiet tagħhom jew in-nuqqas ta' azzjoni meta jivvalutaw l-iżviluppi fil-qasam (eż. permezz ta' rapporti annwali), b'kombinazzjoni ma' messaġġi politiċi b'approċċ ibbażat fuq il-fatti; jenfasizza d-dritt tiegħu, skont l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, biex ikun infurmat immedjatament u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura għall-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

30.  Jafferma mill-ġdid il-fatt tar-rwol imkabbar tal-QTĠ fir-rigward tal-iżgurar li l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u l-Istati Membri kollha li jkunu qed jimplementaw il-liġi tal-UE jirrispettaw il-Karta kif xieraq, u jinnota li dan se jagħti lok sabiex il-QTĠ ssaħħaħ u tkompli tiżviluppa l-każistika tagħha dwar id-drittijiet fundamentali; jenfasizza l-bżonn ta' kooperazzjoni stabbilita bejn il-qrati nazzjonali, il-QTĠ u l-QEDB sabiex jitkattar l-iżvilupp ta' sistema koerenti ta' każistika f'dan il-qasam;

31.  Jenfasizza r-rwol tal-FRA fl-osservazzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni u l-implikazzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona f'dan il-qasam, billi tipprovdi analiżi, għajnuna u għarfien espert, kompitu li jeħtieġ il-kwalità, l-oġġettività, l-imparzjalità effikaċi u t-trasparenza; jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi u ssaħħaħ il-mandat tal-FRA sabiex iġġib xogħolha konformi mar-rekwiżiti l-ġodda bbażati fuq it-Trattat ta' Lisbona u l-Karta, jindika li, fi żmien il-mandat rivedut, ir-rwol ta' monitoraġġ tal-FRA għandu jiġi estiż għall-pajjiżi għall-adeżjoni; għalhekk huma meħtieġa riżorsi xierqa għaż-żieda fil-kompiti wara l-implimentazzjoni tal-Karta; itenni t-talba tiegħu li jkun assoċjat b'mod sħiħ fir-reviżjoni tal-programm multiannwali tal-FRA; jilqa' l-inklużjoni ta' Anness fir-rapport annwali tal-FRA, li jindika r-ratifika mill-Istati Membri ta' strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

32.  Jenfasizza li l-kompitu ewlieni tal-FRA huwa li tipprovdi lill-istituzzjonijiet li jieħdu d-deċiżjonijiet b'fatti u data dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali u li, għal dan il-għan, tiġbor u tanalizza informazzjoni u data, kif ukoll tqajjem kuxjenza billi twettaq riċerka u stħarriġ xjentifiċi bbażati fuq metodoloġiji ta' reqqa, tippubblika rapporti tematiċi u annwali, tinnetwerkja u tippromwovi d-djalogu mas-soċjetà ċivili; jilqa' r-rapport annwali 2009 tagħha kif ukoll l-approċċ tagħha fejn tipprovdi ħarsa ġenerali komparattiva u tiġbed l-attenzjoni għall-prattiki tajbin fis-27 Stat Membru;

33.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE li jieħdu d-deċiżjonijiet sabiex jużaw id-data u l-fatti pprovduti mill-FRA matul l-istadju preparatorju ta' attività leġiżlattiva, fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u/jew ta' sorveljanza u li jkunu f'kooperazzjoni kostanti u mill-qrib mal-FRA, filwaqt li jinvolvu l-Pjattaforma tal-NGO tagħha;

34.  Jistieden lill-aġenziji Ewropej kollha, biex iżommu l-impenn tagħhom għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u biex jintegraw l-approċċ tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tagħhom; barra minn hekk jitlob li l-UE tiżgura r-responsabbiltà legali sħiħa tal-aġenziji tagħha f'dan ir-rigward;

35.  Huwa tal-opinjoni li l-FRONTEX għandha tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata mal-aġenziji li jittrattaw id-drittijiet fundamentali jew migranti jew l-ażil u l-UNHCR, sabiex jiffaċilitaw l-operazzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' l-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-FRONTEX u l-FRA ffirmat fl-2010;

36.  Jenfasizza l-fatt li l-UE u l-Istati Membri għandhom obbligi kondiviżi fil-qasam tal-implimentazzjoni u/jew l-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem u dawk fundamentali, fl-isferi ta' responsabilità rispettivi tagħhom, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, u li din ir-responsabilità u l-kompetenza kondiviżi jirrappreżentaw opportunità u obbligu min-naħa tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jenfasizza r-rwol imkabbar tal-parlamenti nazzjonali pprovdut bit-Trattat ta' Lisbona u jappoġġa l-istabbiliment ta' djalogu formali kontinwu bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

37.  Ifakkar lill-Istati Membri fid-dmir tagħhom li jipprovdu lill-Kummissjoni, bħala gwardjan tal-trattati, b'fatti u data affidabbli, meta tintalab;

38.  Jenfasizza l-importanza tal-korpi ġudizzjarji fl-Istati Membri, li għandhom rwol ewlieni fl-infurzar tal-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u l-infurzar tad-drittijiet fundamentali, u għalhekk iħeġġeġ li jiġi appoġġjat aċċess faċli għall-qrati u l-proċeduri b'limitu ta' ħin raġonevoli bħala mezz biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu sforz fir-rigward tat-taħriġ kontinwu tal-imħallfin nazzjonali dwar il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, inklużi l-aspetti ġodda f'dan il-qasam wara t-Trattat ta' Lisbona;

39.  Jemmen li l-azzjoni tal-UE m'għandhiex tindirizza biss il-ksur tad-drittijiet fundamentali wara li jkunu twettqu, iżda għandha tfittex li tipprevenihom; konsegwentement jitlob li ssir riflessjoni dwar mekkaniżmi biex ksur potenzjali tad-drittijiet fundamentali fl-UE u fl-Istati Membri tagħha jiġu identifikati kmieni, dwar iffriżar temporanju tal-miżuri li jikkostitwixxu tali ksur, dwar proċeduri legali aċċellerati biex jiġi determinat jekk miżura hix kuntrarja għad-drittijiet fundamentali tal-UE u għal sanzjonijiet fil-każ li dawn il-miżuri jkunu madankollu implimentati kuntrarju għal-liġi tal-UE;

40.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jirdoppjaw l-isforzi tagħhom bl-għan li jinfurmaw sew u jqajmu l-kuxjenza pubblika, minħabba li d-drittijiet fundamentali jistgħu jiġu protetti aħjar jekk l-individwi nfushom ikunu konxji mid-drittijiet tagħhom u l-mekkaniżmi disponibbli għall-protezzjoni tagħhom; jitlob użu attiv tal-korpi ċivili u l-NGOs relevanti għaż-żamma ta' relazzjoni ta' ħidma kontinwa ma' dawn il-korpi fl-implimentazzjoni tal-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali u meta tkun qed tittieħed azzjoni dwar każijiet speċifiċi;

41.  Jafferma mill-ġdid id-dritt tagħha li kull sena toħroġ rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE, li jindirizza l-kwistjoni tad-drittijiet fundamentali mal-istituzzjonijiet tal-UE, aġenziji jew Stati Membri jekk ikun meħtieġ;

Kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali

42.  Jissuġġerixxi li jinstabu modijiet għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE biex issir kooperazzjoni aħjar mal-organizzazzjonijiet internazzjonali impenjati favur il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, u li jsir użu aħjar u direzzjonat b'mod aktar effikaċi tar-riżultati tal-esperjenza f'dan il-qasam;

43.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, fl-interessi ta' konsistenza u sinerġija ikbar fil-livell Ewropew, u jissuġġerixxi li jsir użu aħjar tal-kompetenzi tal-mekkaniżmi, l-istandards u r-riżultati ta' sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem żviluppati mill-Kunsill tal-Ewropa, biex b'hekk jiġi evitat xogħol doppju; jafferma mill-ġdid il-bżonn li l-Unjoni tkun involuta iktar fil-ħidma tal-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem u għall-UE biex tqis ħafna aktar dak ix-xogħol meta timplimenta l-politiki fil-qasam tal-libertajiet, il-ġustizzja u s-sigurtà;

44.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet ċentrali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll il-protokolli fakultattivi addizzjonali: fosthom, il-Karta Soċjali Ewropea (riveduta), il-Konvenzjoni dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar ta' Persuni, il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali, il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali u Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll il-Konvenzjoni tan-NU Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti kollha u l-Membri tal-Familji tagħhom, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-kriminalità organizzata u ż-żewġ protokolli tagħha kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà; barra minn hekk, jissuġġerixxi li, fil-proċess leġiżlattiv Ewropew, jitqiesu iktar id-dokumenti internazzjonali u ssir iktar referenza għalihom;

45.  Jenfasizza l-bżonn ta' attenzjoni proporzjonata għall-mekkaniżmi ta' sorveljanza varji tan-Nazzjonijiet Uniti u għas-sejbiet tal-korpi tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, u jissuġġerixxi li jiġu segwiti mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom b'relevanza għall-Istati Membri; jinnota l-importanza tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; jirrakkomanda kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti; u jilqa' l-ftuħ, fi Brussell, tal-ewwel Uffiċċju Reġjonali Ewropew tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem;

46.  Jenfasizza r-rwol importanti u l-ħidma attiva tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR), tar-Rappreżentanti Speċjali tal-OSKE għal-Libertà tal-Midja u Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin u tal-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali;

47.  Jistieden lill-Istati Membri li qegħdin fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex jassiguraw garanziji proċedurali għad-drittijiet fil-proċess ta' tqegħid fil-lista u t-tneħħija minnha tal-allegati gruppi jew persuni terroristi, kif meħtieġ mill-każistika rilevanti tal-QTĠ;

L-iktar sfidi urġenti tal-era l-ġdida

48.  Jenfasizza li l-istruttura l-ġdida se titkejjel skont kemm jiġu indirizzati b'mod effikaċi l-kwistjonijiet l-iktar urġenti u l-ksur l-aktar rikorrenti mill-istituzzjonijiet responsabbli, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE, anki b'rabta mar-relazzjonijiet esterni tagħha;

49.  Ifakkar, għalhekk, fir-riżoluzzjonijiet u d-dibattiti u s-sejbiet minn missjonijiet fl-2009 dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali, li wrew li hemm ħafna kwistjonijiet pendenti u każijiet speċifiċi ta' ksur tad-drittijiet fundamentali, li jirrikjedu passi konkreti urġenti, strateġiji ta' nofs it-terminu u soluzzjonijiet fit-tul kif ukoll segwitu mill-istituzzjonijiet tal-UE; bħal pereżempju:

o
o   o

   il-protezzjoni tal-erba' libertajiet fundamentali bħala l-kisbiet bażiċi tal-UE, b'attenzjoni speċifika għal-libertà tal-moviment taċ-ċittadini tal-UE,
   il-garanzija tad-drittijiet tal-persuni kollha preżenti fit-territorju tal-UE irrispettivament miċ-ċittadinanza,
   l-assigurazzjoni taċ-ċertezza legali u l-eżistenza ta' kontrolli xierqa u bilanċi ta' sistema demokratika soda,
   il-garanzija tal-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, inklużi l-ġbir, l-ipproċessar, it-trasferiment u l-ħażna ta' data finanzjarja u personali, kemm fl-UE kif ukoll barra, skont il-prinċipji ta' skop, ħtieġa u proporzjonalità u d-drittijiet ta' rettifika u appell, u l-promozzjoni tal-bilanċ tajjeb bejn il-libertajiet individwali u s-sigurtà kollettiva, li qed jiġu mhedda b'forom ġodda ta' terroriżmu u kriminalità organizzata,
   il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin – speċjalment in-nisa u t-tfal – billi dan jikkostitwixxi forma ta' skjavitù; jinnota li minkejja l-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali u l-impenji tal-politika matul ħafna snin, madwar mitt elf persuna huma stmati li ġew ittraffikati fl-UE jew fiż-żona tal-UE kull sena u jenfasizza l-ħtieġa għal urġenza akbar biex ikun indirizzat dan ir-reat, inkluż permezz tad-Direttiva ġdida proposta tal-UE li tinkludi l-ħatra ssuġġerita ta' rapporteurs nazzjonali biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-politika kontra t-traffikar tal-bnedmin fil-livell nazzjonali,
   il-protezzjoni tad-drittijiet tar-refuġjati u l-migranti, billi tassigura li l-ġestjoni min-naħa tal-UE tal-flussi tal-migrazzjoni u tan-negozjati dwar il-ftehimiet ma' pajjiżi terzi għad-dħul mill-ġdid fil-pajjiż ma jpoġġix tali individwi fir-riskju tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem,
   il-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi ta' vjolenza, reati, gwerer u drittijiet tal-bniedem, qasam tal-politika fejn hemm bżonn ta' leġiżlazzjoni għall-UE kollha, mingħajr ma jbiddel id-direzzjoni tal-attenzjoni u r-riżorsi li jmorru biex jipprevjenu u jikkumbattu l-kriminali u t-terroristi u biex jiġu indirizzati l-kawżi primarji; jenfasizza l-konsultazzjoni pubblika tal-UE dwar it-titjib tad-drittijiet tal-vittmi tar-reati u tal-vjolenza mnedija fil-bidu tal-2010 u jistenna b'ħeġġa l-proposta ta' segwitu tal-Kummissjoni għall-miżuri prattiċi biex jiġu megħjuna l-vittmi matul il-proċess tal-ġustizzja; ifakkar l-inizjattiva tal-Istati Membri għal ordni ta' protezzjoni Ewropea bil-ħsieb li tiżdied il-protezzjoni li tingħata lill-vittmi li jiċċaqilqu bejn l-Istati Membri tal-UE iżda jħeġġeġ kjarifika legali tad-dispożizzjonijiet tagħha,
   l-iżvilupp ta' strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal permezz ta' miżuri prattiċi kontra l-abbuż tat-tfal, l-isfruttament sesswali u l-pornografija tat-tfal, biex jiġi promoss użu iktar sikur tal-Internet u biex jiġu eliminati t-tħaddim tat-tfal u l-faqar tat-tfal, filwaqt li titqies l-istima li 10-20% tat-tfal fl-Ewropa jkunu abbużati sesswalment matul tfulithom, li r-riċerka turi li t-tfal vittmi murija fil-pornografija qegħdin ikunu iżgħar u li ċ-ċirkostanzi ekonomiċi globali attwali jheddu li jitfgħu aktar tfal fil-forza tax-xogħol u/jew fil-faqar,
   il-promozzjoni ta' politiki tal-UE dwar l-ażil u l-immigrazzjoni skont il-valuri u l-prinċipji stabbiliti fit-trattati, fil-Karta u fl-ECHR,
   l-iżvilupp ta' strateġija tal-UE dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, li għadhom ibatu minn diskriminazzjoni fil-ħajja tagħhom soċjali, professjonali u kulturali,
   il-projbizzjoni u l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni abbażi tal-Artikolu 21 tal-Karta, fl-oqsma kollha tal-ħajja, inkluż il-profilar etniku, filwaqt li jitqiesu r-responsabbiltajiet legali u l-kompetenzi stabbiliti;
   il-protezzjoni tad-diversità tal-lingwi, bħala wirt kulturali tal-Ewropa, inklużi l-lingwi tal-minoranzi,
   il-projbizzjoni ta' sanzjonijiet minħabba l-użu ta' lingwa differenti mil-lingwa uffiċjali ta' Stat Membru,
   il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali,
   it-tfassil ta' strateġija fil-livell tal-UE bbażata fuq l-azzjoni li trawwem l-inklużjoni tar-Roma u l-integrazzjoni tal-kwistjoni fl-implimentazzjoni tal-politika Ewropea, nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-istabbiliment ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-UE,
   it-twaqqif ta' qafas għall-UE kolllha dwar id-drittijiet proċedurali għal dawk suspettati fi proċeduri kriminali,
   il-garanzija u l-promozzjoni tal-libertà tal-istampa fl-Unjoni Ewropea, li sejra għall-agħar sena wara l-oħra, l-aktar fatti ta' min jagħti kashom huma l-konċentrazzjoni tal-midja, il-pressjoni eżerċitata fuq il-ġurnalisti u fuq xogħolhom u t-taħrik tal-ġurnalisti għal ebda raġuni reali jew serja,
   l-evalwazzjoni tal-ftehimiet eżistenti tal-UE dwar id-dħul mill-ġdid fil-pajjiż u l-valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet fundamentali tal-politika tal-UE dwar ftehimiet dwar id-dħul mill-ġdid fil-pajjiż,
   il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali tan-nies l-aktar vulnerabbli permezz tal-edukazzjoni u azzjoni pożittiva, inklużi dawk fil-ħabs jew li qabel kienu priġunieri, u dawk li qegħdin iservu sentenzi alternattivi, flimkien ma' kwalunkwe miżura oħra li trawwem ir-riabilitazzjoni soċjali tagħhom,
   id-dritt ta' edukazzjoni għal kulħadd,
   il-protezzjoni tal-migranti, b'mod partikolari ta' dawk li jfittxu l-ażil;
   l-inkoraġġiment ta' soċjetà ċivili biex jiġi promoss dibattitu trasparenti u regolari dwar id-drittijiet fundamentali, u biex jiġi żgurat li dawn ikunu protetti kemm jista' jkun fil-wisa“,
   il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' razziżmu, ksenofobija u antiSemitiżmu,
   il-promozzjoni għal fehim akbar interkulturali u bejn nies bi twemmin differenti, bl-għan li jitjieb il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea,
   il-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti irregolari fl-UE,
   il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà, l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja u l-istampa, u l-fluss liberu ta' informazzjoni,
   il-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon minn kwalunkwe vjolazzjoni, peress li dan hu dritt fundamentali stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Karta, li tinkludi l-libertà li wieħed juri r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu fil-pubbliku jew fil-privat;

