Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (COM(2010)0076 – C7-0071/2010 – 2010/0044(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Paralment Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0076),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0071/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-protokol (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tistqarr li l-abbozz tal-att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ġunju 2010(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0311/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Wara trasmissjoni tal-abbozz tal-att legislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Billi jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jimmira għal unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa u l-Artikolu 167 TFUE, b'mod partikolari, jagħti lill-Unjoni Ewropea l-kompitu li tikkontribwixxi biex jiffjorixxu l-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta l-wirt kulturali komuni. Barra minn hekk, l-Artikolu 167(2) TFUE jispeċifika li, skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għat-titjib tal-għarfien u t-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej.
(2) Fehim u apprezzament aħjar, speċjalment fost iż-żgħażagħ, tal-wirt komuni madankollu differenti tagħhom, jgħinu fit-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza għall-Unjoni Ewropea u jirrinforzaw id-djalogu interkulturali. Għalhekk, huwa importanti li ssir il-promozzjoni ta' aċċess akbar għall-wirt kulturali u li tittejjeb id-dimensjoni Ewropea.
(3) It-TFUE jistabbilixxi wkoll iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, li tikkomplementa ċ-ċittadinanza nazzjonali tal-Istati Membri rispettivi, u li hija element importanti fil-ħarsien u t-tisħiħ tal-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. Sabiex iċ-ċittadini jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-integrazzjoni Ewropea, għandu jitqiegħed enfasi akbar fuq il-valuri, l-istorja u l-kultura komuni tagħhom bħala elementi ewlenin tas-sħubija tagħhom f'soċjetà bbażata fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u lingwistika, it-tolleranza u s-solidarjetà.
(4) Skema intergovernattiva taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ġiet imnedija fi Granada f'April 2006 minn diversi Stati Membri u mill-Isvizzera.
(5) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta konklużjonijiet fl-20 ta“ Novembru 2008(4) li permezz tagħhom jimmira li jittrasforma ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiv f'azzjoni tal-Unjoni Ewropea billi stieden lill-Kummissjoni biex tissottomettilu proposta xierqa għall-ħolqien ta' Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew mill-Unjoni Ewropea u biex tispeċifika l-proċeduri prattiċi għall-implimentazzjoni tal-proġett.
(6) Il-konsultazzjoni pubblika u l-istima tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni kkonfermaw li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew intergovernattiv kien inizjattiva utli, iżda li l-azzjoni kellha bżonn tkompli tiġi żviluppata sabiex tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha u kkonfermaw li l-involviment tal-Unjoni Ewropea jista“ jipprovdi valur miżjud ċar liċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u jgħin lill-inizjattiva biex tagħmel pass kwalitattiv ”il quddiem.
(7)Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jibbenefika mill-esperjenza miksuba sa issa mill-inizjattiva intergovernattiva.
(8) Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jfittex li jissupplimenta bla ma jidduplika inizjattivi ▌bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO, il-Lista Rappreżentattiva tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-Umanità tal-UNESCO u r-“Rotot Kulturali Ewropej” tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-valur miżjud taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jkun ibbażat fuq il-kontribut tas-siti magħżula għall-istorja u l-kultura tal-Ewropa, fosthom il-ħolqien tal-Unjoni, fuq dimensjoni edukattiva ċara li tilħaq liċ-ċittadini, b'mod speċjali ż-żgħażagħ, u fuq netwerking bejn is-siti għall-qsim tal-esperjenzi u l-aqwa prattiki. Il-fokus ewlieni tal-inizjattiva għandu jkun fuq il-promozzjoni u l-aċċess tas-siti, biex jingħata kontribut għal wirt storiku u kulturali komuni fl-Unjoni, u fuq il-kwalità tal-ispjegazzjonijiet mogħtija u tal-attivitajiet proposti, minflok fuq il-konservazzjoni tas-siti, li għandha tiġi ggarantita mir-reġimi tal-protezzjoni eżistenti.
(9) Minbarra li ssaħħaħ is-sens ta' appartenenza taċ-ċittadini tal-UE għall-Unjoni u tistimula d-djalogu interkulturali, azzjoni tal-Unjoni għat-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tista“ wkoll tikkontribwixxi biex ittejjeb il-valur u l-profil tal-wirt kulturali, biex iżżid l-irwol tal-patrimonju fl-iżvilupp ekonomiku u sostenibbli tar-reġjuni, b'mod partikolari permezz tat-turiżmu kulturali, biex trawwem sinerġiji bejn il-wirt kulturali u l-ħolqien u l-kreattività kontemporanji, biex tiffaċilita l-qsim tal-esperjenzi u l-aqwa prattiċi madwar l-Ewropa, u b'mod aktar ġenerali, biex tippromwovi l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jsejsu l-integrazzjoni Ewropea.
(10) Dawn l-għanijiet huma għal kollox konformi mal-għanijiet tal-aġenda Ewropea għall-kultura, li jinkludu t-trawwim tad-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali u l-promozzjoni tal-kultura bħala katalista għall-kreattività(5).
(11) Huwa kruċjali li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jingħata fuq il-bażi ta' kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti.
(12)L-Istati Membri għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel minn qabel siti li diġà kien ingħatalhom iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew fl-iskema intergovernattiva taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Dawn is-siti għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji u l-proċeduri l-ġodda.
(13)L-evalwazzjonijiet futuri taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jistgħu jeżaminaw il-possibilta“ li l-inizjattiva tiġi estiża biex tinkludi pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-Programm tal-Kultura.
(14) L-arranġamenti amministrattivi għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandhom ikunu ħfief u flessibbli b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
(15) Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-ħtieġa, b'mod partikolari, għal kriterji u proċeduri komuni, ċari u trasparenti ġodda għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, kif ukoll għal koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-Istati Membri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista“ tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx ”l hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea intitolata “Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew”.
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, “siti” għandha tfisser monumenti, siti naturali, taħt il-baħar, arkeoloġiċi, industrijali jew urbani, pajsaġġi kulturali, postijiet ta' tifkira, prodotti u oġġetti kulturali, u wirt intanġibbli assoċjat ma' post, inkluż wirt kontemporanju.
Artikolu 3
Għanijiet
1. L-għanijiet ġenerali tal-azzjoni għandhom ikunu li din tikkontribwixxi biex:
–
jissaħħaħ is-sens ta' appartenenza taċ-ċittadini tal-UE għall-Unjoni, b'mod partikolari dak taż-żgħażagħ, fuq il-bażi tal-valuri u tal-elementi komuni tal-istorja u l-wirt kulturali tal-Ewropa;
–
jissaħħaħ id-djalogu interkulturali u interterritorjali, kif ukoll l-apprezzament tad-diversità.
2. Għal dak il-għan, l-azzjoni għandha tfittex, bħala l-għanijiet intermedji tagħha, li:
– tisħaq fuq il-valur simboliku u tgħolli l-profil tas-siti li kellhom rwol sinifikanti fl-istorja u l-kultura tal-Ewropa u/jew fil-bini tal-Unjoni ▌;
–
iżżid il-fehim taċ-ċittadini tal-UE dwar l-istorja tal-Ewropa u l-bini tal-Unjoni, u tal-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli komuni għalkemm divers tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li jirfdu l-proċess tal-integrazzjoni Ewropea.
3. Is-siti stess għandhom ifittxu, bħala għanijiet speċifiċi, li:
–
jiżviluppaw is-sens Ewropew tas-siti;
–
ikabbru l-għarfien fost iż-żgħażagħ b'mod partikolari u fost iċ-ċittadini tal-UE b'mod ġenerali dwar il-wirt kulturali komuni tagħhom u jsaħħulhom is-sens ta' identità Ewropea;
–
jiffaċilitaw l-kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-iskambji tal-aqwa prattiċi madwar l-Ewropa;
–
iżidu u/jew itejbu l-aċċess għas-siti ta' patrimonju għal kulħadd, speċjalment għaż-żgħażagħ;
–
iżidu d-djalogu interkulturali, speċjalment fost iż-żgħażagħ, permezz ta' edukazzjoni artistika, kulturali, storika u interattiva onlajn;
–
irawmu sinerġiji bejn il-wirt kulturali u l-ħolqien kontemporanju u jappoġġaw il-kreattività;
–
filwaqt li tiġi rrispettata l-integrità tal-wirt kulturali, irawmu l-interazzjoni bejn dak il-wirt u l-attivitajiet ekonomiċi li jikbru madwaru tiegħu u li jikontrwixxu għas-sostenibilità tiegħu u tal-ambjent ta' madwaru;
–
jikkontribwixxu għall-attrazzjoni, l-influwenza kulturali, l-iżvilupp turistiku u l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni;
–
iħeġġu l-ħolqien ta' netwerks Ewropej għat-titjib tal-wirt Ewropew komuni.
Artikolu 4
Parteċipazzjoni fl-azzjoni
L-azzjoni għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun fuq bażi volontarja.
Artikolu 5
Il-komplimentarjetà ma' inizjattivi oħrajn
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jissupplimenta bla ma jidduplika inizjattivi oħrajn fil-qasam tal-wirt kulturali, bħal-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO, il-Lista Rappreżentattiva tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità tal-UNESCO u r-“Rotot Kulturali Ewropej” tal-Kunsill tal-Ewropa.
Artikolu 6
Aċċess għall-azzjoni
Is-siti, kif definiti fl-Artikolu 2, għandhom ikunu eliġibbli għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.
Artikolu 7
Kriterji
L-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
(1) Il-kandidati għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jkollhom valur Ewropew simboliku u jkun kellhom rwol sinifikanti fl-istorja u fil-kultura tal-Ewropa u/jew fit-tiswir tal-Unjoni ▌. Għalhekk ▌għandhom jiġġustifikaw:
–
in-natura transkonfinali jew pan-Ewropea tagħhom: l-influwenza tal-passat u tal-preżent u l-attrazzjoni ta' sit kandidat għandhom imorru “l hinn mill-fruntiera nazzjonali ta' Stat Membru; u/jew
–
il-post u l-irwol ta' sit fl-istorja Ewropea u l-integrazzjoni Ewropea, u r-rabtiet tiegħu ma' avvenimenti jew ma' personalitajiet Ewropej ewlenin, kif ukoll mal-movimenti kulturali, artistiċi, reliġjużi, politiċi, soċjali, xjentifiċi, teknoloġiċi, ambjentali jew industrijali; u/jew
–
il-post u l-irwol ta' sit fl-iżvilupp u l-promozzjoni tal-valuri komuni li jsejsu l-integrazzjoni Ewropea, bħal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali, it-tolleranza u s-solidarjetà.
(2) Il-kandidati għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandhom jissottomettu proġett li l-implimentazzjoni tiegħu trid tibda mhux aktar tard minn tmiem is-sena tan-nomina, u li jkun jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:
–
iqajmu għarfien dwar is-sens Ewropew tas-sit, b'mod partikolari permezz ta' attivitajiet xierqa ta' informazzjoni, sinjalar u taħriġ tal-persunal;
–
jorganizzaw attivitajiet edukattivi, speċjalment għaż-żgħażagħ, li jżidu l-għarfien tal-istorja komuni tal-Ewropa u l-patrimonju komuni madankollu differenti tagħha u li jsaħħu s-sens ta' appartenenza għal spazju komuni;
–
jippromwovu l-multilingwiżmu u d-diversità reġjonali billi jużaw diversi lingwi tal-Unjoni bħala muftieħ għad-djalogu interkulturali;
–
jikkoperaw ma' siti li jkun diġà ngħatalhom iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ▌;
–
jgħollu l-profil u l-attrazzjoni tas-sit fuq skala Ewropea, inter alia permezz ta' teknoloġija ġdida tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;
–jiżguraw li s-sit isir aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-UE filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ l-integrità tiegħu.
L-organizzazzjoni ta' attivitajiet artistiċi u kulturali (pereżempju avvenimenti, festivals, residenzi, eċċ.) li jħeġġu l-mobbiltà tal-aġenti kulturali, l-artisti u l-kollezzjonijiet Ewropej, li jistimulaw id-djalogu interkulturali u jinkoraġġixxu r-rabta bejn il-patrimonju u l-ħolqien u l-kreattività kontemporanji għandha tiġi milqugħa bi pjaċir kull meta l-ispeċifiċità tas-sit tippermetti dan.
(3) Il-kandidati għat-ċertifikat għandhom jissottomettu pjan ta' ġestjoni li jorbothom mal-elementi kollha li ġejjin:
–
jiżguraw il-ġestjoni tajba tas-sit;
–
jiżguraw il-protezzjoni tas-sit u t-trasmissjoni tiegħu għall-ġenerazzjonijiet futuri b'konformità mar-reġimi tal-protezzjoni rilevanti;
–
jiżguraw il-kwalità tal-faċilitajiet ta' akkoljenza bħall-preżentazzjoni storika, informazzjoni lill-viżitaturi, sinjalar, eċċ.;
–
jiżguraw l-aċċess għall-pubbliku l-aktar wiesa“ possibbli, pereżempju permezz ta' adattamenti fis-sit jew għoti ta' taħriġ lill-persunal, u permezz tal-użu tal-internet, fosthom għal persuni anzjani u nies b'diżabilità;
–
jagħtu attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ, b'mod partikolari billi jippermettulhom li jkollhom aċċess privileġġjat għas-sit;
–
jippromwovu s-siti bħala destinazzjonijiet turistiċi filwaqt li jillimitaw l-impatti negattivi li jistgħu jolqtu s-siti jew l-ambjent tagħhom;
–
jiżviluppaw strateġija ta' komunikazzjoni koerenti u komprensiva li tenfasizza s-sens Ewropew tas-sit;
–
jiżguraw li, kemm jista“ jkun possibbli, il-pjan ta' ġestjoni ma jagħmilx ħsara lill-ambjent ▌.
Artikolu 8
Bord Ewropew ta' esperti indipendenti
1. Għandu jiġi stabbilit bord Ewropew ta' esperti indipendenti (minn hawn “il quddiem msemmi l-”bord Ewropew“) sabiex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ fil-livell Ewropew. Dan għandu jiżgura li l-kriterji jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri parteċipanti.
2. Il-bord Ewropew għandu jkun jikkonsisti minn 13-il membru. Erbgħa mill-membri għandhom jiġu nnominati mill-Parlament Ewropew, erbgħa mill-Kunsill u erbgħa mill-Kummissjoni u wieħed mill-Kumitat tar-Reġjuni, skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-bord Ewropew għandu jaħtar il-president tiegħu.
3. Il-membri tal-bord Ewropew għandhom ikunu esperti indipendenti. Huma għandu jkollhom esperjenza u kompetenza sostanzjali fl-oqsma li huma rilevanti għall-għanijiet taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. L-istituzzjonijiet li jinnominaw l-esperti għandhom ifittxu li jiżguraw kemm jista“ jkun il-komplementarjetà tal-oqsma rispettivi tal-kompetenza tagħhom u rappreżentanza bbilanċjata ġeografikament.
4. Il-membri tal-bord Ewropew għandhom jiġu nnominati għal tliet snin. Permezz ta' deroga, fl-ewwel sena li matulha tkun fis-seħħ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu nnominati erba“ esperti mill-Kummissjoni għal sena waħda, erbgħa mill-Parlament Ewropew u wieħed mill-Kumitat tar-Reġjuni għal sentejn u erbgħa mill-Kunsill għal tliet snin.
5. Il-membri tal-bord Ewropew għandhom jiddikjaraw kull kunflitt ta' interess jew kunflitt potenzjali ta' interess rigward sit speċifiku. Fil-każ ta' dikjarazzjoni simili, jew jekk jirriżulta xi kunflitt ta' interess, il-membru ▌m“ għandux jipparteċipa fl-evalwazzjoni tal-imsemmi sit jew ta' siti oħrajn tal-istess Stat Membru.
6. Ir-rapporti, rakkomandazzjonijiet u notifikazzjonijiet kollha tal-bord Ewropew għandhom jitpoġġew disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 9
Formola ta' applikazzjoni
▌Għandha tiġi ppreparata formola ta' applikazzjoni komuni bbażata fuq il-kriterji tal-għażla stipulati fl-Artikolu 7 mill-Kummissjoni u użata mill-kandidati kollha. Huma biss dawk l-applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola tal-applikazzjoni uffiċjali li sejrin jiġu kkunsidrati biex jintgħażlu.
Artikolu 10
Għażla minn qabel fil-livell nazzjonali
1. L-għażla minn qabel tas-siti għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, b“ koperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
2. Kull Stat Membru jista“ jagħżel minn qabel sa massimu ta' żewġ siti kull sentejn b'konformità mal-kalendarju stabblit fl-Anness. ▌
3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-kalendarju tiegħu stess għall-għażla minn qabel tas-siti b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi jiżgura li l-arranġamenti amministrattivi jibqgħu kemm jista“ jkun ħfief u flessibbli. Madankollu, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-għażla minn qabel l-aktar tard sal-1 ta' Marzu tas-sena tal-proċedura tal-għażla ta” qabel l-għażla.
4. L-għażla minn qabel għandha ssir f“ konformita” mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 7 u għandha tuża l-formola tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9.
5.Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista sħiħa ta' siti magħżula minn qabel u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwarha.
Artikolu 11
Għażla finali fil-livell tal-Unjoni
1. L-għażla finali tas-siti għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandha tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u għandha titwettaq mill-bord Ewropew.
2. Il-bord Ewropew għandu jevalwa l-applikazzjonijiet tas-siti magħżula minn qabel u għandu jagħżel sa massimu ta' sit wieħed għal kull Stat Membru. Jekk ikun hemm bżonn, tista“ tintalab aktar informazzjoni u jistgħu jiġu organizzati żjarat fis-siti.
3. L-għażla finali għandha ssir f'konformita“ mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 7 u għandhom jintużaw il-formola tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9.
4. Il-bord Ewropew għandu joħroġ rapport dwar is-siti magħżula minn qabel l-aktar tard sal-15 ta' Diċembru tas-sena tal-proċedura ta“ qabel l-għażla. Dak ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjoni għall-attribuzzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ċerti siti ma ġewx inklużi fil-lista finali.
5. Il-kandidati li ma ġewx inklużi fil-lista finali jistgħu jissottomettu applikazzjoni ġdida għall-għażla minn qabel fil-livell nazzjonali fis-snin li ġejjin.
Artikolu 12
Siti transnazzjonali
1. Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “siti transnazzjonali”:
–
diversi siti li jinsabu fi Stati Membri differenti li jinġabru madwar tema speċifika waħda sabiex jissottomettu applikazzjoni waħda;
–
sit speċifiku wieħed li ġeografikament jinsab fit-territorju ta' mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.
2. L-applikazzjonijiet għas-siti transnazzjonali għandhom isegwu l-istess proċedura bħall-applikazzjonijiet għal siti oħrajn. Dawn għandhom jintgħażlu minn qabel ▌mill-Istati Membri kollha kkonċernati fi ħdan il-limitu tagħhom ta' massimu ta' żewġ siti kif stipulat fl-Artikolu 10. Is-siti transnazzjonali għandhom jindikaw wieħed mis-siti involuti bħala l-koordinatur tagħhom, li jkun l-uniku punt ta' kuntatt għall-Kummissjoni. Il-koordinatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kandidatura transnazzjonali fi żmien xieraq fl-Istati Membri kollha sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta' siti madwar l-Unjoni kollha. Is-siti kollha li jipparteċipaw f'sit transnazzjonali għandhom jissodisdaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 7 u għandhom jimlew il-formola ta' applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 u għandhom jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 7.
Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lil siti transnazzjonali li jrawmu l-essenza tal-wirt Ewropew transkonfinali, permezz tar-rappreżentazzjoni tagħhom tas-simboliżmu tanġibbli u intanġibbli.
3. Jekk sit transnazzjonali jissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 7, il-prijorità għandha tingħata lil dak is-sit waqt l-għażla finali.
4.Jekk wieħed mis-siti inklużi f'sit transnazzjonali ma jibqax jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 jew l-impenji magħmula fl-applikazzjoni, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 għandha tapplika.
Artikolu 13
Nomina
1. Il-Kummissjoni għandha tinnomina uffiċjalment lil dawk is-siti li sejrin jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew matul is-sena wara l-proċedura tal-għażla, filwaqt li tieħu kont xieraq tar-rakkomandazzjoni tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bid-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu.
2. Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jingħata lis-siti ▌ fuq bażi permanenti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 14 u 15 u soġġett għall-kontinwazzjoni tal-azzjoni.
3.L-għoti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ma għandux iġib miegħu xi obbligu marbut mal-ippjanar urban, mal-liġi, mat-tisbiħ, mal-mobbiltà jew mal-arkitettura. L-unika liġi applikabbli għandha tkun dik lokali.
Artikolu 14
Monitoraġġ
1. Kull sit li jingħata ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu jiġi mmonitorjat fuq bażi regolari sabiex jiġi żgurat li huwa jkompli jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 u li jirrispetta l-impenji li jkunu saru fl-applikazzjoni relatata miegħu.
2. Il-monitoraġġ tas-siti kollha li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru għandhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru inkwistjoni. L-Istat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa u jipprepara rapport dettaljat kull erba“ snin, b'konformità mal-kalendarju fl-Anness.
3. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni u jiġi sottomess lill-bord Ewropew sabiex jiġi eżaminat l-aktar tard sal-1 ta' Marzu tas-sena tal-proċedura tal-monitoraġġ.
4. Il-bord Ewropew għandu joħroġ rapport dwar l-istat tas-siti ċċertifikati fl-Istat Membru kkonċernat l-aktar tard sal-15 ta' Diċembru tas-sena tal-proċedura tal-monitoraġġ, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, rakkomandazzjonijiet li jridu jiġu kkunsidrati għall-perjodu ta' monitoraġġ li jkun imiss.
5. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-bord Ewropew, għandha tistabbilixxi indikaturi komuni għall-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jiżguraw approċċ koerenti għall-proċedura ta' monitoraġġ.
Artikolu 15
Irtirar taċ-Ċertifikat
1. Jekk il-bord Ewropew jinnota li sit speċifiku ma għadux jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 jew li ma għadux jkkonforma mal-impenji kollha li saru fl-applikazzjoni tiegħu, huwa għandu jibda djalogu mal-Istat Membru kkonċernat permezz tal-Kummissjoni, bil-għan li jgħinu jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fis-sit.
2. Jekk wara perjodu ta' 18-il xahar wara l-bidu tad-djalogu jkunu għadhom ma sarux l-aġġustamenti meħtieġa fis-sit, il-bord Ewropew għandu jinnotifika b'dan lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni, kif ukoll minn rakkomandazzjonijiet fuq kif tista“ titjieb is-sitwazzjoni.
3. Jekk wara perjodu ġdid ta' 18-il xahar, ir-rakkomandazzjonijiet ikunu għadhom ma ġewx implimentati, il-bord Ewropew għandu joħroġ rakkomandazzjoni biex iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew tiġi rtirata mis-sit rilevanti.
4. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni finali li tirtira ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew wara li tqis kif jixraq ir-rakkomandazzjoni tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bid-deċiżjoni.
5. In-notifiki u r-rakkomandazzjonijiet tal-bord Ewropew għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
6.Is-siti jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew meta jridu. F'dan il-każ, għandhom jinnotifikaw lill-Istat Membru kkonċernat, li min-naħa tiegħu jrid jinforma lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tirtira ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwarha.
Artikolu 16
Arranġamenti prattiċi
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-azzjoni tal-Unjoni għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. B'mod partikolari, hija għandha:
–
tiżgura l-koerenza u l-kwalità ġenerali tal-azzjoni;
–
tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-bord Ewropew;
–
fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u bi qbil mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 7, tistabbilixxi linji gwida biex jgħinu fil-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ, kif ukoll il-formola tal-applikazzjoni;
–
tipprovdi appoġġ lill-bord Ewropew.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien u ż-żamma ta' websajt speċifika u logo ġdid, biex jogħla l-profil u tiżdied l-attrazzjoni tas-sit fuq skala Ewropea, pereżempju bl-użu tal-possibilitajiet li joffru teknoloġiji ġodda u mezzi diġitali u interattivi kif ukoll bit-tfittxija ta' sinerġiji ma' inizjattivi oħrajn Ewropej. In-notifiki u r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-bord Ewropew imsemmija fl-Artikolu 8(6), l-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 15(5) għandhom jiġu ppubblikati f'din il-websajt.
3. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi attivitajiet ta' netwerking bejn is-siti mogħtija ċ-ċertifikat.
4. L-azzjonijiet taħt il-paragrafi 2 u 3, kif ukoll l-ispejjeż tal-bord Ewropew għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 18.
Artikolu 17
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-evalwazzjoni esterna u indipendenti tal-azzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Tali evalwazzjoni għandha ssir kull sitt snin b'konformità mal-kalendarju stabbilit fl-Anness u għandha tinkludi eżami tal-elementi kollha, inkluża l-effiċjenza tal-proċessi involuti fit-tmexxija tal-azzjoni, l-għadd ta' siti, l-ambitu ġeografiku u l-impatt tal-azzjoni, il-modi kif din tista“ tittejjeb u jekk din għandhiex titkompla jew le.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar dawn l-evalwazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur minn meta dawn jiġu ffinalizzati, flimkien, jekk ikun xieraq, ma' proposti rilevanti.
▌
Artikolu 18
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2013 huwa stabbilit li huwa ta' EUR 1 350 000.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
KALENDARJU
Kalendarju għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew
[Sena n]
Adozzjoni tad-Deċiżjoni
Ħidma preparatorja
[Sena n+1]
Ħidma preparatorja
[Sena n+2]
Għażla minn qabel mill-Istati Membri ▌
[Sena n+3]
Nomina finali tas-siti
[Sena n+4]
Għażla minn qabel mill-Istati Membri
[Sena n+5]
Nomina finali tas-siti u monitoraġġ
[Sena n+6]
Għażla minn qabel mill-Istati Membri
[Sena n+7]
Nomina finali tas-siti
Evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew
[Sena n+8]
Għażla minn qabel mill-Istati Membri
[Sena n+9]
Nomina finali tas-siti u monitoraġġ
[Sena n+10]
Għażla minn qabel mill-Istati Membri
[Sena n+11]
Nomina finali tas-siti
[Sena n+12]
Għażla minn qabel mill-Istati Membri
[Sena n+13]
Nomina finali tas-siti
Evalwazzjoni taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew
Parteċipazzjoni tal-Isvizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja ***
205k
33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013) (12818/2010 – C7-0277/2010 – 2010/0231(NLE))
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12818/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fil-Programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u fil-programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja kollha (2007-2013) (13104/2009),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 165(4), u 166(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0277/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0334/2010),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Svizzera.
Kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni (COM(2010)0083 – C7-0073/2010 – 2010/0051(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0083),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 291(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0073/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-impenji meħuda mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta' Diċembru 2010, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għas-Sajd, il-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0355/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni mehmużin ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2010 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 182/2011.)
ANNESS
STQARRIJA MILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI
L-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta abbozz ta' att ta' implimentazzjoni fejn il-kumitat jagħti opinjoni pożittiva. Din id-dispożizzjoni ma teskludix li l-Kummissjoni tista“, bħal fil- prattika attwali, f'każijiet eċċezzjonali ħafna, tieħu kont ta' ċirkostanzi ġodda li rriżultaw wara l-votazzjoni u tiddeċiedi li ma tadottax abbozz ta' att ta' implimentazzjoni, wara li tkun infurmat debitament lill-kumitat u l-leġislatur.
STQARRIJIET MILL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni se tgħaddi biex teżamina l-atti leġiżlattivi kollha li jinsabu fis-seħħ u li ma ġewx adattati għall-proċedura regolatorja bi skrutinju qabel ma daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, sabiex tivvaluta jekk jeħtieġx li dawk l-istrumenti jiġu adattati għar-reġim tal-atti ddelegati li ddaħħal permezz tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tagħmel il-proposti xerqin mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard mid-dati msemmijin fil-kalendarju indikattiv li jinsab anness ma' din id- dikjarazzjoni.
Waqt li jkun għaddej dan l-eżerċizzju ta' allinjament, il-Kummissjoni se żżomm lill-parlament Ewropew mgħarraf b'mod regolari dwar l-abbozzi ta' miżuri implimentattivi marbutin ma' dawn l-istrumenti li fil- ġejjieni għandhom isiru atti ddelegati.
Rigward l-atti leġiżlattivi fis-seħħ li bħalissa fihom referenzi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, l- Kummissjoni se tirrevedi d-dispożizzjonijiet marbutin ma' din il-proċedura f'kull strument li għandha l- ħsieb li timmodifika, sabiex meta jasal iż-żmien xieraq tadattahom skont il-kriterji preskritti fit-Trattat. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jkunu intitolati li jindikaw l-atti bażiċi li jqisuh importanti li jiġu adattati bi prijorità.
Sa tmiem l-2012 il-Kummissjoni se tivvaluta r-riżultati ta' dan il-proċess sabiex tistma kemm ikun għad baqa“ fis-seħħ atti leġiżlattivi li jkun fihom referenzi għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Imbagħad il- Kummissjoni tħejji l-inizjattivi leġiżlattivi xerqin sabiex tlesti l-adattament. L-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni huwa li, sa tmiem is-7 mandat tal-Parlament, id-dispożizzjonijiet kollha li jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju jkunu tneħħew mill-istrumenti leġiżlattivi kollha.
Il-Kummissjoni tinnota li dan l-aħħar varat studju li jipprovdi ħarsa kompluta u oġġettiva lejn l-aspetti kollha tal-linja politika u l-prattiki tal-UE għad-difiża tal-kummerċ, inkluża evalwazzjoni tar-riżultati, tal- metodi, tal-utilizzazzjoni u tal-effettività tal-iskema kurrenti tas-SDK (TDI) fil-kisba tal-objettivi tal-linja politika dwar il-kummerċ, evalwazzjoni tal-effettività tad-deċiżjonijiet eżistenti u potenzjali dwar linji politiċi meħudin mill-Unjoni Ewropea (e.g., it-test dwar l-interess tal-Unjoni, ir-regola tal-inqas dazji, is-sistema tal- ġbir tad-dazji) meta wieħed iqabbel mad-deċiżjonijiet rigward linji politiċi meħudin minn ċerti sħab kummerċjali u eżami tar-regolamenti bażiċi kontra d-dumping u kontra s-sussidji fil-kuntest tal-prattika amministrattiva tal-istituzzjonijiet tal-UE, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Korp tal-WTO għar-Riżoluzzjoni ta' Tilwim.
Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb, fil-kuntest tar-riżultati tal-istudju u tal-iżviluppi fin-negozjati dwar l-Aġenda ta' Doħa għall-Iżvilupp, tistħarreġ jekk għandhiex tkompli taġġorna u timmodernizza l-istrumenti tal-UE għad-difiża tal-kummerċ u kif.
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll fl-inizjattivi li ħadet dan l-aħħar biex ittejjeb it-trasparenza tat-tħaddim tal- istrumenti għad-difiża tal-kummerċ (bħall-ħatra ta' Uffiċjal tas-Seduta) u ħidmietha mal-Istati Membri biex tiċċara elementi ewlenin tal-prattika tad-difiża tal-kummerċ. Il-Kummissjoni tagħti importanza sostanzjali lil dan ix-xogħol, u se tfittex li tidentifika, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, inizjattivi oħrajn li jistgħu jittieħdu f'dan ir-rigward.
Skont ir-regoli tal-komitoloġija msejsin fuq id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill, fejn kumitat ta' ġestjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) ikun ta opinjoni kuntrarja, il-Kummissjoni trid tissottometti l-abbozz ta' miżura inkwistjoni lill-Kunsill, li jista“ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar. Madanakollu, xejn ma jżomm lill-Kummissjoni milli taġixxi iżda għandha l-għażla li ddaħħal il-miżura jew inkella tiddifferixxi l-applikazzjoni tagħha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista” tieħu l-miżura fejn tqis, kollox ma' kollox, li s-sospensjoni tal-applikazzjoni tagħha tkun, ngħidu aħna, tipprovoka effetti negattivi irriversibbli fuq is-suq. Meta aktar tard il-Kunsill jiddeċiedi mod ieħor il-miżura mdaħħla fis-seħħ mill-Kummissjoni naturalment ma jkunx hemm iktar bżonnha. Hekk, ir-regoli ta' bħalissa jarmaw lill-Kummissjoni bi strument li jippermetti li jitħares l-interess komuni tal-Unjoni kollha kemm hi billi tadotta miżura, għall-inqas fuq bażi interim.
L-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament ifittex li jilħaq l-objettiv li dan il-mod ta' kif isiru l-affarijiet jinżamm fl- arranġamenti l-ġodda tal-komitoloġija iżda li jiġi limitat għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali u fuq il-bażi ta' kriterji ddefiniti tajjeb u restrittivi. Dan ikun jippermetti lill-Kummissjoni tadotta abbozz ta' miżura minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-kumitat li jeżamina, dment li “n-nuqqas ta' adozzjoni tagħha b'urġenza jkun joħloq tħarbit sinifikanti tas-swieq (…) jew għal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.” Id-dispożizzjoni tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn ma jkunx possibbli li wieħed jistenna sakemm il-kumitat jerġa“ jivvota fuq l-istess abbozz ta' miżura jew fuq abbozz ieħor ta' miżura minħabba li sadattant is-suq ikun ġie mfixkel b'mod sinifikanti e.g. minħabba l-imġiba spekulattiva tal-operaturi. Sabiex tiżgura l-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi, hija tagħti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-opportunità li jkollhom diskussjoni infurmata oħra dwar l-abbozz ta' miżura mingħajr ma l-affarijiet jitħallew mhux deċiżi u miftuħin għall-ispekulazzjoni bil-konsegwenzi negattivi għas-swieq u għall-baġit.
Tali sitwazzjonijiet jistgħu notevolment iqumu fil-kuntest tal-ġestjoni minn ġurnata għall-oħra tal-PAK (e.g. l-iffissar tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni, il-ġestjoni tal-liċenzji, klawsola speċjali ta' salvagwardja) fejn spiss ikun meħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu malajr u jista“ jkollhom konsegwenzi ekonomiċi sinifikanti għas- swieq u b'hekk għall-bdiewa u għall-operaturi kif ukoll għall-baġit tal-Unjoni.
F'każijiet fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jindikaw lill-Kummissjoni li jqisu li abbozz ta' att implimentattiv ikun imur lil hinn mis-setgħat implimentattivi previsti fl-att bażiku, il-Kummissjoni tirrevedi minnufih l-abbozz ta' att implimentattiv b'mod li jagħti kas tal-pożizzjonijiet espressi mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Il-Kummissjoni taġixxi b'mod li jagħti kas xieraq tal-urġenza tal-materja.
Qabel ma tiddeċiedi jekk l-abbozz ta' att implimentattiv għandux jiġi adottat, emendat jew irtirat, il- Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill dwar l-azzjoni li jkollha l-ħsieb li tieħu u dwar ir-raġunijiet għaliex tkun se tagħmel dan.
Appendiċi
ANNESS tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
Tabella indikattiva tal-atti bażiċi mhux suġġetti għall-proċedura tal-kodeċiżjoni qabel it-Trattat ta' Lisbona li
jeħtieġu jkunu adattati biex iqisu l-Artikolu 290 tat-TFUE
Ambitu tematiku
Atti li jeħtieġ rieżami
Kalendarju indikattiv
Rieżami limitat għall-allinjament
Inkluż fi proposta usa“
ESTAT
1.
Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE*(1)
2011 ir-raba“ trimestru
X
SANCO
2.
Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità*(2)
Marzu 2012
X
3.
Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae (razza taż-żwiemel)*2
Marzu 2012
X
4.
Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż*2
Marzu 2012
X
5.
Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE*2
Marzu 2012
X
6.
Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi*2
Marzu 2012
X
7.
Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta' Direttiva 90/425/KEE*2
Marzu 2012
X
8.
Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' deep frozen semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini*2
Marzu 2012
X
9.
Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE dwar kondizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijoni ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat*2
Marzu 2012
X
10.
Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali*2
Marzu 2012
X
11.
Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (importazzjonijiet biss)*2
Marzu 2012
X
12.
Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE*2
Marzu 2012
X
13.
Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f'annimali akkwatiċi*2
Marzu 2012
X
14.
Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE li tistabilixxi r-regoli ta' kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel*2
Marzu 2012
X
15.
Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-qerda tal-bruċellosi, tuberkulosi u lewkosi fl-ifrat*2
Marzu 2012
X
16.
Direttiva tal-Kunsill 82/400/KEE li temenda d-Direttiva 77/391/KEE u tintroduċi miżura Komunitarja supplimentari għall-qerda tal-bruċellożi, tat-tuberkulożi u tal-lewkożi fil-bhejjem*2
Marzu 2012
X
17.
Deċiżjoni tal-Kunsill 90/242/KEE li tistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-qerda tal-bruċellosi fin-nagħaġ u fil-mogħoż*2
Marzu 2012
X
18.
Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE li temenda d-Direttiva 85/511/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u tad-dwiefer, id-Direttiva 64/432/KEE dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw kummerċ intra-Komunitarju f'annimali bovini u suwini u d-Direttiva 72/462/KEE dwar problemi ta' spezzjoni tas-saħħa u veterinarji mal-importazzjoni ta' annimali bovini u suwini u laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi*2
Marzu 2012
X
19.
Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE*2
Marzu 2012
X
20.
Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE*2
Marzu 2012
X
21.
Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle*2
Marzu 2012
X
22.
Direttiva tal-Kunsill 80/1095/KEE li tiffissa l-kundizzjonijiet biex it-territorju tal-Komunità jsir u jinżamm ħieles mid-deni tal-ħnieżer klassiku*2
Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x'jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer*2
Deċiżjoni tal-Kunsill 79/511/KEE dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità favur il-kampanja tal-ġlieda kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-Ewropa tax-Xlokk*2
2011/2012
X
27.
Deċiżjoni tal-Kunsill 89/455/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-istabbiliment ta' proġetti pilota għall-ġlieda kontra r-rabbja, fid-dawl tal-qerda jew il-prevenzjoni tagħha*2
Marzu 2012
X
28.
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju
2012 it-tieni semestru
X
29.
Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika ta' mard tal-annimali fil-Komunità*2
Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern*2
Marzu 2012
X
32.
Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji rigward l-importazzjoni (il-Proġett Shift), li temenda d-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE, 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE, u li tħassar id-Deċiżjoni 88/192/KEE*2
Marzu 2012
X
33.
Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE dwar ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali*2
Marzu 2012
X
34.
Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer*2
Marzu 2012
X
35.
Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97(3)
2011 l-ewwel trimestru
X
36.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali ovini u kaprini*2
Marzu 2012
X
37.
Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE dwar l-annimali tal-ispeċi tal-bovini ta' razza pura għat-tnissil
2011 l-ewwel trimestru
X
38.
Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta' annimali tal-ispeċi tal-majjal
2011 l-ewwel trimestru
X
39.
Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir
2011 l-ewwel trimestru
X
40.
Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f'equidae
2011 l-ewwel trimestru
X
41.
Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha
2011 l-ewwel trimestru
X
42.
Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-marketing tal-annimali ta' razza pura
2011 l-ewwel trimestru
X
43.
Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta' razza pura tal-ispeċji bovina
2011 l-ewwel trimestru
X
44.
Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi*2
Marzu 2012
X
45.
Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE*2
Marzu 2012
X
46.
Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja*(4)
2013-2014
X
47.
Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġiela (verżjoni kodifikata)*4
2013-2014
X
48.
Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (verżjoni kodifikata)*4
2013-2014
X
49.
Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid*4
2013-2014
X
50.
Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam*4
2013-2014
X
51.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nruż1099/2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla*4
2013-2014
X
52.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97*4
2013-2014
X
53.
Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità*(5)
2012 second semester
X
54.
Direttiva tal-Kunsill 2007/33/KE dwar il-kontroll ta' nematodi taċ-ċisti fil-patata u li tħassar id-Direttiva 69/465/KEE*5
2012 it-tieni semestru
X
55.
Direttiva tal-Kunsill 93/85/KEE dwar il-kontroll tat-tħassir forma ta' ċirku tal-patata*5
2012 it-tieni semestru
X
56.
Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE dwar il-kontroll tar-Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al.*5
2012 it-tieni semestru
X
57.
Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf
2011 it-tieni semestru
X
58.
Direttiva tal-Kunsill 69/464/KEE dwar il-kontroll tal-marda tal-ġlata fil-patata
2013 it-tieni semestru
X
59.
Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież
2011 it-tieni semestru
X
60.
Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE dwar il-marketing ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja
2011 it-tieni semestru
X
61.
Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali
2011 it-tieni semestru
X
62.
Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti
2011 it-tieni semestru
X
63.
Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli
2011 it-tieni semestru
X
64.
Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi
2011 it-tieni semestru
X
65.
Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex
2011 it-tieni semestru
X
66.
Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa
2011 it-tieni semestru
X
67.
Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra
2011 it-tieni semestru
X
68.
Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta' ħxejjex ta' propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa
2011 it-tieni semestru
X
69.
Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott
2011 it-tieni semestru
X
70.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità(6)
2012-2013
ara l-kumment (note f'qieħ il-paġna preċedenti)
71.
Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi
2011 it-tieni semestru
X
MARKT
72.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
74.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tessili minn għadd ta' terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, Protokoll jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' l-importazzjoni speċifika tal-Komunità
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
75.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, għall-parti waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, għall-parti l-oħra u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja, kif emendat
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
76.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 953/2003 biex jevita diversifikazzjoni fil-kummerċ fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti mediċini prinċipali
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
[Regolament (KE) Nru 868/2004 li jikkonċerna l-protezzjoni kontra l-issussidjar u l-atti mhux ġusti tal-prezzijiet li jikkawżaw preġudizzju lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità fil-provvista tas-servizzi bl-ajru minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea mħassar](8)
77.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
78.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
79.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
80.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
81.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta' Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
82.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
83.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2009 sal-31 ta' Diċembru 2011
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
84.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu
Tmiem tal-2010 / bidu tal-2011
X
85.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa
Bidu tal-2011
X
86.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakistan
Bidu tal-2011
X
MARE
87.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd
Nov 2011
X
88.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq
Mejju 2011
X
89.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar miżuri tekniċi
Nov 2011
X
90.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 dwar miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku
Nov 2011
X
91.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 dwar il-pjan ta' rkupru tas-sallur
Nov 2011
X
92.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 dwar sistema ta' kontroll
Nov 2011
X
93.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 dwar is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat
Nov 2011
X
94.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 dwar awtorizzazzjonijiet tas-sajd
Nov 2011
X
95.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 dwar qabdiet inċidentali ta' ċetaċji
Nov 2011
X
96.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku(9)
ara l-kumment
97.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar il-Baħar Mediterran
Nov 2011
X
ENV
98.
Direttiva tal-Kunsill 87/217/KEE dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis fl-ambjent mill-asbestos
L-1 semestru tal-2011
X
99.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta' injam fil-Komunità Ewropea
It-2 semestru tal-2011
X
ENER
100.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl (verżjoni kodifikata)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1048/2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2008 dwar il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli li joriġinaw minn pajjiżi terzi wara l-inċident fl-istazzjon tal-enerġija nukleari ta' Chernobyl(10)
2002/358/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Kyoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u t-twettiq konġunt tal-obbligi tiegħu
Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE (“Deċiżjoni dwar l-ammont assenjat (AA)”)
Tmiem tal-2010
X
ENTR
103.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (verżjoni kodifikata tar-Regolament 3448/93)
Ir-4 trimestru tal-2010
X
AGRI
104.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar “il bogħod tal-Unjoni
23/09/2010
X
105.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
30/09/2010
X
106.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti […]
30/09/2010
X
107.
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid
l-1 trimestru tal-2011
X
108.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni
Ir-4 trimestru tal-2010
X
109.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta' pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall- bdiewa, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005
Ir-4 trimestru tal-2010
X
110.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91
Ir-4 trimestru tal-2010
X
111.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 dwar il-kofinanzjament, min-naħa tal-Komunità, tal-kontrolli permezz tat-telerilevament, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3508/92 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll għal ċerti skemi ta' għajnuna tal-Komunità
Se jkun sostitut bl-“Allinjament tar-Reg. 1290/2005”
X
112.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
Ir-4 trimestru tal-2010
X
113.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
Ir-4 trimestru tal-2010
X
114.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003
Ir-4 trimestru tal-2010
X
115.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”)
Ir-4 trimestru tal-2010
X
116.
Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89
Ir-4 trimestru tal-2011 (ex PRAC)
X
117.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta' finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (verżjoni kodifikata)
Ir-4 trimestru tal-2010
X
118.
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna fir-rigward ta' dud tal-ħarir għas-sena ta' tkabbir 1972/1973
Se jkun revokat mill-“OKS unika l-ġdida”
X
119.
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 dwar l-akkreditazzjoni ta' sigurtajiet, depożiti u garanziji mogħtija taħt il-politika agrikola komuni u sussegwentement sekwestrati
f'nofs l-2011 - PAK ta' wara l-2013
X
120.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 814/2000 dwar il-miżuri ta' tagħrif li għandhom x'jaqsmu mal-politika komuni agrikola
f'nofs l-2011
X
121.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni
f'nofs l-2011 - PAK ta' wara l-2013
X
122.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 dwar il-glukosju u l-lattosju (verżjoni kodifikata)
f'nofs l-2011
X
123.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tad-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
f'nofs l-2011
X
124.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, u li jistabbilixxi programmi ta' ristrutturazzjoni nazzjonali għas-settur tal-qoton
f'nofs l-2011 - PAK ta' wara l-2013
X
125.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 dwar is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovoalbumina u l-lattoalbumina (verżjoni kodifikata)
f'nofs l-2011
X
126.
Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman
Settembru 2010
X
127.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 78/2008 dwar il-miżuri li l-Kummissjoni għandha twettaq għall-perjodu 2008-2013 bl-użu tal-applikazzjonijiet ta' telerilevament implimentati fil-qafas tal-politika agrikola komuni
Se jkun revokati bl-“Allinjament tar-Reg. 1290/2005”
X
128.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea
Ir-4 trimestru tal-2010
X
129.
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 706/73 li jikkonċerna l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għall-Channel Islands u l-Isle of Man għal kummerċ fi prodotti agrikoli
Ir-4 trimestru tal-2010
X
130.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro
ir-4 trimestru tal-2011 - PAK ta' wara l-2013
X
131.
Direttiva 1999/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 li għandha x'taqsam ma' l-estratti tal-kafè u l-estratti taċ-ċikwejra
Ir-4 trimestru tal-2011 (ex PRAC)
X
132.
Direttiva 2000/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-prodotti mill-kawkaw u miċ-ċikkulata maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Ir-4 trimestru tal-2011 (ex PRAC)
X
133.
Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel
Ir-4 trimestru tal-2011
X
134.
Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem
Ir-4 trimestru tal-2011
X
135.
Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE rigward ċertu ħalib ippriservat disidratat in parti jew kollu għall-konsum tal-bniedem
Ir-4 trimestru tal-2011
X
136.
Direttiva tal-Kunsill 2001/111/KE li għandha x'taqsam ma' ċerti tipi ta' zokkor maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Ir-4 trimestru tal-2011
X
137.
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 451/89 rigward il-proċedura li għandha tiġi applikata għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw minn diversi pajjiżi terzi tal-Mediterrran
Ir-4 trimestru tal-2011
X
138.
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 dwar l-importazzjoni ta' ross li joriġina fil-Bangladexx
Ir-4 trimestru tal-2011
X
139.
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 478/92 li jiftaħ kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-klieb jew tal-qtates, imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut u li jidħol fil-kodiċi NM 23091011 u kwota annwali tat-tariffa Komunitarja għall-ikel tal-ħut li jidħol taħt kodiċi NM ex23099041, li joriġina fil-Gżejjer Faroe u jkun ġej minnhom
Ir-4 trimestru tal-2011 – jista“ jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat
X
140.
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3125/92 fuq l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' prodotti tal-laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż li joriġinaw fil-Bosnja-Herzegovina, il-Kroazja, is-Slovenja, il-Montenegro, is-Serbja u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Ir-4 trimestru tal-2011 – jista“ jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat
X
141.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1108/93 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Ftehim Bilaterali dwar l-agrikoltura bejn il-Komunità, minn naħa l-waħda, u l-Awstrija, il-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvezja, min-naħa l-oħra
Ir-4 trimestru tal-2011
X
142.
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi l-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa Komunitarja għal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja u għal-laħam tal-majjal, il-laħam tat-tjur, il-qamħ u l-maħlut, u tipi ta' nuħħala, il-frak iebes u fdalijiet oħra
Ir-4 trimestru tal-2011
X
143.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu
Ir-4 trimestru tal-2011 – jista“ jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat
X
144.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2398/96 li jiftaħ kwota ta' tariffa għal laħam tad-dundjan li joriġina u ġej minn Iżrael kif hemm ipprovdut fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat tal-Iżrael
Ir-4 trimestru tal-2011 – jista“ jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat
X
145.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2005/97 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li joriġina mill-Alġerija
Ir-4 trimestru tal-2011
X
146.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/97 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li ġej mil-Libanu
Ir-4 trimestru tal-2011
X
147.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija, li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 4115/86 u jemenda r-Regolament (KE) Nru 3010/95
Ir-4 trimestru tal-2011
X
148.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1506/98 li jistabbilixxi konċessjoni fil-għamla ta' kwota Komunitarja tat-tariffa għat-Turkija fis-sena 1988 rigward il-ġellewż u li jissospendi konċessjonijiet oħra
Ir-4 trimestru tal-2011 – jista“ jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat
X
149.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1722/1999 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk
Ir-4 trimestru tal-2011 – jista“ jkun obsolet – għad irid jiġi kkonfermat
X
150.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 li jiftaħ kwota awtonoma għall-importazzjonijiet ta' laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja
Ir-4 trimestru tal-2011
X
151.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1532/2006 dwar il-kondizzjonijiet għal ċerti kwoti ta' importazzjoni ta' ċanga ta' kwalità għolja
Ir-4 trimestru tal-2011
X
152.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta' kwalità għolja
Ir-4 trimestru tal-2011
X
HOME
153.
Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE fuq l-għajnuna f'każijiet ta' transitu għal raġunijiet ta' tneħħija bl-ajru
Bħala parti minn pakkett li fih, fost affarijiet oħra, proposta għal Liġi tal-UE dwar is-saħħa tal-annimali u proposta għal rieżami tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali.
Rieżami tal-Liġi tal-UE dwar il-benessri tal-annimali (il-kalendarju preċiż għadu mhux stabbilit) – relatata mar-Riżoluzzjoni tal-PE tal-5 ta' Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010 (2009/2202(INI)) li stiednet lill-Kummissjoni tirristruttura dawn l-atti kollha fi strument orizzontali ġenerali.
Relatat mar-rieżami li għaddej tal-Liġi tal-UE dwar is-saħħa tal-pjanti - għadu ma ġiex deċiż jekk ir-reviżjoni se tkun limitata għall-allinjament biss.
Dan ir-Regolament kien bi żball fil-lista oriġinali billi diġà kien fl-ambitu tal-kodeċiżjoni qabel it-Trattat ta' Lisbona u kien inkluż fl-allinjament PRAC.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tinkludi l-Protokoll ta' Kyoto f'isem il-Komunità u mhijiex se tiġi riveduta jew emendata b'mod ieħor. Irrikjediet biss l-adozzjoni ta' miżura ta' implimentazzjoni waħda, id-Deċiżjoni 2006/944/KE kif imsemmi fir-ringiela li jmiss.
Id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja fl-2009 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni
649k
330k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (2010/2202(INI))
– wara li kkunsidra l-ħdax-il rapport annwali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja li jkopri l-perjodu minn Lulju 2008 sa Diċembru 2009,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 21 tat-Trattat ta' Lisbona,
– wara li kkunsidra l-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali rilevanti kollha tad-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
– wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet dwar id-drittjiet tal-bniedem kollha tan-NU u l-protokolli fakultattivi tagħhom(1),
– wara li kkunsidra l-istrumenti reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi b'mod partikolari l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, il-Protokoll Fakultattiv dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, il-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni Intergovernattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN,
– wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2002 tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament marbuta mal-QKI(2),
– wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/PESK tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill b'segwitu għall-Pożizzjoni Komuni; waqt li jfakkar fir-rwol essenzjali tal-QKI fil-prevenzjoni ta' reati serji fil-ġurisdizzjoni tagħha,
– wara li kkunsidra l-impenn tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tal-funzjonament effettiv tal-QKI;
– wara li kkunsidra li hu d-dmir ta' kull Stat li jeżerċita l-ġurisdizzjoni kriminali tiegħu fuq dawk li huma responsabbli minn krimini internazzjonali,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u n-negozjati li għaddejjin dwar l-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE u r-reviżjoni tiegħu(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(4) (l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem jew EIDHR),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Jannar 2009(5) dwar l-iżvilupp tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, inkluż ir-rwol tal-UE, u tal-25 ta' Frar 2010(6) dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-1 ta' Frar 2007(7) u tas-26 ta' April 2007(8) dwar l-inizjattiva għal moratorju universali għall-piena tal-mewt u r-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt, kif ukoll ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt,
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB) dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-attivitajiet tar-Rappreżentanti Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar is-Sitwazzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem(9),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' intolleranza u diskriminazzjoni għalraġunijiet ta' reliġjon jew twemmin,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni tal-osservanza tad-dritt umanitarju internazzjonali (IHL)(10), dwar il-piena tal-mewt, dwar it-tortura u trattamenti krudili, inumani jew degradanti oħra, dwar id-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi mhux membri tal-UE, dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-ġlieda kontra kull xorta ta' diskriminazzjoni kontrihom,
– wara li kkunsidra s-Sett ta' Miżuri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha minn Persuni Lesbjani, Omosesswali, Bisesswali u Transesswali (LGBT)(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar il-bini tad-demokrazija fir-relazzjonijiet barranin tal-UE(12),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha li adotta dwar każijiet urġenti ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2010 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, speċjalment fil-każ ta' Liu Xiaobo(13),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 119(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0339/2010),
A. billi l-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem għadha d-dokument ta' referenza tad-dinja, li tqiegħed lill-bnedmin kollha fil-qalba tal-azzjoni,
B. billi l-11-il Rapport Annwali tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2008/2009) jipprovdi ħarsa globali lejn l-azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja,
C. billi din ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li teżamina, tevalwa u f'każijiet speċifiċi, toffri kritika kostruttiva tal-attivitajiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija,
D. billi r-rekord intern tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE għandu impatt dirett fuq il-kredibiltà tagħha u l-abilità li timplimenta politika esterna tad-drittijiet tal-bniedem effettiva,
E. billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-libertá ta' reliġjon jew ta' twemmin u d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi,
F. billi l-ġustizzja, id-demokrazija u l-istat tad-dritt huma l-pilastri tal-paċi sostenibbli, għaliex jiggarantixxu l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, u billi paċi sostenibbli ma tistax tinkiseb bil-protezzjoni ta' dawk responsabbli għall-abbużi sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tal-liġi kriminali internazzjonali,
G. billi t-Trattat ta' Lisbona saħħaħ is-setgħat tal-UE fuq il-politika barranija b'mod li se jsaħħaħ il-valuri u l-objettivi tagħha; billi l-innovazzjonijiet prinċipali marbuta mal-azzjoni esterna tal-UE, bħar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni (RGħ/VP) u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), għandhom ikomplu jikkonsolidaw l-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u għandhom jipprovdu opportunitajiet aħjar għall-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma relevanti tal-politika kollha,
H. billi t-Trattat jipprovdi lill-UE b'personalità ġuridika waħda, li se tippermettilha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u, tippermetti li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi Strasburgu tivverifika l-konformità tal-atti tal-UE mal-Konvenzjoni,
I. billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE saret legalment vinkolanti, u b'hekk saħħet il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa,
J. billi l-UE tappoġġja bis-sħiħ lill-QKI u tippromwovi l-universalità, u tiddefendi l-integrità, tal-Istatut ta' Ruma bil-ħsieb li tipproteġi u ssaħħaħ l-indipendenza tal-Qorti,