50.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

(1) CM(2007)74.
(2) ĠU C 46E , 24.2.2010, p. 48.
(3) ĠU C 287E , 29.11.2007, p. 309.
(4) Dokument tal-Kunsill 14901/05, 24.11.2005.


L-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur
PDF 406kWORD 98k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar l-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur (2010/2052(INI))
P7_TA(2010)0484A7-0338/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar Prattiki Kummerċjali Żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (DPKŻ)(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (DRQK)(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva)(3)(DSMA),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”)(4),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 7 (ir-rispett tal-ħajja privata u familjari) u l-Artikolu 8 (il-ħarsien tad-data personali) tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern(7),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2010 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi(8),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-9 ta' Marzu 2010 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2005/29/KE rigward prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u d-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-effett tal-kummerċjalizzazzjoni u tar-riklamar fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel(12),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2009 bit-titlu ' Il-monitoraġġ tar-riżultati għall-konsumatur fis-suq waħdieni: It-tieni edizzjoni tat-“Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (COM(2009)0025) u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha bit-titolu “It-Tieni Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur” (SEC(2009)0076),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni tad-29 ta'Marzu 2010 bit-titlu “Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur – Il-Konsumaturi jħossuhom komdi fis-Suq Intern: Is-sorveljanza tal-Integrazzjoni tas-Suq Intern tal-kummerċ bl-imnut u l-Ambjent tal-Konsumaturi fl-Istati Membri” (SEC(2010)0385),

–  wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ħarsien tal-konsumaturi fis-suq intern, ippubblikat mill-Kummissjoni f'Ottubru 2008 fl-Ewrobarometru Speċjali Nru 298,

–  wara li kkunsidra r-rapport analitiku dwar l-attitudnijiet lejn il-bejgħ transkonfinali u l-ħarsien tal-konsumaturi, ippubblikat mill-Kummissjoni f'Marzu 2000 (Ewrobarometru Flash Nru 282),

–   wara li kkunsidra l-approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali (COM(2007)0833),

–   wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (SEC(2009)1666),

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/2010 dwar ir-riklamar komportamentali bl-internet adottata fit-22 ta' Ġunju 2010 mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-ħarsien tad-data,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 5/2009 dwar in-netwerks soċjali bl-internet adottata fit-12 ta' Ġunju 2009 mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-ħarsien tad-data,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Franċiża dwar it-Teknoloġija tal-Informatika u l-Libertajiet Ċivili tal-5 ta' Frar 2009 bit-titlu “La publicité ciblée en ligne” ('Ir-riklamar immirat bl-internet“),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0338/2010),

A.  billi r-riklamar jistimula l-kompetizzjoni u l-kompetittività, jaf jillimita l-abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti u jħeġġeġ l-innovazzjoni fis-suq intern, u konsegwentement għandu impatt pożittiv fuq il-konsumaturi, partikularment billi tiżdied il-firxa ta' għażla, jitbaxxew il-prezzijiet u tiġi mogħtija informazzjoni dwar il-prodotti l-ġodda,

B.  billi r-riklamar huwa sors importanti u ta' spiss kruċjali ta' dħul għal settur tal-midja dinamiku u kompetittiv u jikkontribwixxi b'mod attiv għall-istampa indipendenti u diversa fl-Ewropa,

C.  billi ċerti prattiki tar-riklamar jista' madankollu jkollhom impatt negattiv fuq is-suq intern u l-konsumaturi (minħabba prattiki żleali, intrużjoni fl-ispazji pubbliċi u l-arena privata, riklamar immirat lejn individwi, ostakoli għall-aċċess u tagħwiġ tas-suq intern),

D.  billi għadu neċessarju li jiġu miġġielda l-prattiki kummerċjali żleali fil-qasam tar-riklamar, kif il-Ewrobarometru Speċjali Nru 29 jagħmilha ċara li għadhom komuni,

E.  meta wieħed iqis l-impatt sinifikattiv tar-riklamar fuq l-evoluzzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni, partikularment permezz tal-iżvilupp tal-internet, tan-netwerks soċjali, tal-forums u l-blogs, il-mobilità dejjem tikber tal-utenti u ż-żieda rapida ta' prodotti diġitali,

F.  billi, peress li l-konusumatur sa ċertu punt qed jitlef l-interess fil-proliferazzjoni ta' messaġġi ta' riklamar, illum il-ġurnata hemm it-tentazzjoni li t-teknoloġiji l-ġodda tal-komunikazzjoni jintużaw sabiex jinxterdu messaġġi kummerċjali anke meta ma jkunux maħsuba għal dan il-għan u għaldaqstant jistgħu jqarqu lill-konsumaturi,

G.  billi l-iżvilupp ta' prattiki ġodda ta' riklamar onlajn u permezz ta' apparat mobbli qed jiġġenera firxa ta' problemi li għandhom jiġu indirizzati sabiex jiġi ssalvagwardjat livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti,

H.  billi r-riklamar onlajn għandu rwol ekonomiku importanti, partikularment billi jiffinanzja servizzi b'xejn, u billi qed jespandi b'mod esponenzjali,

I.  billi l-iżvilupp tar-riklamar immirat (kuntestwali, personalizzat, komportamentali), li hu meqjus li hu imfassal għall-interessi ta' dawk li jużaw l-internet, jikkostitwixxi attakk serju fuq il-protezzjoni tal-privatezza meta msejjes fuq l-intraċċar tal-individwi permezz ta' cookies, ħolqien tal-profili u l-ġeolokalizzazzjoni) u meta ma jkunx ingħata kunsens espliċitu u b'mod liberu minn qabel mill-konsumatur,

J.  billi r-riklamar ippersonalizzat ta' messaġġi ta' riklami m'għandux iwassal għall-iżvilupp ta' riklamar intrużiv li jikser il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza,

K.  billi gruppi ta' nies li huma partikolarment vulnerabbli minħabba xi diżabilità mentali, fiżika jew psikoloġika, l-età tagħhom jew il-fatt li jkunu jemmnu kollox – bħalma huma t-tfal, l-adolexxenti, l-anzjani jew ċerti persuni li huma vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni soċjali u finanzjarja tagħhom (pereżempju dawk li għandhom dejn eċċessiv) – għandhom bżonn ta' protezzjoni speċjali,

L.  billi jirrikonoxxi li għad hemm nuqqas ta' informazzjoni dwar l-effetti soċjopsikoloġiċi preċiżi tal-forom ġodda, aktar mifruxa u aktar imxerrda tar-riklamar, partikularment fir-rigward tal-pożizzjoni ta' dawk li ma jistgħux jaffordjaw li jixtru l-prodotti u s-servizzi promossi f'dawn ir-riklami,

M.  billi n-natura speċifika ta' ċerti prodotti – bħalma huma t-tabakk, l-alkoħol, il-mediċini u l-logħob tal-azzard onlajn – jitlob għal regolamentazzjoni xierqa tar-riklamar fuq l-Internet bil-għan li jiġu evitati l-abbużi, id-dipendenzi u l-iffalsifikar,

N.  billi jitqies li r-riklamar jista' jaġixxi bħala katalizzatur b'saħħtu għall-ġlieda kontra l-istereotipi u l-preġudizzji bbażati fuq ir-razziżmu, is-sessiżmu u l-ksenofobija,

O.  billi jitqies li r-riklamar bosta drabi jikkomunika messaġġi diskriminatorji u/jew derogatorji li jipperpetwaw preġudizji rigward is-sess, u b'hekk idgħajfu l-istrateġiji għall-ugwaljanza li għandhom l-għan li jeliminaw l-inugwaljanzi,

Evalwazzjoni tal-qafas leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv eżistenti

1.  Isostni li d-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali tipprovdi qafas legali essenziali għall-ġlieda kontra reklamar qarrieqi u aggressiv, fir-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji u l-konsumaturi; jirrikonoxxi li għalkemm għadu mhuwiex possibbli li ssir evalwazzjoni komprensiva, diġà jidhru ħafna diffikultajiet bl-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni (speċjalment rigward il-forom ġodda, aktar mifruxa tar-reklamar), kif juru s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea kontra miżuri nazzjonali eżistenti li marru lil hinn mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali, li jistgħu jqajmu dubju dwar l-effikaċja tad-Direttiva;

2.  Jenfasizza li differenzi ta' interpretazzjoni u ta' implementazzjoni fuq livell nazzjonali ma wasslux għal-livell mixtieq ta' armonizzazzjoni, ħolqu nuqqas ta' ċertezza legali u dgħajfu l-kummerċ transkonfinali fis-suq uniku;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni taġġorna, tiċċara u ssaħħaħ il-linji gwida tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali fuq bażi regolari ħafna u tiżgura li jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-UE, u jitlob lill-Istati Membri jqisu kemm jista' jkun dawk il-linji gwida;

4.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffinalizza u tippubblika f'Novembru 2010 bażi ta' data tal-miżuri nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali, il-każistika applikabbli u dokumenti oħra relevanti;

5.  Ifakkar li l-ambitu tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali huwa limitat għar-relazzjonijiet bejn in-negozju u l-konsumatur filwaqt li d-Direttiva dwar Riklamar Qarrieqi u Komparattiv tittratta r-relazzjonijiet bejn in-negozjii; jenfasizza li ċerti entitajiet ma jaqgħux taħt l-ambitu tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali u lanqas tad-Direttiva dwar Riklamar Qarrieqi u Komparattiv, bħal ma huma l-NGOs jew il-gruppi ta' interess; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tagħmel analiżi separata tal-impatt ta' prattiki tar-reklamar qarrieqa indirizzati lejn dawk il-kriterji li milli jidher mhumiex koperti bl-ebda mid-Direttivi; jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-koordinazzjoni bejniethom u jipprovdu soluzzjonijiet adegwati għal dawk il-kategoriji li ġew suġġetti għal prattiki ta' reklamar qarrieqa bejn il-fruntieri ġewwa l-UE;

6.  Jilqa' l-ispezzjonijiet konġunti mill-Istati Membri (“Sweep”); jitlob li jsiru aktar investigazzjonijiet ta' dan it-tip u li jitwessa' l-ambitu tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet konġunti u tipprepara, jekk ikun meħtieġ, aktar passi bil-għan li ttejjeb is-suq intern għall-konsumaturi;

7.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bil-mezzi u r-riżorsi finanzjarji, umani u teknoloġiċi meħtieġa għall-azzjoni effikaċi tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiffaċilita, fuq il-bażi tal-esperjenza tan-netwerk tal-Kooperazzjoni tal-Protezzjoni tal-Konsumatur,il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u ttejjeb l-effikaċja tal-kontroll tagħhom;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprepara analiżi fuq l-obbligi u l-funzjonijiet ta' kontroll tal-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur u taqsam magħhom l-aħjar prattiki sabiex tittejjeb l-effikaċja tal-ħidma tagħhom;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni testendi l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 biex jinkludi l-iffalsifikar u l-prodotti illegali, u biex issaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri skont dak ir-Regolament, sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi konnessa mar-riklamar illegali;

10.  Iħeġġeġ il-prattika ta' awtoregolamentazzjoni bħala żieda dinamika, flessibbli u responsabbli għall-qafas leġiżlattiv eżistenti; jissuġġerixxi li l-Istati Membri li għad m'għandhomx entitajiet awtoregolatorji għandhom jiffaċilitaw it-twaqqif ta' tali entitajiet, fuq il-bażi tal-aħjar prattiki minn Stati Membri oħra, u/jew li jirrikonoxxuhom b'mod formali;

11.  Jenfasizza, madankollu, il-limiti tal-awtoregolamentazzjoni, li f'kwalunkwe każ ma tistax tissostitwixxi l-leġiżlazzjoni, partikularment fir-rigward tat-twaqqif ta' regoli sabiex tiġi protetta d-data personali tal-konsumaturi u l-penalitajiet applikabbli jekk tali regoli ma jkunux rispettati;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet ta' mġiba nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-mezzi tax-xandir u mat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jevalwaw l-effikaċja tal-korpi awtoregolatorji nazzjonali;

13.  Jenfasizza r-responsabilità fir-rigward tas-soċjetà dovuta għall-impatt u l-portata ta' riklamar mifrux u mxerred, u jisħaq fuq ir-rwol tal-kumpaniji tar-riklamar fit-trawwim ta' kultura ta' sensibilizzazzjoni u responsabilità korporattiva;