K. billi l-Pożizzjoni Komuni tas-16 ta' Ġunju 2003 u l-Pjan ta' Azzjoni tal-2004 jeħtieġu aġġornament fid-dawl tal-iżviluppi fil-liġi kriminali internazzjonali mill-2004 “l hawn; billi l-għajnuna u l-koperazzjoni effikaċi mill-UE jridu jiżdiedu u jitjiebu hekk kif il-mandati għall-arresti u l-proċessi fil-QKI jiżdiedu fin-numru,
L. billi l-isforzi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu fid-dinja żiedu l-ħtieġa tal-konċiljazzjoni tas-sigurtà mar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem,
M. billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja globali kellha impatt negattiv fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; billi kienu affettwati l-aktar id-drittijiet tal-ifqar persuni; billi, minħabba prezzijiet li qed jogħlew u li huma volatili u l-ispekulazzjonijiet fil-kommoditajiet, miljuni qed jiffaċċaw diffikultajiet kbar biex jissodisfaw bżonnijiet bażiċi f'numru ta' pajjiżi tal-Afrika, l-Asja u l-Amerika Latina; billi miljuni ta' persuni qed jiffaċċaw l-insigurtà u l-indinjità, u f'xi pajjiżi l-protesti ntlaqgħu bir-repressjoni u l-vjolenza,
N. billi d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali għandhom jintlaqgħu bl-istess attenzjoni u jkunu ttrattati bl-istesss livell ta' importanza li jingħata lid-drittijiet ċivili u politiċi; billi l-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet iffirmati mill-UE u l-pajjiżi li mhumiex fl-UE jridu jiġu rrispettati u implimentati,
O. billi t-tibdil fil-klima qed ikollu impatt li jdum jinħass fuq perjodu ta' żmien twil fuq id-drittijiet tal-bniedem; billi hemm probabilità ikbar ta' konsegwenzi negattivi għall-gruppi vulnerabbli, bħall-popli indiġeni, kemm fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kif ukoll fit-Tramuntana Estrema, iżda dawn jista“ jkollhom ramifikazzjonijiet ħafna iktar wiesgħin ukoll,
P. billi l-ġlieda kontra l-impunità hija importanti mmens billi għandha l-għan li tevita d-delitti l-aktar gravi u tikkastiga lil min iwettaqhom; billi l-impunità hija kwistjoni b'effetti mifruxa li tikkonċerna firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, bħat-tortura, il-piena tal-mewt, il-vjolenza kontra n-nisa, il-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u l-ġlieda kontra t-terroriżmu,
Q. billi, skont in-NU, il-problema antika tad-drittijiet tal-bniedem tad-dekolonizzazzjoni għadha ma ġietx solvuta fil-każijiet kollha fil-viċinat qrib tal-UE, speċjalment fil-każ tas-Saħara tal-Punent,
R. wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent(14),
S. wara li kkunsidra l-importanza kbira għall-ħajja tal-istituzzjonijiet Ewropej tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-prinċipji fundamentali kkodifikati fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,
T. billi qed iseħħu forom ġodda ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, partikolarment fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni l-ġodda, bħall-użu ħażin u ċ-ċensura tal-internet, u l-abbuż tad-dritt għall-ħajja privata permezz tal-użu ta' data personali,
U. billi l-libertà tar-reliġjon u t-twemmin kulma tmur qed tiġi mhedda, partikolarment minn gvernijiet awtoritarji li għandhom il-minoranzi reliġjużi fil-mira jew min gvernijiet li jonqsu li jevitaw attakki, fastidju jew atti oħra ta' ħsara kontra ċerti individwi jew gruppi reliġjużi,
V. billi d-drittijiet tal-bniedem qed jitkasbru minn pajjiżi li rrikonoxxew il-ġurisdizzjonijiet li joriġinaw mill-Istrumenti Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u minn dawk li jinjoraw dawk id-drittijiet miksuba storikament,
1. Itenni d-determinazzjoni qawwija tal-Parlament Ewropew, u jfakkar fl-isforzi fit-tul tiegħu, biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja permezz tal-iżvilupp ta' politika Ewropea b'saħħitha u effettiva tad-drittijiet tal-bniedem li tiggarantixxi koerenza u konsistenza akbar fl-oqsma politiċi kollha u permezz ta' relazzjonijiet bilaterali ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE u l-parteċipazzjoni attiva fil-fora internazzjonali, kif ukoll bl-appoġġ għall-organizzazzjonijiet internazzjonali u lokali tas-soċjetà ċivili;
2. Huwa tal-opinjoni li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona jirrappreżenta opportunità storika biex jiġu indirizzati l-lakuni li baqa“ fil-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jappella f'dar-rigward għal konformità sħiħa tas-SEAE mal-għan u l-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona li jimmira li jiżgura li r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ikunu fil-qalba tal-oqsma varji tal-politika esterna tal-Unjoni kif imħaddna fl-Artikoli 2, 3 u 21 tat-TUE;
3. Ifakkar li b'konformità mat-Titolu V, Kapitolu 1 tat-Trattat tal-UE, l-azzjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-universalità, tal-inaljenibilità u tal-indiviżivibilità tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jenfasizza li dawn il-pronċipji jikkostitwixxu bażi fundamentali komuni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;
4. Iqis, għalhekk, ta' importanza kbira d-deċiżjoni ta' fejn għandhom jidħlu d-drittijiet tal-bniedem fl-istruttura tas-SEAE; jitlob għalhekk it-twaqqif ta' Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija bil-kompiti li jiżviluppa strateġija tal-UE b'saħħitha għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija u li jipprovdi koordinazzjoni globali ġewwa l-fora multilaterali kollha; huwa konvint bis-sħiħ, filwaqt li jenfasizza l-bżonn li jitiqies li l-għarfien espert fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għandu jkun tkun ankrat bħala responsabilità ewlenija għal kull desk ġeografiku jew tal-politika fis-SEAE, li dan l-approċċ jevita li d-drittijiet tal-bniedem ikunu iżolati u huwa l-uniku mod biex tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona;
5. Jirrikonoxxi l-impenn tar-Rgħ/VP li tibni rwol attiv għall-UE fix-xena dinjija bl-għan li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija globalment; iħeġġeġ f'dar-rigward lir-RGħ/VP tieħu l-azzjoni meħtieġa għat-twaqqif ta' COHOM ibbażat fi Brussell bil-ħsieb li jintegra u jiggarantixxi b'mod effikaċi l-kontribut f'waqtu f'oqsma oħra tal-istituzzjonijiet u l-politika tal-UE; jistieden bl-istess spirtu lir-Rgħ/VP tikkunsidra l-importanza tat-taħriġ obbligatorju fid-drittijiet tal-bniedem għall-istaff tal-UE, inklużi Kapijiet tad-Delegazzjonijiet u d-Diretturi tas-SEAE;
6. Jitlob li tinħoloq kariga ta' Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza li l-ħatra tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, partikolarment għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, għal-liġi umanitarja internazzjonali u l-ġustizzja internazzjonali u għad-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal, jistgħu jagħtu koerenza u viżibilità akbar lill-azzjoni esterna tal-UE f'dan il-qasam; jenfasizza li dawn ir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għandhom ikunu persuni esperti b'esperjenza ppruvata fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;
7. Huwa tal-fehma li hemm ħtieġa urġenti għal qafas aktar koerenti biex l-appoġġ tal-UE għall-bini tad-demokrazija fid-dinja kollha jkun aktar effettiv; huwa tal-fehma li politika barranija konsistenti tal-UE trid tagħti konsistenza assoluta lill-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, ladarba s-soċjetà demokratika, l-istat tad-dritt, u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali huma l-bażi għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet kollha dwar il-kooperazzjoni u s-sħubija strateġika bejn il-pajjiżi membri tal-UE u dawk li mhumiex; jemmen li l-istruttura istituzzjonali ġdida tal-UE, u b'mod partikulari s-SEAE, joffru opportunità għat-titjib tal-koerenza u l-effikaċja tal-UE f'dan il-qasam;
8. Jistieden lir-RGħ/VP biex iżżomm l-impenji li ħadet għall-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-azzjoni esterna tal-UE, sabiex dawn ikunu riflessi fl-istruttura tas-SEAE u r-riżorsi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu, sabiex is-Servizz il-ġdid ikun jista“ jiżgura li l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ikunu riflessi fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna, inklużi l-PKSD, l-Iżvilupp u l-Kummerċ;
9. Hu tal-opinjoni li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għandhom jiġu żviluppati iżjed u mhux jitneħħew bil-mod il-mod, speċjalment biex ikopru pajjiżi u reġjuni fejn l-UE m'għandhiex missjoni diplomatika; iqis li huwa essenzjali li, minħabba l-importanza ta' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjonijiet ta' wara l-kunflitt, li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE kollha jkollhom mandat li jinkludi d-drittijiet ċivili u politiċi, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, id-drittijiet tan-nisa u t-tfal, il-Liġi Umanitarja Internazzjonali u l-ġustizzja internazzjonali, u li jsemmi speċifikament il-promozzjoni u l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; jenfasizza li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE huma l-punti fokali għall-gwida, il-ħila esperta u d-difiża interna u l-interlokuturi loġiċi għall-pajjiżi terzi u atturi oħra li mhumiex fl-UE; jilqa“ n-nomina ta' mill-inqas individwu wieħed f'kull delegazzjoni tal-UE bħala persuna ta' kuntatt li tmexxi l-koordinazzjoni, l-integrazzjoni u l-monitoraġġ, tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem;
10. Jilqa“ d-disponibilità tar-RGħ/VP biex tagħmel rieżami mill-qiegħ tal-effikaċja tal-istrumenti kollha tal-UE f'dan il-qasam, mid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem sal-linji gwida tal-UE, mill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) sal-għajnuna bilaterali tal-UE u l-azzjonijiet tagħha fil-fora multilaterali, u biex tniedi proċess ta' konsultazzjoni dwar l-iżvilupp ta' Strateġiji tal-Pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu d-drittijiet tal-bniedem kollha mħaddna fit-Trattati Internazzjonali u l-Konvenzjonijiet tan-NU, u jinkludu wkoll id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; jenfasizza d-determinazzjoni li jiżgura, u l-importanza tal-parteċipazzjoni sħiħa tal-PE f'din il-konsultazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta' organizzazzjonijiet fis-soċjetà ċivili li jkunu involuti f'din il-konsultazzjoni;
11. Jaqbel mal-fehma li tali Strateġiji għall-Pajjiż dwar id-drittijiet tal-Bniedem mitluba kemm-il darba mill-Parlament, jistgħu jsaħħu sostanzjalment il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-UE meta Strateġija għall-Pajjiż issir dokument ta' referenza li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi tal-pajjiż sabiex ikunu integrati fil-politiki u l-istrumenti esterni relevanti kollha tal-UE;
12. Jinsisti partikolarment fil-kuntest tar-rieżami, dwar l-importanza li ssir evalwazzjoni fil-fond tal-aspetti tad-drittijiet tal-bniedem fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li għandha tindirizza b'mod speċjali il-koerenza u l-effikaċja tal-mekkaniżmi eżistenti bħall-Pjanijiet ta' Azzjoni, Rapporti dwar Progress, djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-proċess fit-teħid ta' deċiżjoni fit-titjib tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi li mumiex fl-UE;
13. Iqis il-ftehim ta' qafas rivedut dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni bħala żvolta għall-Parlament fil-koperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni, iżda jiddispjaċih li l-Kunsill mhux parti mill-ftehim; jinsisti dwar il-ħtieġa li jittejbu t-trasparenza u l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet għad-dokumenti bejn l-istituzzjonijiet kollha tal-UE sabiex tkun żviluppata kooperazzjoni u koerenza interistituzzjonali iktar effettiva;
14. Ifakkar li l-iżvilupp ta' politika barranija koerenti tal-UE hu essenzjali jekk l-Unjoni trid li jkollha rwol sinifikanti u kostruttiv fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jistieden lill-Istati Membri juru impenn sod u rieda politika biex isegwu dan il-għan;
15. Jenfasizza li trid tingħata prijorità akbar għat-titjib tal-kapaċità tal-UE li tirrispondi malajr għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi mhux fl-UE, speċjalment meta trid turi l-appoġġ tagħha għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-periklu, kif ukoll għal vjolazzjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem minn kumpaniji bbażati fl-UE f'pajjiżi li mhumiex fl-UE, billi jelaboraw programmi strateġiċi ta' azzjoni;
16. Jirrikonoxxi li organizzazzjonijiet mhux governattivi huma essenzjali għall-iżvilupp u s-suċċess ta' soċjetajiet demokratiċi, għall-promozzjoni tal-ftehim u tat-tolleranza reċiproka, kif ukoll biex jingħata bidu u jiġu sostnuti l-prijoritajiet ta' politika li tista“ titwettaq u soluzzjonijiet komuni għall-isfidi tal-iżvilupp demokratiku;
Ir-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja
17. Jenfasizza l-importanza tar-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE, b'mod partikolari bil-għan taż-żieda tal-viżibilità ta' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem b'mod ġenerali; jenfasizza wkoll id-dritt tal-Parlament Ewropew li jiskrutinja l-azzjoni li tkun twettqet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem mill-Kummissjoni u l-Kunsill; jitlob li l-Parlament Ewropew jinvolvi ruħu bis-sħiħ fit-tfassil ta' ċerti partijiet ta' Rapporti Annwali futuri fir-rigward tal-attivitajiet tal-Parlament innifsu b'relazzjoni mad-drittijiet tal-bniedem, li jirriflettu l-prattika ta' xi presidenzi passati;
18. Jilqa“ l-preżentazzjoni lill-Parlament mir-RGħ/VP tar-rapport annwali tal-UE, u l-perjodu ta' rappurtar il-ġdid ibbażat fuq is-sena tal-kalendarju, li jagħti lill-Parlament l-opportunità li jiddedika l-plenarja ta' Diċembru lid-drittijiet tal-bniedem, bl-għoti tal-Premju annwali Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb u d-diskussjoni tar-rapport annwali tal-PE dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni;
19. Jitlob lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu sforzi akbar sabiex iqassmu iktar ir-rapport annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u biex jiżguraw li dan ikun disponibbli għal kemm jista“ jkun qarrejja, speċjalment lil dawk involuti fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija madwar id-dinja kollha; jitlob ukoll li jsiru kampanji ta' informazzjoni pubblika immirati biex jgħollu l-profil tal-UE f'dan il-qasam; jirrikonoxxi li fl-edizzjoni attwali sar progress f'termini ta' preżentazzjoni iktar ċara;
20. Itenni t-talba tiegħu li għandha tkun provduta informazzjoni addizzjonali u aħjar mill-Kunsill, il-Kummissjoni u d-delegazzjonijiet u l-ambaxxati tal-UE fuq il-post għall-evalwazzjoni ta' politiki u li linji gwida speċifiċi għandhom ikunu definiti u proposti għat-titjib tal-approċċ ġenerali, għall-minimizzazzjoni kemm jista“ jkun ta' kwalunkwe kontradizzjoni u għall-aġġustament tal-prijoritajiet tal-politika fuq bażi ta' kunsiderazzjoni għal kull pajjiż individwali, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' strateġiji dwar id-drittijiet tal-bniedem għal pajjiżikif definit fil-programm tas-SEAE; iqis li l-kwistjoni tat-trasparenza trid tkun il-qofol tal-azzjonijiet tal-UE fl-azzjonijiet tagħha, b'aċċess akbar għall-aġendi u d-dokumenti fejn id-drittijiet tal-bniedem jiġu diskussi speċifikament ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;
21. Itenni s-sejħa tiegħu għal evalwazzjoni regolari tal-użu u r-riżultati tal-politiki, tal-istrumenti, l-inizjattivi u d-djalogi tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi mhux membri tal-UE u biex ir-riżultati jinqasmu kompletament mal-Parlament; jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jiżviluppaw indiċijiet u punti ta' referenza speċifiċi u li jistgħu jiġu kwantifikati sabiex titkejjel l-effettività ta' dawk il-linji politiċi;
L-attivitajiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem f'fora internazzjonali
22. Jenfasizza l-adeżjoni futura tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bħala opportunità biex din tagħti prova tal-impenn tagħha fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa u barra l-fruntieri tagħha; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jagħtu l-appoġġ tagħhom u jimpenjaw liċ-ċittadini tagħhom għal dan;
23. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippromwovu kemm jista“ jkun ġewwa u barra l-Unjoni, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bil-għan ukoll li l-poplu jiġi edukat dwar l-eżistenza tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li wieħed jista” jirrikorri għaliha biex jiġu indirizzati u kkoreġuti l-vjolazzjonijiet li jsofri Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa jew iċ-ċittadini tiegħu;
24. Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli tiżgura li s-SEAE jkun integrat u kkoordinat sew ma' korpi internazzjonali u organizzazzjonijiet reġjonali oħra u x-xogħol tagħhom fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lir-Rapprezentant Għoli biex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet, it-tħassib u l-prijoritajiet espressi minn ġewwa u mis-sistema tan-NU, mill-Kunsill tal-Ewropa, l-OSCE u istituzzjonijiet internazzjonali oħra jkunu kompletament u sistematikament integrati fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE, u partikolarment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;
25. Jinnota b'dispjaċir kemm miexi bil-mod il-proċess tal-eżami tal-kawżi fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fejn kien hemm kawżi li damu għaddejjin anke seba“ snin; jinnota li hemm madwar 100 000 kawża pendenti fil-Qorti; jenfasizza li l-Qorti trid tkun istituzzjoni eżemplari għall-protezzjoni tad-dritt għall-ġustizzja u proċess ġust; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu kull sforz sabiex jgħinu lill-Qorti; jilqa” l-fatt li r-Russja, li kienet l-aħħar pajjiż minn 47 stat parteċipanti fil-Kunsill tal-Ewropa li rrifjutaw li jirratifikaw il-Protokoll 14, irratifikat il-Protokoll 14 għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, dwar l-effiċjenza tal-Qorti, li jagħmel dispożizzjoni għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-Qorti u għandu l-intenzjoni li jgħina tittratta l-każijiet li għadhom b'lura u li jistgħu jidħlu biss fis-seħħ meta jkunu rratifikati mill-membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa;
26. Jistieden li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżgurar tar-rispett tagħhom, inklużi d-drittijiet ekonomiċi u soċjali, u d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi, fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-individwi LGBTI u difensuri tad-drittijiet LGBTI, u fl-iżgurar li l-vittmi ta' diskriminazzjoni jkunu konxji dwar rimedji legali effettivi quddiem awtorità nazzjonali kontra d-diskriminazzjoni u li jkollhom aċċess għalihom, u wkoll fil-protezzjoni tal-lingwi reġjonali u tal-minoranzi, bl-użu tal-għodod legali ta' non-diskriminazzjoni u organizzazzjonijiet eżistenti għad-drittijiet soċjali biex jaħdmu favur id-diversità u t-tolleranza;
27. Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jiffirmaw, u jirratifikaw, il-konvenzjonijiet fundamentali kollha tan-NU u tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli fakultattivi tagħhom, b'mod partikolari l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u l-Familji tagħhom, tal-1990, il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat, id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni tat-13 ta' Settembru 2007, id-Dikjarazzjoni tal-ILO tal-1998 dwar il-Prinċipji Fundamentali u Drittijiet fuq ix-Xogħol, il-konvenzjoni ta' qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-ħarsien tal-minoranzi nazzjonali, il-Karta Ewropea għal-lingwi Reġjonali jew tal-Minoranzi, il-Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Protokolli Fakultattivi għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet ; jinsisti li l-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni għandu jitqies bħala parti integrali tal-Konvenzjoni, u jitlob li jkun hemm adeżjoni simultanja għalih (Konvenzjoni u Protokoll)(15);
28. Jenfasizza l-fatt li d-definizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem adottati mill-komunità internazzjonali mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija taw prova li kienu flessibbli biżżejjed biex jinkludu żviluppi ġodda fil-progress tal-bniedem, iżda jisħaq fuq il-bżonn li jiġu kkodifikati drittijiet ġodda biex jilqgħu għat-theddid ġdid għal-libertà, bħal dawk dwar il-libertà tax-xjenza, il-kuxjenza u l-għarfien, l-identità tas-sess jew l-orjentazzjoni sesswali u d-drittijiet kollha dwar id-dominju diġitali, mill-aċċess univerali għall-internet;
29. Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tar-razzjonalizzazzjoni u, jekk ikun possibbli, tal-koordinazzjoni tal-korpi internazzjonali li għandhom ġurisdizzjoni fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-proċeduri tagħhom, bil-għan li joffru dejjem promozzjoni u difiża iktar effettivi tad-drittijiet fundamentali kif stipulati fl-istrumenti internazzjonali relatati;
30. Jenfasizza l-ħtieġa ta' li tingħata attenzjoni aktar serja lid-diversi mekkaniżmi ta' monitoraġġ tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-NU u għal koperazzjoni aktar mill-qrib mal-korpi tat-trattati differenti tagħhom sabiex jidderieġu aħjar is-sejbiet tagħhom u jużaw il-ħila esperta tagħhom fil-kamp;
31. Jilqa“ l-isforzi tal-UE fit-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU (dwar kwistjonijiet Soċjali, Umanitarji u Kulturali) dwar numru kbir ta' riżoluzzjonijiet, b'mod partikulari l-appell għal moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt, fejn żdied in-numru ta' pajjiżi li qed jappoġġawh, dwar id-drittijiet tat-tfal, dwar l-intolleranza reliġjuża u dwar is-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'Burma/il-Mjanmar u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK);
32. Jilqa“ l-ftuħ tal-ewwel Uffiċċju Reġjonali Ewropew tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fi Brussell f'Ottubru 2009; jissuġġerixxi li tiġi stabbilita koperazzjoni effikaċi mal-Kummissarju Għoli biex jiġu promossi u segwiti aħjar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' standards u politiki tad-drittijiet tal-bniedem fl-EU u fil-bqija tal-Ewropa;
33. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiddefinixxu strateġja vis-à-vis l-pajjiżi li jirrifjutaw li jikkoperaw b'mod sħiħ mal-mekkaniżmi tan-NU u li jippermettu aċċess għall-esperti indipendenti u r-Rapporteurs Speċjali tan-NU, li permezz tagħha dawn jagħtuhom aċċess sħiħ għat-territorju tagħhom u jżommu lura milli jxekkluhom f“ xogħolhom;
34. Jiddispjaċih għad-dgħjufija tal-politika u l-imġiba tal-UE lejn il-ġunta ta' Burma, u jenfasizza li l-attitudni attwali mhix tgħin fil-ġlieda kontra s-sitwazzjoni traġika politika, soċjali u umanitarja li fiha qed jiġi mġiegħel jgħix il-poplu ta' Burma mindu bdiet il-ħakma militari u hemm sogru li din l-attitudni tidher qisha forma ta' ipplakar tad-dittatorjat;
35. Jilqa“ l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għal inizjattivi li jinkoraġġixxu fin-Nazzjonijiet Uniti u f'fora internazzjonali oħrajn id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità; jappella għall-appoġġ kontinwu tal-Unjoni Ewropea għal inizjattivi li jikkundannaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem b'relazzjoni mal-orjentazzjoni sesswali u l-identità sesswali fil-fora internazzjonali kollha, b'koordinazzjoni ma' stati li jaħsbuha l-istess; jenfasizza li l-politika tal-maġġoranza tal-pajjiżi tad-dinja, inkluża dik tal-Unjoni, fir-rigward tal-lesbjani, l-omosesswali, il-persuni bisesswali, transesswali u transġeneru hija diskriminatorja u tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem; jitlob għaldaqstant lill-Istati Membri u lill-Unjoni jirrimedjaw din is-sitwazzjoni u jiżguraw l-ugwaljanza fl-aċċess għas-servizzi tas-saħħa u għall-kura inklużi l-operazzjonijiet li jagħmlu dawn il-persuni; jitlob attenzjoni partikolari min-naħa tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, b'mod partikolari permezz ta' politika ta' akkoljenza, li għandha tingħata liċ-ċittadini minn pajjiżi terzi vittmi ta' diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali u s-sess tagħhom;
36. Jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jippromwovu leġittimazzjoni uffiċjali u ġudizzjarja tat-terminu “refuġjat tal-klima” (maħsub biex jiddeskrivi nies imġegħlin jaħarbu minn djarhom u jfittxu kenn barra pajjiżhom minħabba t-tibdil fil-klima), li għadu mhux rikonoxxut fil-liġi internazzjonali jew f'xi ftehim internazzjonali li jorbot legalment;
37. Jappella għal koperazzjoni msaħħa bejn in-Nazzjonijiet Uniti, il-Forum Permanenti tagħha dwar il-Popli Indiġeni u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni, billi popli indiġeni jappartjenu għal wieħed mill-aktar gruppi vulnerabbli madwar id-dinja kollha;
Il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC)
38. Jenfasizza r-rwol tal-UNHRC fi ħdan l-arkitettura ġenerali tan-NU u l-potenzjal tiegħu li jiżviluppa qafas siewi għall-isforzi multilaterali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea; jinnota li dan il-korp il-ġdid għandu jkompli jirsisti biex jopera skont l-ogħla standards u b'mod effiċjenti kemm jista“ jkun biex jikseb aktar kredibilità;
39. Jenfasizza li l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili hija indispensabbli għall-effiċjenza tal-UNHRC;
40. Jilqa“ bil-qalb il-fatt li l-amministrazzjoni attwali tal-Istati Uniti qed tipprova tinvolvi iktar ruħha man-NU u ħadet siġġu fil-UNHRC għall-perjodu mill-2009 sal-2012; jirrikonoxxi li s-sħubija tal-Istati Uniti ssaħħaħ il-kredibilità u l-kapaċità tal-UNHRC; jitlob lill-UE biex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti, partikolarment f'termini ta' skambju ta' esperjenzi ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem;
41. Ifakkar li fl-2011 il-UNHRC se jkollu rieżami kbir tal-proċeduri tiegħu, u jappella lill-UE biex tipprepara għal dan ir-rieżami u tipparteċipa attivament fih;
42. Jenfasizza r-rwol importanti tar-Rieżamijiet Perjodiċi Universali (UPR), u jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u, b'mod partikulari, lis-SEAE l-ġdid biex isegwu mill-qrib u jimmonitorjaw l-impenji li jittieħdu waqt ir-Rieżami Perjodiku Universali u biex, fil-kuntest tar-rieżami tal-UNHRC, jagħmlu l-UPR iktar effikaċi u biex jagħtu aktar importanza lill-għarfien espert indipendenti;
43. Jappoġġa bil-qawwa l-isforzi tal-UE biex tevita kwalunkwe parzjalità u manipulazzjoni tal-UPRs; f'dan il-kuntest, jiddeplora bil-qawwa r-riżultat tas-sessjoni ta' Frar 2009, li batiet ħafna minn tfixkil proċedurali qawwi u tentattivi ta' manipulazzjoni tal-proċess matul il-proċes ta' rieżami;
44. Jistieden lir-RGħ/VP biex iżżur l-UNHRC regolarment u biex tiżgura personalment li jkun hemm l-eqreb rabtiet possibbli bejn il-UNHRC u s-SEAE fil-livelli kollha; jinkoraġġixxi s-sezzjoni futura tas-SEAE dwar id-drittijiet tal-bniedem biex twaqqaf kuntatt ta' xogħol mill-qrib mal-UNHRC; jappella għal djalogu koordinat ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE dwar il-pożizzjonijiet meħuda fil-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem mhux biss f“ Ġinevra u fid-Djalogi speċifiċi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, iżda wkoll bħalaparti integrali tad-diskussjonijiet bilaterali kollha tal-UE dwar il-koperazzjoni politika, kummerċjali u ta' żvilupp ma' dawn il-pajjiżi;
45. Jinnota li l-Istati Membri tal-UE huma fil-minoranza fil-UNHRC; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri biex jieħdu azzjoni konċertata fl-iżvilupp ta' alleanzi xierqa ma' dawk il-pajjiżi u l-atturi mhux statali li qed ikomplu jiddefendu n-natura universali u indiviżibbli tad-drittijiet tal-bniedem;
46. Jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE jadottaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin (KAB) qabel kull Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u s-Sessjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, sabiex jistabbilixxu l-prijoritajiet u l-istrateġiji tal-UE;
47. Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex isaħħu l-impenn tagħhom mal-gvernijiet demokratiċi jew gvernijiet li mixjin fit-triq tad-demokratizzazzjoni minn gruppi reġjonali oħrajn fi ħdan l-UNHRC, bil-għan li jtejbu ċ-ċans tas-suċċess ta' inizjattivi mmirati lejn ir-rispett għall-prinċipji li jinsabu fl-Istqarrija Universali dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem; biex dan iseħħ, jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom b'mod iktar effettiv u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi rapport annwali dwar ix-xejriet tal-votazzjonijiet fin-NU rigward kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, li janalizza kif dawn ġew affettwati mill-politiki tal-UE u l-Istati Membri tagħha u dawk ta' blokki oħrajn; itenni li d-Delegazzjoni tal-UE u l-Istati Membri tal-UE f'Ġinevra għandhom jagħtu prijorità akbar biex jinvolvu pajjiżi li mhumiex membri tal-UE fi stadju aktar bikri fid-diskussjonijiet, u tiġi evitata enfasi żejda dwar diskussjonijiet interni maħsubin biex jiksbu l-unità tal-UE bir-riskju li jittieħed approċċ tal-“anqas denominator komuni”;
48. Jafferma mill-ġdid l-importanza vitali tal-proċeduri speċjali u l-mandati tal-pajjiżi fi ħdan l-UNHRC; jilqa“ l-mandat tematiku ġdid stabbilit fil-qasam tad-drittijiet kulturali, u jilqa” l-estensjoni tal-mandati tematiċi dwar id-dritt għall-ikel, għal-libertà ta' reliġjon jew twemmin, u dwar persuni spustati internament; jilqa“ wkoll l-estensjoni tal-mandati dwar il-pajjiżi għall-Burundi, Ħaiti, il-Kambodja, is-Somalja, ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (RDPK), il-Mjanmar u s-Sudan; jiddispjaċih li l-mandati għal-Liberja u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) ma kinux estiżi;
49. Jilqa“ bil-qalb id-deċiżjoni tal-UNHRC tal-2008 li jestendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tan-NU lis-Segretarju Ġenerali dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati f'Diċembru tal-2009 taħt il-Presidenza Svediża li jilqgħu x-xogħol tar-Rappreżentant Speċjali; jappella lill-Istati Membri tal-UE biex ikomplu x-xogħol għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-mandat u l-qafas ”Protect, Respect, Remedy“ li għandu jiġi ppreżentat lill-UNHRC fl-2011;
50. Jilqa“ s-sessjonijiet speċjali tal-UNHRC dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tar-RDK, dwar l-impatt tal-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji globali fuq ir-realizzazzjoni universali u t-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem, dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sri Lanka, u dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Territorji Palestinjani Okkupati u fil-Lvant ta' Ġerusalemm; jiddispjaċih li matul it-12-il sessjoni tal-UNHRC fis-16 ta' Ottubru 2009, l-Istati Membri tal-UE naqsu li jaslu għal pożizzjoni komuni rigward il-vot dwar ir-rapport Goldstone b'4 Stati Membri jivvutaw kontra, 2 jastjenu u 2 ikunu assenti waqt il-votazzjoni; jitlob lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet relevanti kollha tal-UE jiksbu koordinazzjoni ta' politika eqreb fl-HRC u korpi oħra tan-NU; jenfasizza li r-rispett għal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal-liġi umanitarja internazzjonali mill-partijiet kollha u fiċ-ċirkostanzi kollha huwa prerekwiżit essenzjali għall-kisba ta' paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani; iħeġġeġ liż-żewġ naħat, għaldaqstant, biex jikkonformaw mar-riżoluzzjonijiet tal-UNGA adottati fil-5 ta' Novembru 2009 u s-26 ta' Frar 2010 billi jagħmlu investigazzjonijiet li ta' standards internazzjonali; jitlob lir-RGħ/VP biex tiżgura li dawk li kisru l-liġi internazzjonali jinżammu responsabbli skont l-obbligazzjoni tal-UE taħt il-Konvenzjoni ta' Ġinevra u l-prijorità tal-UE fil-ġlieda kontra l-impunità;
51. Jappoġġa l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR); jiddispjaċih li waqt l-10 sessjoni regolari f'Marzu 2009, minkejja l-oppożizzjoni tal-UE, ġiet adottata riżoluzzjoni bl-għan li tillimita l-indipendenza tal-OHCHR; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jipprovdu għajnuna finanzjarja addizzjonali lis-sistema ġenerali ta' proċeduri speċjali tal-OHCHR, sabiex ikun żgurat li dawk kollha li għandhom il-mandat għall-proċeduri speċjali jkollhom biżżejjed riżorsi ħalli jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b'mod xieraq;
Il-kooperazzjoni tal-UE mal-Qorti Kriminali Internazzjonali
52. Itenni l-appoġġ qawwi għall-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-għan ewlieni tagħha fil-ġlieda kontra l-impunità għall-ġenoċidju, id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità; jilqa“ l-fatt li r-ratifiki tal-Istatut ta' Ruma mill-Bangladexx, is-Seychelles, Santa Luċija u l-Moldova f'Marzu, Awwissu u Ottubru tal-2010 tellgħu n-numru totali ta' Stati Kontraenti għal 114; jenfasizza li l-Istatut ta' Ruma tal-QKI kien irratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE bħala komponent essenzjali tal-prinċipji u l-valuri demokratiċi tal-Unjoni u għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex jikkonformaw kompletament mal-Istatut bħala parti mill-acquis tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tal-universalità, u jistieden lis-SEAE, lill-Istati Membri tal-UE u lill-Kummissjoni biex ikomplu bl-isforzi vigorużi tagħhom biex jippromwovu r-ratifika universali tal-Istatut ta' Ruma u l-ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni nazzjonali, u biex jeżaminaw mill-ġdid il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/PESK tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Pjan ta' Azzjoni tal-2004 biex ikun hemm azzjoni ta' segwitu għall-Pożizzjoni Komuni; jitlob li tali sforzi jkunu estiżi għall-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-QKI (APIC), għodda operazzjonali importanti għall-Qorti; jistieden ukoll lill-Istati Membri tal-UE biex jirrevedu u jaġġornaw il-Pożizzjoni Komuni u l-Pjan ta'Azzjoni dwar l-QKI sabiex isaħħu l-għajnuna effettiva mill-UE lill-QKI fid-dawl tal-iżviluppi, l-isfidi u l-ħtiġijiet attwali tal-Qorti, hekk kif il-mandati ta' arrest mill-QKI u l-proċessi quddiemha jkomplu jiżdiedu fin-numru, kif ukoll biex jibdew diskussjonijiet dwar l-adozzjoni possibbli ta' linji gwida tal-UE dwar il-ġustizzja internazzjonali/QKI;
53. Iħeġġeġ bil-qawwa lis-SEAE, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-QKI u l-koperazzjoni mal-Qorti waqt in-negozjati tat-tkabbir u l-proċessi ta' adezjoni, kif ukoll waqt is-samits kollha tal-UE u fid-djalogi ma' pajjiżi mhux membri tal-UE, inklużi inklużi l-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja, l-Unjoni Afrikana u l-Iżrael; iħeġġeġ b'mod partikulari lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-ġustizzja tkun element integrali fin-negozjati kollha għall-paċi; jistieden lis-SEAE biex isegwi b'mod sistematiku l-inklużjoni ta' klawżola tal-QKI fi ftehimiet relatati ma' pajjiżi mhux membri tal-UE; jistieden lir-Rappreżentant Għoli tiżgura li l-QKI tkun integrata fil-prijoritajiet kollha tal-politika barranija tal-UE u tkun inkluża fil-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE, kif ikun xieraq u aktar minn hekk, tiżgura li l-istaff tas-SEAE jkun imħarreġ regolarment dwar il-QKI, kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-UE; jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex taħtar Mibgħut Speċjali dwar il-Ġustizzja Internazzjonali bil-mandat li jippromwovi, jintegra u jirrappreżenta l-impenn tal-UE fil-ġlieda kontra l-impunità u lejn il-QKI fil-politiki barranin kollha tal-UE;
54. Jilqa“ l-eżekuzzjoni mill-Belġju tal-mandat ta' arrest maħruġ mit-III Awla Preliminari tal-QKI kontra Jean Pierre Bemba, fit-3 ta' Lulju 2008; jinnota bi tħassib kbir, madankollu, li tmien mandati ta' arrest maħruġa mill-QKI, inklużi dawk kontra erba” mexxejja għolja tal-Armata tar-Reżistenza tal-Mulej (ARL) fl-Uganda, Bosco Ntaganda fir-RDK, Ahmad Harun, Ali Kushayb u l-President Sudaniż Omar Hassan Ahmed Al-Bashir, għadhom ma ġewx esegwiti; jikkundanna n-nuqqas b'mod persistenti u r-rifjut tas-Sudan li jarresta u jittrasferixxi s-suspettati lill-QKI billi jibqa“ jinjora l-obbligi tiegħu skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1593 (2005); jinnota li fis-26 ta' Mejju 2010 l-I Awla Preliminari tal-QKI infurmat lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nuqqas ta' kooperazzjoni mir-Repubblika tas-Sudan fil-każ kontra Harun u Kushayb; jesprimi tħassib kbir li żewġ Stati Kontraenti tal-QKI, iċ-Ċad u l-Kenja, reċentement stiednu u laqgħu lill-President Omar al-Bashir fit-territorji tagħhom minkejja l-obbligazzjoni tagħhom skont l-Istatut ta' Ruma li jarrestawh u n-nuqqas tagħhom li jesegwixxu l-mandat ta' arrest relevanti; jistieden li jibqa” għaddej it-tiftix għall-akkużati li għadhom ma tressqux quddiem il-ġustizzja, u jenfasizza r-rwol li l-UE u l-QKI jista“ jkollhom biex jiżguraw li jsiru l-investigazzjonijiet dwar delitti possibbli tal-gwerra fi Sri Lanka u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;
55. Jilqa“ l-impenn tal-Istati Uniti u l-impenn imġedded mal-QKI, murija b'mod partikolari bil-parteċipazzjoni bħala tagħha osservatur fit-tminn sessjoni tal-Assemblea tal-Istati Kontraenti (ASK) fl-Aja f'Novembru 2009, kif ukoll fl-ewwel Konferenza ta' Rieżami tal-Istatut ta' Ruma f'Ġunju 2010; jinnota b'sodisfazzjon l-istqarrijiet promettenti dwar il-QKI mill-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti u l-wegħdiet tagħha ta' koperazzjoni mal-Qorti li saru matul il-konferenza ta' Rieżami; jistieden lill-Istati Uniti tal-Amerika jerġgħu jiffirmaw l-Istatut u jinvolvu aktar ruħhom fil-QKI, speċjalment billi tikkopera bis-sħiħ f'sitwazzjonijiet li huma s-suġġett ta' investigazzjoni jew analiżi preliminari min-naħa tal-QKI u billi jħejju politika komprensiva rigwrd il-QKI;
56. Iħeġġeġ l-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-AKP-UE li jmiss biex tiddiskuti l-ġlieda kontra l-impunità fil-kooperazzjoni internazzjonali għall-iżvilupp u fid-djalogu politiku relevanti, kif imħeġġeġ f'diversi riżoluzzjonijiet u fl-Artikolu 11.6 tal-Ftehim rivedut ta' Cotonou, bil-ħsieb li tiġi integrata l-ġlieda kontra l-impunità u jissaħħaħ l-istat tad-dritt fi programmi u azzjonijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex ikomplu d-djalogu mal-Unjoni Afrikana dwar dawn il-kwistjonijiet u biex jagħtu appoġġ lill-Istati Kontraenti Afrikani biex ikomplu jirrispettaw l-obbligazzjonijiet tagħhom skont l-Istatut ta' Ruma; jesprimi l-appoġġ għat-talba tal-Qorti biex tiftaħ uffiċċju ta' kollegament mal-Unjoni Afrikana f'Addis Ababa;
57. Jinnota li l-koperazzjoni bejn l-Istati Kontraenti, l-istati firmatarji u l-Qorti, skont l-Artikolu 86 tal-Istatut ta' Ruma tibqa“ essenzjali għall-effikaċja u s-suċċess tas-sistema internazzjonali tal-ġustizzja kriminali, partikolarment fir-rigward tal-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u tal-attivitajiet ġudizzjarji effikaċi u indipendenti tal-Qorti; jirrikonoxxi wkoll il-ftehim bejn il-QKI u l-UE dwar il-koperazzjoni u l-għajnuna u, b'kunsiderazzjoni għal dan il-ftehim, jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jipprovdu l-għajnuna meħtieġa kollha lill-Qorti, inkluż l-appoġġ fil-kamp fil-każijiet li għadhom għaddejjin u, partikolarment, għall-implimentazzjoni ta' mandati ta' arrest pendenti; iħeġġeġ ill-Istati Membri kollha tal-UE jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kooperazzjoni, b'konformità mad-IX Taqsima tal-Istatut ta' Ruma, jekk għadhom m'għamlux hekk, u biex jikkonkludu tehimiet ad hoc mal-Qorti għall-infurzar tas-sentenzi tal-Qorti u l-protezzjoni u r-rilokazzjoni tal-vittmi u x-xhieda; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biexjinkludu l-koperazzjoni bħala punt permanenti fl-aġenda tal-Assemblea tal-Istati Kontraenti (ASK) u tal-QKI, sabiex ikun żgurat li l-aħjar prattiċi jinqasmu u li każijiet ta' nuqqas ta' koperazzjoni jkunu diskussi miżuri xierqa meħuda mill-ASK;
58. Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sistema internazzjonali tal-ġustizzja kriminali inġenerali u f'dar-rigward jinnota bi tħassib li Ratko Mladić u Goran Hadžić għadhom maħrubin u għadhom ma tressqux quddiem l-ICTY; f'dan il-kuntest, jitlob lill-awtoritajiet Serbi biex jiżguraw kooperazzjoni sħiħa mal-ICTY, li għandha twassal għall-arrest u t-trasferiment tal-bqija tal-akkużati kollha, sabiex titwitta t-triq għar-ratifika ta' Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni; jinnota l-ħtieġa għal appoġġ kontinwu, inkluż appoġġ finanzjarju, biex il-Qorti Speċjali għas-Sjerra Leone tkun tista“ ttemm il-proċessi li għaddejjin, inkluż kull proċess ta' appell; jinnota wkoll il-progress fil-kooperazzjoni multilaterali għall-provvediment ta' għarfien espert u għajnuna fejn l-identifikazzjoni, il-ġbir u l-preservazzjoni tal-informazzjoni tkun tista” tgħin firxa wiesgħa ta' għażliet ta' ġustizzja internazzjonali u tranżizzjonali, partikolarment permezz tar-Rispons Rapidu tal-Ġustizzja (RRĠ), li fih jipparteċipaw aktar minn nofs l-Istati Membri tal-UE u jinkoraġġixxi l-appoġġ li hemm u li dejjem qed jikber għar-RRĠ;
Linji gwida tal-UE dwar id-drittjiet tal-bniedem Il-piena tal-mewt
59. Ifakkar fir-riżoluzzjoni li tappella għal moratorju globali fuq l-użu tal-piena tal-mewt (Riżoluzzjoni 63/168) adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta' Diċembru, 2008; jenfasizza li r-riżoluzzjoni issa għandha 106 pajjiż li jivvutaw favuriha, fatt li jikkonferma l-konsolidazzjoni gradwali tal-opinjoni globali kontra l-piena tal-mewt;
60. Jilqa“ d-deċiżjonijiet li jabolixxu l-piena tal-mewt fl-2009 mill-Burundi u t-Togo u mill-Istat Amerikan ta' New Mexico; iħeġġeġ lill-Istati Uniti tabolixxi l-piena tal-mewt u jiddispjaċih mill-fatt li piena tal-mewt għadha tiġi implimentata f'35 mill-50 stat tal-USA;
61. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkoraġġixxu lil dawk il-pajjiżi li fadal li għadhom ma ffirmawx, ma rratifikatx jew ma implimentawx it-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), jew strumenti reġjonali simili, biex jagħmlu dan;
62. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-produzzjoni u l-bejgħ tat-tiopental tas-sodju minn kumpaniji bbażati fl-UE huma permessi għal għanijiet mediċi biss u li kwalunkwe liċenzja għall-produzzjoni ta' din id-droga trid timponi rekwiżiti ta' tikkettar sabiex l-ippakkjar jindika li ma jistax jintuża biex jiġu amministrati injezzjonijiet li jikkaġunaw il-mewt, skont il-liġijiet nazzjonali u Ewropej li jipprojbixxu l-piena kapitali, it-tortura jew kwalunkwe trattament jew kastig krudil u inuman jew degradanti ieħor;
63. Itenni li l-UE topponi l-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha inklużi l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji; ifakkar li l-UE hija d-donatur ewlieni lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jikkumbattu l-piena tal-mewt; jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tagħti prijorità lill-ġlieda kontra din il-piena krudili u inumana u biex tkompli żżommha bħala prijorità tematika fil-qafas tal-EIDHR u l-istrumenti ġeografiċi; iqis li sentenza ta' għomor il-ħabs mingħajr il-possibilità li qatt priġunier jinħeles mhix alternattiva aċċettabbli għall-piena tal-mewt;
64. Iħeġġeġ lill-pajjiżi li għadhom jirrikorru għall-piena tal-mewt bit-tħaġġir biex jabolixxu mil-liġi tagħhom din il-piena inumana; iħeġġeġ lill-mexxejja Iranjani biex idaħħlu liġi li inekwivokament tipprojbixxi t-tħaġġir bħala piena legali, din hija l-aktar forma brutali tal-piena tal-mewt; jikkundanna l-fatt li diversi pajjiżi għadhom jikkundannaw għall-mewt u jiġġustizzjaw delinkwenti minorenni; jikkundanna l-użu tal-piena tal-mewt mir-reġim Iranjan, li jqiegħed lill-Iran fit-tieni pożizzjoni, wara ċ-Ċina, fil-klassifika tal-pajjiżi li għandhom l-ogħla għadd ta' eżekuzzjonijiet; jikkundanna bil-qawwa l-għadd akbar ta' eżekuzzjonijiet li segwa d-dimostrazzjonijiet paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-Iran f'Ġunju 2009; huwa mħasseb li ċ-Ċina xorta għadha twettaq l-akbar numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja u jitlob liċ-Ċina xxandar pubblikament il-figuri tal-eżekuzzjonijiet nazzjonali tagħha, sabiex ikun hemm analiżi trasparenti u dibattitu dwar il-piena tal-mewt; jilqa“ l-azzjoni pożittiva li ħadu l-awtoritajiet tal-Bjelorussja bit-twaqqif ta' Grupp ta' Ħidma biex jabbozza proposti dwar l-impożizzjoni ta' moratorju fuq il-piena tal-mewt; għadu mħasseb dwar il-fatt li għadhom isiru l-eżekuzzjonijiet fil-Bjelorussja, li hija l-uniku pajjiż Ewropew li għadu juża l-piena tal-mewt, bla ma jagħtu informazzjoni lill-familji ta' dawk iġġustizzjati dwar id-data tal-eżekuzzjoni jew fejn ikun indifen ġisimhom;
65. Jinnota li hemm 32 ġurisdizzjoni fid-dinja b'liġijiet li jippermettu li l-piena tal-mewt tkun applikata għal delitti tad-droga; jinnota li l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi u l-Kriminalità (UNODC), il-Kummissjoni Ewropea u gvernijiet Ewropej individwali huma involuti b'mod attiv fil-finanzjament u/jew l-għoti ta' assistenza teknika, appoġġ leġiżlattiv u għajnuna finanzjarja bl-għan tat-tisħiħ ta' attivitajiet tal-ġlieda kontra d-droga fl-istati li għad għandhom il-piena tal-mewt għal delitti ta' droga; huwa mħasseb li tali assistenza tista“ twassal għal iktar pieni tal-mewt u eżekuzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida li jirregolaw il-finanzjament internazzjonali għall-attivitajiet ta' infurzar kontra d-droga fil-livell nazzjonali u reġjonali biex jiżguraw li programmi bħal dawn ma jirriżultawx fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem inkluża l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt; jenfasizza li l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt għal delitti relatati mad-droga għandha tkun kundizzjoni stabbilita minn qabel għall-assistenza finanzjarja, l-assistenza teknika, il-bini tal-kapaċità u appoġġ ieħor ta' infurzar kontra d-droga;
66. Huwa imħasseb li għadhom isiru eżekuzzjonijiet fil-Bjelarussja, li huwa l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadu japplika l-piena tal-mewt; jappoġġja lill-awtoritajiet fit-twaqqif ta' Grupp ta' Ħidma biex ifassal proposti biex jiġi impost moratorju fuq il-piena tal-mewt;
67. Jesprimi tħassib serju dwar l-abbozz ta' Liġi Kontra l-Omosesswalità tal-2009 li attwalment qed jiġi kkunsidrat mill-parlament tal-Uganda, li jikkastiga l-appoġġ lil-lesbjani, lin-nies omosesswali jew bisesswali b'multi u priġunerija, u jikkastiga atti omosesswali konsenswali b'multi, priġunerija u l-piena tal-mewt; jappella lill-parlament tal-Uganda biex jiċħad dan l-abbozz u kull leġiżlazzjoni simili; jikkundanna l-kriminalizzazzjoni tal-omosesswalità fid-dinja kollha;
Drittijiet ta' persuni LGBT
68. Fid-dawl tal-għadd kbir ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li sofrew persuni lesbjani, omosesswali, bisesswali u transesswali madwar id-dinja kollha fl-2009, jilqa“ b'sodisfazzjon l-adozzjoni min-naħa tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tas-Sett ta' Għodod għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tat-Tgawdija tad-Drittijiet tal-Bniedem kollha mil-Lesbjani, l-Omosesswali, il-Bisesswali u l-Persuni Transesswali (LGBT); jistieden lid-delegazzjonijiet tal-UE u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jimplimentaw għalkollox il-linji gwida inklużi fis-Sett ta' Għodod;
Il-vjolenza kontra n-nisa
69. Jinnota li l-programm tal-grupp ta' Tliet Presidenzi ta' Franza, ir-Repubblika Ċeka u l-Isvezja (Lulju 2008 - Diċembru 2009) ta prijorità lill-kwistjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, u jitlob koerenza dwar il-prinċipji u l-politiki kemm barra u kemm ġewwa l-UE, inkluż rigward l-appoġġ għall-projbizzjoni tal-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota l-adozzjoni reċenti ta' sett ġdid ta' linji gwida dwar din il-kwistjoni u jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta r-riżultati tal-implimentazzjoni tiegħu lill-Parlament;
70. Iqis l-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi b'referenza speċifika għall-kwistjoni tal-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili; itenni l-ħtieġa ta' koerenza dwar il-politiki interni u esterni tal-UE dwar din il-kwistjoni partikolari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-UE biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili fil-qafas tad-djalogi politiċi u tal-politika ma' pajjiżi sħab u l-partijiet ikkonċernati relevanti għal din il-kwistjoni sensittiva fil-kuntest nazzjonali, billi jużaw approċċ ta' partiċipazzjoni u billi jinvolvu lill-komunitajiet affettwati; jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jattivaw il-mezzi kollha politiċi u istituzzjonali sabiex jappoġġjaw l-inizjattivi immirati għall-adozzjoni mill-aktar fis possibbli ta' riżoluzzjoni mill-UNGA li qed titlob moratorju fid-dinja kollha fuq il-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili;
71. Iqis li l-vjolenza fuq in-nisa tiġi espressa wkoll b'mod psikoloġiku; jinnota li fl-ambjent tax-xogħol in-nisa għadhom imħallsa inqas meta mqabbla mal-irġiel u li hemm aktar nisa li għandhom impjiegi prekarji jew part-time; jenfasizza għaldaqstant li r-rwol tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'dan il-qasam, kemm ġewwa kemm barra l-Unjoni Ewropea, ma jistax ikun limitat għall-ġlieda kontra l-vjolenza fis-sens strett tal-kelma, billi hemm bżonn jiġu miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa: fiżika, psikoloġika, soċjali u ekonomika, u li għandha tingħata prijorità lill-edukazzjoni mhux sessista għas-subien u l-bniet sa minn ċkunithom, kif ukoll lill-ġlieda kontra l-isterjotipi bbażati fuq is-sess tal-persuna;
72. Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni komprensiva tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325, 1820, 888 u 1889 li jappellaw għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-fażijiet kollha u fil-livelli kollha tar-riżoluzzjoni ta' kunflitt u fil-protezzjoni tan-nisa u l-bniet minn vjolenza sesswali u diskriminazzjoni; jitlob lill-Istati Membri li għad m'għandhomx Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-implimentazzjoni tal- UNSCR 1325 biex jadottaw wieħed urġentement; jikkundanna bil-qawwa kollha l-istupru bħala strument tal-gwerra u l-istupru tal-massa kontinwu li qed isir fir-RD tal-Kongo; jitlob l-iżvelar sħiħ tal-inkapaċità tal-forza għaż-żamma tal-paċi MONUSCO biex twaqqaf l-istupri tal-massa; u jħeġġeġ lir-RGħ/VP, biex permezz tal-EUSEC u l-EUPOL fir-RDK, tagħmel inkjesta u tirrapporta lill-PE dwar il-kumpaniji jew entitajiet Kongoliżi u internazzjonali kollha involuti fl-industriji tal-estrazzjoni fir-RDK li jħallsu kwalunkwe grupp armat u persunal tas-sigurtà involuti fi stupri tal-massa bħal dawn u delitti sistematiċi oħra kontra n-nies ċivili;
73. Jistieden lir-RGħ/VP biex iżżid in-numru ta' impjegati li jaħdmu fuq kwistjonijiet tal-ġeneru fl-azzjoni esterna u biex toħloq strutturi apposta; jirrikonoxxi l-progress li sar fil-PSDK fiż-żewġ missjonijiet u fit-taħriġ tal-persunal;
74. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar id-diskriminazzjoni u l-vjolenza domestika abbażi ta' sess li rabbew l-għeruq f'diversi pajjiżi, u jirrimarka li n-nisa li jgħixu f'żoni rurali huma b'mod partikolari grupp vulnerabbli; bl-istess mod huwa mħasseb serjament dwar il-każijiet ta' vjolenza sesswali u r-rati għoljin ta' stupru fuq in-nisa u l-bniet fl-Afrika t'Isfel, fejn l-investigazzjonijiet ikunu ħafna drabi inadegwati u ostakolati mill-preġudizzji rigward is-sessi, il-vittmi jħabbtu wiċċhom ma' ħafna ostakli biex ikollhom aċċess għall-kura ta' saħħithom u dewmien fil-forniment ta' trattament mediku; jikkundanna bil-qawwa kollha l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet bħala problema kronika fil-Gwatemala u fil-Messiku;
75. Huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet fl-Iran, fir-RDK u fl-Afganistan; jikkundanna l-ksur brutali tad-drittijiet tan-nisa fir-RDK, u jħeġġeġ il-komunità internazzjonali biex iżżid b'mod sinifikanti l-fondi immirati għall-isforzi biex jipproteġu lin-nisa mill-istupru u jenfasizza li għandha tingħata ħafna attenzjoni internazzjonali b'md urġenti lis-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet fir-RDK; Jikkundanna Liġi dwar l-Istatus Personali tax-Xiti adottata f'Marzu 2009, li tikser bl-ikrah id-drittijiet tan-nisa Afgani u tikkontradixxi l-Kostituzzjoni Afgana u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa“ l-emendi magħmula għal-liġi dwar il-”Kwistjonijiet Personali tas-Segwaċi tal-Ġurisprudenza Xita“ iżda jibqa” mħasseb serjament dwar ċerti artikoli tal-liġi, li jikkontradixxu l-obbligi tal-Afganistan skont il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Afgani biex jieħdu azzjoni mingħajr dewmien sabiex itejbu l-qagħda tad-drittijiet tan-nisa fil-pajjiż;
76. Jinsisti li d-drittijiet tan-nisa jissemmew b'mod espliċitu fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikulari l-ġlieda u l-qerda tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inklużi, bl-iżjed mod prominenti, l-għażla tal-abort skont is-sess, il-forom kollha ta' prattiki tradizzjonali u użanzi li jagħmlu ħsara, pereżempju l-mutilazzjoni tal-organi ġenitali femminili u ż-żwiġijiet bikrija jew sfurzati, il-forom kollha ta' traffikar tal-bnedmin, il-vjolenza domestika, il-qtil tan-nisa, l-isfruttament fuq il-post tax-xogħol u ekonomiku, u jinsisiti wkoll li l-invokazzjoni mill-istati ta' kwalunkwe drawwa, tradizzjoni jew kunsiderazzjoni reliġjuża ta' kwalunkwe tip sabiex jevadu d-dmir tagħhom li jeliminaw brutalità bħal din, tkun miċħuda; jenfasizza li l-isforzi biex jinqerdu l-forom kollha ta' mutilazzjoni tal-organi ġenitali femminili għandhom ikunu intensifikati kemm fil-livell bażiku kif ukoll matul il-proċess ta' tfassil tal-politika, sabiex jiġi enfasizzat il-fatt li mutilazzjoni bħal din hija kemm kwistjoni ta' sessi kif ukoll vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-integrità fiżika; jenfasizza s-sitwazzjoni tan-nisa żgħażagħ immigranti li, minħabba l-prinċipji ta' ċerti komunitajiet, reliġjonijiet, jew unur tal-familja jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' trattament ħażin, qtil minħabba l-unur jew mutilazzjoni tal-ġenitali u li qed ikunu mċaħħdin mil-libertà tagħhom;
77. Ifakkar fl-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, u jisħaq li l-aċċess għall-edukazzjoni u għas-saħħa huma drittijiet bażiċi tal-bniedem; jemmen li l-programmi għas-saħħa, inklużi dawk li jkopru s-saħħa sesswali u riproduttiva, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u d-drittijiet tat-tfal għandhom ikunu prominenti fil-politika għall-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem tal-UE, b'mod partikulari fejn il-vjolenza bbażata fuq is-sess hija mifruxa u fejn in-nisa u t-tfal jitpoġġew f'riskju ta' HIV/AIDS, jew ma jingħatawx aċċess għall-informazzjoni, għall-prevenzjoni u/jew għall-kura; jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra d-drittijiet ċentrali tax-xogħol u l-aġenda ta' xogħol deċenti fil-politika tagħha għall-iżvilupp, b'mod partikulari fil-programmi ta' assistenza relatati mal-kummerċ;
78. Jilqa“ r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU tas-16 ta' Ġunju 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem rigward il-mortalità u l-morbożità fost l-ommijiet, li jistgħu jiġu evitati u rigward id-drittijiet tal-bniedem, li titlob għal azzjoni urġenti b'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju sabiex in-nisa ma jibqgħux imutu waqt it-tqala u l-ħlas, meta dan ikun jista” jiġi evitat; jinnota li r-riżoluzzjoni kienet sostnuta mill-Istati Membri tal-UE, u jistedinhom jippromwovu b'mod effettiv il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u t-tfajliet, b'mod partikolari d-drittijiet tagħhom għall-ħajja, għall-ugwaljanza fid-dinjità tagħhom, għall-edukazzjoni, id-dritt li jkunu liberi li jfittxu, li jirċievu u li jagħtu l-informazzjoni, u li jgawdu mill-ogħla livell ta' saħħa mentali u fiżika possibbli, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva;
79. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu b'mod partikulari r-ratifika u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana tal-Protokoll tal-Unjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika;
It-tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor
80. Jitlob għar-rikonoxximent ta' abbużi tas-saħħa kontra pazjenti u individwi, b'mod partikolari dawk li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom, bħala trattament krudili, inuman u degradanti, waqt li jirrikonoxxi d-diffikultà li tinstab prova ta' ċerti atti u għaldaqstant jitlob l-ogħla livell ta' viġilanza;
81. Jistieden ir-rikonoxximent li l-minoranzi bħall-gruppi indiġeni u persuni diskriminati minħabba l-kasta tagħhom huma vulnerabbli b'mod sproporzjonat u soġġetti għat-tortura;
82. Jistieden lill-istati kollha li għandhom mhumiex, biex isiru stati kontraenti tal-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra u l-Protokoll Fakultattiv tagħha (OPCAT); iħeġġeġ lill-istati biex ineħħu r-riżervi li għamlu għal dawn l-istrumenti; jinkoraġġixxi lill-istati li ffirmaw l-OPCAT biex jimplimentaw aħjar u aktar malajr il-Mekkaniżmu Nazzjonali ta' Prevenzjoni (NPM);
83. Jinkoraġġixxi lill-istati madwar id-dinja biex jadottaw u jimplimentaw b'mod effettiv il-Manwal dwar Investigazzjoni Effettiva u d-Dokumentazzjoni tat-Tortura u Trattament jew Kastig Krudili, Inuman jew Degradanti, magħruf bħala l-Protokoll ta' Istanbul (IP); jikkunsidra li l-IP huwa strument vitali biex jiġbor l-evidenza u jevita l-impunità; jinsab konvint li l-impunità ta' dawk li jittorturaw tibqa“ ostaklu sinifikanti għall-prevenzjoni effettiva tat-tortura peress li tinkoraġġixxi b'mod impliċitu dawk li jagħmlu dawn l-atti biex ikomplu l-prattiki ta' stmerrija tagħhom;
84. Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida tal-UE kontra t-tortura u trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw ir-riżultati tal-implimentazzjoni ta' linji gwida bħal dawn, waqt li jagħtu attenzjoni speċjali lir-riżultati f'termini ta' rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;
85. Jistieden lill-Istati Membri sabiex isegwu t-talbiet magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra(16); jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta malajr kemm jista“ jkun reviżjoni ta' diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju, 2005;
86. Jinsab partikolarment imħasseb dwar il-livell għoli ta' korruzzjoni, kriminalità, persekuzzjoni politika, impunità, tortura u priġunerija ta' membri tal-oppożizzjoni fil-Venezwela minħabba l-“politiċizzazzjoni” tal-forzi tal-pulizija, in-nuqqas ta' politiki u n-nuqqas ta' kapaċità tal-gvern li jittratta dan it-theddid serju għad-drittijiet tal-bniedem;
87. Jesprimi tħassib kbir dwar mewġa ġdida ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kontra persuni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom, u jikkundanna kull att ta' vjolenza kontrihom; jinnota li qed jiżdied in-numru ta' delitti ta' persuni transġeneru madwar id-dinja kollha; jiddispjaċih tassew li f'bosta pajjiżi l-omosesswalità għadha meqjusa bħala delitt li ħaqqu l-ħabs u f'xi każijiet saħansitra l-mewt; jilqa“, f'dan ir-rigward, id-Deċiżjoni tal-Qorti Suprema ta' Delhi tat-2 ta' Lulju 2009 li ddekriminalizzat l-omosesswalità fl-Indja, u jistieden pajjiżi oħra biex isegwu l- eżempju tagħha;
Id-drittijiet tat-Tfal
88. Jiddeplora l-fatt li, skont l-istimi, madwar 215 miljun tifel u tifla huma vittmi tal-impjieg tat-tfal, li minnhom tliet kwarti jagħmlu l-agħar tipi ta' xogħol tat-tfal (ċifri tal-ILO, 2009); jilqa“ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tal-14 ta' Ġunju 2010 dwar ix-xogħol mit-tfal u l-istudju relatat tal-Kummissjoni (SEC(2010)0037) li jappella għal approċċ ta' politiki tal-UE komprensiv li jiffoka fuq l-iżvilupp u l-eradikazzjoni tal-faqar; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura monitoraġġ effettiv tal-progress f'dan il-qasam u tinkoraġġixxi flimkien mal-Istati Membri tal-UE l-implimentazzjoni tiegħu fid-djalogi mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;
89. Ifakkar fis-suċċess tal-11-il Forum UE-NGO dwar id-Drittijiet tal-Bniedem organizzat f'Lulju 2009 fi Stokkolma, taħt il-presidenza Svediża, dwar it-tema tal-ġlieda kontra l-vjolenza kontra t-tfal, u fl-appelli tiegħu biex titkompla l-ħidma legali għall-projbizzjoni ta' kull forma ta' kastig korporali fil-kuntesti kollha, inkluża d-dar, għall-identifikazzjoni tal-aqwa prattiki u t-tagħlim mill-ġlieda kontra l-vjolenza kontra t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' gwerra u ta' wara l-gwerra, u biex tiżdied il-koerenza bejn l-azzjoni esterna tal-UE u l-politiki interni tal-UE/tal-Istati Membri dwar id-drittijiet tat-tfal;
90. Jesprimi tħassib kbir għall-fatt li miljuni ta' tfal għadhom vittmi ta' stupru, vjolenza domestika, u abbuż fiżiku, emozzjonali u sesswali, inkluż l-isfruttament sesswali u ekonomiku; jenfasizza li d-drittijiet kollha rikonoxxuti mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-protokolli fakultattivi tagħha huma ta' importanza indaqs u jappella għar-ratifika sħiħa u l-implimentazzjoni tal-obbligi, kif ukoll għal attenzjoni partikolari għall-forom ġodda ta' sfruttament sesswali kummerċjali tat-tfal;
91. Huwa profondament imħasseb li l-Ewropa tal-Lvant u l-Ażja Ċentrali għadhom jiffaċċjaw żidiet b'pass mgħaġġel fl-infezzjonijiet tal-HIV fost l-irġiel, nisa u tfal; jinnota bi tħassib li l-aċċess għat-trattament antiretrovirali għandu fost l-aktar baxx fid-dinja; jinnota bi tħassib li l-istigmatizzazzjoni u d-diskriminazzjoni li jivvjolaw il-jeddijiet bażiċi u d-dinjità tat-tfal milqutin bl-HIV qed ixekklu l-progress ulterjuri fil-prevenzjoni, il-kura u l-appoġġ; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra r-riformi fil-politika, ċaqliq programmatiku u riallokazzjoni tar-riżorsi ħalli tħares il-jeddijiet u d-dinjità tat-tfal u ż-żgħażagħ li huma vulnerabbli, jinsabu f'riskju u qed jgħixu mal-HIV jew huma milqutin bih;
92. Jitlob li jiddaħħlu b'urġenza miżuri addizzjonali tal-UE kontra l-impjieg tat-tfal, u jitlob lill-UE biex tapplika b'mod aktar effiċjenti l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħha billi tinkorporahom fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-UE biex timplimenta b'mod effettiv il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal u biex tistudja l-possibbiltà li tadotta linji gwida dwar il-ġlieda kontra l-impjieg tat-tfal; ifakkar li anke l-politika kummerċjali tal-UE jista“ jkollha rwol utli fil-ġlieda kontra l-impjieg tat-tfal, l-iktar permezz tal-użu tal-inċentivi SPĠ+; jittama li fil-futur din l-għodda tiġi evalwata aħjar u tkun suġġetta għal evalwazzjoni annwali sottomessa lill-Parlament Ewropew fl-okkażjoni tad-dibattitu annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
93. Jinnota li l-2009 mmarkat l-20 anniversarju tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jinnota b'sodisfazzjon li l-adeżjoni għall-Konvenzjoni hija issa kważi universali, u jħeġġeġ lill-pajjiżi li għadhom ma' ngħaqdux mal-Konvenzjoni biex jagħmlu dan mingħajr dewmien; għadu mħasseb ħafna li għadhom jinkisru ħafna mid-drittijiet involuti; jappella għal żieda fl-attenzjoni mogħtija għall-ħtiġijiet tat-tfal għas-salvagwardji u l-kura speċjali, inkluża l-protezzjoni legali xierqa, kemm qabel u kemm wara t-twelid, kif previst kemm mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u kemm mid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal; jilqa“ wkoll l-ħatra tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Vjolenza Kontra t-Tfal, u jissottolinja l-importanza tal-mandat;