14.  Iħeġġeġ il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati varji involuti fl-iżviluppi leġiżlattivi;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw b'mezzi xierqa li l-mezzi tax-xandir u l-professjonisti tar-reklamar jiggarantixxu r-rispett għad-dinjità umana u li jopponu x-xbihat direttament jew indirettament diskriminatorji jew sterjotipizzanti jew kull inċitament għall-mibegħda msejsa fuq sess, razza, oriġini etnika, età, twemmin reliġjuż jew xort' oħra, orjentament sesswali, diżabbiltà u pożizzjoni soċjali;

16.  Jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma implimentawx id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva biex jagħmlu dan immedjatament; jistenna b'interess il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta' rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u jenfasizza l-ħtieġa li jitqies l-użu tat-teknoloġiji l-ġodda (pereżempju t-televixin minn fuq l-internet (IPTV));

Problemi li jinħolqu minħabba l-iżvilupp tal-Internet u t-teknoloġiji ġodda

17.  Jikkundanna l-iżvilupp ta' riklamar “moħbi” fuq l-internet li mhux kopert mid-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali (relazzjonijiet bejn il-konsumaturi), fil-forma tal-kummenti li jittellgħu fuq netwerks soċjali, forums jew blogs, li l-kontenut tagħhom bilkemm jintagħraf minn dawk li huma sempliċiment opinjoni; iqis li għaldaqstant hemm riskju li l-konsumaturi se jagħmlu deċiżjonijiet ħżiena dovuti għall-fatt li jaħsbu li l-informazzjoni li fuqha huma jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom ġejja minn sorsi oġġettivi; jikkundanna każijiet fejn ċerti operaturi kummerċjali jiffinanzjaw b'mod dirett jew indirett kwalunkwe azzjoni biex jitħeġġeġ it-tixrid ta' messaġġi jew kummenti li jidhru li jkunu qed joriġinaw mill-konsumaturi nfushom meta fil-verità dawn ikunu messaġġi ta' natura kummerċjali jew tar-reklamar, u jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni kif suppost tad-Direttiva dwar Prattiki Kummerċjali Żleali f'dan ir-rigward;

18.  Jissuġġerixxi li l-Istati Membri jħeġġu biex ikun hemm osservaturi/moderaturi tal-forums li jkunu attenti għall-perikli tar-reklamar moħbi, kif ukoll l-iżvilupp ta' kampanji tal-informazzjoni mmirati biex iwissu lill-konsumaturi dwar dawn il-forom “moħbija” ta' reklamar;

19.  Jinnota li l-kampanja fil-livell Ewropew kontra r-riklamar moħbi hija ta' importanza kbira għat-tindif tas-suq u sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur, minħabba li għal xi professjonisti dan huwa mezz li bih jgħawwġu r-regoli tal-kompetizzjoni u artifiċjalment jagħtu valur aktar għoli, mingħajr ma jiswielhom xejn, lill-kumpanija tagħhom jew jagħtu isem ħażin b'mod inġust lil kompetitur;

20.  Ileħħen it-tħassib tiegħu dwar l-użu regolari tar-riklamar komportamentali u tal-iżvilupp tal-prattiki ta' reklamar intrużiv (bħall-qari tal-kontenut tal-emails, l-użu tan-netwerks soċjali u tal-ġeolokalizzazzjoni, u r-riklamar immirat mill-ġdid) li jikkostitwixxu attakki fuq il-privatezza tal-konsumaturi;

21.  Jenfasizza r-riskju li jinħoloq meta l-istess kumpanija sservi ta' fornitur tas-servizz kif ukoll ta' kumpanija li tbigħ ir-riklamar (għax jikber il-potenzjal li ssir referenza inkroċjata tad-data miġbura matul kull wieħed minn dawn l-attivitajiet); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li livelli differenti ta' ġbir tad-data jinżammu separati;

22.  Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati b'mod ċar, li jinqara faċilment u konċiż, dwar l-ipproċessar u użu tad-data dwarhom u jħeġġeġ lil min jirreklama jaħdem biex ikun hemm użu standard ta' fakultà li permezz tagħha l-konsumatur ikun jista' jagħżel b'mod faċli jekk ikunx inkluż jew le; jinnota li din id-data personali għandha tinżamm u tintuża biss bl-approvazzjoni espliċita tal-konsumatur;

23.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-konsumatur jiġi mgħarraf sew meta huwa jaċċetta r-riklami bi skambju għal skontijiet li jirriżultaw minn tekniki ta' reklamar komportamentali;

24.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu inkorporati kwestjonijiet ta' privatezza bħala standard għas-soluzzjonijiet teknoloġiċi tal-ġejjieni li jinvolvu d-data personali; iqis li l-iżviluppaturi ta' teknoloġija ġdida għandhom, mill-bidu nett tal-proċess ta' żvilupp, jinkorporaw sigurtà u protezzjoni tad-data b'konformità mal-ogħla standards u b'referenza għal “Privacy by Design” (l-iżvilupp ta' teknoloġija b'kunċett intrinsiku ta' privatezza);

25.  Jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-mezzi varji (leġiżlattivi jew le) u tiżgura l-possibilitajiet tekniċi fil-livell tal-Unjoni Ewropea biex timplimenta b'mod effettiv il-miżuri li ġejjin:

   twettaq studju komprensiv dwar prattiki ta' riklamar ġodda li jinvolvu komunikazzjoni onlajn jew apparat mobbli; tirrapporta r-riżultati tal-istudju lill-Parlament;
   tipprojbixxi kemm jista' jkun malajr li b'mod sistematiku u indiskriminat jintbagħtu messaġġi ta' riklamar fuq it-telefowns ċellulari lill-utenti kollha f'żona ta' kopertura ta' riklami permezz tat-teknoloġija Bluetooth mingħajr il-kunsens tagħhom minn qabel;
   tiżgura li t-tekniki ta' riklamar jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta' korrispondenza privata u l-leġiżlazzjoni li tapplika f'dan il-qasam; tipprojbixxi kemm jista' jkun malajr il-qari tal-kontenut ta' emails privati minn terzi persuni, partikularment għal skopijiet kummerċjali jew ta' riklamar;
   teħtieġ kemm jista' jkun malajr li riklami mqassma bl-emails ikunu jinkludu link awtomatika li tippermetti li wieħed jirrifjuta kwalunkwe riklamar ulterjuri;
   tiżgura kemm jista' jkun malajr li jiġu applikati tekniki li jippermettu li l-cookies ta' ttraċċar għal skopijiet ta' reklamar, li jkunu suġġetti għal kunsens minn qabel, liberu u espliċitu, jintgħarfu minn cookies oħra;
   tiżgura li l-użu ta' “default settings” fis-sistemi ta' kompjuters mibjugħa lill-pubbliku u fis-servizzi ta' netwerking soċjali huwa stabbilit b'mod sistematiku skont l-aktar kriterji stretti tal-protezzjoni tad-data (“privacy by design”);
   tiżviluppa sistema tal-UE ta' ttikettar tas-siti fuq il-mudell tal-proġett “European Privacy Seal”, li tiċċertifika l-konformità tas-sit mal-liġi tal-ħarsien tad-data; iqis li din l-investigazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni dettaljata tal-impatt u għandha tevita d-duplikazzjoni tas-sistemi eżistenti ta' tikkettar;
   tagħti attenzjoni partikulari, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tar-riklamar nazzjonali u/jew il-korpi awtoregolatorji, għar-riklamar qarrieqi, inkluż dak onlajn, f'setturi speċifiċi bħalma huwa l-bejgħ ta' prodotti tal-ikel, il-farmaċewtiċi u l-kura medika, fejn hemm ċans li, apparti l-interessi ekonomiċi tagħhom, tkun affettwata minn konsegwenzi potenzjalment serji s-saħħa tal-konsumaturi;
   tirrevedi s-sistema ta' responsabilitià limitata għas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika biex ikun żgurat li l-bejgħ ta' marki reġistrati bħala kliem sinifikanti għar-riklamar mill-magni tat-tiftix ikun suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel tal-proprjetarju tal-marka konċernata;

Il-ħarsien ta' gruppi vulnerabbli

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tħejji analiżi dettaljata tal-impatt tar-riklamar qarrieqi u aggressiv fuq il-konsumaturi vulnerabbli, partikolarment it-tfal u l-adoloxxenti u tiggarantixxi sal-2012 l-applikazzjoni xierqa tal-liġijiet relevanti dwar il-protezzjoni tat-tfal u l-adoloxxenti;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq bi prijorità studju ddettaljat dwar l-effetti soċjopsikoloġiċi preċiżi tar-reklamar minħabba t-tekniki rfinati l-ġodda li qed jintużaw;

28.  Jenfasizza li t-tfal u l-adoloxxenti huma kategoriji ta' nies speċjalment vulnerabbli minħabba li huma aktar riċettivi u kurjużi, għandhom nuqqas ta' maturità, rieda libera limitata u potenzjal kbir li jiġu influwenzati, speċjalment permezz tal-użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni u teknoloġiji ġodda;

29.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu protezzjoni akbar għall-konsumaturi vulnerabbli, bħalma huma t-tfal, sabiex jinkoraġġixxu l-midja jillimitaw ir-riklamar fuq it-televiżjoni indirizzat għat-tfal matul il-programmi segwiti partikularment mit-tfal (bħalma huma programmi edukattivi, cartoons, eċċ), ladarba miżuri simili diġà qed jiġu implimentati f'xi Stati Membri;

30.  Jitlob li l-oqsma kollha ta' interess speċifiku għat-tfal ma jintużawx għal riklamar immirat;

31.  Jiġbed l-attenzjoni għall-vulnerabilità tal-konsumaturi għall-mimetiżmu, li jista' jwassal għal attitudnijiet komportamentali inapproprijati, vjolenza, tensjonijiet, diżappunti, ansjetà, vizzji dannużi (tipjip, teħid ta' drogi), diżordnijiet alimentari bħalma huma l-anorexia nervosa u l-bulimija, u disturbi tal-ekwilibriju mentali; jistieden lill-aġenziji tar-reklamar u lill-professjonisti tal-mezzi tax-xandir jikkunsidraw mill-ġdid il-promozzjoni tal-mudelli estremament magħluba (irġiel jew nisa) ħalli jevitaw li jagħtu messaġġi dannużi dwar id-dehra, l-imperfezzjonijiet fil-ġisem, l-età u l-piż, filwaqt li jitqiesu l-influwenza u l-impatt tar-reklamar fuq it-tfal u ż-żgħażagħ;

Il-garanzija tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dinjità umana fir-reklamar

32.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw li l-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar jiggarantixxu r-rispett għad-dinjità umana, mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi, ir-reliġjon, il-kundanni, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali;

33.  Huwa tal-fehma li r-reklamar jista' jkun għodda effiċjenti fit-tnissil tad-dubju fl-isterjotipi u l-konfrontazzjoni tagħhom, u bħala lieva kontra r-razziżmu, is-sessiżmu u d-diskriminazzjoni, li huma tant essenzjali fis-soċjetajiet multikulturali tal-lum il-ġurnata; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-professjonijisti tar-reklamar isaħħu l-attivitajiet ta' taħriġ u ta' edukazzjoni b'mod li jintgħelbu l-isterjotipi, tkun ikkumbattuta d-diskriminazzjoni u promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aktar minn età żgħira; iħeġġeġ lill-Istati Membri b'mod partikolari jintroduċu u jiżviluppaw kooperazzjoni mill-qrib mal-iskejjel eżistenti ta' kummerċjalizzazzjoni, komunikazzjoni u reklamar, ħalli jgħinuhom jagħtu taħriġ tajjeb għall-forza tax-xogħol futura tas-settur;

34.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi r-riċerka komparattiva u d-dokumentazzjoni fost l-Istati Membri dwar ix-xbiha tal-mara li qed tiġi pprojettata mill-kontenut tar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni, li tkun tidentifika l-prattiki tajbin għal reklamar effikaċi u favur l-ugwaljanza bejn is-sessi;

35.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkonsolidaw ir-rwol u jinkuraġġixxu l-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-utenti u/jew tal-konsumaturi li huma responsabbli mill-evalwazzjoni tal-impatt tar-reklamar fuq il-perspettivi dwar is-sessi u oħrajn;

36.  Jisħaq fuq il-fatt li r-reklamar bosta drabi jikkomunika messaġġi diskriminatorji u/jew nieqsa mid-dinjità msejsin fuq il-forom kollha ta' sterjotipar sesswali li jxekklu l-istrateġiji għall-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lis-soċjetà ċivili u lill-korpi tal-awtoregolamentazzjoni tar-reklamar jikkooperaw mill-qrib biex jissieltu kontra tali prattiki, b'mod speċjali billi jużaw għodod effikaċi li jiggarantixxu r-rispett lejn id-dinjità umana u dak li hu xieraq min-naħa tal-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar;

37.  Jisħaq fuq il-fatt li, ladarba r-reklamar tal-prodotti għall-konsumatur huwa assoċjat direttament mal-istampa, mal-mezzi tax-xandir tar-radju u dawk televiżivi, li minnhom jagħmel parti inseparabbli, u indirettament mal-industrija ċinematografika u mas-sensiliet televiżivi fil-forma ta' tqegħid tal-prodotti, jista' jkun li r-reklamar affidabbli u l-promozzjoni ta' mudelli pożittivi jista' jkollhom influwenza tajba fuq il-perċezzjoni li jkollha s-soċjetà tal-kwestjonijiet bħalma huma r-rwoli tas-sessi, u x-xbiha tal-ġisem uman u n-normalità; jinkoraġġixxi f'kulmin jirreklama aktar kostruttività fir-reklami, ħalli jkun promoss rwol pożittiv għan-nisa u l-irġiel fis-soċjetà, fuq ix-xogħol, fil-familja u fil-ħajja pubblika;

Edukazzjoni/informazzjoni għall-partijiet interessati differenti

38.  Jenfasizza kemm hi essenzjali t-trasparenza u l-informazzjoni tal-konsumatur fir-riklamar u l-ħtieġa li l-konsumaturi jiżviluppaw approċċ kritiku lejn il-midja rigward il-kwalità tal-kontenut;

39.  Jitlob lill-Kummissjoni:

   tinkludi, fit-tabelli tas-swieq tal-konsumaturi, xi indikaturi addizzjonali relatati mar-riklamar (kif ukoll id-data li diġà hija inkluża dwar ir-riklamar qarrieqi u falz); jiġbed l-attenzjoni, madankollu, f'dan ir-rigward għat-termini tar-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2010(13) li tistipula li ż-żieda ta' aktar indikaturi tista' tkun utli meta l-ħames indikaturi bażiċi u l-metodoloġija assoċjata jkunu ġew żviluppati għal livell għoli biżżejjed;
   tfassal kampanji ta' tagħrif dwar id-drittijiet tal-konsumaturi fil-qasam tar-riklamar, b'mod partikolari rigward l-użu li jsir mid-data personali tagħhom, u tiżviluppa għodda pedagoġiċi li jinfurmawhom dwar it-tekniki ta' ħarsien tal-ħajja privata tagħhom fuq l-Internet u dak li jistgħu jagħmlu sabiex iwaqqfu kwalunkwe sitwazzjoni li tnaqqas mill-privatezza jew id-dinjità tagħhom;
   tiżviluppa programm edukattiv tal-UE, imfassal biex jgħallem lit-tfal joqogħdu attenti mir-riklamar, fuq il-mudell tal-inizjattiva tar-Renju Unit “Media Smart”;
   teħtieġ kemm jista' jkun malajr id-dħul ta' kliem li jista' jinqara b'mod ċar “riklam komportamentali” fir-reklamar onlajn relevanti, kif ukoll window li tiġbor fiha l-ispjegazzjoni bażika ta' din il-prattika;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi abbozz ta' linji gwida komuni għall-SMEs u għall-Istati Membri biex jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet nazzjonali u/jew korpi awtoregolatorji jipprovdu servizzi ta' konsultazzjoni għall-SMEs u imexxu kampanji ta' tagħrif biex titqajjem kuxjenza fost l-SMEs dwar l-obbligi legali tagħhom fil-qasam tar-riklamar;

o
o   o

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(2) ĠU L 376 27.12.2006, p. 21.
(3) ĠU L 95 15.4.2010, p. 1.
(4) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(5) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(6) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(7) ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
(8) Testi adottati, P7_TA(2010)0046.
(9) Testi adottati, P7_TA(2010)0051.
(10) ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 26.
(11) ĠU C 16 E, 22.2.2010, p. 5.
(12) ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 43.
(13) Testi adottati, P7_TA(2010)0051.


Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika
PDF 427kWORD 179k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija (2010/2107(INI))
P7_TA(2010)0485A7-0331/2010

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2006 intitolata “Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: Nikkonkretizzaw il-Potenzjal”(COM(2006)0545),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2008 bit-titolu “20 għal darbtejn sa l-2020 – L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa” (COM(2008)0030),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2008 bit-titlu “L-effiċjenza fl-enerġija: il-kisba tal-mira ta' 20%” (COM(2008)0772),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 bit-titolu “Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa” (COM(2007)0001), segwita mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2008 bit-titolu “It-tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija – Pjan ta' azzjoni tal-UE għas-Sigurtà u s-Solidarjetà tal-Enerġija”, flimkien mad-dokumenti li jakkumpanjawha (COM(2008)0781),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija (Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru)(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Enerġija)(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) No 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra(4),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE(7),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħra ta' trasport(8),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' riepilogu tal-Kummissjoni tas-7 ta' Mejju 2010 bit-titolu “Lejn Strateġija ġdida dwar l-Enerġija għall-Ewropa 2011 – 2020”,

–  wara li kkunsidra l-istudju indipendenti bit-titolu “Company Car Taxation. Subsidies, welfare and economy”, imħejji fuq talba tal-Kummissjoni(9),

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2009 dwar it-tieni analiżi strateġika tal-politika dwar l-Enerġija(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 170 paragrafu 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li skont dan l-Unjoni se tikkontribwixxi għat-twaqqif u l-iżvilupp ta' netwerks madwar l-Ewropa fl-oqsma ta' infrastrutturi tat-trasport, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-enerġija,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-mobilizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal ekonomija b'użu effiċjenti tal-enerġija u b'livell baxx ta' karbonju(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 34 paragrafu 3 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar li jiddikjara li l-Unjoni se tassigura eżistenza diċenti għal dawk kollha li m'għandhomx riżorsi biżżejjed,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0331/2010),

A.  billi l-effiċjenza u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija huma l-aktar mod rapidu u effikaċi mil-lat ta' nefqa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u emissjonijiet oħra u biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista; billi l-faqar tal-fjuwil jista' jiġi ttrattat b'mod strateġiku permezz tal-effiċjenza f'livelli għoljin fl-użu tal-enerġija fil-bini u fl-apparat domestiku; billi l-effiċjenza fl-enerġija hija prijorità ewlenija tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020 u l-Istrateġija tal-Enerġija tal-Ewropa 2011-2020, filwaqt li r-riżorsi fl-istituzzjonijiet pubbliċi ma jaqblux ma' din l-ambizzjoni fil-preżent,

B.  billi l-iffrankar tal-enerġija huwa l-qofol biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista, eż bħalma hi l-kisba tal-mira ta' 20% iffrankar tal-enerġija jiffranka enerġija daqs kemm jistgħu jagħtu ħmistax-il pipeline Nabucco,

C.  billi l-iffrankar tal-enerġija jista' jġib miegħu vantaġġi ekonomiċi sinifikanti għall-utenti finali u għall-ekonomija kollha kif ukoll vantaġġi soċjali inkluż il-ħolqien ta' madwar miljun impjieg sal-2020; billi l-importazzjonijiet tal-enerġija tal-UE qed jiżdiedu u swew EUR 332 biljun fl-2007, u skont ċifri tal-Kummissjoni l-benefiċċji tal-enerġija kull sena jistgħu jammontaw għal massimu ta' EUR 1 000 għal kull dar li jerġa' jiġi investit x'imkien ieħor fl-ekonomija u l-ilħuq b'suċċess tal-objettiv tal-effiċjenza fl-enerġija għandu l-potenzjal li bih l-UE tiffranka madwar EUR 100 biljun u tnaqqas l-emissjonijiet bi kważi 800 miljun tunnellata fis-sena; billi, għalhekk, politiki tal-iffrankar tal-enerġija u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma rimedji għall-faqar tal-enerġija,

D.  billi żviluppi futuri fil-prezz tal-enerġija jħeġġu lil individwi jnaqqsu l-konsum tagħhom tal-enerġija; għalhekk it-tkabbir sinifikanti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jista' jintlaħaq billi jinċentivaw infrastrutturi komuni aktar effiċjenti fil-bini, fis-sistemi ta' tisħin u fis-settur tat-trasport fejn deċiżjonijiet mod ieħor li jtejbu l-użu tal-enerġija huma “l bogħod mill-kontroll u l-influwenza ta' individwi jew kumpaniji,

E.  billi evidenza akkademika l-isforzi jeħtieġ li jkunu intensifikati sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' effiċjenza fl-enerġija ta' 20% sal-2020, billi kif inhuma r-rati preżenti tal-progress madwar nofs dan l-objettiv biss se jintlaħaq sal-2020, u diġa jeżistu prattiki u teknoloġiji biex jintlaħaq dan l-objettiv,

F.  billi, għalkemm hawn għadd kbir ta' dispożizzjonijiet legali fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali maħsuba biex jirriżultaw fi ffrankar tal-enerġija, mhux kollha qed iwasslu għar-riżultat mixtieq,

G.  billi l-perjodu tal-ħlas lura tal-investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huwa relattivament qasir mqabbel ma' investimenti oħra u l-investimenti joħolqu impjiegi ġodda f'żoni rurali kif ukoll urbani li, sa ċertu punt, ma jistgħux jiġu esternalizzati, b'mod partikolari fis-settur tal-kostruzzjoni u fi ħdan l-SMEs, filwaqt li l-għarfien pubbliku u l-ħaddiema bil-kompetenzi huma meħtieġa biex jitwettaq dan,

H.  billi l-użu ta' fondi pubbliċi fl-ambitu ta' strumenti finanzjarji rotattivi bil-għan li jingħataw inċentivi finanzjarji għal miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija għandu l-vantaġġ, fi żminijiet ta' limiti baġitarji, li jagħmilha possibbli biex matul iż-żmien jiġu sostnuti l-biċċa l-kbira ta' dawn il-fondi,

I.  billi l-aspett tad-domanda kien katalist importanti għall-konsum akbar ta' enerġija u hemm ħtieġa reali biex jiġu indirizzati l-ostakli regolatorji u tas-suq għal prodotti aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u biex jiġi promoss l-użu tagħhom, sabiex jiġi sseparat il-konsum tal-enerġija mit-tkabbir ekonomiku,

J.  billi firxa ta' ostakli qed ittellef l-esplojtazzjoni sħiħa ta' opportunitajiet għall-iffrankar tal-enerġija, inklużi l-ispejjeż bil-quddiem tal-investiment u n-nuqqas ta' disponibilità ta' finanzi xierqa, nuqqas ta' għarfien, inċentivi maqsuma bħal bejn is-sidien u l-inkwilin, u nuqqas ta' ċarezza dwar min huwa responsabbli biex iseħħ l-iffrankar tal-enerġija,

K.  billi objettivi mandatorji ntwerew fil-każ ta' oqsma oħra ta' prijorità bħal fl-enerġija rinnovabbli u l-kwalità tal-arja biex jipprovdu l-imbuttatura, is-sjieda u l-konċentrazzjoni fil-livell tal-UE u nazzjonali li huma meħtieġa biex tiġi assigurata biżżejjed ambizzjoni f'politiki speċifiċi u dedikazzjoni għall-implimentazzjoni tagħhom,

L.  billi l-progress dwar l-iffrankar tal-enerġija hu mxekkel b'nuqqas ta' kontabilità u impenn biex jintlaħaq l-objettiv ta' 20%,

M.  billi l-binjiet huma responsabbli għal madwar 40% tal-konsum tal-enerġija u għal madwar 36% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-UE u billi l-kostruzzjoni tirrappreżenta parti kbira mill-ekonomija tal-UE b'madwar 12% tal-PDG tal-UE; billi r-rata ta' tiġdid ta' bini eżistenti huwa baxx wisq u billi għad hemm nuqqas ta' miżuri xierqa biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija ta' bini eżistenti; billi ż-żieda fin-numru u fil-livell ta' rinnovazzjonijiet kumplessi fil-bini eżistenti huma essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politiki tal-UE tal-2020 u l-2050 dwar il-klima u l-enerġija u jistgħu joħolqu għadd sostanzjali ta' impjiegi biex b'hekk jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-irkupru ekonomiku tal-UE, u billi s-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-pakkett tal-bini u s-sistemi tekniċi u istallazzjonijiet diġà jeżistu u jistgħu jiġu implimentati kemm fuq bini eżistenti kif ukoll ġdid iwasslu għall-iffrankjar sinifikanti tal-enerġija,

N.  billi d-djar mhumiex imħejjija għall-bidla fil-klima: hemm djar mhumiex kesħin biżżejjed fis-sajf fil-pajjiżi kollha u hemm djar li mhumiex sħan biżżejjed fix-xitwa (aktar minn 15% fl-Italja, il-Latvja, il-Polonja, Ċipru u 50% fil-Portugall) u f'pajjiż bħal Ċipru u l-Italja id-djar mhumoex imħejjija għal xitwa kiesħa,

O.  billi l-muturi elettriċi industrijali jikkunsmaw 30%-40% tal-enerġija elettrika ġġenerata fid-dinja u billi l-ottimizzazzjoni xieraq tas-sistemi bil-mutur rilevanti bl-użu ta' veloċità regolata u tekniki oħra tista' tiffranka bejn 30% u 60% tal-enerġija kkunsmata,

P.  billi bejn 50 u 125 miljun Ewproew qed ibatu mill-faqar tal-enerġija u dawn iċ-ċifri jistgħu jiżdiedu bil-kriżi ekonomika u ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija; billi l-kawżi tal-faqar tal-enerġija huma universali madwar l-UE u jinvolvu kombinazzjoni ta' dħul baxx għal kull dar, nuqqas ta' tisħin u standards ta' insulazzjoni baxxi u prezzijiet tal-enerġija li ma jistgħux ikampaw magħhom; jenfasizza li l-politiki tal-iffrankar tal-enerġija u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija huma rimedji strateġiċi għall-faqar tal-enerġija,

Q.  billi t-trasport huwa responsabbli għal kważi 30% tal-emissjonijiet kollha Ewropej tal-gass serra, bidla minn karozzi konvenzjonali li jużaw fjuwils fossili għal vetturi b'teknoloġija ekoloġika li jaħdmu b'enerġija rinnovabbli, tista' tikkontribwixxi għal tnaqqis sustanzjali ta' CO2, u toħloq ħażna fl-għażla ta' enerġija li tippermetti l-grilji tal-elettriku jlaħħqu mal-produzzjoni varjabbli ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli,

R.  billi hu stmat li 69% tad-djar fl-Ewropa huma okkupat mis-sid u 17% huma mikrijin lill-privat il-biċċa l-kbira minn sidien individwali u billi s-settur tad-djar privati jħabbat wiċċu ma' limitazzjonijiet finanzjarji biex isiru arranġamenti għall-enerġija,

S.  billi l-kriżi ekonomika tal-preżent tista' twassal biex taċċellera t-tranżizzjoni għal ekonomija b'karbonju baxx u b'enerġija effiċjenti u trawwem bidla fl-imġiba taċ-ċittadini rigward il-konsum tal-enerġija,

T.  billi l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta' teknoloġiji ġodda ewlenin fil-qasam tal-enerġiji huma assolutament neċessarji għall-ġenerazzjoni sostenibbli tal-enerġija u l-użu aktar effiċjenti tagħha,

U.  billi l-objettiv vinkolanti għall-enerġija rinnovabbli ta' 20% tal-konsum finali tal-enerġija sal-2020 jintlaħaq biss jekk il-bini eżistenti jiġi indirizzat,

V.  billi kumpaniji Ewropej għandhom records impressjonanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħhom tal-gass serra u, aktar importanti, talli ppermettew tnaqqis ta' emissjonijiet mas-soċjetà Ewropea u mad-dinja permezz ta' prodotti u soluzzjonijiet innovattivi,

W.  billi jeħtieġ li titħares il-kompetittività, fil-kompetizzjoni globali, ta' dawk l-intrapriżi Ewropej li jużaw ħafna enerġija,

Il-Konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-implimentazzjoni tagħha

1.  Jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet lokali, u speċjalment lill-Kummissjoni, biex l-effiċjenza enerġetika tingħata l-attenzjoni li tistħoqqilha , u jiġu stabbiliti riżorsi (staff u finanzi) li jkunu jaqblu mal-ambizzjonijiet tagħhom;

2.  Jirrimarka li l-effiċjenza enerġetika għandha tiġi integrata fl-oqsma kollha tal-politika rilevanti, bħall-finanzi, l-iżvilupp reġjonali u urban, it-trasport, l-agrikoltura, il-politika industrijali u l-edukazzjoni;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq fi żmien suffiċjenti qabel is-Samit dwar l-Enerġija tal-4 ta' Frar 2011 fl-EEAP tagħha, evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; iqis li skont ir-riżultat tal-evalwazzjoni, EEAP għandu jinkludi miżuri li għandhom jitressqu mill-Kummissjoni biex jitnaqqas dan id-distakk sabiex tintlaħaq il-mira globali tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-2020, bħall-miri indiviwali tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li jikkorrispondi ma' titjib ta' mill-inqas 20% fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija sal-2020 fil-livell tal-UE u li jqisu l-pożizzjonijiet inizjali relattivi u ċ-ċirkostanzi nazzjonali kif ukoll approvazzjoni minn qabel tal-pjan ta' azzjoni nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija nazzjonali ta' kull Stat Membru; iqis li tali miżuri addizzjonali għandhom ikunu ġusti, ikunu jistgħu jitkejlu, ikollhom impatt effettiv u dirett fuq l-implimentazzjoni ta' miri ta' pjanijiet nazzjonali dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiftiehmu fuq metodoloġija komuni biex jitkejlu l-objettivi nazzjonali ta' effiċjenza fl-enerġija u jimmonitorjaw il-progress meta jinkisbu dawn l-objettivi;

4.  Jagħti importanza kbira lill-proċessi tal-ippjanar fil-livell Ewropew. L-effiċjenza enerġetika għandha tingħata l-attenzjoni xierqa fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Enerġija 2011-2020. Il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija għandu jiġi ppreżentat mill-aktar fis possibbli, u l-effiċjenza tal-enerġija għandu jkollha rwol importanti fil-Pjan Direzzjonali tal-ġejjieni lejn sistema u ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju sa l-2050;

5.  Jappella lill-UE biex tadotta objettiv vinkolanti dwar l-effiċjenza fl-enerġija b'mill-anqas 20% sal-2020, u b'hekk tavvanza t-tranżizzjoni f'ekonomija sostenibbli u ekoloġika;

6.  Iqis li l-Pjan ta “Azzjoni ta' Effiċjenza fl-Enerġija ambizzjuż li jqis il-progress miksub bil-miżuri kollha li jinsabu fil-Pjan ta' Azzjoni 2006, isaħħaħ l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija adottati kif mfisser fil-Pjan ta' Azzjoni 2006, li għadhom għaddejjin, u jinkludi miżuri addizzjonali u adegwati, li jridu jkunu konformi mal-kriterji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li huma meħtieġa biex jinlaħaq l-objettiv tal-2020;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal l-EEAP il-ġdid billi jitqiesu l-bżonnijiet ta' konsumaturi tal-enerġija vulnerabbli; jinnota li konsumaturi tal-enerġija huma l-aktar li jistgħu jibbenefikaw minn titjib fl-effiċjenza tal-enerġija imma huma neqsin mir-riżorsi li bihom isiru l-investimenti neċessarji; jistieden lill-Istati Membri biex jadottaw il-miżuri xierqa u politiki effettivi bħal pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jew miżuri soċjali mmirati biex inaqqsu l-faqar tal-enerġija u biex jirrappurtaw regolarment dwar l-azzjonijiet tagħhom biex jindirizzaw dan it-tħassib; jilqa' l-fatt li l-Kunsill tal-Enerġija jindirizza l-problema tal-faqar tal-enerġija u jappoġġa l-isforzi tal-presidenza Belġjana f'dan ir-rigward; jitlob lill-Kummissjoni biex tittratta l-faqar tal-enerġija fil-politiki kollha dwar l-enerġija;

8.  Jitlob li ssir reviżjoni tad-Direttivi tas-Servizzi tal-Enerġija (ESD) fl-2011 li tinkludi qafas ta' żmien itwal sal-2020, valutazzjoni kritika tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Effiċjenza fl-Enerġija u l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi standards komuni għar-rappurtar li jinkludu elementi minimi vinkolanti dwa pereżempju politiki rilevanti tal-effiċjenza fl-enerġija inklużi għodod ħfief u ta' appoġġ bħall-iffinanzjar; l-evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istat Membri kif ukoll rekwiżiti ta' rappurtar magħqud mill-ESD, it-tikkettar tal-enerġija u l-ekodisinn fejn xieraq u meta jidher li dan ineħħi piż għall-Istati Membri;

9.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw bil-ħeffa u l-effiċjenza sorveljanza tas-suq u programmi ta' monitoraġġ tal-konformità għal Direttiva 2009/125/KE li tistabbilixxi qafas għall-rekwiżiti ta' ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, Direttiva 2010/30/UE dwar l-indikazzjoni mit-tikkettar u l-informazzjoni tal-prodott standard tal-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti relatati mal-enerġija , u Regolament (KE) Nru 1222/2009 dwar it-tikkettar tat-tajers rigward l-effiċjenza tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra, u jistieden lill-Kummissjoni biex tiffaċilita u timmonitorja l-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi u jibda proċeduri ta' ksur jekk ikun meħtieġ;

10.  Jissuġġerixxi li, meta tifhem l-isfida u l-importanza tas-sorveljanza tas-suq, li hija kompetenza nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, partikularment bil-ħolqien ta' bażi tad-dejta tal-UE miftuħa bir-riżultati tal-eżami u bil-prodotti li ma jkunux konformi identifikati fl-Istati Membri u billi jittieħdu passi biex jiġi assigurat li prodott li ma jkunx konformi identifikat fi Stat Membru jkun imneħħi malajr mis-27 suq kollha;

11.  Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva riveduta dwar it-Tikkettar tal-Enerġija, jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tevalwa, qabel l-iskadenza fl-2014 imsemmija fid-Direttiva, l-impatt tat-tqassim tat-tikketti tal-enerġija ġdida u tar-referenza mandatorja għall-iskema tat-tikketti tal-enerġija fir-reklami fuq l-imġiba tal-konsumaturi, u biex tieħu aktar miżuri jekk ikun hemm bżonn biex tiżdied l-effikaċja tagħhom;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu miżuru li jżidu l-livell ta' kuxjenza u ta' għarfien dwar kwistjonijiet ta' effiċjenza tal-enerġija fost il-partijiet interessati rilevanti kollha u l-atturi professjonali kollha involuti f'kull stadju (valutazzjoni tar-rendiment tal-enerġija eżistenti, tfassil u implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' effiċjenza tal-enerġija, tħaddim u manutenzjoni effiċjenti fl-enerġija);

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrevedu l–effikaċja tal-miżuri leġiżlattivi biex jiffrankaw l-enerġija u jżidu l-effiċjenza fl-enerġija;

14.  jikkunsidra li ftehimiet fuq perjodu ta' żmien twil mas-settur tal-industrija jassiguraw rata għolja ta' konformità mar-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija u b'hekk ikunu kapaċi jirriżultaw f'titjib annwali ta' 2% fl-effiċjenza enerġetika;

L-infrastruttura tal-enerġija (il-produzzjoni u t-trażmissjoni)

15.  Iqis li hemm bżonn ta' enfasi aktar qawwija fuq l-innovazzjonijiet tas-sistemi, bħal netwerks intelliġenti (għall-elettriku kif ukoll għat-tisħin u t-tkessiħ), miters intelliġenti, netwerks tal-gass li jintegraw il-bijogass u ħażna ta' enerġija, li jistgħu jiffaċilitaw l-effiċjenza enerġetika permezz ta' tnaqqis tal-konġestjoni, anqas skonnettjar minn mal-grilja, integrazzjoni eħfef ta' teknoloġiji rinnovabbli, inkluż il-produzzjoni diċentralizzata, tnaqqis ta' rekwiżiti għall-ġenerazzjoni ta' riserva u kapaċitajiet għal ħażna akbar u aktar flessibbli; jitlob għall-iżgurar li jsir tqassim ġust ta' dawn il-kisbiet lill-klijenti finali;

16.  Jenfasizza li t-tisħin tad-distrett u netwerks tat-tkessiħ jikkontribwixxu għall-kisba ta' ekonomija effiċjenti fl-enerġija sal-2050 kif ukoll li strateġija espliċita u komprensiva għall-ġenerazzjoni tas-sħana u l-użu (sħana industrijali, tisħin domestiku, tkessiħ) hija meħtieġa (inkluż metodu ta' limiti ta' multi-fjuwils għat-tisħin tad-distrett u netwerks tat-tkessiħ) li tibni fuq sinerġiji bejn is-setturi; jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq inkjesta dwar iż-żieda fl-effiċjenza tagħhom; jenfasizza li dawn in-netwerks iridu jkunu miftuħa għal kompetizzjoni; jinnota li titjib fl-effiċjenza enerġetika tad-djar se jwassal għal tnaqqis fid-domanda għat-tisħin li għandha tiġi inkluża meta ssir l-evalwazzjoni tal-kapaċità tat-tisħin distrettwali;

17.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-aspett tal-provvista tal-effiċjenza tal-enerġija; jindika li t-trasmissjoni u d-distribuzzjoni, jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli għat-telf tal-enerġija (partikolarment fil-generators u t-transformers, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn reżistenzi għoljin b'mod eċċessiv waqt it-trasmissjoni) u li t-tqassir ta' ktajjen ta' konverżjoni li huma twal iż-żejjed għall-konverżjoni ta' tip ta' enerġija għal tip ieħor ta' elettriku jirrappreżenta sors ewlieni tal-iffrankar; jenfasizza r-rwol li jista' jkollhom il-mikroġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni diċentralizzata u diversifikata fil-garanzija tas-sigurtà tal-provvista u t-tnaqqis tat-telf; iqis li għandhom jinħolqu inċentivi li jimmiraw lejn titjib tal-infrastruttura u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposti dwar l-użu ta' potenzjal ta' iffrankar li għadu ma bediex jintuża, inkluż billi jiġu introdotti rapporti ta' sostenibbiltà għall-impjanti tal-enerġija u tieħu l-miżuri biex tiffaċilita l-modifika u ll-modernizzazzjoni ta' dawn l-impjanti;

18.  Jenfasizza l-fatt li wara l-effiċjenza fl-enerġija fis-sors, (jiġifieri fil-produzzjoni tal-enerġija primarja), l-indirizzar tat-telf tal-enerġija (elettrika) waqt id-distribuzzjoni fin-netwerks, għandu jitqies bħala t-tieni prijorità. Il-mixja lejn sistema ta' produzzjoni aktar deċentralizzata tnaqqas id-distanzi tat-trasport kif ukoll it-telf ta' enerġija matul it-trasport;

19.  Iħeġġeġ lill-industriji (petro)kimiċi fl-UE jtejbu l-irkupru tal-enerġija matul il-flaring;

20.  Iqis li hija meħtieġa attenzjoni aktar qawwija biex tiżdied l-effiċjenza globali tas-sistema tal-enerġija, partikularment biex jitnaqqas it-telf tas-sħana; għalhekk jappella għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Koġenerazzjoni ta' Sħana u Elettriku (CHP) fi ħdan il-programm ta' ħidma tal-2011 biex jiġu promossi CHP b'effiċjenza għolja, Micro-CHP, użu ta' sħana skartat mill-industrija u tkessiħ distrettwali billi l-Istati Membri jitħeġġu jistabbilixxu qafas regolatorju stabbli u favorevoli billi jikkunsidraw li jagħtu aċċess prijoritarju għan-netwerk lis-CHP u billi jippromwovu l-użu minn CHP b'effiċjenza għolja, Micro-CHP u tat-tisħin distrettwali fil-bini u finanzjament sostenibbli għas-CHP, pereżempju, billi l-Istati Membri jitħeġġu biex jintroduċu inċentivi finanzjarji;

21.  Jenfasizza l-importanza ta' netwerk tas-sħana u l-enerġija kkombinati (CHP), jew netwerk għat-triġenerazzjoni, imqassam fuq għadd ta' impjanti żgħar, li jippermettu fil-prattika l-irduppjar tal-effiċjenza enerġetika globali; jirrimarka, barra minn hekk, li l-ħżin ta' enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ jista' jżid il-flessibbiltà tan-netwerk matul il-ħinijiet bl-ogħla domanda, u jippermetti l-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-ħażna tas-sħana meta l-ġenerazzjoni taqbeż il-bżonnijiet lokali;

22.  Jistieden lill-Istati Membri mhux biss biex ma jappoġġjawx il-ġenerazzjoni ta' CHP industrijali b'effiċjenza għolja iżda wkoll biex jippromwovu l-użu tas-CHP billi jappoġġjaw l-istabbiliment u t-tiġdid ta' sistemi ta' tisħin distrettwali, li jinkludi billi jaqilbu mill-fjuwil fossilu għal dak tal-bijomassa u biex jippromwovu użu dejjem akbar ta' enerġija skartata mill-industrija;

23.  Iqis li huwa neċessarju li, fil-proċessi tat-trattament tal-iskart, jiġi evitat li jkun hemm telf ta' bijogass u ta' sħana permezz tal-irkupru u l-ġenerazzjoni tal-fwar u/jew tal-elettriku. Hu tal-fehma li l-impjanti tat-trattament tal-iskart li ma jkollhom l-ebda forma ta' rkupru tas-sħana jew ġenerazzjoni ta' enerġija ma għandux jingħatalhom permess;

24.  Jilqa' l-ħidma li għaddejja tal-Kummissjoni dwar netwerks intelliġenti u miters intelliġenti; iqisha importanti li jiġi assigurat ambjent regolatorju armonizzat stabbli fit-tul għal netwerks intelliġenti u miters intelliġenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja u tinċentiva l-iżvilupp ta' netwerks intelliġenti u miters intelliġenti billi jiġu stabbiliti standards komuni, li jridu jinkludu rekwiżiti dwar il-privatezza, id-dejta u l-frekwenzi; jirrakkomanda li grupp ta' ħidma għan-Netwerks Intelliġenti fi ħdan il-Kummissjoni, jikkunsidra l-opinjonijiet ta' dawk kollha interessati; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'rapporti regolari tal-progress dwar ix-xogħol tagħha;

25.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Kummissjoni “towards a single Energy network” u jistedinha, f'dan il-kuntest, biex tippreżenta proposti konkreti għas-simplifikazzjoni u t-tħaffif tal-proċeduri ta' approvazzjoni ta' proġetti prijoritarji ta' infrastruttura;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-koperazzjoni bejn l-UE u l-operaturi tan-netwerks tal-enerġija (irwol imsaħħaħ tal-ENTSO), bil-għan li jissaħħu n-netwerks transkonfinali u sabiex tiżdied l-effiċjenza;

27.  Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa u tippromwovi t-twaqqif u l-iżvilupp ta' Netwerk Ewropew ta' Kurrent Dirett ta' Vultaġġ Għoli (HVDC) kapaċi li jottimizza l-isfruttament ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, partikolarment l-enerġija mir-riħ u mill-ilma. Dan in-netwerk għandu jipprovdi trażmissjoni ta' enerġija fuq medda fit-tul b'telf żgħir ta' enerġija, filwaqt li bih jista' jkun hemm sinerġija fost is-sorsi kollha tal-enerġija rinnovabbli;

L-iżvilupp urban u l-binjiet

28.  Jappoġġa approċċ diċentralizzat fuq livelli differenti għall-politika dwar l-effiċjenza tal-enerġija; jisħaq dwar ir-rwol prinċipali li jista' jkollha l-effiċjenza enerġetika fl-iżvilupp ta' żoni urbani u rurali; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ għall-inizjattivi li jiffukaw fuq il-livell lokali u reġjonali biex titjieb l-effiċjenza enerġetika u jitbaxxew l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, bħall-Patt tas-Sindki u l-inizjattiva “Bliet Intelliġenti” (Smart Cities); jenfasizza l-potenzjal għall-inkoraġġiment u l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki rigward l-Effiċjenza Enerġetika fil-livell ta' muniċipju u aġenziji reġjonali; barra minn hekk, l-allinjament tal-politika ta' Koeżjoni mal-istrateġija tal-UE2020 jista' jikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli fl-Istati Membri u r-reġjuni;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-potenzjal tal-effiċjenza f'bini eżistenti billi tibda bil-bini tal-amministrazzjoni pubblika inklużi skejjel u jipproponi mira kost-effiċjenti għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija primarja tal-bini; jistieden lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi prattiċi biex jappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet kumplessi li permezz tagħhom id-domanda għall-enerġija l-ewwel titnaqqas b'iktar minn 50% fuq ir-rendiment ta' qabel ir-rinnovazzjoni u fejn il-livell ta' appoġġ finanzjarju u/jew fiskali jew ta' tip ieħor ikun marbuta b'mod proporzjonali mal-livell ta' titjib; jitlob li l-Istati Membri għadhom ikunu meħtieġa li jinkludu sett annwali ta' miri ta' rinnovazzjoni fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija u jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi għażliet ta' politika dwar kif jinkiseb stokk ta' bini ta' kważi livell żero fil-kuntest tal-pjan direzzjonali tal-enerġija tal-2050;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex testendi għall-“eco-districts” il-qasam ta' applikazzjoni tal-politika dwar il-bini, bil-għan li jiġi żgurat li permezz tal-aħjar użu possibbli tar-riżorsi f'livell lokali jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija primarja fil-bini u l-ispejjeż għall-konsumatur;