94. Jesprimi tħassib kbir dwar it-tfal involuti f'kunflitti armati jew affettwati minnhom, jew saħansitra mġiegħla jipparteċipaw fihom attivament; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex isaħħu l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati; jilqa“ r-riżoluzzjoni l-ġdida tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1882 (2009), li tkompli ssaħħaħ il-protezzjoni tat-tfal involuti f'kunflitti armati, u affettwati minnhom;
95. Jesprimi tħassib kbir dwar l-użu tat-tfal bħala suldati; jappella għal passi immedjati meħuda mill-UE u n-NU għad-diżarm, ir-rijabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom;
Difensuri tad-drittijiet tal-bniedem
96. Jilqa“ l-azzjonijiet meħuda biex jimplimentaw ir-rieżami u t-titjib tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem kif riveduti fl-2008; jinnota l-iżvilupp ta' aktar minn 60 istrateġiji ta' implimentazzjoni lokali u l-ħatra tal-uffiċjali ta' kollegament rilevanti; jibqa” mħasseb, b'mod partikulari min-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE mid-Delegazzjonijiet tal-UE, jistieden lis-SEAE biex jiżviluppa pjan ta' implimentazzjoni b'indikaturi u skadenzi ċari sabiex ikompli l-progress lejn implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida, u jitlob il-lista ta' dawn l-istrateġiji lokali; jistieden lis-SEAE, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iżidu l-kuxjenza tal-Linji Gwida fors id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u d-dilpomatiċi tal-UE li jaħdmu f'pajjiżi li mhumiex membri tal-UE; jistieden lill-missjonijiet tal-UE biex iżommu kuntatti regolari mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qabel jieħdu azzjoni f'isimhom u jipprovdulhom rispons; jenfasizza li matul il-proċess ta' abbozzar ta' strateġiji ta' implimentazzjoni lokali, firxa wiesgħa ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu kemm fl-ambjenti urbani u f'dawk rurali dwar id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali kif ukoll dwar id-drittijiet ċiviċi u politiċi għandhom jiġu kkonsultati; jinnota li l-istrateġiji tal-implimentazzjoni lokali għandhom jinkludu aġenda konkreta ta' miżuri li għandhom jittieħdu biex itejbu l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u li l-impatt ta' dawn l-istrateġiji għandu jiġi evalwat wara perjodu ta' żmien raġonevoli; jappella f'dan ir-rigward għal evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-assistenza u tal-miżuri meħuda mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jappoġġjaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem skont l-EIDHR;
97. Jistieden lir-RGħ/VP biex tagħti prijorità lil implimentazzjoni aktar effettiva tal-għodda u l-mekkaniżmi eżistenti għal protezzjoni koerenti u sistematika tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Unjoni Ewropea, jistieden ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissarji kollha b'responsabiltajiet fil-qasam tar-Relazzjonijiet Esterni biex jistituzzjonalizzaw politika fejn jiltaqgħu sistematikament mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem meta jivvjaġġaw uffiċjalment f'pajjiżi terzi, u jenfasizza li l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għandu jiġi inkluż ukoll b'mod imperattiv fil-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE; jenfasizza li kemm ir-Rappreżentant Għoli u kemm ir-Rappreżentanti Speċjali se jinżammu responsabbli mill-Parlament Ewropew għall-azzjoni tagħhom f'dan ir-rigward;
98. Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-miżuri proposti mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Politiki tal-UE favur id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, adottata f'Ġunju 2010, b'enfasi fuq il-miżuri mmirati biex jipprovdu assistenza fil-pront għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-riskju, bħall-viżi tal-emerġenza u l-kenn, u dawk li jimplikaw appoġġ pubbliku u rikonoxximent viżibbli tax-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b'perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-implimentazzjoni tal-linji gwida favur id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u gruppi oħra partikolarment vulnerabbli, bħad-difensuri li jaħdmu biex jippromwovu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u dawk li jaħdmu mad-drittijiet tal-minoranzi u persuni indiġeni; jistieden lir-Rgħ/VP biex tagħmel pressjoni għall-implimentazzjoni tal-programm Shelter Cities, li jipprovdi kenn għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-ibliet Ewropej;
99. Jistieden, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona u t-twaqqif tas-SEAE, lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kooperazzjoni interistituzzjonali dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jifehm li l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' dan it-tip jista“ jkun iffaċilitat permezz tal-istabbiliment ta' punti fokali u linji gwida espliċiti għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE u bl-iżvilupp ta' kooperazzjoni iktar mill-qrib, bil-punti fokali għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u dawk responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-missjonijiet u d-delegazzjonijiet tal-UE; jistieden lis-SEAE biex jistabbilixxi bażi ta' data statistika dwar każijiet fejn id-delegazzjonijiet tal-UE jipprovdu assistenza għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jevalwa l-effettività tal-linji gwida, u jirrapporta lura lill-PE dwar ir-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet;
100. Jirrikonoxxi l-konklużjonijiet fil-ħafna rapporti dwar id-drittijiet tal-bniedem li d-difensuri tad-drittijiet umani, filwaqt li jagħtu kontribut prezzjuż għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b'riskju tas-sigurtà personali tagħhom stess, qed isofru attakki dejjem aktar qawwija f'diversi forom, bħal attakki fuq il-libertà tal-kuxjenza, tar-reliġjon, tal-espressjoni jew assoċjazzjoni, attakki u qtil ta' persuni rilevanti, arresti arbitrarji, proċessi inġusti u l-għeluq tal-uffiċċji ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jappella lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni biex jaħdmu għall-prevenzjoni ta' attakki bħal dawn b'koperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi kkonċernati, filwaqt li joqogħdu attenti sabiex ma jesponux għall-periklu lill-persunal ta' dawn l-organizzazzjonijiet lil min jappoġġjahom;
101. Jibqa“ viġilanti vis-à-vis gvernijiet ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE li jużaw l-adozzjoni ta' liġijiet kontroversjali biex jirregolaw l-NGOs bħala tentattiv biex isikktu l-moviment tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-hekk imsejħa ”Proklama dwar Karitajiet u Assoċjazzjonijiet“, li għaddiet mill-Parlament Etjopjan f'Jannar 2009, li tipprojbixxi prattikament kull attività tad-drittijiet tal-bniedem;
102. Jikkundanna l-fatt li f'bosta pajjiżi, l-attakki u t-theddid anonimu kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma komuni, il-ġurnalisti, b'mod partikolari dawk li jkopru l-korruzzjoni u t-traffikar tad-drogi jiffaċċjaw theddid u attakki minħabba xogħolhom;
103. Jesprimi d-dispjaċir kbir tiegħu għall-qtil ta', fost oħrajn, Stanislav Markelov, Anastasia Baburova u Natalya Estemirova fir-Russja, u ta' André Rwisereka u Jean Leonard Rugambage fir-Rwanda, id-detenzjoni arbitrarja ta' Roxana Saberi u Abdolfattah Soltani fl-Iran, id-detenzjoni kontinwa u n-nuqqas ta' aċċess adegwat għall-kura tas-saħħa li għalihom ġie sottomess fiċ-Ċina Hu Jia, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov fl-2008, li kollha seħħew matul il-perjodu ta' rappurtar; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex jiċċaraw bla dewmien is-sitwazzjoni tal-avukat prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, is-Sur Gao Zhisheng, li għeb fl-4 ta' Frar 2009, u biex jiftħu investigazzjoni kompletament indipendenti u trasparenti dwar l-għajbien tiegħu;
104. Jikkundanna d-detenzjoni u l-fastidju tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Saħrawi fit-territorju tas-Saħara tal-Punent ikkontrollat mill-Marokk, u jħeġġeġ lin-NU biex jinkludu l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-missjoni tan-NU għall-mandat tas-Saħara tal-Punent (MINURSO);
105. Jinnota r-rilaxx tad-difensuri lokali tad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba; jiddispjaċih ħafna għall-fatt li l-gvern Kuban jirrifjuta li jirrikonoxxi l-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem bħala attività leġittima, u jiċħad l-istejtus legali lil gruppi lokali tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota bi tħassib li d-detenzjoni tad-difensuri lokali tad-drittijiet tal-bniedem hija wkoll ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-gvern ta' Kuba biex ma jeżiljax il-priġunieri politiċi u biex jagħtihom il-libertà li jitilqu u jmorru lura Kuba mingħajr ma jiġu arrestati;
106. Jilqa“ d-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Premju Nobel għall-Paċi biex jippremja lil Liu Xiaobo bil-Premju Nobel għall-Paċi tal-2010 għall-ġlieda twila u mhux vjolenti tiegħu għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fiċ-Ċina; iħeġġeġ il-gvern ta' Pekin biexjeħles immedjatament u bla kundizzjonijiet lil Liu Xiaobo mid-detenzjoni u jirtira r-restrizzjonijiet fuq il-mara tiegħu Liu Xia;
107. Jinsab ferm imħasseb mill-fatt li l-Iran fl-2008 u l-2009 kompla jrażżan difensuri indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem u membri tas-soċjetà ċivili, u li għadu jsir, u anke żdied, il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna l-arrest arbitrarju, it-tortura u l-priġunerija ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minħabba xogħolhom, bl-akkuża ta' “attivitajiet li jmorru kontra s-sigurtà nazzjonali”; jiddispjaċih dwar il-politika attwali tal-gvern diretta kontra l-għalliema u l-akkademiċi, li tipprojbixxi studenti milli jkollhom aċċess għal edukazzjoni ogħla, u jikkundanna l-persekuzzjoni u l-priġunerija ta' attivisti studenti; jiddispjaċih dwar it-taqlib fit-tmiem tal-elezzjonijiet Presidenzjali tat-12 ta' Ġunju 2009 u l-vjolenza użata mill-awtoritajiet Iranjani, li rriżultat fid-detenzjoni arbitrarja ta' mill-inqas 400 persuna, rapporti ta' qtil ta' mill-inqas 40 persuna, ġurijiet tal-massa ta' persuni akkużati b'reati kontra s-sigurtà nazzjonali, it-trattament ħażin u t-tortura li seħħu, u l-pieni tal-mewt mogħtija;
Klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem
108. Jenfasizza l-importanza tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem flimkien mal-klawżoli demokratiċi, u mekkaniżmi effettivi ta' soluzzjoni tat-tilwim fil-politiki tal-kummerċ, inkluż is-sajd bejn l-UE u pajjiżi li mhumiex membri tal-UE; Jitlob, madankollu, għal darb'oħra li din il-klawżola tiġi akkumpanjata b'mekkaniżmu ta' infurzar sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni fil-prattika; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ mill-qrib tar-rekord tad-drittijiet tal-bniedem ta' pajjiżi li mhumiex membri fl-UE li għandhom relazzjonijiet kummerċjali mal-UE; jenfasizza li tali monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom jinkludu konsultazzjonijiet formali mas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-impatt ta' dawn il-ftehimiet; jappella għall-istabbiliment ta' sett ċar ta' punti ta' referenza għad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan il-qafas ta' ftehimiet kummerċjali individwali biex jiġi żgurat li ż-żewġ partijiet ikollhom standard ċar u jifhmu eżattament liema sitwazzjonijiet u azzjonijiet jistgħu jinvokaw tali klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem;
109. Jafferma l-prinċipju tal-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem, u jikkundanna t-tentattivi biex xi dritt jew bażi ta' diskriminazzjoni jitqies bħala inqas importanti minn oħrajn; jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jirrispettaw il-prinċipju tal-indiviżibilità meta jinnegozjaw il-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;
110. Jenfasizza li, bl-għan tar-ruispett tal-impenji internazzjonali tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, l-UE għandha tinkludi, filwaqt li tikkunsidra n-natura tal-ftehimiet u s-sitwazzjoni speċifika ta' kull pajjiż sieħeb, klawżoli sistematiċi marbuta mad-demokrazija, mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll mal-istandards soċjali u ambjentali; iqis li dawn il-klawżoli għandhom jippermettu lill-Kummissjoni tissospendi tal-inqas temporanjament il-vantaġġi kummerċjali, inklużi dawk li jirriżultaw minn ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles, jekk ikun hemm biżżejjed provi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem inklużi d-drittijiet relatati max-xogħol, fuq inizjattiva tagħha stess jew inkella fuq talba ta' Stat Membru jew tal-Parlament Ewropew; iqis li f'kull każ l-UE għandha tindika b'mod ċar is-sanzjonijiet xierqa li jistgħu jiġu applikati għal pajjiżi li mhumiex membri tal-UE li jwettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u tapplikahom; itenni għal darb'oħra l-appell tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, u b'mod partikolari lir-RGħ/VP tal-Kummissjoni, biex jagħmlu effettiva l-klawżola relatata mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali fis-seħħ u konsegwentement jistabbilixxu proċedura ta' implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-klawżoli fl-ispirtu tal-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou;
111. Jilqa“ l-użu tal-istudji tal-impatt dwar l-iżvilupp sostenibbli iżda jqis li dawn għandhom isiru wkoll ladarba l-ftehim jidħol fis-seħħ, u mhux biss ex-ante, sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni kontinwa;
112. Jinnota l-funzjonament tar-reġim tal-SPĠ+ (Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati); Jikkunsidra, madankollu, li din is-sistema li tagħti lill-pajjiżi benefiċċji kummerċjali konsiderevoli għal konformità mal-konvenzjonijiet u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tax-xogħol għandha tkun ikkontrollata iktar mill-qrib u b'mod trasparenti inkluż permezz tal-użu ta' Evalwazzjonijiet tal-Impatti fuq id-Drittijiet tal-Bniedem dettaljati u konsultazzjonijiet miftuħa meta tingħata l-preferenza, u li l-preferenzi tal-kummerċ jingħataw biss lil pajjiżi li rratifikaw u effettivament implimentaw konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar l-iżvilupp sostenibbli, id-drittijiet soċjali - b'mod partikolari dwar ix-xogħol tal-tfal - u l-governanza tajba; jappella għal monitoraġġ imtejjeb tal-implimentazzjoni mas-soċjetà ċivili, it-trejdjunjins u l-komunitajiet, li jikkunsidra ir-riżultati pożittivi flimien mal-intoppi fl-iżvilupp tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, ekonomiċi, kulturali u ambjentali; jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-ICCPR mill-Pakistan, li hu mistieden jipparteċipa fis-sistema SPĠ+;
113. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal regolament li jipprojbixxi l-importazzjoni fl-UE ta' oġġetti prodotti permezz ta' xogħol sfurzat, u b'mod partikolari xogħol tat-tfal, bi ksur tal-istandards bażiċi tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li tali regolament għandu jippermetti lill-UE tinvestiga każi speċifiċi;
114. Jilqa“ l-inklużjoni ta' klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Ftehim ta' Sħubija ffirmat mill-UE u l-Indoneżja u fil-Ftehim għall-Istabilizzazzjoni u għall-Assoċjazzjoni mal-Albanija, li daħal fis-seħħ matul il-perjodu ta' rappurtar, li jġib għal aktar minn 120 in-numru ta' pajjiżi li aċċettaw l-inklużjoni ta' din il-klawżola fi ftehimiet mal-UE;
115. Jiddeplora s-segwitu dgħajjef tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem imdaħħla fil-Ftehim ta' Cotonou u jħeġġeġ lir-RGħ/VP, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jagħmlu użu sħiħ minn dawk il-klawżoli biex jittrattaw b'mod estensiv il-problemi tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fi djalogi bilaterali u reġjonali ma' pajjiżi sħab tal-AKP;
Il-promozzjoni tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fir-relazzjonijiet esterni
116. Jilqa“ l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE(17) u l-adozzjoni tal-Aġenda tal-UE għal Azzjoni dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE bħala mezz għat-titjib tal-koerenza u l-effettività tal-appoġġ għad-demokrazija tal-UE;
117. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-aħħar ħalli permezz tal-inizjattivi u l-impenji finanzjarji neċessarji, tagħti segwitu bla dewmien għar-Rapport dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-2007 li fih il-Parlament ikkunsidra n-“ n-nonvjolenza bħala l-aktar mezz xieraq biex jiġu żgurati l-eżerċizzju, id-difiża, il-promozzjoni u r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem” billi jemmen li “l-promozzjoni ta' dan il-prinċipju għandu jikkostitwixxi objettiv prijoritarju fil-politika tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija ta' l-Unjoni Ewropea”;
118. Jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra l-aġenda għal appoġġ għad-demokrazija b'mod aktar komplut fil-programmi ta' azzjoni ta' kull sena tal-istrumenti esterni tagħha, b'mod partikolari dawk tal-EIDHR, kif ukoll fil-papers ta' strateġija reġjonali u tal-pajjiż, biex b'hekk waqt li dejjem tqis is-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiż u l-istrateġija reġjonali tal-UE;
119. Jinnota r-Rapport tal-Amnesty International tal-2010 li jenfasizza t-tieni proċess ġudizzjarju li għaddej kontra Mikhail Khodorkovsky, li qabel kien il-mexxej tal-kumpanija taż-żejt YUKOS, u s-sieħeb tiegħu fin-negozju tiegħu Platon Lebedevi, bħala eżempju ta' ġuri inġust fir-Russja; jistieden lill-Federazzjoni Russa biex tiżgura li jiġu rrispettati in-normi fundamentali ta' proċess xieraq u d-drittijiet tal-bniedem fil-prosekuzzjoni ta' dawn u tal-akkużati l-oħra kollha fis-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż;
120. Iħeġġeġ l-awtoritajiet ġudizzjarji Russi biex ikomplu l-investigazzjoni dwar il-mewt ta' tal-avukat Russu Sergey Magnitsky li seħħet nhar is-16 ta' Novembru 2009; jiddeplora li dan il-każ għadu eżempju pendenti tan-nuqqasijiet gravi fis-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż; jiddispjaċih mis-sitwazzjoni li, filwaqt li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ħafna drabi huma soġġetti għal trattament u proċessi ħorox li jinjoraw il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali tal-Federazzjoni Russa (bħal ngħidu aħna l–Artikolu 72 tal-Kodiċi fil-każ kontra Oleg Orlov ta' Memorial għal malafama), dawk ħatja at“ aggressjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-avukati indipendenti, u saħansitra tal-omiċidju tal-istess, ħafna drabi jibqgħu ma jiġux ikkastigati; jitlob lill-Kunsill, fl-assenza ta' mossi pożittivi mill-awtoritajiet Russi li jibdew jikkoperaw u jinvestigaw il-każ ta' Sergey Magnitsky, li jinsisti li l-awtoritajiet Russi jipproċedu kontra min hu responsabbli u jqis l-impożizzjoni ta' projbizzjoni tad-dħul fl-UE ta' uffiċjali Russi involuti f'dan il-każ u jħeġġeġ l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE jikkoperaw fl-iffriżar tal-kontijiet tal-bank u l-assi l-oħra ta' dawn l-uffiċjali Russi fil-Pajjiżi Membri kollha tal-UE;
121. Jistieden lir-RGħ/VP tal-Kummissjoni biex tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem u l-bini tad-demokrazija jsiru effikaċement il-fil kunduttur fl-oqsma kollha tal-politika esterna; jinnota sadattant, u bi tħassib, li l-Kunsill għadu ma ħax nota formali ta' kwalsiasi rapport ta' segwitu f'dak li għandu x'jaqsam mal-konklużjonijiet aġġornati tal-Kunsill ta' Novembru 2009 dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija fir-Relazzjoni Esterni tal-UE u l-Aġenda għal Azzjoni dwar l-Appoġġ għad-Demokrazija, kuntrarjament għal dak li jintqal fil-konklużjonijiet imsemmijin tal-Kunsill;
Dritt Umanitarju Internazzjonali (IHL)
122. Jilqa“ l-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill f'Diċembru 2009 dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-IHL, fl-istess sena li kien iċċelebrat is-60 anniversarju tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra;
123. Jinnota l-adozzjoni tal-Linji Gwida Aġġornati tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mal-IHL fl-2009; jistieden lill-Kunsill biex jintegra l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-IHL b'mod aktar effettiv mal-linji gwida oħra tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u sabiex itejjeb l-integrazzjoni tal-IHL fl-azzjoni esterna kollha tal-UE;
124. Jilqa“ r-Rapport tal-Missjoni ta' Inkjesta Internazzjonali Indipendenti dwar il-Kunflitt fil-Ġeorġja (IIFFMCG – CEIIG) (magħruf bħala ”r-Rapport Tagliavini“) maħruġ fit-30 ta' Settembru 2009 u jappoġġja l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet ewlenin tiegħu skont il-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment il-ħtieġa li jkunu żgurati r-responsabilità u r-riparazzjoni għall-vjolazzjonijiet kollha li twettqu f'Awwissu 2008, u jistenna li l-informazzjoni estensiva tal-isfond ipprovduta mir-rapport tkun tista” tintuża għal proċeduri legali fil-livell nazzjonali u internazzjonali sabiex fl-aħħar tkun żgurata r-responsabilità għad-delitti li twettqu matul il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ġeorġja f'Awwissu 2008;
125. Jiddispjaċih ħafna li waqt il-kunflitti armati bejn ir-Russja u l-Ġeorġja fuq l-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja f'Awwissu 2008, il-ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali rriżulta f'mijiet ta' feruti u għexieren ta' eluf ta' individwi spustati; ifakkar li s'issa r-Russja ssodisfat biss l-ewwel punt mis-sitt punti fil-ftehim tal-waqfien mill-ġlied tagħha mal-Ġeorġja, jiddeplora l-qerda intenzjonata ta' rħula etniċi Ġeorġjani fl-Ossezja tan-Nofsinhar u l-Abkażja waqt u wara l-kunflitt; jenfasizza li l-impunità għal dan il-ksur għadha tippersisti sal-lum;
Libertà ta' reliġjon jew twemmin
126. Jenfasizza li l-libertà tar-reliġjon u t-twemmin tikkostitwixxi, fost id-drittijiet tal-bniedem kollha, dritt essenzjali u bażiku li għandu jiġi rispettat, u li l-kundizzjonalità relatata mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem inkluża fil-ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE għandha tiġi infurzata b'aktar qawwa u b'mod aktar effettiv;
127. Jilqa“ l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin adottati f'Novembru 2009; jirrikonoxxi l-importanza tal-libertà ta' reliġjon jew twemmin għall-identità ta' persuni kemm reliġjużi u kemm mhux reliġjużi, ladarba t-twemmin, fi kwalunkwe forma li jkun, huwa komponent vitali tal-appartenenza personali u soċjali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw u jimplementaw miżuri prattiċi għall-ġlieda kontra l-intolleranza reliġjuża u d-diskriminazzjoni u jippromwovu l-libertà ta' reliġjon jew twemmin madwar id-dinja kif kien ikkunsidrat fil-konklużjonijiet imsemmija preċedentament; jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jinvolvu lill-PE, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lil atturi rilevanti oħra fil-proċess;
128. Jistieden lir-RGħ/VP tal-Kummissjoni biex tintegra l-libertà ta' reliġjon jew twemmin fil-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE u biex tagħti evalwazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni tal-libertà reliġjuża fir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE;
129. Jistieden lir-RGħ/VP biex iżżid l-għadd ta' persunal li jaħdem fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-rispett tal-libertà ta' reliġjon jew twmmin fl-azzjoni esterna u biex joħolqu strutturi ddedikati, speċjalment fil-kuntest tat-twaqqif ta' Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna; jappoġġja l-identifikazzjoni tal-kwistjoni ta' rispett għal-libertà ta' reliġjon fid-dinja bħala waħda mill-prijoritajiet tas-SEAE meta wieħed iqis il-ksur serju ta' tali libertà li jeżisti fid-dinja u l-ħtieġa ċara ta' għajnuna għall-minoranzi reliġjużi ppersegwitati f'bosta żoni fid-dinja;
130. Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jikkunsidraw ir-reliġjon u d-djalogu ma' awtoritajiet reliġjużi u korpi impenjati fid-djalogu interreliġjuż għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għar-rikonċiljazzjoni;
131. Għadu mħasseb ħafna li d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew it-twemmin għadha teżisti fir-reġjuni kollha tad-dinja, u li l-persuni li jappartjenu għal komunitajiet reliġjużi partikolari, inklużi minoritajiet reliġjużi, għadhom qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem tagħhom f'ħafna pajjiżi, bħall-Korea ta' Fuq, l-Iran, l-Arabja Sawdija, is-Somalja, il-Maldive, l-Afganistan, il-Jemen, il-Mawritanja, il-Laos, l-Uzbekistan, l-Eritrea, l-Iraq, il-Pakistan u l-Eġittu; jikkundanna l-awtoritajiet Ċiniżi għall-persekuzzjoni ta' individwi li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom barra l-kanali sanzjonati uffiċjalment, inklużi Kristjani, Musulmani, Buddisti u prattikanti tal-Falun Gong; iħeġġeġ liċ-Ċina biex tirratifika l-ICCPR kif wegħdet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi biex iżommu lura mill-politika oppressiva tagħhom fit-Tibet, li eventwalment tista“ twassal għall-qerda tar-reliġjon u l-kultura Tibetani; jikkundanna l-awtoritajiet tal-Iran għall-persekuzzjoni tal-individwi li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi, inklużi l-Kristjani, il-Bahá'í, u l-Musulmani li kkonvertew għal reliġjon oħra jew għall-ebda reliġjon; iħeġġeġ l-awtoritajiet tal-Iran biex jipproteġu l-minoranzi reliġjużi skont l-obbligi tagħhom skont l-ICCPR; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa biex jimponu moratorju fuq l-implimentazzjoni tal-Liġi tal-2002 dwar il-Ġlieda Kontra l-Attività tal-Estremisti, li qed tintuża b'mod ħażin u estensiv biex tippersegwita gruppi ta' minoranzi reliġjużi paċifiċi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-minoranza Kristjana tal-Montagnards li jgħixu fl-Għoljiet Ċentrali tal-Vjetnam; ifakkar lill-awtoritajiet Vjetnamiżi li d-drittijiet tal-minoranzi jinkludu l-libertà li jippratikaw ir-reliġjon tagħhom bla restrizzjonijiet, il-libertà ta' assoċjazzjoni u espressjoni, id-dritt għal assemblea fil-paċi, id-dritt ugwali għall-proprjetà tal-artijiet u l-użu tagħhom u d-dritt li jipparteċipaw b'mod sħiħ u effettiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaffettwawhom, inkluż fir-rigward tal-proġetti tal-iżvilupp ekonomiku u rilokazzjoni;
132. Iħeġġeġ l-UE biex tiżviluppa sett ta' għodod dwar il-progress tad-dritt għal-libertà ta' reliġjon jew twemmin fil-politika esterna tagħha; biex tqis il-libertà reliġjuża bħala fundamentali, biex tinkludi lista ta' kontroll dwar il-libertajiet meħtieġa relatati mad-dritt tal-libertà ta' reliġjon jew twemmin sabiex tevalwa jekk hux qed jiġu rrispettati u biex tinkludi mekkaniżmi biex jidentifikaw il-ksur tal-libertà ta' reliġjon jew twemmin, sabiex itejjeb il-promozzjoni tal-libertà ta' reliġjon jew twemmin fix-xogħol tal-impjegati tal-gvern, speċjalment fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, kif ukollbiex tinvolvi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija tas-sett tal-għodod;
133. Jilqa“ l-pożizzjoni ta' prinċipju kontinwa tal-UE rigward ir-riżoluzzjonijiet tal-UNGA (u l-UNHRC) dwar il-ġlieda kontra d-defamazzjoni tar-reliġjonijiet; jilqa” r-riżoluzzjoni dwar l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' intolleranza u diskriminazzjoni bbażati fuq ir-reliġjon jew it-twemmin, ippreżentata mill-UE; jinkoraġġixxi l-UE bix tkompli l-isforzi tagħha għal approċċ bilanċjat bejn il-libertà tal-espressjoni u l-projbizzjoni ta' inċitament għal mibegħda bbażata fuq ir-reliġjon; jinkoraġġixxi l-UE biex timpennja ruħha fi djalogu kostruttiv mal-Organizzazzjoni għal Konferenza Iżlamika u partitarji oħra tal-prinċipju tad-defamazzjoni tar-reliġjonijiet;
134. Jenfasizza li l-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem tirrikonoxxi l-libertà tar-reliġjon jew twemmin irrelevanti mill-istejtus tar-reġistrazzjoni, għalhekk ir-reġistrazzjoni m'għandhiex tkun prekundizzjoni mandatorja sabiex wieħed jipprattika r-reliġjon tiegħu; Jirrimarka bi tħassib, barra minn hekk, li fl-Ażerbajġan, il-Każakistan, il-Kirġistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan u l-Vjetnam il-gruppi reliġjużi jeħtieġu jirreġistraw mal-gvern u joperaw taħt bords tal-ġestjoni kkontrollati mill-gvern, li jinterferixxu mal-awtonomija reliġjuża tagħhom u jillimitaw l-attività tagħhom;
135. Jistieden lir-Russja biex tqiegħed moratorju fuq l-implimentazzjoni tal-Liġi tal-2002 dwar il-Ġlieda Kontra l-Attività tal-Estremisti peress li din qed tiġi użata u abbużata biex tillimita l-libertà reliġjuża, biex trażżan u tipprova tipprojbixxi gruppi reliġjużi mhux vjolenti; jinnota barra minn hekk, bi tħassib kbir, li 265 organizzazzjoni reliġjuża jew ibbażata fuq it-twemmin jinsabu fil-lista sewda tal-hekk imsejħa organizzazzjonijiet estremisti;
136. Iħeġġeġ barra minn hekk lill-pajjiżi li ġejjin biex iwaqqfu r-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' assoċjazzjoni u assemblea ta' gruppi reliġjużi u jirrispettaw il-libertà ta' reliġjon jew twemmin: l-Arabja Sawdija, l-Eġittu, l-Eritrea, l-Iran, is-Somalja, il-Jemen, il-Bjelorussja, il-Korea ta' Fuq u l-Laos;
137. Jenfasizza l-ostakoli li għadhom jeżistu f'partijiet tad-dinja bħall-Arabja Sawdija, l-Indoneżja, il-Pakistan, l-Iraq, is-Somalja u s-Sudan għall-professjoni bla xkiel tat-twemmin, kemm fuq livell individwali u kemm kollettiv, kif ukoll l-intolleranza li qed tiżdied kontra l-minoranzi reliġjużi f'pajjiżi bi tradizzjonijiet demokratiċi sodi bħall-Indja u jistieden lill-Kummissjoni biex tenfasizza tali kwistjonijiet fil-kuntest tad-djalogi politiċi relevanti tagħha;
138. Jikkundanna bil-qawwa kull kriminalizzazzjoni jew kastig għall-“apostasija” b'rabta ma' każijiet ta' konverżjoni minn reliġjon għal oħra jew minn denominazzjoni reliġjuża (subgrupp) għal oħra, li għadha ssir f'bosta pajjiżi fil-Lvant Nofsani u l-Afrika ta' Fuq; jistieden l-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħmlu pressjoni fuq dawn il-pajjiżi sabiex jirrifjutaw tali prattiki, b'mod partikolari fejn il-piena tal-mewt hija l-kastig preskritt; jinsab tassew imħasseb dwar prattiki ta' konverżjoni sfurzata li għadhom jeżistu f'pajjiżi bħall-Arabja Sawdija u l-Eġittu u jitlob impenn ċar min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra tali ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
139. Ifakkar li f'għadd ta' pajjiżi fid-dinja, il-projbizzjoni, il-konfiska u l-qerda kemm tal-postijiet tat-talb u kemm tal-pubblikazzjonijiet reliġjużi, kif ukoll il-projbizzjoni tat-taħriġ tal-kleru, għadhom prattiki komuni; iħeġġeġ l-istituzzjonijiet tal-UE, fil-kuntatti tagħhom mal-gvernijiet relevanti, biex jopponu dawn il-vjolazzjonijiet u biex jinkoraġġixxu lil dawk il-pajjiżi fejn il-liġijiet kontra d-dagħa jintużaw għal skopijiet ta' persekuzzjoni tal-membri ta' minoranzi reliġjużi biex jemendaw jew jabolixxu tali dispożizzjonijiet;
140. Jenfasizza li għall-UE, il-libertà tal-kuxjenza hija valur fundamentali, u din tinkludi l-libertà li wieħed ikollu twemmin jew li ma jkollux u l-libertà li jipprattika r-reliġjon li jagħżel;
Libertà tal-espressjoni
141. Huwa imħasseb li l-libertà tal-espressjoni qed tkun attakata b'diversi moda ġodda, speċjalment bl-użu tat-tekonoloġiji moderni bħall-internet; itenni li l-libertà tal-espressjoni tinkludi d-dritt li wieħed ifittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat permezz ta' kwalunkwe mezz;