31.  Jemmen li huwa essenzjali li d-djar ta' familji foqra fl-enerġija jiġu rranġati għall-ogħla standards possibbli ta' effiċjenza enerġetika u mingħajr ma jogħlew l-ispejjeż ta' kuljum għall-fqar fl-enerġija; Jenfasizza li dan ħafna drabi jeħtieġ investiment sostanzjali fid-djar iżda fl-istess ħin jiġġenera ħafna benefiċċji mhux marbuta mal-enerġija, pereżempju it-tnaqqis tal-mortalità, titjib fis-saħħa ġenerali, livelli baxxi ta' djun u tnaqqis ta' spejjeż għall-kura tas-saħħa billi jitnaqqsu t-tniġġis u l-istress termali fid-djar;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw verifiki bil-gradi għall-investimenti sabiex jevalwaw il-kwalità taċ-Ċertifikati tal-Prestazzjoni tal-Enerġija; abbażi ta' dawn l-evalwazzjonijiet, jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi linjigwida għall-Istati Membri biex ikunu assigurati l-kwalità taċ-Ċertifikati tagħhom tal-Prestazzjoni tal-Enerġija u t-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tal-miżuri meħuda bħala riżultat tar-rakkomandazzjonijiet ta' dawn iċ-ċertifikati;

33.  Jinsab konvint li, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-iffrankar tal-enerġija, huwa essenzjali li l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jagħtu l-eżempju; jitlob lill-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini, partikularment billi ssir rinnovazzjoni tal-istokk kollu tagħhom li jeżisti kmieni kemm jista' jkun għal-livell komparabbli ta' standard tal-enerġija kważi żero, fejn teknikament u ekonomikament hu fattibbli; jirrikonoxxi, mill-banda l-oħra, li r-restrizzjonijiet baġitarji li jeżistu, l-aktar fuq livell reġjonali u lokali, spiss jillimitaw il-kapaċità tal-entitajiet pubbliċi li jinvestu għall-ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw u jippromwovu l-emerġenza ta' soluzzjonijiet innovattivi biex jindirizzaw din il-problema inkluż l-Ikkuntrattar għall-Prestazzjoni tal-Enerġija jew strumenti bbażati fis-suq, kif ukoll jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi biex iqisu l-iffrankar fin-nefqa permezz ta' qafas ta' baġit multiannwali fejn dan għadu ma sarx;

34.  Jirrikonoxxi r-rwol tal-Unjoni Ewropea bħala pijunier; jemmen li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom jagħtu eżempju, partikolarment f'dak il-bini li ġie identifikat għandu potenzjal ta' effiċjenza fl-enerġija, billi jiġi rinnovat il-bini b'mod kost-effiċjenti għal livell ta' kważi żero sal-2019 bħala parti minn verifika usa' tal-użu tal-enerġija mill-istituzzjonijiet;

35.  Jirrikonoxxi l-potenzjal għall-iffrankar tal-enerġija fil-bini, kemm fl-ibliet kif uikoll fiz-zoni rurali; jinnota li diversi ostakli jeżistu għar-rinnovazzjoni tal-enerġija partikolarment fis-settur residenzjalim bħal spejjeż minn qabel, inċentivi maqsuma jew negozjati kumplessi f'bini b'iktar minn appartament wieħed; jitlob għal soluzzjonijiet innovattivi biex jitwarrbu dawn l-ostakli, bħal pjanijiet ta' rinnovazzjonijiet distrettwali, inċentivi finanzjarji u għajnuna teknika; jenfasizza li skemi tal-UE għandhom jipprovdu inċentivi għal bini ta' modifika biex imorru lil'hinn mir-rekwiżiti legali minimi u jindirizzaw biss bini b'potenzjali tal-effiċjenza fl-enerġija; jitlob biex jiġu promossi tekniki li huma iktar ekonomiċi filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' ffrankar;

36.  Jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu l-prezzijiet għoljin tal-fjuwil lill-aktar familji fqar billi jgħinu fir-rinnovazzjonijiet mill-qiegħ sabiex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-ispejjeż; jitlob lill-awtoritajiet kompetenti fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE biex joqogħdu attenti b'mod partikolari għad-djar tal-gvern billi jiżguraw li l-ispejjeż addizzjonali tal-investimenti tal-iffrankar tal-enerġija ma jsirux piż ta' kerrejja vulnerabbl;

37.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi inizjattivi ġodda b'appoġġ għat-tiġdid tal-binjiet fil-kuntest tal-istrateġija għall-innovazzjoni li ġejja, bħas-sħubija ta' innovazzjoni dwar l-effiċjenza enerġetika fil-bliet effiċjenti fl-enerġija/b'emissjonijiet żero;

38.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu l-bdil ta' ċerti binjiet ineffiċjenti bla valur ta' wirt, fejn ir-rinnovazzjoni ma tkunx sostenibbli jew effikaċi fl-ispejjeż;

39.  Jistieden lill-Istati Membri biex iħaffu l-introduzzjoni taċ-Ċertifikati ta' Rendiment tal-Enerġija li jinħardu b'mod indipendenti minn esperti bi kwalifiki u/jew akkreditati, kif ukoll biex joħolqu one-stop shops li jipprovdu aċċess għall-parir tekniku u l-appoġġ kif ukoll inċentivi finanzjarji fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

40.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-użu usa' ta' verifiki tal-enerġija u proċessi strutturati għall-ġestjoni enerġetika f'kumpaniji u bini industrijali u jfasslu mekkaniżmi biex jgħinu lill-SMEs; b'hekk jiġi appoġġat it-tisħiħ jew l-istabbiliment ta' skemi nazzjonali jew ftehimiet volontarji;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiġbor ir-riżorsi kollha neċessarji biex tikkonsulta b'mod wiesa“, sabiex tevita problemi ulterjuri mal-Istati Membri, qabel ma tippreżenta sat-30 ta' Ġunju 2011 il-qafas ta' metodoloġija komparattiva tagħha għall-ikkalkolar tal-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku skont id-Direttiva dwar ir-Rendiment Enerġetiku tal-Bini; jemmen li malli din tkun implimentata, il-metodoloġija komparattiva se timmotiva lill-parteċipanti fis-suq biex jinvestu f'soluzzjonijiet effiċjenti mil-lat ta' enerġija;

42.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi limiti ta' enerġija jew rekwiżiti rigward l-istallazzjoni ta' dwal fit-toroq mill-awtoritajiet pubbliċi inkluż l-użu ta' kontrolli iktar intelliġenti u mudelli ta' ffrankar ta' enerġija sal-2012; iħeġġeġ li dawn il-miżuri jinkludu speċifikazzjoni tal-ispejjeż totali tul il-ħajja kollha għall-akkwist pubbliku tal-istallazzjonijiet tad-dawl;

43.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw sistematikament il-prattiki ta' akkwist pubbliku għall-effiċjenza enerġetika; hu tal-fehma li d-definizzjoni b'mod sistematiku tal-effiċjenza enerġetika bħala kriterju fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku u bħala kundizzjoni għall-proġetti ffinanzjati pubblikament, tagħti spinta kbira lil din il-politika;

l-ICT u l-prodotti

44.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa Politika tal-Prodott li tiżgura konsistenza akbar bejn il-politiki tal-prodott ambjentali billi tikkoordina aħjar l-artikulazzjoni, ir-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-istrumenti politiki differenti, biex jitħeġġeġ dinamiżmu akbar fit-trasformazzjoni tas-suq u informazzjoni għall-konsumatur li tagħmel iktar sens dwar l-iffrankar enerġetiku; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttivi dwar l-Eko-Disinn u t-Tikkettar Enerġetiku flimkien (i.e. billi tmexxi d-data ta' reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tikkettar Enerġetiku “l quddiem); idealment ir-regoli dwar l-ekotikkettar u l-akkwist pubbliku ekoloġiku għandhom jiġu reveduti wkoll fl-istess żmien u implimentati b'koordinazzjoni mal-miżuri dwar l-Eko-Disinn u t-Tikkettar Enerġetiku;

45.  Jitlob għall-implimentazzjoni mħeffa u xierqa tad-Direttivi dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija u jiddispjaċih id-dewmien twil li għaddej bħalissa; jissuġġerixxi skadenzi iktar ċari u stretti għall-adozzjoni, permezz ta' proposta ta' atti ta' implimentazzjoni jew rispettivament atti delegati li jkopru prodotti ġodda marbuta mal-enerġija; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma sfruttatx il-potenzjal sħiħ tad-Direttiva tal-Ekodisinn u jemmen bil-qawwa li għandha tkopri iktar prodotti inkluż, jekk ikun xieraq, tagħmir ġdid tad-dar, ICT, prodotti relatati mal-enerġija għall-użu f'bini (bħal muturi elettriċi industrijali, makkinarju, tgaħmir għall-arja kkondizjonata, skambjaturi tas-sħana, tagħmir ta' tisħin u dawl u pompi), tagħmir industrijali u agrikolul, materjali tal-bini, u prodotti għall-użu effiċjenti tal-ilma; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis id-differenzi bejn l-oġġetti għall-konsumatur u l-oġġetti ta' investiment meta jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni, u biex turi l-potenzjal u l-prattiċità tal-iffrankfar tal-enerġija qabel ma jitressqu atti ta' implimentazzjoni; iħeġġeġ li rekwiżiti minimi ta' effiċjenza tal-enerġija fi ħdan id-direttiva tal-ekodisinn inkluż l-ispeċifikazzjoni ta' spejjeż total tul il-ħajja kollha u emissjonijiet għall-prodotti inkluż il-proċess ta' reċiklaġġ;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħaqqad il-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti bħad-Direttiva dwar l-Eko-disinn u d-Direttiva dwar it-Tikketti tal-Enerġija, sabiex tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni tal-UE bl-iktar mod effiċjenti u biex isir użu tas-sinerġiji, partikolarment għall-konsumatur;

47.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu inizjattivi konkreti biex ittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi ta' prodotti bħal permezz ta' miżuri leġiżlattivi; jinnota li t-titjib fl-effiċjenza tar-riżorsi jwassal ukoll għal vantaġġi sinifikanti fl-effiċjenza enerġetika;

48.  Jinsisti li għandha ssir enfasi akbar fuq l-analiżi tal-konsegwenzi ta' standards fl-effiċjenza enerġetika, inklużi r-rabta bejn il-prezz u l-kwalità tal-prodotti finali, l-effetti tal-effiċjenza enerġetika u l-benefiċċji għall-konsumaturi; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni tanalizza dawn l-effetti kollha, iżda jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz akbar fuq il-komunikazzjoni u l-kontroll tal-prodotti kollha, fosthom l-importazzjonijiet, bħal pereżempju bozoz tad-dawl effiċjenti fl-użu tal-enerġija;

49.  Jinnota, f'dan il-kuntest, li standards tekniċi uniformi huma l-mezzi xierqa biex tinkiseb penetrazzjoni ogħla fis-suq għall-prodotti, pompi u magni eċċ. b'effiċjenza enerġetika;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa leġiżlazzjoni li tindirizza l-prodotti, is-sistemi u l-konsum tagħhom tal-enerġija, u jqis li jeħtieġ li tiżdied il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-UE inklużi ħaddiema professjonali tal-bejgħ rilevanti dwar l-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi ta' prodotti għall-konsumatur u prodotti relatati mal-enerġija; iqis li meta tkun qed tevalwa l-konsum tal-enerġija, prodotti u komponenti uniċi għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħaġa waħda, minflok bħala prodotti individwali;

51.  Jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fl-iżvilupp ta' teknoloġiji bl-Internet u marbuta mal-enerġija u applikazzjonijiet tal-ICT b'livell ta' karbonju baxx; jenfasizza li l-ICT jista' u għandu jkolllha rwol ewlieni fil-promozzjoni ta' konsum ta' enerġija responsabbli fid-djar, it-trasport, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u d-distribuzzjoni kif ukoll fis-settur tal-ICT innifsu (li jirrappreżenta madwar 8% tal-konsum tal-elettriku); jitlob għalhekk li jiġi evalwat b'mod partikolari l-potenzjal tal-effiċjenza fl-enerġija ta' ċentri tad-data; iqis li l-appoġġ imsaħħaħ għall-innovazzjoni għandu jkun akkumpanjat dejjem minn tnaqqis fil-burokrazija li jiffaċċjaw l-applikanti; jirrikonoxxi l-bżonn li jiġu appoġġati s-sħubiji bejn is-settur tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u setturi emittenti maġġuri sabiex jitjiebu l-effiċjenza enerġetika u l-emissjonijiet ta' dawn is-setturi;

52.  Jisħaq li sabiex l-arloġġi tad-dawl intelliġenti jkunu suċċess huwa kruċjali li s-soċjetà tkun mgħarrfa dwar il-benefiċċji tagħhom; ifakkar li r-rapport ta' inizjattiva proprja “dwar id-definizzjoni ta' Aġenda Diġitali ġdida għall-Ewropa: 2015.eu” stabbilixxa bħala għan tal-politika li 50% tad-djar fl-Ewropa jkunu mgħammra b'arloġġi tad-dawl intelliġenti sal-2015; Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tat-taskforce dwar il-miters intelliġenti u jitlob lill-Kummissjoni tressaq għadd ta' rakkomandazzjonijiet qabel tmiem l-2011 biex tiżgura li:

   il-miters intelliġenti jiġu implimentati skont l-iskeda tat-3 Pakkett tas-Suq tal-Enerġija sabiex jintlaħaq l-objettiv, mit-tielet Pakkett tal-Enerġija, li 80% tal-binjiet ikunu mgħammra b'miters intelliġenti sal-2020,
   l-Istati Membri jaqblu, sal-aħħar tal-2011 dwar funzjonalitajiet komuni minimi għall-miters intelliġenti,
   għandu jkun hemm benefiċċji ta' miters intelliġenti għall-konsumaturi bħal tnaqqis tal-enerġija, għajnuna għal konsumaturi bi dħul baxx jew dawk vulnerabbli u li aggregazzjoni, li fiha jinġabru bosta klijenti finali multipli sabiex jinkisbu rati iktar baxxi minn dawk li kieku l-utenti kienu jkunu kapaċi jiksbu individwalment, titħalla u tiġi promossa fis-swieq nazzjonali,
   l-Istati Membri jiżviluppaw u jippubblikaw strateġija biex jagħtu l-benefiċċju potenzjali tal-miters intelliġenti lill-konsumaturi kollha, inklużi l-persuni vulnerabbli u bi dħul baxx,
   jkun hemm obbligu għall-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u r-regolaturi biex jinstallaw tariffi tan-netwerk għall-ħin tal-użu sabiex jinħoloq inċentiv finanzjarju għat-tqassim tal-piżijiet u l-ġestjoni min-naħa tad-domanda,
   titħejja miżura implimentattiva tal-Eko-Disinn għall-miters intelliġenti sabiex ikun żgurat li dawn il-prodotti jkunu effiċenti mil-lat tal-enerġija u ma jżidux konsum enerġetiku mhux neċessarji għall-unitajiet domestiċi,
   l-istudju preparatorju li qed isir bħalissa dwar l-istati standby innetwerkjati (li qed jitwettaq skont id-Direttiva dwar l-Eko-Disinn) jindirizza l-miters intelliġenti, fid-dawl ta' regolamentazzjoni futura possibbli;

53.  Jinnota li l-avvanzi teknoloġiċi jistgħu jiftħu opportunitajiet għal bidliet gradwali fl-effiċjenza enerġetika; jistieden lill-Kummissjoni biex fil-Pjan SET tinkludi parti għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta' teknoloġija, materjali għal pereżempju l-kostruzzjoni jew il-produzzjoni tal-makkinarju u prodotti bħal dwal b'użu ta' enerġija baxx ħafna jew apparat elettroniku ta' stampar li jkattru l-effiċjenza fl-enerġija u r-riżorsi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu inċentivi u programmi għal teknoloġiji partikolarment innovattivi inkluż ir-Riċerka u l-Iżvilupp immiriat, produzzjoni b'volumi żgħar eċċ;

54.  Sabiex tiġi promossa l-effiċjenza tal-enerġija, jistieden lill-Kummissjoni fi sħubija mal-awtoritajiet ta' regolazzjoni dwar l-enerġija nazzjonali biex tiġbor ix-xogħol dwar in-netwerks intelliġenti u l-miters intelliġenti mal-inċentivi tal-prezz (prezzijiet differenti) u żieda fil-flessibbiltà tal-prezzijiet, bħal skont is-sigħat, f'tariffi nazzjonali għall-inċentivazzjoni ta' tnaqqis fl-użu tal-elettriku, u jfakkar id-dispożizzjonijiet li għandhom l-Istati Membri skont it-tielet pakkett dwar l-enerġija biex jiżviluppaw sistemi innovattivi ta' deċiżjoni dwar il-prezz;

55.  Jitlob miżuri biex jindirizzaw l-effetti “rebound” biex jiżguraw li l-impatt tat-titjib tekniku ma jixxejjinx bil-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-enerġija u biż-żieda fil-konsum;

Trasport

56.  Jitlob lill-Kummissjoni tippubblika White Paper ambizzjuża dwar it-trasport bil-għan li tiżviluppa politika Ewropea tat-trasport li tkun sostenibbli li tippromwovi l-introduzzjoni ta' teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija ġodda u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, speċjalment iż-żejt, possibbilment permezz tal-elettrifikazzjoni u mezzi oħra; u f'dan ir-rigward jippromwovi kuxjenza ogħla dwar l-enerġija fl-infrastruttura u l-ippjanar spazjali;

57.  Iqis li l-istrumenti kollha, inklużi t-tassazzjoni tal-vetturi u tal-fjuwil, it-tikkettar, l-istandards minimi ta' effiċjenza u miżuri li jtejbu u jiffavorixxu t-trasport pubbliku, huma meħtieġa b'urġenza biex jindirizzaw l-emissjonijiet mit-trasport;

58.  Jissottolinja li l-applikazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) għas-settur tat-trasport tat-toroq u l-konnessjoni tiegħu ma' modi oħra ta' trasport se tagħmel kontribut sinifikanti biex jittejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport tat-toroq u iktar jekk ikun f'kombinazzjoni mat-titjib loġistiku u razzjonalizzazzjoni oħra ta' trasport, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw tnedija koordinata u effettiva tat-Trasport Elettroniku tal-Merkanzija u s-Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (ITS) fl-Unjoni b'mod ġenerali;

59.  Jenfasizza li biex jintlaħqu l-objettivi tal-effiċjenza enerġetika msemmija hawn fuq, huwa kruċjali li jsir investiment fis-settur tat-trasport, speċjalment fis-sistemi ferrovjarji u tat-trasport urban, biex jitnaqqas l-użu tal-mezzi li jeħtieġu aktar enerġija;

60.  Jenfasizza l-bżonn li tiżdied l-effiċjenza enerġetika tas-sistema globali ta' trasport permezz ta' bidla modali minn modi ta' trasport intensivi li jużaw ħafna enerġija, bħat-trakkijiet u l-karozzzi, għal modi intensivi li jużaw ftit enerġija, bħall-ferroviji, ir-roti u l-mixi għall-passiġġieri jew trasport ferrovjarju u bil-bastimenti ambjentalment nadif tal-merkanzija;

61.  Jagħraf li effiċjenza ikbar tal-fjuwil fil-vetturi jistgħu jbaxxu l-konsum tal-fjuwil b'mod konsiderevoli, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tevalwa l-progress li qed isir biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet għal mezzi ta' trasport differenti u biex tiżgura kalendarju ta' ppjanar fit-tul, partikolarment fis-settur tal-vetturi u t-trasport fit-toroq billi jiġu stabbiliti iktar miri, jekk ikun xieraq, u tippromwovi iktar standards effiċjenti fl-enerġija, bħal apparat tal-arja kkondizzjonata mobbli u huwa tal-opinjoni li l-UE għandha timmira lejn ir-realizzazzjoni tal-kisbiet ta' effiċjenza li qed imexxu fid-dinja; jinnota li l-informazzjoni tal-konsumatur u r-reklamar jista' jkollhom parti importanti x'jilagħbu biex jiddirezzjonaw lill-konsumaturi lejn għażliet tax-xiri u drawwiet tas-sewqan aktar effiċjenti;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-iżvilupp u l-użu ta' apparat innovattiv biex tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija (eż spojlers għat-trakkijiet u forom oħra ta' titjib ajrudinamiku jew tat-tħaddim) għall-mezzi kollha ta' trasport b'mod effiċjenti mil-lat ta' nefqa;

63.  Jinkoraġġixxi, f'dan il-kuntest, il-promozzjoni tal-użu ta' tajers effiċjenti fl-enerġija mingħajr ma tiġi kompromessa s-sigurtà u jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' effiċjenza tal-enerġija għall-vetturi mixtrija minn awtoritajiet pubbliċi u għat-tajers imwaħħla fuq dawk il-vetturi; jitlob lill-Kummissjoni biex sal-aħħar tal-2011 tippreżenta strateġija għat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi tqal, li bħallis bilkemm huma indirizzati;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tadotta sistema ta' tikkettar pan-Ewropea unika obbligatora għall-vetturi tal-passiġġieri li jkollha effett pożittiv fuq it-tnaqqis tad-distorzjonijiet fis-suq, filwaqt li żżid il-kuxjenza pubblika fl-Ewropa u tassisti l-innovazzjoni teknoloġika fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet li jniġġsu mill-vetturi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibilità li testendi s-sistema ta' tikkettar unika proposta biex tinkludi vetturi elettriċi u ibridi;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard minn nofs l-2011, tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet qafas għall-iżvilupp ta' vetturi elettriċi, l-aktar f'dak li jikkonċerna l-istandardizzazzjoni ta' insfrastrutturi u teknoloġiji ta' ċċarġjar li se tiggarantixxi l-interoperabilità u s-sikurezza tal-insfrastrutturi u tippromwovi l-istabbiliment ta' infrastruttura ta' ħlas fl-Istati Membri; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati għall-approvazzjoni ta' vetturi elettriċi, f'kunsiderazzjoni speċifika għas-saħħa u s-sikurezza kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-utenti finali; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura kundizzjonijiet ta' qafas komparabbli għall-iżvilupp ta' vetturi li jużaw ċelluli tal-fjuwil jew sorsi oħra ta' enerġija iktar sostenibbli;

66.  Itenni l-ħtieġa li jiġu promossi soluzzjonijiet intermodali tat-trasport kif ukoll l-iżvilupp ta' sistemi intelliġenti tat-trasport sabiex jinkiseb iffrankar fl-enerġija fis-settur tat-trasport (inkluż ħlasijiet għall-konġestjoni, teknoloġiji għall-immaniġġjar ta' informazzjoni dwar it-traffiku, infrastruttura tal-ferroviji, eċċ);

67.  Jitlob lill-Istati Membri jneħħu r-reġimi fiskali li jinċentivizzaw ix-xiri ta' karozzi b'konsum ineffiċjenti tal-fjuwil u jbiddluhom b'reġimi fiskali tat-taxxa li jinċentivizzaw ix-xiri ta' karozzi b'konsum effiċjenti tal-fjuwil;

68.  Jirrikonoxxi li l-introduzzjoni ta' ferroviji tat-toroq modulari hija soluzzjoni sostenibbli li tikkontribwixxi għal livell tal-effiċjenza tal-enerġija ogħla fis-settur tat-trasport tat-toroq; jirrikonoxxi b'mod ulterjuri li s-sett ta' regoli diverġenti li jaffaċċjaw il-ferroviji tat-toroq modulari meta jaqsmu l-fruntieri tal-pajjiżi huwa detrimentali għall-użu miżjud ta' dan il-metodu ta' transport tat-toroq; Jitlob lill-Kummissjoni biex tfittex liema differenzi fir-regoli jistgħu faċilment jingħelbu u kif livell miżjud ta' transport transkonfinali bil-ferroviji tat-toroq modulari jista' jiġi żgurat;

69.  Jemmen li s-sinjali tal-prezzijiet huma kruċjali biex tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija u li tassazzjoni tal-Enerġija riveduta għandha tkun parti minn Pjan ta' Azzjoni tal-Effiċjenza tal-Enerġija rivedut, peress li l-użu tal-istrumenti ekonomiċi huwa l-metodu l-iktar kost-effiċjenti għall-promozzjoni tal-iffrankfar tal-enerġija;

Inċentivi u finanzjament

70.  Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar it-trias energetica, skont liema d-domanda tal-enerġija għandha titnaqqas qabel ma jkun hemm qbil ma' kwalunkwe investiment fil-provvista tal-enerġija addizzjonali;

71.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq rapport dwar il-bżonn ta' aktar għajnuna finanzjarja sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija fl-istokk tal-bini eżistenti u jiġu evalwati l-istrumenti finanzjarji attwali; il-Kummissjoni għandha tressaq proposti dwar kif jiġi stabbilit qafas tal-UE ta' strumenti finanzjarji rotattivi biex ikunu ta' appoġġ jew garanzija għall-miżuri komplimentari ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, skemi nazzjonali eżistenti u kanali ta' distribuzzjoni (eż. permezz tal-qsim tar-riskju) u li jħeġġu t-twaqqif u t-titjib ta' skemi ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi għażliet ta' politika dwar l-EEAP dwar kif jiġi żgurat li l-fondi tal-effiċjenza tal-enerġija jkunu stabbiliti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali; iqis li dawn il-fondi jista“, jiġifieri permezz ta' intermedjarji finanzjarji, ikollhom rwol importanti fl-iżvilupp ta' instrumenti bħal dawn, li jistgħu jipprovdu possibbiltajiet ta' finanzjament għas-sidien ta' proprjetà privata , SMEs u ESCOs; jappoġġa l-idea li strumenti bħal dawn jippromwovu iktar appoġġ għal miżuri ta' ffrankar tal-enerġija iżjed impenjattivi;

72.  Jemmen li, filwaqt li jiġi żviluppat dan il-qafas, għandha tingħata attenzioni għar-riżorsi finanzjarji kollha disponibbli fl-Istati Membri sabiex jinħolqu sinerġiji u jiġi evitat irduppjar ma' strumenti finanzjarji oħrajn;

73.  Jilqa' l-appoġġ li ngħata fl-Istrateġija Europe 2020 biex il-piż tat-taxxi jintefa' fuq taxxi tal-enerġija u ambjentali li jistgħu joħolqu inċentivi għall-konsumaturi u l-industrija għall-effiċjenza tal-enerġija u l-ħolqien ta' impjiegi; jistieden lill-Istati Membri biex iqisu l-possibilità li jitnaqqsu r-rati tal-VAT għax-xogħlijiet tat-tiġdid tal-effiċjenza tal-enerġija;

74.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq rapport annwali dwar jekk u kif ġew maħluqa inċentivi xierqa (fiskali u marbuta mas-sussidji) fil-livell nazzjonali, bħal per eżempju fl-isfera privata u fl-SMEs, id-deprezzament ta' tagħmir industrijali fuq skala żgħira sa EUR 10 000 jew, fl-isfera industrijali, deprezzament ta' 50% fl-ewwel sena jew il-ħolqien ta' inċentivi tal-investiment xieraq u tas-sussidji tar-riċerka sabiex jitressqu l-miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija;

75.  Jenfasizza fuq l-UE ETS bħala potenzjal enormi ta' riżors għall-investimenti tal-effiċjenza tal-enerġija; jagħraf li biljuni ta' Ewro ser jinġabru ml-irkant ta' konċessjonijiet ta' emissjonijiet tal-UE; ifakkar li skont id-direttiva ETS tal-inqas 50% ta' dan id-dħul għandu jmura għal miżuri ta' adattament u mitigazzjoni inkluża l-effiċjenza fl-enerġija; jisħaq fuq il-fatt li dan id-dħul mit-tassazzjoni fuq il-karbonju għandu jiġi pprijoritizzat għall-iffinanzjar u d-diffużjoni tat-teknoloġija tal-effiċjenza tal-enerġija li huma kost effettivi; barra minn hekk jinnota li l-kumpaniji tal-UE qed jixtru miljuni ta' krediti tas-CDM, l-aktar fiċ-Ċina u l-Indja, meta jistgħu jinvestu fid-CDM fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluupati jew fl-effiċjenza tal-enerġija fl-Ewropa;

76.  Iqis li dan il-qafas għandu jagħti kas tal-esperjenzi marbuta mal-istrumenti rotattivi eżistenti mogħtija minn intermedjarji finanzjarji pubbliċi, jinvolvi fondi eżistenti tal-UE u jkun maħsub biex jattira fondi pubbliċi jew privati oħra biex jinkiseb l-akbar effett ta' lieva possibbli; iqis li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax dejjem tkun l-uniku sors tar-riżorsi finanzjarji kollha; jitlob lill-Kummissjoni biex tissodisfa rwol ewlieni fl-iżblukkar u l-lieva ta' fondi li jkunu disponibbli kemm fl-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati; iqis li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ l-istituzzjonijiet finanzjarji kif ukoll il-programmi tal-iffinanzjar bħal ma huma l-Bank Ewropew tal-Investiment biex tingħata prijorità kbira lil inizjattivi tal-effiċjenza tal-enerġija innovattivi, speċjalment meta dawn jikkontribwixxu għal għanijiet oħrajn tal-UE bħall-iżvilupp tal-impjieg;