142. Jirrikonoxxi li t-teknoloġiji ġodda jipprovdu opportunitajiet mingħajr preċedent biex wieħed jipparteċipa fil-ħajja pubblika, jesprimi opinjonijiet, jikseb aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u jgħarraf lill-bqija tad-dinja dwar vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; huwa mħasseb li l-istati qed jużaw tekniki dejjem aktar sofistikati, bħal teknoloġiji ta' użu doppju, biex jiċċensuraw l-informazzjoni, jissorveljaw l-attivitajiet fuq l-internet u li f'numru ta' pajjiżi seħħew atti ta' fastidju, persekuzzjoni u anke detenzjoni u priġunerija ta' persuni li jużaw l-internet biex jeżerċitaw id-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni;
143. Jinkoraġġixxi r-RGħ/VP biex tieħu t-tmexxija fit-teħid ta' pożizzjoni u biex tiżviluppa politiki konkreti għall-UE biex din taġixxi bħala attur globali f'dak li għandu x'jaqsam mal-libertà tal-internet billi tkopri mhux biss modi kif tindirizza t-theddid għad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, iżda wkoll kif dawn jistgħu jintużaw għat-titjib tal-opportunitajiet għall-ħarsien u l-appoġġ tad-drittijiet tal-bniedem;
144. Iħeġġeġ lill-pajjiżi li jillimitaw l-aċċess għall-internet biex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq il-fluss ħieles tal-informazzjoni; jinnota li skont “Reporters without Borders” il-“lista tal-għedewwwa tal-internet” tinkludi l-istati li ġejjin, li jagħmlu ċensura pervażiva tal-internet: il-Bjelorussja, iċ-Ċina, Kuba, l-Eġittu, l-Iran, il-Mjanmar/Burma, il-Korea ta' Fuq, l-Arabja Sawdija, is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkmenistan, l-Użbekistan u l-Vjetnam;
145. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel lista tal-individwi responsabbli ta' vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huma t-tortura, iċ-ċensura, l-istupru u l-eżekuzzjonijiet extra-ġudizzjarji, fl-Iran, b'mod partikolari wara l-elezzjonijiet tal-2009, u jqis l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fuqhom fis-sura ta' ffriżar ta' assi u projbizzjonijiet ta' vvjaġġar;
146. Jappoġġja d-dritt ta' espressjoni u assemblea paċifika fir-Russja kif formalment, iżda mhux fir-realtà, iggarantit mill-Artikolu 31 tal-Kostituzzjoni Russa; jesprimi s-solidarjetà mal-organizzaturi u l-parteċipanti ta' Strateġija-31, is-serje ta' protesti ċiviċi b'appoġġ għal dan id-dritt li bdiet fil-31 ta' Lulju 2009 u qed issir fi Pjazza Triumfalnaya f'Moska fil-31 ġurnata ta' kull xahar li fih 31 jum; jiddispjaċih li ħlief l-aħħar waħda fil-31 ta' Ottubru 2010 s'issa id-dimostrazzjonijiet kollha organizzati minn Strateġija-31 kienu miċħuda l-permess mill-awtoritajiet fuq il-bażi li attivitajiet oħra kienu skedati li jsiru fi Pjazza Triumfalnaya fl-istess ħin; huwa mħasseb ħafna minħabba li fil-31 ta' Diċembru 2009, fost għexieren ta' dimostranti paċifiċi oħra, il-pulizija Russa arrestat lill-President tal-Grupp Ħelsinki ta' Moska, Lyudmila Alexeyeva, li kienet ippremjata bil-Premju Sakharov tal-Parlament ftit ġimgħat biss qabel id-detenzjoni tagħha; jappoġġja t-talba tal-Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem tar-Russja Vladimir Lukin biex titnieda investigazzjoni fl-azzjonijiet ħorox tal-pulizija b'rabta mal-protesti tal-31 ta' Mejju 2010;
147. Huwa mħasseb ħafna dwar in-nuqqas tal-libertà ta' espressjoni fil-Venezwela u Kuba, il-ħakma fuq il-midja tal-aħbarijiet, l-użu ristrett u kontrollat tal-internet u t-tentattivi biex tinħonoq kull oppożizzjoni;
Id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra t-terroriżmu
148. Jikkundanna t-terroriżmu fil-forom kollha tiegħu; ifakkar li t-terroriżmu dinji rriżulta f'eluf ta' mwiet ta' persuni ċivili innoċenti u kisser il-ħajjiet ta' bosta familji; huwa tal-opinjoni li fil-każ ta' attakki terroristiċi huwa imperattiv li l-ewwel jiġu diskussi d-drittijiet tal-vittmi u mhux tal-persuni li wettqu d-delitti; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li t-terroristi jitressqu quddiem il-ġustizzja;
149. Jinnota li l-miżuri għall-ġlieda kontra t-terroriżmu rriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem bażiċi f'numru ta' pajjiżi madwar id-dinja, fil-forma tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza sproporzjonati, detenzjonijiet illegali u l-użu tat-tortura bħala mezz biex tinkiseb informazzjoni minn persuni suspettati li huma terroristi; jesprimi tħassib li ċerti pajjiżi qed jużaw il-ġlieda kontra t-terroriżmu bħala skuża biex jopprimu l-minoranzi etniċi u d-difensuri lokali tad-drittijiet tal-bniedem u jħeġġeġ li l-ġlieda kontra t-terroriżmu ma tintużax bħala argument għal-limitazzjoni jew il-projbizzjoni tal-azzjoni legali u leġittima tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna dawn l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, jenfasizza l-pożizzjoni tal-UE li l-ġlieda kontra t-terroriżmu trid titwettaq b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt u huwa konvint li l-libertajiet ċivili m'għandhomx jiġu kompromessi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;
150. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jużaw l-opportunità ta' djalogi bilaterali politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE biex ifakkru li d-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu rispettati fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li taħt l-ebda ċirkustanza, il-politika kontra t-terroriżmu ma trid tiġi strumentalizzata u użata kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jew l-avversarji politiċi; jistieden b'mod partikolari lir-RGħ/VP biex tiddenunzja pubblikament il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki u l-operazzjonijiet kontra t-terroriżmu;
151. Jistieden biex ikun hemm koordinazzjoni u interazzjoni akbar bejn il-COTER u l-COHOM dwar din il-kwistjoni sabiex jiġu kkundannati każijiet ta' użu abbużiv ta' politika kontra t-terroriżmu kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jibdew b'mod sistematiku l-proċeduri politiċi skont il-linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u biex jadottaw l-istess approċċ f'każijiet ta' tortura u trattament ħażin marbuta mal-ġlieda kontra t-terroriżmu skont il-linji gwida tal-UE dwar it-tortura;
152. Ifakkar fid-deċiżjoni tal-President tal-Istati Uniti Barack Obama li jagħlaq il-kamp ta' detenzjoni tal-Bajja ta' Gwantanamo f'Jannar 2009; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li din id-deċiżjoni għadha ma ġietx implimentata għal kollox; ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri fi Gwantanamo, li tinsisti li kull priġunier jiġi trattat skont il-liġi umanitarja nazzjonali u, jekk mixli, jitressaq quddiem qorti bla dewmien fi proċess ġust u pubbliku; ifakkar fl-Istqarrija Konġunta bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-15 ta' Ġunju 2009 dwar l-Għeluq tal-Faċilità tad-Detenzjoni tal-Bajja ta' Guantanamo u dwar il-Koperazzjoni Futura fil-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, li laqgħet id-determinazzjoni tal-Istati Uniti li telimina l-faċilitajiet ta' detenzjoni sigrieti; jitlob lill-Gvern tal-Istati Uniti li jirrispetta bis-sħiħ l-impenji li ħa; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jaqblu dwar pjan ta' azzjoni koordinat biex jgħinu lill-Istati Uniti jagħlqu l-faċilitajiet ta' detenzjoni ta' Gwantanamo, billi jgħatu stejtus ta' refuġjat lill-ex priġunieri li ma kinux mixlija b'delitti u li ma jistgħux jiġu ripatrijati jew rilokati fl-Istati Uniti; jilqa“ l-impenn kostruttiv ta' numru ta' Stati Membri tal-UE fl-isforzi tagħhom li jgħinu billi jilqgħu ċerti ex-detenuti fi Gwantanamo u billi jfittxu akkomodazzjoni għal xi wħud mill-persuni li kienu nħelsu mill-kamp ta' detenzjoni; ; jinnota madankollu li s'issa dawn l-Istati Membri tal-UE li ġejjin biss - il-Ġermanja, l-Irlanda, is-Slovakkja, id-Danimarka, ir-Renju Unit, Spanja, il-Portugall, Franza, l-Ungerija u l-Italja - qablu li jieħdu l-priġunieri; huwa mħasseb dwar id-detenzjoni kurrenti mingħajr proċess tal-priġunieri mill-Istati Uniti, pereżempju fil-Bażi tal-Ajru ta' Bagram fl-Afganistan;
153. Jinnota t-tlaqqigħ taħt il-Presidenza Franċiża fis-16 ta' Settembru 2008 tas-Samit inawgurali dwar ir-Roma, u t-tieni Samit bħalu li sar taħt il-Presidenza Spanjola fid-9-10 ta' April 2010; jinnota bi tħassib serju t-tkeċċija sfurzata tal-komunitajiet tar-Roma fl-Ewropa u ż-żieda fil-lingwaġġ ksenofobiku u tal-mibegħda fil-konfront tal-minoranzi u komunitajiet migranti; itenni t-talba tal-Parlament Ewropew biex l-Istati Membri jonoraw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom skont il-liġi tal-UE; u fejn l-Istati Membri ma jikkonformawx, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea taġixxi b'mod formali u b'qawwa bi proċeduri ta' ksur tal-liġi;
154. Jinnota li wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona l-proċedura ta' kodeċiżjoni tapplika għal direttivi u forom oħra ta' leġiżlazzjoni rigward il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, waqt li ftehimiet internazzjonali relatati ma' dan is-suġġett irid ikollhom l-approvazzjoni mill-Parlament; jinnota li grazzi għal dawn il-bidliet, il-Parlament se jkun jista“ jagħmel iktar pressjoni biex jinstab bilanċ ġust bejn is-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem; jimpenja ruħu għalhekk li jaġixxi skont il-prerogattivi l-ġodda billi kontinwament jappella għar-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet ċivili u politiċi u d-demokrazija fir-relazzjonijiet kollha tal-UE ma' pajjiżi li mhumiex memberi tal-UE u organizzjonijiet reġjonali;
155. Itenni li kull Stat Membru għandu obbligu pożittiv li jipproteġi vittmi potenzjali li jistgħu jiġu identifikati bħala fir-riskju reali u immedjat ta' atti terroristiċi u jżid li l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jistabilixxu proċeduri biex jevitaw l-attivita terroristika u biex jimminimizzaw l-impatt kollaterali tal-attivitajiet kontra t-terroriżmu;
156. Ifakkar fid-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa f'Marzu 2001 dwar il-vittmi tat-terroriżu: għajnuna ta' emerġenza, għajnuna kontinwa, investigazzjoni u prosekuzzjoni, aċċess effettiv għal-liġi u l-ġustizzja, amministrazzjoni tal-ġustizzja, kumpens, protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja tal-vittmi, ħarsien tad-dinjità u s-sigurtà tal-vittmi, informazzjoni għall-vittmi, u taħriġ speċifiku għal dawk responsabbli mill-għajnuna għall-vittmi;
Djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE
157. Jesprimi d-diżappunt tiegħu għan-nuqqas ta' progress miksub minn numru ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jinnota l-fatt li l-involviment tas-soċjetà ċivili f'dawn id-djalogi u l-konsultazzjonijiet mhux garantit sistematikament u kultant hu suġġett għal restrizzjonijiet imposti mill-partijiet li mhumiex fl-UE; huwa mħasseb li anki meta jitqajmu każijiet, il-gvernijiet mhumiex jimpenjaw ruħhom biex jirrapportaw lill-UE dwar kwistjonijiet individwali u strutturali mqajma fi ħdan il-qafas tad-djalogu;
158. Jitlob għall-parteċipazzjoni reali mill-PE fl-evalwazzjonijiet li qed isiru tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob aċċess sħiħ għad-dokumenti finali u għal sorsi oħra rilevanti; jistenna, bħala riżultat tal-evalwazzjonijiet, l-iżvilupp ta' indikaturi ċari għall-kejl tal-impatt tad-djalogi u s-suġġerimenti definiti espressament, ibbażati fuq approċċ ta' pajjiż pajjiż, rigwrd kif għandhom jittejbu dawn ir-riżultati u jiġu evitati kwalunkwe nuqqasijiet ripetuti tal-konsultazzjonijiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;
159. Jappella lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jassiguraw it-trasparenza u l-koerenza bejniethom f'termini ta' objettivi, valuri u attitudnijiet f'dan il-qasam;
160. Jinnota l-ħtieġa li jiddaħħlu l-konklużjonijiet tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-samits tal-UE mas-sħab tagħha;
161. Huwa tal-fehma li, b'mod ġenerali, id-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu ppjanati u mmexxija b'mod trasparenti u li l-għanijiet stabbiliti minn qabel id-djalogu għandhom ikunu evalwati eżatt wara; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinsistu mal-awtoritajiet tal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE għall-parteċipazzjoni ministerjali kbira fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet;
162. Jistieden lill-pajjiżi li se jissieħbu mal-UE biex itejbu l-livell ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji tagħhom fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;
163. Jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex fil-konsultazzjonijiet u d-djalogi tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE biex jagħtu attenzjoni kbira għas-sitwazzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi u l-ksur frekwenti tad-drittijiet tagħhom;
164. Jilqa“ l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni eqreb bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea rigward id-drittijiet tal-bniedem;
165. Jilqa“ t-twaqqif ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' kull wieħed mill-istati tal-Asja Ċentrali – it-Taġikistan, il-Kazakistan, il-Kirgiżistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan – u t-twettiq tat-tieni djalogu rispettiv sa Novembru tal-2009; jilqa” wkoll l-ewwel seminar tas-soċjetà ċivili UE-Uzbekistan dwar id-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem f'Ottubru 2008; jiddispjaċih li d-djalogi UE-Ċina dwar id-drittijiet tal-bniedem naqsu b'mod konsistenti li jwasslu għal kwalunkwe titjib rigward abbużi speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina; jirrimarka li minkejja li l-awtoritajiet Ċiniżi ħadu xi passi fid-direzzjoni t-tajba (ir-riforma tax-xogħol, ir-reviżjoni ta' sentenzi tal-piena tal-mewt mill-Qorti Suprema tal-Poplu), is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qed tkompli teħżien u qed tkun ikkaratterizzata miż-żieda fil-ferment soċjali u l-issikkar tal-kontroll u r-ripressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-avukati, tal-bloggers, u l-attivisti soċjali, kif ukoll mill-politiki immirati biex jimmarġinalizzaw lit-Tibetani u l-identità kulturali tagħhom; huwa mħasseb bis-sħiħ dwar in-nuqqas ta' progress tad-djalogu Sino-Tibetan; huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li ħżienet għall-minoranza Ujgur fiċ-Ċina, jikkundanna l-oppressjoni li ilha żmien twil tat-Turkestan tal-Lvant u jiddispjaċih li l-awtoritajiet Ċiniżi ma rrispettawx is-salvagwardji tal-libertajiet inklużi dawk tal-espressjoni, tad-dimostrazzjoni, tal-assemblea, tar-reliġjon u tal-persuna mħaddna fil-kostituzzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina; u jikkundanna wkoll il-politiki tat-trasferiment tal-popolazzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li hija intenzjonata li ddgħajjef il-kultura tal-popolazzjoni Ujgur u tfarrak l-unità tagħhom; jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-konsultazzjonijiet UE-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem ma taw l-ebda riżultat sostanzjali; jilqa“ t-tnedija fl-2009 ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Indoneżja, u l-ewwel laqgħat ta' djalogu mal-Ġeorġja u l-Armenja; iqis li filwaqt li tali djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġbdu l-attenzjoni kif mixtieq lejn il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, ma jistgħux jitħallew li jsiru għan fihom infushom u jridu jkunu ffukati biex jiżguraw li tittieħed azzjoni ta' segwitu dwar il-kwistjonijiet li jitqajmu u jiġu diskussi f'dawn id-djalogi; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' riżultati mid-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Indja u jinsab diżappuntat li l-kwistjoni tad-diskriminizzazzjoni abbażi tal-kasti ma ġietx diskussa matul l-aħħar djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem;
166. Jitlob koordinazzjoni sħiħa bejn l-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għal kull djalogu tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE; jirrimarka l-ħtieġa li l-UE tkun kapaċi tittratta l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa l-Unjoni nnifisha jekk trid tidher bħala t-torċa tad-drittijiet tal-bniedem fix-xena dinjija;
167. Jilqa“ l-ewwel djalogu UE-Bjelorussja dwar id-drittijiet tal-bniedem, li sar f'Ġunju 2009, filwaqt li jiddispjaċih li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'dak il-pajjiż tibqa” tal-biża“, bir-restrizzjonijiet kontinwi tal-libertà tal-assoċjazzjoni, tal-assemblea u tal-espressjoni, tar-repressjonijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġurnalisti;
168. Jilqa“ l-isforzi tal-gvern tal-Messiku fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata u l-preżentazzjoni lill-Kungress ta' abbozz ta' liġi bl-għan tar-riforma tal-Kodiċi Militari tal-Ġustizzja; jenfasizza li s-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Messiku għandha titqies bħala opportunità għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;
169. Jinnota li f'April 2009 l-Parlament tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (il-Korea ta' Fuq) irreveda l-kostituzzjoni tal-pajjiż biex tinkludi, fost affarijiet oħra, dispożizzjoni li l-Korea ta' Fuq “tirrispetta u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem”, iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Korea ta' Fuq biex jieħdu passi konkreti u tanġibbli favur it-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u, f'dan ir-rigward, jitlob lill-awtoritajiet biex jippermettu l-ispezzjoni tat-tipi kollha ta' faċilitajiet ta' detenzjoni minn esperti internazzjonali indipendenti u jippermettu lir-Rapporteurs Speċjali tan-NU jżuru l-pajjiż; jenfasizza li mhux biss id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, iżda fuq kollox l-applikazzjoni ta' miżuri konkreti, iridu jitqiesu waqt l-evalwazzjoni tal-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jistieden ukoll lill-awtoritajiet tal-Korea ta' Fuq biex ineħħu r-restrizzjonijiet li ma jippermettux lill-persunal internazzjonali jissorvelja d-distribuzzjoni tal-għajnuna, u biex jiżguraw li l-għajnuna internazzjonali tasal għand dawk fil-bżonn; iħeġġeġ lit-tmexxija tal-Korea ta' Fuq biex timpenja ruħha b'mod kostruttiv fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-UE;
170. Jibqa“ mħasseb li d-djalogu tad-drittijiet tal-bniedem mal-Iran ilu interrott mill-2004 minħabba nuqqas ta' koperazzjoni mill-Iran, u jikkunsidra li wasal iż-żmien għall-komunità internazzjonali biex taġixxi b'appoġġ tas-soċjetà ċivili fl-Iran f'dan l-istadju kruċjali fl-istorja tal-moviment demokratiku tal-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex jerġgħu jibdew dan id-djalogu bil-ħsieb li jappoġġaw il-partijiet interessati kollha tas-soċjetà ċivili li huma impenjati għad-demokrazija, u biex isaħħu - permezz ta' mezzi paċifiċi u mhux vjolenti - proċessi eżistenti li jistgħu jrawmu riformi demokratiċi, istituzzjonali u kostituzzjonali, jiżguraw is-sostenibbiltà ta' dawk ir-riformi u jikkonsolidaw l-involviment tad-difensuri Iranjani kollha tad-drittijiet tal-bniedem u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tfassil tal-politiki, bit-tisħiħ tar-rwol li dawn għandhom fid-diskors politiku ġenerali; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jsaħħu dawk il-proċessi; jinsab imħasseb ferm li fl-2008 u l-2009, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran kompliet sejra għall-agħar u li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni u l-assemblea komplew; f'dan il-kuntest, huwa mħasseb sew mis-soppressjoni tal-ġurnalisti, il-kittieba, l-istudjużi, l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa u tad-drittijiet tal-bniedem; jibqa” mħasseb dwar ir-repressjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi fl-Iran;
171. Jinnota t-tendenza awtoritarja inkwetanti fil-Kambodja, enfasizzata minn impunità li ilha s-snin rigward il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u t-tnaqqis tal-ispazju politiku u l-libertà ta' espressjoni fil-konfront ta' persuni li jappartjenu għall-partiti politiċi tal-oppożizzjoni u attivisti politiċi oħra; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni għall-attivazzjoni mill-ġdid tal-Ftehim ta' Pariġi tal-1991 dwar il-Kambodja;
Drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali
172. Jirrikonoxxi li għandha tingħata l-istess importanza lid-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali li tingħata lid-drittijiet ċivili u politiċi, filwaqt li titqies l-universalità, l-indiviżibilità, l-interdipendenza u l-interkonnessjoni tad-drittijiet kollha tal-bniedem, kif ikkonfermat mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li saret fi Vjenna fl-1993; iħeġġeġ lill-pajjiżi mid-dinja kollha biex jaderixxu għall-Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (OP-ICESCR), li nfetaħ għall-firem fl-24 ta' Settembru 2009;
173. Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem jinkludu,fost oħrajn, id-dritt għall-ikel, l-ilma u s-sanità, l-edukazzjoni, djar adegwati, l-art, xogħol deċenti u sigurtà personali; dawn id-drittijiet għandhom jingħataw bħala aċċess ġust għar-riżorsi naturali fuq bażi ta' sostenibilità, inkluż għall-ġenerazzjonijiet futuri; jirrikonoxxi li huma l-faqar u n-nuqqas ta' governanza tajba l-kaġun tal-parti l-kbira tas-sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' osservanza ta' drittijiet bħal dawn; jitlob lill-UE biex tinvesti aktar sforzi fit-temma tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs), fid-dawl tal-evidenza li d-dinja għadha “l bogħod mill-ilħuq tal-objettivi stabbiliti għall-2015; f'dan il-kuntest, itenni l-importanza li jiġu implimentati l-politiki bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem għat-twettiq tal-MDG's;
174. Jirrikonoxxi l-importanza tas-sistema ta' sorveljanza tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fid-difiża tad-drittijiet fl-oqsma tal-kummerċ u l-impjiegi, tas-sistemi ta' statistika, tal-politiki għall-ħarsien soċjali u l-impjiegi, kif ukoll tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;
175. Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-kumpaniji li jaqgħu taħt il-liġijiet nazzjonali jew Ewropej ma jinjorawx id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tas-saħħa u l-ambjent applikabbli għalihom meta jistabbilixxu ruħhom jew joperaw f'pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, b'mod partikolari f'pajjiżi li qed jiżviluppaw;
176. Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jissodisfaw l-impenji tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tagħhom lejn il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, sabiex jiġġieldu kontra l-kriżi globali ekonomika u finanzjarja u b'dan il-mod inaqqsu l-konsegwenzi negattivi li din il-kriżi kellha fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja; jilqa“ l-Għaxar Sessjoni Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem bit-titolu ”L-Impatt tal-Kriżi Globali Ekonomika u dik Finanzjarja fuq ir-Realizzazzjoni Universali u t-Tgawdija Effettiva tad-Drittijiet tal-Bniedem“, li saret fl-20 ta' Frar 2009; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex iżommu l-koperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem minkejja l-kriżi, u jinsisti li n-nuqqas ta' riżorsi qatt m'għandu jintuża biex jiġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
Il-programmi ta' għajnuna esterna tal-Kummissjoni u l-EIDHR
177. Jilqa“ l-fatt li l-prijoritajiet tal-Parlament ġew meqjusa fid-dokumenti ta' pprogrammar tal-2008 u l-2009 tal-EIDHR;
178. Jappoġġja l-kontribuzzjonijiet tal-EIDHR, prinċipalment permezz ta' proġetti tas-soċjetà ċivili minn organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali tas-soċjetà ċivili (90% tal-kontribuzzjonijiet), u wkoll permezz ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali f'dan il-qasam, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (10% tal-kontribuzzjonijiet);
179. Jinnota li fil-perjodu 2008-2009 r-riżorsi għad-drittijiet umani u d-demokrazija ammontaw għal aktar minn EUR 235 miljun, ammont li ppermetta l-finanzjament ta' 900 proġett f'xi 100 pajjiż, li numru partikolarment għoli ta' proġetti kien iffinanzjat fil-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, filwaqt li l-pajjiżi AKP rċevew l-ogħla ammont globali; jinnota bi tħassib l-iżbilanċ għad-detriment tal-proġetti għall-assistenza tad-demokrazija għajr l-osservazzjoni elettorali; jikkunsidra li l-finanzjament EIDHR għandu jiżdied b'mod sinifikanti, sabiex jinkludi finanzjament xieraq għall-Fond Ewropew għad-Demokrazija, biex jappoġġja l-bini tal-kapaċità għad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tad-demokrazija fl-aktar soċjetajiet li għandhom ħtieġa;
180. Jenfasizza li wieħed mill-aqwa punti tal-EIDHR hu l-fatt li hija ma tiddependix fuq il-kunsens tal-gvern ospitanti u għalhekk hija kapaċi tiffoka fuq kwistjonijiet politiċi sensittivi u approċċi innovattivi u tikkoopera direttament ma' organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili, li jeħtieġu jippreservaw l-indipendenza tagħhom mill-awtoritajiet pubbliċi;
181. Jenfasizza l-importanza li tintuża l-EIDHR bħala reazzjoni għat-theddidiet lid-drittijiet tal-bniedem u bħala mezz biex jiżdied l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-vittmi ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jappoġġa n-netwerk ta' 11-il organizzazzjoni ffinanzjati mill-EIDHR li jiffukaw fuq il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u fuq reazzjonijiet rapidi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi biex jirreaġixxu għall-ħtiġijiet ta' kategoriji differenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jiddefendu d-drittijiet LGBTI u dawk assoċjati mal-investigazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tal-liġi umanitarja;
182. Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm koerenza bejn il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' koperazzjoni tagħha, u l-proġetti u l-programmi li hija tappoġġa, b'mod partikolari f'konnessjoni mal-ipprogrammar bilaterali tagħha ma' pajjiżi li mhumiex membri tal-UE;
183. Huwa konxju tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li għadha inkwetanti fil-kontinent Afrikan u huwa konvint li l-Istati Afrikani ħadu passi sinifikanti lejn il-promozzjoni tal-istat tad-dritt fuq livell tal-kontinent bl-adozzjoni tal-Karta Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Popli (magħrufa wkoll bħala l-Karta ta' Banjul), u konsegwentement qed iqis il-possibilità li jwaqqaf linja baġitarja ad hoc ta'appoġġ għall-ħidma tal-Qorti Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Popli;
184. Jistieden lill-persunal tal-Kummissjoni biex jiltaqa“ regolarment ma' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fi Brussell sabiex irawwem djalogu ma' dawk is-sieħba li fil-fatt jimplimentaw proġetti fil-kamp;
185. Jilqa“ l-firxa tal-fondi għad-drittijiet tal-bniedem permezz ta' programmi ġeografiċi, l-implimentazzjoni tal-politika fil-livell nazzjonali u dak reġjonali li qed tkun appoġġjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (fl-Istati Afrikani, Karibej u Paċifiċi), l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (fl-Amerika Latina, l-Asja u l-Afrika t'Isfel) u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (fir-reġjuni ġirien), kif ukoll permezz ta' strumenti tematiċi bħall-EIDHR, l-IfS, id-DCI u l-ICI Plus;
Għajnuna elettorali u osservazzjoni ta' elezzjonijiet
186. Jinnota b'sodisfazzjon li l-UE qed tuża dejjem aktar l-għajnuna elettorali u l-osservazzjoni ta' elezzjonijiet biex tippromwovi d-demokrazija f'pajjiżi terzi, biex b'hekk ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, u li l-kwalità u l-indipendenza ta' dawn il-missjonijiet huma rikonoxxuti sew;
187. Jistieden lir-RGħ/VP biex timmonitorja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti finali tal-EOMs tal-UE, biex tiżgura l-assistenza tas-segwitu jekk meħtieġ u tirrappurtaw b'mod regolari lill-PE;
188. Itenni l-appelli tiegħu sabiex il-proċess elettorali, inklużi l-istadji ta' qabel u ta' wara l-elezzjoni, ikun inkorporat fil-livelli differenti ta' djalogu politiku mal-pajjiżi li mhumiex membri tal-UE kkonċernati, akkumpanjat minn miżuri speċifiċi fejn ikun xieraq, bl-għan li tkun żgurata l-koerenza tal-politiki tal-UE u jkun affermat mill-ġdid ir-rwol kruċjali tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;
189. Jitlob aktar viġilanza fir-rigward tal-kriterji tal-għażla tal-pajjiżi fejn għandha tingħata l-assistenza elettorali/issir l-osservazzjoni tal-elezzjoni, u għall-konformità mal-metodoloġija u r-regoli stabbiliti fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-indipendenza u l-effettività tal-missjoni;
190. Jilqa“ l-ammont ta' fondi, li kien ta' EUR 50 miljun oħra fil-perjodu ta' 18-il xahar ta' dan ir-rapport;
L-użu mill-azzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem
191. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu użu sħiħ mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament u komunikazzjonijiet oħra, billi jirrispondu b'mod sostantiv għat-tħassib u x-xewqat espressi fihom, b'mod partikolari fir-rigward ta' riżoluzzjonijiet urġenti;
192. Itenni l-ħtieġa li tingħata viżibilità akbar lill-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb mogħti kull sena mill-PE; jiddispjaċih li mhux qed jingħata segwitu xieraq dwar il-benesseri tal-kandidati u r-rebbieħa, u lanqas dwar is-sitwazzjonijiet f'pajjiżhom; jistieden ukoll lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jagħtu viżibilità lil dan il-premju, fost oħrajn billi jinkluduh fir-rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; barra minn hekk jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex iżommu kuntatt mal-kandidati u r-rebbieħa tal-Premju Sakharov biex jiżguraw djalogu kontinwu u monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u biex joffru protezzjoni lil dawk ippersegwitati b'mod qawwi;
193. Ifakkar lid-delegazzjonijiet tal-Parlament sabiex b'mod sistematiku jinkludu dibattiti dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-aġendi tal-laqgħat interparlamentari, sabiex waqt iż-żjarat tagħhom jinkludi proġetti u istituzzjonijiet li qed jippruvaw itejbu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u jiltaqgħu mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jipprovdulhom, fejn ikun xieraq, viżibilità u protezzjoni internazzjonali;
194. Jilqa“ t-twaqqif tan-Netwerk tar-Rebbieħa tal-Premju Sakharov; iħeġġeġ biex jinstabu mingħajr dewmien ir-riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu u biex titħaffef il-komunikazzjoni bejn ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov u l-Parlament billi jingħata status speċjali lir-rebbieħa, li jippermettilhom jidħlu fil-bini tal-Parlament bi proċeduri ta' dħul iffaċilitati;
o o o
195. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-gvernijiet tal-pajjiżi u t-territorji msemmija f'din ir-riżoluzzjoni.
Il-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura; il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet; il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat.
ĠU C 379, 7.12.1998, p. 265; ĠU C 262, 18.9.2001, p. 262; ĠU C 293 E, 28.11.2002, p. 88; ĠU C 271 E, 12.11.2003, p. 576; ĠU C 279 E, 19.11.2009, p. 109; ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 33; ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 86; ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 183; ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 198; ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 60; ĠU C 265 E, 30.9.2010, p. 15; ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 25.
Sa Diċembru 2009, l-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Portugall, is-Slovenja, l-Isvezja u r-Renju Unit kienu rratifikaw kemm il-Konvenzjoni u kemm il-Protokoll Fakultattiv; l-Istati Membri kollha kienu ffirmaw il-Konvenzjoni, iżda 15-il Stat Membru kienu għadhom ma rratifikawhiex (il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja); 19-il Stat Membru wkoll kienu ffirmaw il-Protokoll, iżda 10 kienu għadhom ma rratifikawhx (il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, ir-Rumanija, is-Slovakkja).