77.  Jirrikonoxxi n-nuqqas ta' finanzi bil-quddiem bħala ostaklu ewlieni għat-tiġdid tal-bini fis-setturi residenzjali u tal-SMEs u jitlob lill-Kummissjoni biex telenka soluzzjonijiet innovattivi u l-aħjar prattika biex tingħeleb din il-problema bħal ma huma l-mekkaniżmi “ħallas hekk kif iġġemma'”, il-fondi rotattivi u banek tal-investiment ħodor (fuq il-mudell ta' KfW fil-Ġermanja jew il-Caisse Depots fi Franza);

78.  Jirrikonoxxi li wieħed mill-akbar ostakli biex tinkiseb effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-livell lokali u reġjonali huwa l-ħtieġa ta' investimenti bil-quddiem; jinsab konvint li kull miżura meħuda fil-livell tal-UE għandha tqis l-implikazzjonijiet għall-muniċipalitajiet u r-reġjuni, kif ukoll ir-restrizzjonijiet baġitarji tagħhom; jirrakkomanda, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tikkonsulta mar-rappreżentanti lokali u reġjonali biex jiġu stabbiliti linji gwida ta' żvilupp fil-qasam tal-enerġija u biex jingħata appoġġ finanzjarju lill-proġetti lokali u reġjonali permezz ta' programmi innovattivi, bl-użu tar-riżorsi tal-enerġija u tal-fondi strutturali eżistenti;

79.  Jilqa' l-qbil bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jintużaw il-fondi mhux impenjati taħt ir-Regolament EEPR għall-ħolqien ta' strument finanzjarju ddedikat biex jappoġġja inizjattivi ta' effiċjenza tal-enerġija u ta' sorsi li jiġġeddu fil-livell lokali u reġjonali; jinnota fl-istess ħin li, minkejja l-potenzjal sinifikanti tiegħu tal-ħolqien tal-impjieg, l-investiment fl-effiċjenza tal-enerġija qed jirċievi mingħajr ma ħaqqu vera ftit appoġġ fil-Programm Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku;

80.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-użu tal-fondi eżistenti tal-UE, bħall-ERDF u l-EAFRD, għal miżuri ta' effiċjenza tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-effiċjenza tal-enerġija prijorità fil-programmi operattivi tagħhom u jitlob lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali biex jiżviluppaw modi biex jiffaċilitaw l-użu ta' fondi strutturali għal miżuri ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, fost l-oħrajn billi jiżguraw li jkun hemm titjib fil-fluss ta' informazzjoni għal-livell lokali jew bil-ħolqien ta' one-stop shops, u fl-aħħar ifakkar li dawk il-miżuri għandhom jiġu evalwati u li l-kisbiet fl-effiċjenza tal-enerġija għandhom ikunu parametru importanti f'din l-evalwazzjoni;

81.  Fid-dawl tar-reviżjoni mistennija tal-Politika ta' Koeżjoni u Reġjonali u tal-Perspettiva Finanzjarja tal-UE, jitlob li l-iffrankar tal-enerġija jkun integrat fil-kundizzjonalità għall-għoti ta' għajnuna tal-UE u li titqies il-possibbiltà li proporzjon ogħla tal-allokazzjonijiet nazzjonali jiġu indirizzati lejn miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-enerġija rinnovabbli;

82.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża r-reviżjoni ta' nofs it-terminu sabiex talloka aktar fondi għall-programmi tal-effiċjenza tal-enerġija u tħeġġeġ il-possibilità li jintużaw sa 15% tal-ERDF għall-effiċjenza tal-enerġija;

83.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata għajnuna teknika u inġinerija finanzjarja fil-livell tal-awtorità lokali u reġjonali sabiex jiġu appoġġati l-personaġġi lokali fit-twaqqif ta' proġetti – eż. billi jiġu sfruttati l-faċilità ta' għajnuna teknika ELENA tal-BEI u l-esperjenza tal-ESCOS;

84.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-faċilitajiet ta' finanzjament (eż. ELENA) u tikkunsidra li twaqqaf faċilitajiet komplimentari ffinanzjati taħt il-Programm “Enerġija Intelliġenti – Ewropa”;

85.  Jinnota li politiki għall-effiċjenza tal-enerġija għandhom ifittxu li jinvolvu kemm jista' jkun partijiet, pubbliċi kif ukoll privati, biex jiġi akkwistat l-akbar effett ta' lieva possibbli, jinħolqu l-impjiegi, ikun hemm kontribut għal żvilupp aktar aħdar u jitħeġġeġ il-ħolqien ta' suq Ewropew kompetittiv, konness u sostenibbli għall-effiċjenza tal-enerġija;

86.  Jinnota li l-kumpaniji tal-enerġija li jingħataw il-mandat biex jissodisfaw l-obbligi tal-iffrankar tal-enerġija jistgħu jipprovdu sorsi addizzjonali ta' ffinanzjar għal miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija bħal ma huma imposti fuq trasferimenti bankarji applikati lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, fondi provduti mill-fornituri bħala mezz li bih jiġu sodisfati l-obbligi tagħhom, jew multi mħallsa minħabba rekwiżiti li ma jkunux ġew issodisfati;

87.  Jinnota li filwaqt li ħafna mill-kapital bil-quddiem meħtieġ biex isiru l-investimenti tal-iffrankar tal-enerġija se jkollu jiġi mis-settur privat, l-intervent pubbliku huwa bżonnjuż biex jingħelbu l-fallimenti tas-suq u jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tal-karbonju baxx isir fil-ħin biex ikun hemm konformità mal-miri tal-enerġija rinnovabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE;

88.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi miżuri tal-UE maħsuba biex jappoġġjaw l-assistenza teknika mogħtija minn intermedjarji finanzjarji tal-esperjenza (nazzjonali u internazzjonali) biex:

   titqajjem kuxjenza u jissaħħaħ l-għarfien – fost l-awtoritajiet ta' ġestjoni kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati – dwar strateġiji ta' finanzjament u rekwiżiti istituzzjonali bil-għan li jiġu sostnuti l-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija,
   ikunu appoġġjati l-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi u privati fl-implimentazzjoni ta' miżuri korrispondenti u strumenti finanzjarji,
   l-istrumenti finanzjarji sostenibbli u effiċjenti jkunu strutturati biex jutilizzaw aħjar il-fondi disponibbli għall-investimenti fl-effiċjenza tal-enerġija,
   jitħeġġeġ it-trasferiment tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri u l-intermedjarji finanzjarji tagħhom;
   biex tinħoloq għodda effettiva ta' komunikazzjoni u biex jinbeda djalogu mmirat għaċ-ċittadini sabiex tinxtered l-informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-enerġija ma' kategoriji ta' nies fil-mira u biex l-imġiba tagħhom rigward il-konsum tal-enerġija tkun iggwidata;

89.  Jagħraf li suq tal-enerġija li jaħdem sew jagħti inċentiv għall-iffrankar tal-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar ir-rwol tal-kumpaniji tal-enerġija, inklużi l-Kumpaniji tas-Servizzi tal-Enerġija (ESCOs) fit-tħeġġiġ tal-effiċjenza tal-enerġija u tistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jieħdu miżuri effettivi biex jinċentivaw lill-kumpaniji tal-enerġija biex jinvestu fl-effiċjenza tal-enerġija u tiffaċilita t-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija tal-utenti finali; jistieden lill-Kusmmissjoni biex tressaq rakkomandazzjonijiet abbażi tal-aqwa prattiki li minnhom l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-iktar mudell xieraq għas-sitwazzjoni domestika tagħhom, bħal skema ta' ċertifikati bojod, eżenzjonijiet mit-taxxi, inċentivi diretti, eċċ;

90.  Jistieden lill-Kummissjoni, l-Istati Membri kif ukoll il-livelli lokali u reġjonali tal-gvern biex iżidu l-isforzi tagħhom biex itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-esperti tal-effiċjenza fl-enerġija ta' kull tip, iżda partikolarment tal-esperti tat-teknika intermedjarji, u fis-setturi kollha, iżda speċjalment fil-katina sħiħa tal-valur tal-bini u fl-SMEs biex jiġu aġġornati l-kompetenzi tas-sengħat tal-bini; b'hekk jinħolqu impjiegi lokali ekoloġiċi filwaqt li tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambizzjuża tal-effiċjenza fl-enerġija; jitlob f'dan il-kuntest għal użu sħiħ u żieda tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni għal raġunijiet ta' taħriġ;

91.  Jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-applikabilità ta' forom innovattivi tar-regolament li jista' effettivament jgħaqqad il-potenzjal sostanzjali għall-iffrankar tal-enerġija fl-Istati Membri l-ġodda mal-kapital u l-potenzjal teknoloġiku tal-Istati Membri aktar żviluppati;

92.  Jisħaq fuq il-bżonn li jittejjeb l-iżvilupp tas-swieq għas-servizzi tal-enerġija; jitlob lill-Kummissjoni biex tqis, meta tirrevedi d-Direttiva tas-Servizzi tal-Enerġija, miżuri għall-ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija fis-settur pubbliku u privat; Iqis li l-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija huma, f'diversi aspetti, fl-aqwa pożizzjoni biex jgħinu lid-djar, l-SMEs u s-settur pubbliku biex jaqbżu l-ostaklu ta' spejjeż ta' investiment għoljin mill-bidu meta jirrinovaw bini eżistenti għal raġunijiet ta' effiċjenza fl-enerġija; jipproponi lill-Kummissjoni tagħmel studju biex tevalwa l-aħjar prattiċi fl-Istati Membri kif ukoll tidentifika l-ostakli u x-xkilijiet biex tisfrutta kompletament il-potenzjal tal-mekkaniżmu finanzjarju;

93.  Jinnota li l-intrapriżi, permezz tal-isforzi ta' innovazzjoni tagħhom, għandhom rwol kruċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri tal-iffrankar tal-enerġija; jittama li l-fondi strutturali ser iħeġġu lill-intrapriżi b'mod attiv biex jipparteċipaw fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

94.  Itenni t-talba tiegħu li kapitolu dwar l-effiċjenza tal-enerġija fi ħdan il-politika tal-viċinat Ewropew għandu jissaħħaħ u jiġi inkluż b'mod sistematiku fid-djalogi tal-UE ma' pajjiżi terzi;

95.  Jirrikonoxxi ċ-ċansijiet u l-opportunitajiet potenzjali li jirriżultaw għall-impriżi Ewropew mill-iżvilupp, il-manifattura u t-tqegħid fis-suq ta' teknoloġiji tal-enerġija effiċjenti (eż. għal applikazzjonijiet fil-qasam tal-magni, drives, dwal, tagħmir elettriku eċċ.);

96.  Iqis, f'dan il-kuntest, l-iżvilupp u t-tqegħid fis-suq ta' teknoloġiji innovattivi bħala l-bażi għat-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija fl-oqsma kollha tal-applikazzjoni, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra u għaż-żieda fis-sehem tal-enerġiji rinnovabbli;

97.  Jinsisti li l-effiċjenza enerġetika għandha tkun prijorità fil-Programm Qafas tar-Riċerka li jmiss (FP 8);

98.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-effiċjenza tal-enerġija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tat-Tmien Programm ta' Qafas ta' Riċerka u talloka parti sinifikanti lis-subprogrammi dwar l-effiċjenza tal-enerġija li tkun simili għall-Programm attwali “Enerġija Intelliġenti”; jenfasizza l-ħtieġa għal żieda fil-fondi għar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fil-qasam tal-enerġija, inkluża żieda sinifikanti fil-baġit futur tal-UE, partikolarment għall-enerġija li tiġġedded, netwerks intelliġenti u effiċjenza fl-enerġija, sal-2020, meta mqabbla mal-livelli attwali;

99.  Huwa tal-opinjoni li għandha tingħata aktar importanza lis-sinifikat tal-miżuri tal-iffrankar tal-enerġija fil-kuntest ta' taħditiet internazzjonali dwar il-klima; jemmen li jekk il-politiki tal-effiċjenza tal-enerġija ambizzjużi jkunu armonizzati b'mod internazzjonali, ikunu jistgħu jiġu infurzati aħjar u jkollhom impatt inqas fuq il-kompetittività; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jikkonvinċu l-imsieħba internazzonjali tal-UE fit-taħditiet li ġejjin f'Kankun dwar il-bżonn għal miżuri kkoordinati tal-effiċjenza tal-enerġija;

100.  Jilqa' s-sejħa mill-grupp ta' pajjiżi G20 fid-Dikjarazzjoni tiegħu tas-Samit ta' Toronto tas-27 ta' Ġunju 2010 għal sussidji tal-fjuwils fossili li jridu jitneħħew b'mod gradwali fuq terminu ta' żmien medju, u jinnota li hekk kif dan iseħħ jinħelsu biljuni ta' euro li jkunu jistgħu jiġi direzzjonati mill-ġdid biex jappoġġjaw miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija, b'hekk jikkontribwixxu ħafna aħjar għall-objettivi tal-enerġija strateġika tal-UE tas-sostenibilità, tal-kompetittività u tas-sigurtà tal-provvista;

101.  Iqis li d-dimensjoni soċjali għad-djalogu tal-enerġija, li tkopri aspetti bħal ma huma d-drittijiet tal-bniedem, il-faqar tal-enerġija u l-protezzjoni ta' konsumaturi bi dħul baxx, għandha dejjem titqies waqt l-iżvilupp tal-politiki tal-enerġija;

102.  Jagħraf li s'issa l-politiki dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ma indirizzawx biżżejjed, fir-rigward tat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, il-fattur li s-soċjetà taċċetta b'mod favorevoli; jenfasizza li mhux biss l-imġiba tal-utenti hija kruċjali għas-suċċess tal-miżuri tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija iżda wkoll għandha tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur; jitlob biex il-pjan ta' azzjoni tal-ġejjieni dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jipprovdi miżuri ta' appoġġ addizzjonali biex is-soċjetà tħares lejha b'mod aktar favorevoli; jenfasizza r-rwol kruċjali li għandhom il-livelli reġjonali u lokali biex jintlaħaq kunsens;

103.  Jisħaq fuq l-importanza ta' politika tal-informazzjoni intensifikata tal-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward kwistjonijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-iffrankar tal-enerġija għall-partijiet interessati relevanti kollha u jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex itejbu u jiffaċilitaw aktar tali aċċess għall-informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-iffrankar tal-enerġija;

o
o   o

104.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L200, 31.7.2009, p. 31.
(2) ĠU L 114, 27.4.2006, p.64.
(3) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
(4) ĠU L 342, 22.12.2009, p.46.
(5) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(6) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
(7) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(8) ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.
(9) Copenhagen Economics, http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/taxation/gen_info/economic_analysis/tax_papers/taxation_paper_22_en.pdf
(10) ĠU C 67 E, 18.3.2010, p. 16.
(11) Testi adottati, P7_TA(2010)0153.

Avviż legali - Politika tal-privatezza