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan, partikularment fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta' Lulju 2008 dwar l-istabilizzar tal-Afganistan(1), tal-15 ta' Jannar 2009 dwar il-kontroll baġitarju tal-fondi tal-UE fl-Afganistan(2), u tal-24 ta' April 2009 dwar id-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan(3),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika konġunta bejn l-UE u l-Afganistan iffirmata fis-16 ta' Novembru 2005, li hija bbażata fuq prijoritajiet kondiviżi għall-Afganistan bħalma huma t-twaqqif ta' istituzzjonijiet b'saħħithom u responsabbli, ir-riforma fis-setturi tas-sigurtà u l-ġustizzja, il-ġlieda kontra n-narkotiċi, l-iżvilupp u r-rikostruzzjoni,
– wara li kkunsidra l-Patt dwar l-Afganistan 2006, li stabbilixxa t-tliet oqsma tal-attività tal-Gvern Afgan għall-ħames snin li ġejjin: is-sigurtà; il-governanza, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, kif ukoll impenn għall-eliminazzjoni tal-industrija tan-narkotiċi,
– wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Londra dwar l-Afganistan li saret f'Jannar 2010, fejn il-komunità internazzjonali ġeddet l-impenn tagħha għall-Afganistan, u stabbiliet il-fondazzjonijiet tagħha għall-kunsens internazzjonali dwar strateġija li tinvolvi soluzzjoni “mhux militari” għall-kriżijiet Afgani, kif ukoll stabbiliet li t-trasferiment tar-responsabilitajiet tas-sigurità għall-forzi Afgani jibdew fl-2011 u fil-parti l-kbira jkunu lesti sal-2014,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1890 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li testendi l-awtorizzazzjoni tal-Forza ta' Assistenza għas-Sigurtà Internazzjonali (ISAF) fl-Afganistan skont il-Kapitlu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kif iddefinita fir-Riżoluzzjoni 1386 (2001) u 1510 (2003), għal perjodu ta' 12-il xahar mit-13 t'Ottubru 2009, u li jistieden lill-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti li qed jipparteċipaw fl-ISAF “biex jiħdu l-miżuri kollha meħtieġa ħalli jitwettaq il-mandat tagħha”,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-“Fond Fiduċjarju għall-Paċi u l-Integrazzjoni mill-Ġdid” li ġie propost, li għalih il-parteċipanti tal-Konferenza ta' Londra wiegħdu somma inizjali ta' USD 140 miljun, bil-għan li jintegraw it-Talibani u ribelli oħrajn,
– wara li kkunsidra l-Jirga tal-Paċi Konsultattiva Nazzjonali tal-Afganistan f'Kabul fil-bidu ta' Ġunju 2010, li twaqqfet biex jinstab kunsens nazzjonali dwar il-kwistjoni tar-rikonċiljazzjoni mal-għedewwa,
– wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Kabul tal-20 ta“ Lulju 2010, li evalwat il-progress tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda matul il-Konferenza ta' Londra, u li fetħet l-opportunità għall-Gvern Afgan biex juri t-tmexxija u s-sjieda tal-proċess, bil-kooperazzjoni tal-komunità internazzjonali, fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-forzi Afgani tas-sigurtà u t-titjib tal-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u biex titfassal it-triq ”il quddiem, inkluż fir-rigward tal-ġlieda kontra l-produzzjoni u t-traffikar tad-droga u l-korruzzjoni, u dwar il-paċi u s-sigurtà, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi; wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Kabul li tistabbilixxi t-trasferiment tad-direzzjoni tal-operazzjonijiet militari għall-forzi Afgani fil-provinċji kollha minn issa sa tmiem l-2014,
– wara li kkunsidra d-digriet presidenzjali tas-17 ta' Awwissu 2010, li stabbilixxa erba“ xhur żmien biex kumpaniji privati tas-sigurtà preżenti fl-Afganistan ixolju, b'eċċezzjoni għal impriżi privati tas-sigurtà li jaħdmu fi kwartieri użati minn ambaxxati barranin, negozji u NGOs,
– wara li kkunsidra l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fl-Afganistan f'Awwissu 2009, ir-rapport kritiku finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-UE ppubblikat f'Diċembru 2009, u l-elezzjonijiet parlamentari li saru fit-18 ta' Settembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill, u partikularment il-Konklużjonijiet tal-GAERC tas-27 ta' Ottubru 2009 u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kunsill għat-Tisħiħ tal-Impenn fl-Afganistan u l-Pakistan, u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tat-22 ta' Marzu 2010,
– wara li kkunsidra l-ħatra, mill-1 ta' April 2010, ta' Rappreżentant Speċjali tal-UE/Kap tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Afganistan “b'funzjoni doppja”, u wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Awwissu 2010 li ttawwal il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali Vygaudas Usackas sal-31 ta' Awwissu 2011,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Mejju 2010 li testendi l-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) għal tliet snin, mill-31 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Mejju 2013,
– wara li kkunsidra d-Dokument ta' Strateġija tal-Pajjiż għall-2007-2013 li jistabbilixxi l-impenn tal-Kummissjoni għall-Afganistan sal-2013,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-Rapport 2009 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Uman, li jikklassifika l-Afganistan fil-181 post minn 182 pajjiż,
– wara li kkunsidra l-Evalwazzjoni 2007-2008 tar-Riskju u l-Vulnerabilità Nazzjonali tal-Afganistan stess u l-estimi tiegħu rigward l-ispiża għall-eliminazzjoni tal-faqar fl-Afganistan, billi dawk li qegħdin taħt il-limitu tar-riskju tal-faqar jiġu megħjuna b'tali mod li jilħqu l-livell tal-limitu, se tkun ta' madwar USD 570 miljun,
– wara li kkunsidra r-rapport 2008 mill-Aġenzija li Tikkoordina l-Għajnuna għall-Afganistan (ACBAR), “Tnaqqis fl-Effikaċità tal-Għajnuna fl-Afganistan”, li jisħaq fuq l-ammont kbir ta' għajnuna li jispiċċa bħala profitt tal-kumpaniji għall-kuntratturi (sa 50% għal kull kuntratt), in-nuqqas ta' trasparenza fl-akkwisti u l-proċess ta' sejħiet għall-offerti, u l-ispejjeż kbar tas-salarji u l-benefiċċji tal-espatrijati,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni ta' Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan (UNAMA) dwar il-Protezzjoni taċ-Ċivili fil-Konflitti Armati ta' Awwissu 2010,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-“Peace Divident Trust”, li jiddefendi politika ta' “l-Afganistan l-ewwel”, li tinkoraġġixxi l-akkwist Afgan lokali ta' prodotti u servizzi, u mhux l-importazzjoni tagħhom, bil-għan li l-Afgani jibbenefikaw l-ewwel u qabel kollox,
– wara li kkunsidra l-istrateġija tan-NATO/l-ISAF kontra r-ribelljoni għall-Afganistan u l-implimentazzjoni tagħha taħt il-kmand tal-Ġeneral David Petraeus, u l-istrateġija ta' rieżami mħabbra mill-President Obama għal Diċembru 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Istaff tal-Maġġoranza tal-Kungress tal-Istati Uniti bl-isem “Warlord Inc: Extortion and Corruption Along the US Supply Chain in Afghanistan” (Kumitat għas-Sorveljanza u r-Riforma Governattiva, Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti, Ġunju 2010),
– wara li kkunsidra x-xogħol tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) u, partikularment, ir-rapport tiegħu ta' Ottubru dwar “Id-Dipendenza, il-Kriminalità u r-Ribelljoni – it-theddida tranżnazzjonali tal-oppju Afgan, kif ukoll ir-Rapport Dinji tiegħu dwar id-drogi tal-2010,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarrijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0333/2010),
A. billi l-komunità internazzjonali rriaffermat kemm-il darba l-appoġġ tagħha għar-riżoluzzjonijiet relevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jappoġġaw is-sigurtà, il-prosperità u d-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini Afgani kollha; billi, madankollu, il-komunità internazzjonali rrikonoxxiet impliċitament li d-disa“ snin ta' gwerra u l-involviment internazzjonali ma rnexxilhomx jeliminaw ir-ribeljoni Talibana kif ukoll ma wasslux għall-paċi u għall-istabilità fil-pajjiż; u billi l-politika l-ġdida kontra r-ribelljoni ġiet introdotta mill-2009 u madwar 45 000 suldat intbagħtu bħala rinforzi,
B. billi m'hemm ebda tmiem evidenti previst fl-Afganistan, bil-koalizzjoni tas-setgħat internazzjonali okkupanti li ma tistax tegħleb lit-Talibani u lir-ribelli l-oħra, u moviment ta' ribelli u Talibani li ma jistax jirbaħ kontra dawn il-forzi militari u billi ma jidhirx li dan l-impass se jintemm,
C. billi, fl-2009, il-Ġeneral Stanley McChrystal qal li huwa ma kienx qed jara li kien hemm indikazzjonijiet ta' xi preżenza kbira ta' Al-Qaeda fl-Afganistan, u uffiċjali għoljin Amerikani jikkonfermaw li Al-Qaeda bilkemm tinstab fl-Afganistan,
D. billi l-kondizzjonijiet tas-sigurtà u tal-għajxien iddeterjoraw, flimkien mal-kunsens popolari li l-preżenza tal-koalizzjoni kienet tgawdi f'ċertu stadju, u billi l-koalizzjoni aktar u aktar qiegħda tinħass mill-popolazzjoni bħala setgħa ta' okkupazzjoni; billi hija meħtieġa sħubija ġdida u aktar wiesgħa mal-poplu tal-Afganistan, li tinvolvi gruppi mhux rappreżentati u s-soċjetà ċivili fi sforzi għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni,
E. billi l-UE hija waħda mid-donaturi ewlenin tal-għajnuna għall-iżvilupp u għajnuna umanitarja lill-Afganistan; billi hija sieħba impenjata fl-isforzi ta' rikostruzzjoni u stabilizzazzjoni,
F. billi skont il-Patt dwar l-Afganistan 2006 u matul il-Konferenza ta' Kabul, id-donaturi ftiehmu li jwasslu proporzjon akbar tal-għajnuna tagħhom, sa 50%, permezz tal-baġit ewlieni tal-gvern, direttament jew permezz ta' mekkaniżmi ta' fondi fiduċjarji, meta jkun possibbli, iżda billi 20% biss tal-għajnuna għall-iżvilupp qed tiġi mgħoddija bħalissa mill-baġit tal-gvern,
G. billi n-nuqqas ta' koordinazzjoni meħtieġa qed iddgħajjef l-effikaċja tal-kontribuzzjonijiet tal-għajnuna tal-UE lill-Afganistan,
H. billi bejn l-2002 u l-2009 somma ta' aktar minn USD 40 biljun f'għajnuna internazzjonali ġiet mogħtija lill-Afganistan; billi l-għadd ta' tfal li jmorru l-iskola kiber matul dan il-perjodu iżda billi, skont l-estimi tal-UNICEF, 59% tat-tfal taħt il-ħames snin fl-Afganistan għadhom ma jingħatawx biżżejjed ikel, u ħames miljun tifel u tifla ma jistgħux imorru l-iskola,
I. billi s-sitwazzjoni tan-nisa fil-pajjiż tibqa“ kwistjoni ta' tħassib kbir; billi, skont rapporti tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-rata tal-mewt tal-ommijiet fl-Afganistan hija t-tieni l-ogħla waħda fid-dinja, bi kważi 25 000 mewt fis-sena, u billi 12.6% biss tan-nisa ta' ”l fuq minn 15-il sena kapaċi jaqraw u jiktbu, u 57% tal-bniet jiġu mġiegħla jiżżewġu taħt l-età legali ta' 16-il sena; billi l-vjolenza kontra n-nisa qed tkompli tkun fenomenu mifrux; billi l-Liġi Shia dwar l-Istatus Personali, li hi diskriminatorja, għadha fis-seħħ u, fost punti oħra, tinkrimina n-nisa talli jċaħħdu lil żwieġhom mill-att sesswali u ma tħallix in-nisa jitilqu mid-dar mingħajr il-kunsens ta' żewġhom,
J. billi l-Afganistan jieħu sehem f'diversi konvenzjonijiet internazzjonali biex jipproteġu d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, partikularment il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tal-1979 u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, u billi l-Kostituzzjoni Afgana, b'mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha, tistipula li “ iċ-ċittadini tal-Afganistan, irġiel u nisa, quddiem il-liġi għandhom indaqs drittijiet u dmirijiet”; billi l-Kodiċi tal-Familja Afgana qed issirlu reviżjoni issa sabiex jiġi armonizzat mal-Kostituzzjoni,
K. billi f'Lulju tal-2010 l-Kungress tal-Istati Uniti talab verifika tal-kontijiet dwar il-biljuni ta' dollari ta' ffinanzjar tal-passat għall-Afganistan u vvota biex jaqta“ proviżorjament kważi USD 4 biljun f'għajnuna lill-Gvern tal-Afganistan,
L. billi l-Ministru tal-Finanzi tal-Afganistan Omar Zakhilwal ikkritika, l-ewwel, il-prattiki kuntrattwali tan-NATO/l-ISAF talli l-ekonomija lokali Afgana ma bbenefikatx u, it-tieni, l-interpretazzjoni unilaterali tal-ISAF tar-regoli dwar il-provizjonijiet bla taxxi fil-ftehim bejn l-ISAF u l-Gvern Afgan, u billi l-Ministru ta tort lill-kuntratturi barranin li ħadu l-maġġoranza tal-kuntratti ffinanzjati mill-ISAF li jammontaw għal USD 4 biljun u li ġew irrappurtati li kienu l-ħtija ta' ħruġ kostanti ta' flus mill-pajjiż; billi l-Gvern Afgan qed jitlob li ssir investigazzjoni internazzjonali,
M. billi ma jidhirx li soluzzjoni militari hija possibbli fl-Afganistan, u billi l-Istati Uniti kienet stqarret li se tibda tirtira t-truppi tagħha mill-Afganistan fis-sajf tal-2011, u pajjiżi oħra diġà rtiraw jew qed jagħmlu l-pjanijiet biex jirtiraw, u oħrajn għadhom ma tawx indikazzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw; billi, madankollu, l-irtirar militari irid isir bi proċess gradwali u koordinat fil-qafas ta' proġett politiku li jiggarantixxi tranżizzjoni ta' responsabilità bla ebda diffikultà lill-forzi tas-sigurtà Afgani,
N. billi billi l-Konferenza ta' Kabul stipulat li l-Armata Nazzjonali Afgana għandha tilħaq qawwa ta' 171 600 persunal u dik tal-Pulizija Nazzjonali Afgana ta' 134 000 sa Ottubru 2011, bl-għajnuna finanzjarja u teknika meħtieġa mill-komunità internazzjonali,
O. billi l-għan ewlieni tal-missjoni fl-Afganistan tal-EUPOL huwa li jikkontribwixxi għat-twaqqif ta' sistema tal-pulizija Afgana b'konformità mal-istandards internazzjonali,
P. billi l-Afganistan mhux biss huwa s-sors ewlieni tad-dinja għall-produzzjoni tal-oppju, u l-fornitur ewlieni tas-swieq tal-eroina fl-UE u l-Federazzjoni Russa, iżda wkoll wieħed mill-produtturi ewlenin tal-kannabis, skont rapport reċenti mill-UNODC; billi, madankollu, il-produzzjoni tal-opium fl-Afganistan waqgħet bi 23% fl-aħħar sentejn u b'terz matul l-ogħla produzzjoni tiegħu fl-2007; billi l-UNODC stabbilixxa li hemm korrelazzjoni ċara bejn il-kultivazzjoni tal-oppju u t-territorji fejn hemm ir-ribelljoni fil-kontroll u li f'dawk il-partijiet tal-Afganistan fejn il-Gvern huwa aktar kapaċi jinforza l-liġi, kważi żewġ terzi tal-bdiewa qalu li huma ma jkabbrux oppju għaliex huwa projbit – filwaqt li fix-Xlokk, fejn il-kontroll min-naħa tal-awtorità huwa aktar dgħajjef, ftit anqas minn 40% tal-bdiewa kkwotaw il-projbizzjoni bħala raġuni għalfejn ma jikkultivawx il-peprina,
Q. billi, skont rapport reċenti mill-UNODC, in-numru ta' ċittadini Afgani dipendenti fuq id-droga żdied ħafna f'dawn l-aħħar snin, xejra li se jkollha riperkussjonijiet soċjali kbar għall-futur tal-pajjiż,
R. billi l-UE għandha rwol attiv fl-appoġġ tal-isforzi kontra n-narkotiċi mill-bidu tal-proċess ta' rikostruzzjoni mingħajr ma rnexxielha s'issa twaqqaf effettivament lill-industrija tad-droga milli tinfed l-ekonomija, is-sistema politika, l-istituzzjonijiet statali u s-soċjetà,
S. billi xi eradikazzjoni tal-peprin fl-Afganistan saret permezz tal-użu ta' erbiċida kimika, u billi din il-prattika twassal għal dannu serju għall-persuni u għall-ambjent f'termini ta' kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma; billi, madankollu, issa hemm konsensus dwar il-bżonn biex jikkonċentraw miżuri ripressivi fuq il-kummerċ tad-droga u laboratorji li jipproduċu l-eroina, u mhux fuq il-bdiewa; billi l-isforz ewlieni attwalment huwa ffukat fuq l-għoti ta' għejxien alternattiv lill-bdiewa,
T. billi l-Afganistan għandu riżorsi naturali mill-aqwa, inklużi riżervi minerali rikki, bħall-gass u ż-żejt, li huwa stmat b'valur ta' USD 3 triljun, u billi l-Gvern Afgan qed iserraħ fuq dawn ir-riżorsi biex jixpruna l-iżvilupp ekonomiku wara li jiġu stabbiliti l-paċi u s-sigurtà fil-pajjiż,
Strateġija ġdida tal-UE
1. Huwa konxju dwar is-sett ta' fatturi li jfixklu l-progress fl-Afganistan iżda, minħabba l-limitazzjoni tal-ispazju, għażel li f'dan ir-rapport jiffoka fuq erba“ oqsma ewlenin fejn, huwa jemmen, li żieda fl-isforzi f'dawn l-elementi jistgħu jwasslu għal titjib: għajnuna internazzjonali u koordinazzjoni; l-implikazzjonijiet fil-proċess tal-paċi; l-impatt fuq it-taħriġ tal-pulizija; u l-eliminazzjoni tal-kultivazzjoni tal-oppju permezz ta' żvilupp alternattiv;
2. Jesprimi appoġġ għall-kunċett ġdid ta' strateġija kontra r-ribelljoni, li għandha l-għan li tħares il-popolazzjoni lokali u l-bini mill-ġdid ta' żoni fejn is-sigurtà tagħhom ġiet assigurata, u appoġġ għall-Pjan ta' Azzjoni tal-UE lill-Afganistan u l-Pakistan;
3. Jemmen, għaldaqstant, li l-istrateġija tal-UE għall-Afganistan għandha tkun ibbażata, bħala punt tat-tluq, fuq żewġ premessi: rikonoxximent tad-deterjorazzjoni kontinwa fis-sigurtà u l-indikaturi soċjoekonomiċi fl-Afganistan minkejja kważi għaxar snin ta' involviment u investiment internazzjonali; u l-ħtieġa li tiġi mħeġġa aktar il-bidla profonda fl-attitudnijiet tal-komunità internazzjonali – li ta' spiss fil-passat, u partikularment qabel l-istrateġija kontra r-ribelljoni, iffurmaw il-pjanijiet u d-deċiżjonijiet mingħajr wisq kas għall-involviment Afgan – sabiex il-pjanijiet u d-deċiżjonijiet ġejjiena jsiru b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Afgani; jinnota li l-Konferenzi ta' Londra u ta' Kabul kienu pass importanti f'din id-direzzjoni;
4. Jilqa“ u jappoġġa l-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ottubru 2009, bl-isem ”Insaħħu l-Azzjoni tal-UE fl-Afganistan u fil-Pakistan“, u li tagħti ħjiel ta' approċċ aktar koerenti u koordinat tal-UE lejn ir-reġjun u tenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni reġjonali u ta' aktar ffukkar fuq iċ-ċivili fil-politika għall-Afganistan;
5. Jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni fuq perjodu twil taż-żmien għall-kriżijiet tal-Afganistan għandha tibda mill-interessi taċ-ċittadini Afgani fis-sigurtà interna tagħhom, il-protezzjoni ċivili u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u għandu jinkludi miżuri konkreti għall-eliminazzjoni tal-faqar, għan-nuqqas ta' żvilupp u diskriminazzjoni kontra n-nisa, għal titjib fir-rispett tad-drittijiet umani u l-istat tad-dritt, it-tisħiħ fil-mekkaniżmi tar-rikonċiljazzjoni, l-iżgurar tat-tmiem tal-produzzjoni tal-oppju, l-ingaġġ f'eżerċizzju b'saħħtu fil-kostruzzjoni tal-istat u l-integrazzjoni sħiħa tal-Afganistan fil-komunità internazzjonali, kif ukoll it-tkeċċija ta' Al-Qaeda mill-pajjiż;
6. Jilqa“ l-konkluzjonijiet tal-Konferenza Internazzjonali ta' Kabul dwar l-Afganistan; jenfasizza li jeħtieġ jiġu rispettati l-impenji tal-Gvern Afgan biex itejjeb is-sigurtà, il-governanza u l-opportunità ekonomika għaċ-ċittadini Afgani, kif ukoll l-impenji tal-komunità internazzjonali biex tappoġġa l-proċess ta' tranżizzjoni u l-objettivi komuni;
7. Itenni li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jappoġġaw lill-Afganistan fil-kostruzzjoni mill-ġdid tal-istat tiegħu stess, b'istituzzjonijiet demokratiċi aktar b'saħħithom li jkunu kapaċi jiżguraw is-sovranità nazzjonali, is-sigurtà bbażata fuq armata u pulizija demokratikament responsabbli, l-unità tal-istat, l-integrità territorjali, l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, il-libertà tal-midja, enfasi fuq l-edukazzjoni u s-saħħa, l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-prosperità tal-poplu tal-Afganistan, u r-rispett għat-tradizzjonijiet storiċi, reliġjużi, spiritwali u kulturali u d-drittijiet tal-komunitajiet etniċi u reliġjużi kollha fit-territorju Afgan, filwaqt li jiġi rrikonoxxut il-bżonn ta' tibdil fundamentali fl-attitudni lejn in-nisa; jitlob sabiex jingħata aktar appoġġ għall-proġetti ta' żvilupp tal-awtoritajiet lokali ta' dawk il-provinċji li għandhom evidenza ta' governanza tajba;
8. Jinnota li 80% tal-popolazzjoni tgħix f'żoni rurali filwaqt li l-art li tista“ tinħadem per capita naqset minn 0.55 ettari fl-1980 għall-0.25 ettari fl-2007; jenfasizza l-fatt li l-Afganistan għadu vulnerabbli ħafna għall-kundizzjonijiet ħżiena tal-klima u ż-żieda fil-prezzijiet tal-ikel fis-suq dinji, filwaqt li l-firxa wiesgħa u l-użu indiskriminat tal-mini tal-art huma ta' theddida sinifikanti għas-suċċess tal-iżvilupp rurali; iqis f'dan il-kuntest li huwa ta' importanza primarja li jitkompla kif ukoll jittejjeb l-iffinanzjar immirat lejn l-iżvilupp rurali u l-produzzjoni tal-ikel lokali, biex tinkiseb is-sigurtà tal-ikel;
9. Jinnota l-impenn tal-Gvern Afgan biex jimplimenta matul it-12-il xahar li ġejjin, ftit ftit u b'mod fiskalment sostenibbli, il-Politika ta' Governanza Subnazzjonali, li ssaħħaħ l-awtoritajiet lokali u l-kapaċitajiet istituzzjonali tagħhom, u tiżviluppa oqfsa subnazzjonali regolatorji, finanzjarji u baġitarji;
10. Jinnota li involviment Afgan aktar sostanzjali fil-proċess ta' bini mill-ġdid jista“ jiġi mfixkel minn amministrazzjoni pubblika u kapaċità tas-servizz ċivili dgħajfin; għalhekk hu konvint li jinħtieġ tingħata aktar attenzjoni lil dawn l-oqsma importanti; jilqa” l-idea li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ifasslu programm ta' gwida speċjali fuq perjodu ta' żmien twil biex jindirizza l-kwistjoni tat-tisħiħ tal-amministrazzjoni pubblika billi jiġi żviluppat kurrikulu, li jgħin jibni jew juża bini eżistenti, li jingħaqad man-netwerk tal-istituti tal-amministrazzjoni pubblika tal-UE, kif ukoll jiggwida istituti tas-servizz ċivili f'għadd ta' bliet metropolitani fl-Afganistan bħal Kabul, Herat u Mazar i Sharif;
11. Jinnota li l-isforzi għall-iżvilupp iridu jikkonċentraw fuq it-titjib tal-kapaċità tal-istrutturi governattivi Afgani u li l-Afgani jridu jkunu mdaħħla sew fl-għażla tal-prijoritajiet kif ukoll fil-fażijiet tal-implimentazzjoni sabiex jissaħħu l-proċess tas-sjieda u tar-responsabilità fil-livell nazzjonali u Komunitarju; jiġbed l-attenzjoni, għaldaqstant, għar-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiżguraw li ċ-ċittadini Afgani jkunu involuti fil-proċess tad-demokratizzazzjoni u r-rikostruzzjoni, u li jitħarsu mir-riskju tal-korruzzjoni;
12. Jibqa“ mħasseb ħafna, minkejja xi titjib fil-ħajja tan-nisa mindu ntemmet il-ħakma Talibana fl-2001, dwar is-sitwazzjoni ġenerali rigward id-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan u partikularment dwar id-deterjorament tad-drittijiet fundamentali, politiċi, ċivili u soċjali tan-nisa f'dawn l-aħħar ftit snin, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar żviluppi negattivi bħall-fatt li maġġoranza tal-priġunieri fil-ħabsijiet Afgani huma nisa li ħarbu minn qraba oppressivi, u dwar it-tibdiliet riċenti tal-kodiċi elettorali li jnaqqsu l-kwota ta' siġġijiet parlamentari għan-nisa;
13. Jemmen bis-sħiħ li d-drittijiet tan-nisa huma parti mis-soluzzjoni tas-sigurtà u li huwa impossibbli li tintlaħaq l-istabilità fl-Afganistan mingħajr ma n-nisa jkunu qed igawdu mid-drittijiet sħaħ tagħhom fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika; jistieden għalhekk lill-awtoritajiet Afgani u lir-rappreżentanti tal-komunità internazzjonali biex jinkludu lin-nisa f'kull stadju tat-taħditiet ta' paċi u l-isforzi għar-rikonċiljazzjoni/riintegrazzjoni, skont ir-Riżoluzzjoni 1325 tal-UNSC; jitlob biex tingħata protezzjoni speċjali lin-nisa li huma attivi pubblikament jew politikament u għalhekk jinsabu fil-periklu minħabba l-fundamentalisti; jistqarr li l-progress fit-taħditiet ta' paċi fl-ebda każ ma jista“ jinvolvi telf ta' drittijiet tan-nisa, liema drittijiet inkisbu f'dawn l-aħħar snin; jistieden lill-Gvern Afgan għal iktar protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa billi jemenda l-leġiżlazzjoni fis-seħħ, bħall-kodiċi kriminali, biex jiġu evitati prattiki diskriminatorji;
14. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE biex ikomplu jqajmu l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa u t-tfal, u tad-drittijiet tal-bniedem b'mod ġenerali fir-relazzjonijiet bilaterali mal-Afganistan, skont l-impenn tal-Unjoni fuq perjodu ta' żmien twil biex jgħinu lill-Afganistan fl-isforzi għall-paċi u r-rikostruzzjoni;
15. Jistieden lill-UE u l-komunità internazzjonali biex iżżid il-livell tal-iffinanzjar u l-appoġġ politiku u tekniku għall-politiki biex titjieb is-sitwazzjoni tan-nisa Afgani u għall-organizzazzjonijiet tan-nisa, inklużi dawk li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa;
16. Jinnota li, minkejja żviluppi mill-waqgħa tar-reġim Taliban, is-sitwazzjoni marret għall-agħar f'dawn l-aħħar snin fir-rigward tal-libertà tal-espressjoni u tal-istampa; jinnota l-attakki u t-theddidiet min-naħa ta' gruppi armati u Talibani fil-konfront tal-ġurnalisti biex jevitaw li dawn jirrappurtaw dwar iż-żoni li jinsabu taħt il-kontroll tagħhom; jitlob li jittieħdu miżuri f'dan il-qasam li jippermettu lill-ġurnalisti jeżerċitaw il-professjoni tagħhom b'ċerti garanziji ta' sigurtà;
17. Jinnota bi tħassib li l-elezzjonijiet parlamentari li saru fl-Afganistan fit-18 ta' Settembru 2010, bil-parteċipazzjoni ta' madwar 40% minkejja l-kundizzjonijiet ta' sigurtà fil-pajjiż, kienu għal darb'oħra mċappsa bil-frodi u l-vjolenza, li matulhom, skont in-NATO, tilfu ħajjithom 25 ruħ; jiddispjaċih li ħafna Afgani ma tħallewx jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom biex jivvutaw;
18. Jinnota l-irregolaritajiet fil-proċeduri ġudizzjarji tal-pajjiż, li ma jikkonformawx mal-istandrads internazzjonali tal-ġustizzja; jiddispjaċih għall-eżekuzzjoni, fl-2008, ta' 16-il persuna kkundannati għall-mewt; jistieden lill-UE biex tfittex l-approvazzjoni ta' moratorju dwar il-piena tal-mewt, bi qbil mar-Riżoluzzjoni 62/149 tal-2007 tan-Nazzjonijiet Uniti, bil-għan tal-abolizzjoni sussegwenti tagħha;
L-għajnuna internazzjonali – l-użu u l-abbuż
19. Ifakkar li l-baġit konġunt għall-għajnuna tal-UE (Komunità Ewropea u l-Istati Membri) għall-Afganistan għall-perjodu 2002-2010 kien ta' madwar EUR 8 biljun;
20. Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-libertà tal-midja u s-soċjetà ċivili fl-Afganistan biex tissaħħaħ id-demokratizzazzjoni fil-pajjiż; jirrakkomanda wkoll il-konklużjonijiet tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-UE tal-2009;
21. Jinnota li, minkejja d-dħul enormi ta' għajnuna finanzjarja, is-sitwazzjoni fl-Afganistan tibqa“ tkun ta' qtigħ il-qalb, u tipprevieni l-għajnuna umanitarja u medika milli tasal fl-aktar sezzjonijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni, u jinnota li aktar Afgani qed imutu minħabba l-faqar milli bħala riżultat dirett tal-konflitt bl-armi, u li ż-żieda fil-livell tal-mortalità tat-trabi mill-2002 hija skandaluża, filwaqt li l-għomor tal-ħajja mat-twelid u l-livell tal-ħila fil-qari u l-kitba naqsu sewwa, u li mill-2004 n-numru ta' persuni li jgħixu taħt il-livell tal-faqar żdied b'130%;
22. Jisħaq fuq l-importanza li jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u jisgħobbih dwar il-fatt li, minkejja li sar progress f'xi oqsma, il-klassifika tal-Afganistan fl-Indiċi tal-Iżvilupp Uman tal-UNDP niżlet mill-173 post fl-2003 għall-181 post (minn 182 pajjiż), filwaqt li r-rata tal-mewt fi tfal taħt il-5 snin u r-rata tal-mewt materna jibqgħu fost l-ogħla fid-dinja; iħeġġeġ li objettivi speċifiċi f'dawn l-oqsma, u dwar l-aċċess għas-saħħa u l-edukazzjoni, partikularment għan-nisa, ma għandhomx jiġu traskurati, iżda iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari għal titjib fil-ġenerazzjoni tad-dħul tal-flus u l-kostruzzjoni tas-sistema ġuridika li tiffunzjona;
23. Jenfasizza li l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) jiżvela fl-istudju tiegħu ta' Jannar 2010 li l-korruzzjoni hija l-akbar tħassib tal-popolazzjoni u li d-dħul iġġenerat mit-tixħim jammonta għal kważi kwart (23%) tal-PDG tal-Afganistan;
24. Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura t-trasparenza u l-kontabilità fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja provduta lill-Gvern Afgan, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-NGOs lokali sabiex jiġu assigurati l-koerenza tal-għajnuna u s-suċċess tar-rikostuzzjoni u l-iżvilupp tal-Afganistan;
25. Jitlob tqassim tal-għajnuna umanitarja li jkun ġeografikament iżjed omoġenju, ibbażat fuq analiżi tal-bżonnijiet u li jkun konformi mal-objettiv ta' emerġenza;
26. Jinnota, madankollu, il-progress limitat li sar fl-infrastruttura, it-telekomunikazzjonijiet, u l-edukazzjoni bażika – li normalment jiġu kwotati bħala kisbiet mid-donaturi u l-Gvern Afgan;
27. Jiġbed l-attenzjoni dwar l-ispejjeż kbar tal-gwerra li baqgħet għaddejja fl-Afganistan bejn l-2001 u l-2009, li hija stmata għal aktar minn USD 300 biljun u ekwivalenti għal aktar minn 20 darba l-PGD tal-Afganistan, u li bit-tbassir fiż-żieda ta' militari addizzjonali huma mistennija jiżdiedu b'aktar minn USD 50 biljun fis-sena;
28. Jirrikonoxxi l-firxa ta' perċezzjoni li l-korruzzjoni tal-Gvern Afgan hija responsabbli biss għan-nuqqas ta' dispożizzjoni ta' servizzi essenzjali għaċ-ċittadini tiegħu, iżda jinnota wkoll li l-maġġoranza tar-riżorsi għall-iżvilupp soċjoekonomiku għaddiet mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-banek għall-iżvilupp reġjonali, kuntratturi internazzjonali, konsulenti, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, eċċ., u mhux mill-Gvern ċentrali; iħeġġeġ lill-gvern Afgan u lill-komunità internazzjonali biex jeżerċitaw kontroll akbar sabiex tiġi eliminata l-korruzzjoni u biex jiżgura li l-għajnuna tilħaq l-għan tagħha;
29. Iqis li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tkun fiċ-ċentru tal-proċess lejn il-bini ta' paċi fl-Afganistan, ladarba t-tixħim iwassal għall-allokazzjoni ħażina tar-riżorsi, jikkostitwixxi ostaklu f'termini tal-aċċess għas-servizzi pubbliċi bażiċi, bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni, u jirrappreżenta impediment enormi għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż; jenfasizza bl-istess mod li l-korruzzjoni tnaqqas il-fiduċja fis-settur pubbliku u fil-gvern, u tikkostitwixxi konsegwentement theddida kbira għall-istabilità nazzjonali; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-UE biex meta tagħti għajnuna lill-Afganistan, tagħti attenzjoni speċjali lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni;
30. Jinnota li skont il-Ministru tal-Finanzi Afgan, kif ikkorroborat minn sorsi indipendenti oħra, USD 6 biljun biss (jew 15%) minn total ta' USD 40 biljun ta' għajnuna waslet realment għand il-gvern Afgan bejn l-2002 u l-2009, u li l-bqija tal-USD 34 biljun li għaddew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, mill-banek għall-iżvilupp reġjonali, mill-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi, mill-kuntratturi internazzjonali, eċċ, bejn 70% u 80% qatt ma waslu għand il-benefiċjarji, il-poplu tal-Afganistan; jinnota d-deċiżjoni tal-konferenza ta' Kabul li tipprevedi t-trasferiment ta' 50% tal-għajnuna internazzjonali permezz tal-baġit nazzjonali Afgan minn issa sal-2012, bi qbil mat-talba Afgana;
31. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa vitali li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bejn il-pajjiżi donaturi internazzjonali u li jiġu previsti evalwazzjonijet iddettaljati tal-għajnuna Ewropea u dik internazzjonali għall-ġlieda kontra n-nuqqas ta' trasparenza u l-mekkaniżmi limitati għar-responsabilità tad-donaturi;
32. Jikkundanna l-fatt li proporzjon sinifikanti ta' għajnuna finanzjarja Ewropea u internazzjonali ntilef matul il-katina tad-distribuzzjoni – sitwazzjoni li nkixfet b'mod drastiku fl-iskandlu reċenti li jikkonċerna l-Bank ta' Kabul, u jiġbed l-attenzjoni għall-erba“ raġunijiet li jwasslu għal dan: il-ħela, l-ispejjeż eċċessivi intermedjarji u ta' sigurtà, il-kontijiet għoljin ħafna u l-korruzzjoni;
33. Jinnota, madankollu, li t-telf tal-UE huwa mmitigat minħabba l-fatt li 50% tal-għajnuna tal-Unjoni huwa allokat permezz ta' Fondi Fiduċjarji (meta jitqabbel ma' 10% fil-każ tal-għajnuna Amerikana), li r-rata tal-effiċjenza tagħhom hija għolja ħafna (madwar 80%);
34. Jistieden lill-UE twaqqaf bażi tad-data ċentralizzata u tanalizza l-ispejjeż u l-impatt tal-għajnuna kollha li tasal mill-UE, billi n-nuqqas ta' data komprensiva, aġġornata u trasparenti ddgħajjef l-effiċjenza tal-għajnuna;
35. Jistieden ukoll lill-korpi kollha attivi umanitarji u għall-iżvilupp ewlenin fl-Afganistan inkluża l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Istati Uniti, l-UNAMA, l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi ewlenin u l-Bank Dinji, biex inaqqsu drastikament l-ispejjeż operattivi tagħhom billi jallokaw il-fondi għal proġetti konkreti implimentati fi sħubija vera u bbilanċjata ma' istituzzjonijiet Afgani, u biex jiżguraw li l-għajnuna tilħaq fil-fatt l-għan tagħha; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-istituzzjonijiet Afgani għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu dwar l-użu tal-fondi, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza u r-responsabilità;
36. Jenfasizza l-importanza li l-isforzi tar-rikostruzzjoni u tal-iżvilupp jiġu kkoordinati fil-livell reġjonali sabiex jiġi promoss l-iżvilupp transkonfinali f'reġjun fejn ir-rabtiet etniċi u tribali ta' spiss jisbqu l-fruntieri nazzjonali;
37. Jinnota li żieda fl-involviment tal-gvernijiet lokali u reġjonali Afgani għandha tiġi promossa, u jenfasizza li, f'dan il-livell, il-lealtà, l-istat tad-dritt u d-demokrazija huma importanti ħafna għall-użu xieraq tal-fondi; jinnota li l-allokazzjoni ta' fondi f'livell lokali u reġjonali tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Gvern ċentrali, biex hekk jitjiebu r-rwol u r-responsabilità tiegħu;
38. Jistieden lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u s-Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jwaqqfu tim ta' riċerkaturi bejniethom biex jevalwaw il-miżuri u l-missjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri fl-Afganistan darba fis-sena billi juża indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi speċjalment fejn tidħol l-għajnuna għall-iżvilupp (inklużi s-saħħa pubblika u l-agrikoltura), governanza effettiva (inklużi s-settur tal-ġustizzja u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem), u s-sigurtà (speċjalment it-taħriġ tal-pulizija Afgana); jitlob ukoll, f'dan il-kuntest, li ssir evalwazzjoni tal-impatt relattiv tal-miżuri tal-UE fuq is-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż u tal-livell ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn il-korpi tal-UE u missjonijiet u miżuri internazzjonali oħra, u biex jiġu ppubblikati r-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet ta' tali evalwazzjoni;
39. Jenfasizza li s-sitwazzjoni tas-sigurtà u l-allokazzjoni ġeografika tal-miżuri ta' għajnuna huma interdipendenti, u għaldaqstant jitlob li l-għajnuna għall-Afganistan għandha titwassal b'mod dirett lill-popolazzjoni milquta direttament;
40. Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Afganistan għandha tkun ta' prijorità; jirrikonoxxi li l-eżistenza tal-korruzzjoni lokali iżda jittama li din tiġi miġġielda permezz tat-tisħiħ fil-leġittimità tal-istituzzjonijiet tal-istat Afgan billi jsiru responsabbli għall-approvazzjoni tal-allokazzjoni tal-fondi u jiġu żgurati l-effikaċja tal-għajnuna;
41. Jappoġġa politika ta' żieda fl-akkwist fi ħdan l-Afganistan stess meta jkun possibbli minflok jiġu importati l-prodotti u s-servizzi;
42. Huwa tal-opinjoni li entitajiet umanitarji imparzjali għandhom ikunu responsabbli għat-tqassim tal-għajnuna fil-pajjiż u li persunal militari għandu jkun involut biss f'ċirkostanzi għal kollox eċċezzjonali, b'rikonoxximent għan-natura newtrali, imparzjali u indipendenti tax-xogħol tal-entitajiet umanitarji u b'konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali relevanti, kif kodifikati fil-“Linjigwida dwar l-Użu tal-Assi Militari u tad-Difiża Ċivili f'Emerġenzi Umanitarji” (MCDA) u appoġġati fil-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja;
43. Jinnota li kull attakk ipperċepit fuq il-prinċipju tan-newtralità, tal-imparzjalità u tal-indipendenza minn tali korpi matul il-ħidma tagħhom jagħmluhom aktar vulnerabbli fil-post, b'mod partikulari minħabba li dawn jibqgħu preżenti fil-post għal ħafna żmien wara li t-truppi tan-NATO jkunu rtiraw;
44. Jinnota li, hekk kif ġie rrappurtat ħafna fl-istampa u fir-rapport tal-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti “Warlord, Inc.”, il-militari tal-Istati Uniti fl-Afganistan taw il-maggoranza tal-loġistika tagħhom lill-kuntratturi privati, li min-naħa tagħhom issottokuntrattaw il-protezzjoni tal-konvojs militarji lill-fornituri tas-sigurtà Afgana, b'konsegwenzi diżastrużi;
45. Jinnota li d-deċiżjoni li l-katina ta' provvista militari tal-Istati Uniti tingħata f'idejn privati mingħajr ebda kriterju ta' fiduċja għall-assigurazjoni ta' kontabilità, trasparenza u legalità qed tkompli żżid l-estorsjoni u l-korruzzjoni, hekk kif kmandanti militari, kapijiet tal-mafja lokali u fl-aħħarnett kmandanti Talibani jispiċċaw jieħdu sehem sinifikanti ta' USD 2.2-3 biljun negozju ta' loġistika militari fl-Afganistan;
46. Huwa xxukkjat bil-fatt li l-flus tal-protezzjoni u l-estorsjoni f'kull livell tal-katina tal-provvista militari jikkostitwixxu s-sors l-aktar sinifikanti tal-iffinanzjar għar-ribelljoni, hekk kif irrikonoxxut mis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti Hillary Clinton fid-dikjarazzjoni tagħha quddiem il-Kumitat għar-Relazzjonijiet Barranin tas-Senat 2009;
47. Huwa xxukkjat ukoll bil-fatt li, minħabba li l-loġistika militari tal-Istati Uniti u tan-NATO/ISAF jimxu fuq linji simili, it-traċċabilità kompleta tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE tista“ wkoll ma tkunx garantita għal kollox fil-każi kollha;
48. Jilqa“ kompletament il-linji gwida l-ġodda maħruġa f'Settembru 2010 mill-kmand militari tan-NATO fl-Afganistan dwar il-kuntratti – li bħalissa huma stmati li jiswew madwar USD 14-il biljun fis-sena – bil-għan li titnaqqas il-korruzzjoni u jonqsu l-fondi li b'mod indirett jgħaddu għand ir-ribelli u t-Talibani; jittama li din il-bidla ta' orjentament fil-politika tal-kuntratti tkun implimentata malajr;
49. Jilqa“, f'dan il-kuntest, id-digriet riċenti mill-President Karzai li jagħti erba” xhur żmien lill-kumpaniji privati kollha tas-sigurtà lokali u barranin fl-Afganistan biex jieqfu joperaw;
Il-proċess tal-paċi
50. Jenfasizza li governanza effettiva, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huma l-pedament għal Afganistan stabbli u prosperu; Jenfasizza, għaldaqstant, għalhekk li proċess ta' ġustizzja kredibbli huwa aspett fundamentali tal-proċess għall-paċi u li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-firxa ta' impunità għandhom ikunu aspetti mhux negozjabbli fl-istadji kollha tal-proċess ta' paċi; jistieden f'dal-każ lill-Gvern Afgan biex jimplimenta strateġija ta' riforma ġudizzjali bħala kwistjoni ta' prijorità;
51. Jemmen li ħafna mit-tort tal-imblokk attwali fl-Afganistan lġej minħabba l-kalkoli ħżiena li saru qabel l-istrateġija l-ġdida kontra r-ribelljoni mill-forzi tal-koalizzjoni li pprevedew rebħa militari bil-ħeffa fuq it-Talibani u tranżizzjoni faċli għal pajjiż stabbli mmexxi minn gvern leġittimu b'sostenn b'saħħtu mill-Punent;
52. Jemmen, konsegwentement, li l-preżenza tas-saħħa tat-Talibani ġiet sottovalutata u l-abilità tal-gvern ta' Karzai li jipprovdi governanza ġiet stmata żżejjed, u li, minħabba dan, il-ħidma tal-bini mill-ġdid u l-iżvilupp tal-pajjiż ftit ingħataw attenzjoni;
53. Jibża“ li dawn l-iżbalji saħħu l-qawmien mill-ġdid tat-Talibani f'aktar minn nofs il-pajjiż, filwaqt li aggravaw id-deterjorament fis-sigurtà fil-pajjiż kollu u fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari dawk tan-nisa;
54. Jindika li l-fokus militari tal-passat ma kisibx ir-riżultati mixtieqa, u għalhekk jappoġġa bil-qawwa kollha approċċ aktar ċivili;
55. Jirrikonoxxi li l-unika soluzzjoni possibbli hija waħda politika u li din għandha tinkludi n-negozjati mat-Talibani u mal-bqija tal-atturi politiċi tal-pajjiż – li eventwalment għandhom isiru fil-kuntest ta' waqfien mill-ġlied – huma fil-qalba tas-suċċess ta' dan il-proċess, bil-għan li jiġi ffurmat gvern ta' unità nazzjonali li jġib fit-tmiem il-gwerra ċivili li ilha sejra fil-pajjiż għal kważi tletin sena u billi jiġi żgurat rispett sħiħ għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem; jemmen li, sabiex tinstab soluzzjoni politika, il-politika ġdida kontra r-ribelljoni trid tingħata ż-żmien biex tirnexxi skont l-iskeda mħabbra mill-President Obama;
56. Jemmen bis-sħiħ li t-tliet prerekwiżiti ewlenin tal-UE għal tali proċess ta' paċi u l-involviment ta' gruppi Talibani għandhom ikunu l-impenn min-naħa tal-partijiet kollha involuti fin-negozjati li jkeċċu lill-Al Qaeda mill-pajjiż flimkien mal-promozzjoni tagħha ta' terroriżmu internazzjonali, kif ukoll kwalunkwe grupp terroristiku; sabiex tittieħed azzjoni biex tiġi eliminata l-kultivazzjoni tal-perprin; u sabiex tiġi stabbilita politika ta' promozzjoni u rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u l-Kostituzzjoni Afgana;
57. Jemmen ukoll li l-kwistjonijiet l-oħra kollha għandhom jitħallew għar-rieda u l-kapaċità tal-poplu Afgan innifsu;
58. Jirrikonoxxi li t-Taliban mhuwiex entità uniformi unika u li hemm minn tal-anqas 33 mexxej ewlieni, 820 mexxej ta' livell medju/żagħżugħ, u bejn 25 000 u 36 000 “ġellied” imxerred fost 220 komunità, li wħud minnhom qed jiġġieldu għall-ideoloġija, u oħrajn għal finijiet ta' flus; jemmen għalhekk, li minn issa “l quddiem għandhom jinkoraġġixxu negozjati fuq livell lokali bejn il-gvern lokali elett demokratikament u membri armati tal-oppożizzjoni ”li jikkundannaw il-vjolenza, m'għandhoml-ebda konnessjoni ma' organizzazzjonijiet terroristiċi internazzjonali, jirrispettaw il-Kostituzzjoni u lesti li jingħaqdu fil-bini ta' Afganistan bla ġlied“, skont paragrafi 13 u 14 tal-komunikat ta' Kabul tal-20 ta' Lulju 2010;
59. Jilqa“ l-Programm ta' Paċi u Riintegrazzjoni tal-Gvern Afgan, li hu miftuħ għall-membri Afgani kollha armati tal-oppożizzjoni u l-komunitajiet tagħhom fuq il-bażi tal-paragrafi 13 u 14 tal-communiqué msemmija hawn fuq;
60. Jinnota li kwalunkwe strateġija ta' diżarmament u riintegrazzjoni għandha tqis mill-qrib il-problema tar-ritorn tal-ex-ġellieda u r-refuġjati lejn il-villaġġi ta' oriġini tagħhom;
61. Jenfasizza l-importanza li l-Gvern Afgan u l-amministrazzjoni tiegħu jkabbru l-kredibilità, ir-responsabilità u l-kompetenza tagħhom, sabiex titjieb ir-reputazzjoni tiegħu fost iċ-ċittadini tiegħu stess;
62. Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Pakistan, ladarba m'hemm ebda inċentiv għat-Talibani sabiex jieħdu n-negozjati bis-serjetà sakemm il-konfini Pakistani jibqgħu miftuħa għalihom; jirrakkomanda koordinazzjoni u involviment internazzjonali usa“ fil-proċess, li wkoll jinkludu pajjiżi oħra ġirien u atturi reġjonali prominenti – partikularment l-Iran, it-Turkija, iċ-Ċina, l-Indja, u l-Federazzjoni Russa;
63. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-implikazzjonijiet strateġiċi u politiċi tal-għargħar diżastrużi ta' dan l-aħħar fil-Pakistan għall-Afganistan u r-reġjuni ta' madwar, u biex jittieħed kull pass meħtieġ biex tingħata għajnuna lill-popolazzjoni milquta tal-pajjiż u lir-refuġjati Afgani li nqerdulhom il-kampijiet bl-għargħar;
64. Jenfasizza l-importanza tal-immaniġġjar tal-ilma tajjeb għax-xorb fl-Afganistan u fil-pajjiżi tal-madwar u jiġbed l-attenzjoni għall-benefiċċji tal-kooperazzjoni reġjonali u transkonfinali f'dan il-qasam, inter alia f'termini ta' bini ta' fiduċja fost il-ġirien fil-Lbiċ tal-Asja;
65. Jinnota l-involviment tas-Servizz ta' Intelliġenza Pakistana (ISI), li għandu l-intenzjoni li jiżgura riżultat sodisfaċenti għall-Pakistan ukoll minn kull ftehim ta' paċi;
66. Jenfasizza madankollu li sabiex il-paċi tieħu l-għeruq fl-Afganistan jeħtieġ li jsiru negozjati politiċi bejn qawwiet reġjonali prominenti, inklużi l-Indja, il-Pakistan, l-Iran, l-Istati Ċentrali tal-Asja, ir-Russja, iċ-Ċina, it-Turkija, u pożizzjoni komuni ta' nuqqas ta' interferenza u appoġġ għall-Afganistan indipendenti; Jitlob, ukoll, għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Afganistan u l-Pakistan, jiġifieri permezz ta' ftehim finali dwar il-kwistjoni tal-fruntiera internazzjonali bejn iż-żewġ pajjiżi;
67. Jistieden lill-UE tkompli tappoġġa l-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni fl-Afganistan kif ukoll l-isforzi Afgani biex jintegraw mill-ġdid lil dawk li lesti jikkundannaw il-vjolenza, u jagħtu lill-Gvern Karzai biżżejjed flessibilità fl-għażla tiegħu tal-imsieħba tad-djalogu, iżda jinsisti li l-Kostituzzjoni Afgana u r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiffurmaw il-qafas legali u politiku sħiħ għall-proċess ta' paċi;
68. Jilqa“ l-Programmi ta' Prijorità Nazzjonali, ppreparati mill-Gvern Afgan skont l-istrateġija għall-Iżvilupp Nazzjonali tal-Afganistan u appoġġati mill-Konferenza ta' Kabul, u jitlob l-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom;
69. Ma jistax jisħaq biżżejjed fuq il-ħtieġa ta' rwol aktar attiv tal-UE fir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tal-Afganistan, minħabba li ebda paċi dejjiema fil-pajjiż stess u fir-reġjun kollu mhija possibbli mingħajr tnaqqis sinifikanti fil-faqar u l-iżvilupp sostenibbli; jirrikonoxxi li ma hemmx żvilupp mingħajr sigurtà, bħalma m'hemmx sigurtà mingħajr żvilupp;
70. Iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jaħdmu aktar mal-Istati Uniti biex aktar sforzi ta' għajnuna internazzjonali tgħaddi mill-awtoritajiet domestiċi u l-Gvern tal-Kabul; u biex tiżgura li inġenji tal-arja mingħajr pilota, forzi speċjali u milizzja lokali kontra l-mexxejja tat-Taliban jintużaw skont l-ordnijiet tal-Ġeneral Petraeus għal tolleranza żero għat-telf ta' ħajja ta' persuni ċivili innoċenti;
71. Jagħti ġieħ lin-nies tas-servizz irġiel u nisa tal-Forzi Alleati kollha li tilfu ħajjithom biex jiddefendu l-libertà, u jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tagħhom, kif ukoll lill-familji tal-vittmi innoċenti Afgani kollha;
72. Jinnota li l-preżenza militari ta' xi wħud mill-Istati Membri tal-UE u l-alleati tagħhom fl-Afganistan tagħmel parti mill-operazzjoni tan-NATO/l-ISAF u l-għanijiet tagħha li tiġġieled it-theddida ta' terroriżmu internazzjonali u tindirizza l-kultivazzjoni u t-traffikar tad-droga;
73. Jenfasizza li din il-preżenza tista“ tgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet tas-sigurtà li jkunu jippermettu pjanijiet riċenti tal-Gvern Afgan biex jisfrutta l-potenzjal tal-pajjiż tal-industrija kbira tal-minjieri u l-minerali tiegħu u titpoġġa fil-prattika, b'hekk jipprovdiha bir-riżorsi tagħha stess li huma bżonjużi ħafna għall-baġit nazzjonali;
74. Jenfasizza li r-riżorsi potenzjalment vasti tal-minjieri u r-riżorsi minerali f'territorju Afgan jappartjenu għall-poplu tal-Afganistan, u li l-“protezzjoni” ta' dawn l-assi ma tista“ qatt tiġi użata bħala skuża għall-preżenza permanenti ta' truppi barranin f'art Afgana;
Il-pulizija u l-istat tad-dritt
75. Jinnota li ma jistax ikun hemm stabilità jew paċi fl-Afganistan mingħajr ma' qabel xejn tiġi ggarantita s-sigurtà għaċ-ċittadini tiegħu fir-responsabilità tiegħu stess;
76. Jilqa“ l-għan tal-President Karzai, li sal-aħħar tal-2014, l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani biss għandhom imexxu u jwettqu operazzjonijiet militari fil-provinċji kollha, kif ukoll l-impenn tal-Gvern Afgan għal eżerċizzju f'fażijiet ta' awtorità sħiħa fuq is-sigurtà tiegħu nnifsu;
77. Jenfasizza li l-Afganistan għandu jingħata forza effiċjenti tal-pulizija u armata awtonoma kapaċi jassiguraw sigurtà li tippermetti l-irtirar sussegwenti ta' preżenza militari barranija mill-pajjiż;
78. Ifaħħar l-idea tal-Ġeneral Petraeus li awtoritajiet lokali eletti demokratikament jistgħu jitqabblu ma' ġendarmerija lokali biex tinżamm il-liġi u l-ordni u tkun protetta l-popolazzjoni lokali;
79. Jirrikonoxxi, madankollu, li wieħed ikollu forzi tas-sigurtà li jsostnu lilhom innfushom huwa għan mifrux fuq perjodu twil ta' żmien u għaldaqstant jiġbed attenzjoni partikolari dwar il-ħtieġa għal approċċ aktar koordinat u integrat fit-taħriġ tal-pulizija, kif ukoll, b'mod separat, fit-taħriġ tal-uffiċjali tal-armata, u jiġbed l-attenzjoni rigwrd l-iffinanzjar li qed jiġi investit fit-taħriġ tal-pulizija b'riżultati limitati; jistieden lil dawk kollha involuti fil-koordinazzjoni ta' ħidma mill-qrib biex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn u biex iwettqu kompiti kumplimentari f'livelli strateġiċi u operazzjonali;
80. Jenfasizza l-ħtieġa ta' riforma estensiva tal-Ministeru għall-Intern, li mingħajrha jista“ jkun li jfallu l-isforzi għal riforma u ristrutturazzjoni tal-pulizija, u f'dan il-kuntest jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tas-sorveljanza, tal-appoġġ, tal-konsulenza, u tat-taħriġ fil-livell tal-Ministeru għall-Intern tal-Afganistan kif ukoll f'dak reġjonali u provinċjali, li ġew stabbiliti bħala għan ieħor tal-EUPOL;
81. Jemmen li n-nuqqas ta' ċarezza dwar l-ambitu ta' kompetenza li ma tistax tiġi miċħuda tal-EURPOL u l-inċertezza tal-kisbiet tiegħu sal-lum il-ġurnata jwaqqfuh milli tikseb ir-rwol ewlieni li tant jistħoqqilha; jikkundanna l-fatt li tliet snin wara l-mobilizzazzjoni tal-EUPOL għadu lanqas laħaq 3/4 tas-saħħa awtorizzata tiegħu; u jtenni t-talba tiegħu lill-Kunsill u lill-Istati Membri tal-UE biex jonoraw bis-sħiħ l-impenn tagħhom lejn din il-missjoni;
82. Jilqa“ t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Kontra l-Korruzzjoni mill-EUPOL tal-Afganistan bil-għan li jiġu investigati każijiet kontra uffiċjali pubbliċi ta' profil għoli u uffiċjali oħra suspettati bil-korruzzjoni;
83. Jinsab imħasseb dwar sorsi tal-ISAF, li skonthom 90% minn 94 000 raġel fil-Pulizija Nazzjonali Afgana huma illitterati, 20% jieħdu d-droga, u aktar minn 30% għebu wara sena, mingħajr ma nsemmu madwar 1 000 pulizija maqtula matul is-servizz tagħhom kull sena;
84. Jemmen li l-fatturi ewlenin tal-ineffikaċja globali tat-taħriġ huma l-koordinazzjoni insuffiċjenti tad-diversi aspetti tat-taħriġ tal-pulizija u l-prattika tat-trasferiment tad-doveri lejn kumpaniji privati militari u tas-sigurtà (PMSC);
85. Jinnota li l-impenn tal-UE u l-Istati Membri tagħhom għall-ħolqien ta' forza tal-pulizija professjonali Afgana għandu r-riskju li jkun kompromess bil-prevalenza ta' prattiki bħal approċċ “imħaffef” (kontroll fqir tar-rekluti, sitt ġimgħat ta' taħriġ mingħajr kotba akkademiċi minħabba l-illetteriżmu ta' min qiegħed jitħarreġ, taħriġ minimu fuq il-post, ir-rekluti jingħatawlhom beġġ, uniformi u pistola u jintbagħtu jagħmlu r-ronda) implimentat minn ftit kumpaniji kbar tas-sigurtà tal-Istati Uniti; jenfasizza l-ħtieġa għal taħriġ tal-pulizija aktar koerenti u sostenibbli sabiex forzi differenti tal-pulizija Afgana jkunu kapaċi jaħdmu flimkien; jenfasizza li missjonijiet tat-taħriġ tal-pulizija m'għandhomx jiffokaw biss fuq aspetti tekniċi iżda jridu jiggarantixxu li r-rekluti jkunu jafu jiktbu u jaqraw u jingħatalhom għarfien bażiku tal-liġi nazzjonali u internazzjonali;
86. Huwa mfixkel li jinnota l-kontrolli finanzjarji foqra li qed jiġu applikati fuq dawn il-kumpaniji privati, u jikkwota r-rapport konġunt tal-2006 tad-Difiża tal-Istati Uniti u d-Dipartiment tal-Istat, li s-sejbiet tagħhom għadhom validi sal-lum, li sabu li l-forza tal-pulizija fl-Afganistan ma kinitx kapaċi tagħmel xogħol ta' infurzar tal-liġi fuq bażi regolari u li ebda programm effettiv ta' taħriġ fuq il-post ma kien jeżisti; jirrikonoxxi t-tentattivi mill-kmand ġenerali u skont il-politika ta' kontra r-ribelljoni sabiex jeżerċita ammont ta' kontroll fuq il-milizzji privati barranin li qed joperaw b'impunità fl-Afganistan;
87. Jirrakkomanda li t-taħriġ tal-pulizija mill-aktar fis possibbli m'għandux jibqa“ jsir minn kuntratturi privati;
88. Jitlob għal koperazzjoni u koordinazzjoni internazzjonali mtejbin biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tat-taħriġ tal-pulizija u sabiex titjieb aktar l-effettività ta' programmi ta' taħriiġ; jipproponi li programmi ta' taħriġ fuq skala kbira jitniedu mill-EUPOL u NATO/l-ISAF flimkien billi jinkorporaw l-unitajiet tal-pulizija nazzjonali kif miftiehem mal-Gvern Afgan u b'hekk jiġu eliminati d-duplikazzjonijiet, il-ħela u l-frammentazzjoni;
89. Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà u lill-Istati Membri tal-UE biex jintensifikaw it-taħriġ tal-pulizija fl-Afganistan u biex ikabbru b'mod sinifikanti n-numru ta' dawk li jħarrġu lill-pulizija fil-post sabiex l-għan tal-Konferenza ta' Londra li sal-aħħar tal-2011 in-numru ta' pulizija Afgani mħarrġa jilħaq 134,000 isir sitwazzjoni realistika; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u tas-Sigurtà jemenda l-missjoni EUPOL tal-Afganistan billi jordna wkoll taħriġ għall-persunal ta' grad baxx fil-provinċji kollha, billi jiżdied in-numru ta' ġimgħat iddedikati għat-taħriġ, u billi rondi u attivitajiet oħra tal-pulizija jsiru flimkien fil-post tat-taħriġ; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE mhux biss biex jinkorporaw il-missjoni bilaterali tagħhom ta' taħriġ tal-pulizija mal-EUPOL iżda wkoll biex jieqfu milli jimponu twiddib lill-pulizija nazzjonali mobilizzati fl-EUPOL;
90. Jirrakkomanda li s-salarji għall-pulizija Afgana jiżdiedu u li l-proċess kollu tar-reklutaġġ jiġi rivedut, filwaqt li tingħata preferenza lill-persuni bi standards bażiċi ta' ħila fil-qari u l-kitba, li ma jiħdux droga u li jiġu kwalifikati aħjar fuq bażi psikoloġika u fiżika mill-grupp attwali;
91. Jenfasizza li t-taħriġ tal-pulizija ma jistax ikollu effett jekk il-ġudikatura ma tiffunzjonax tajjeb u għalhekk jistieden lill-komunità internazzjonali biex tipprovdi aktar għajnuna finanzjarja u teknika biex tissaħħaħ is-sistema ġudizzjali, ukoll billi jiżdied is-salarju tal-imħallfin fil-livelli kollha; barra minn hekk jitlob lill-Kunsill iwaqqaf, b'koordinazzjoni man-NU, missjoni speċjalizzata biex tħarreġ l-imħallfin kif ukoll uffiċjali pubbliċi fil-Ministeru tal-Ġustizzja u fis-sistema penali fl-Afganistan;
92. Jilqa“ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Gvern Afgan wiegħed fil-Konferenza ta' Kabul li jtejjeb, bil-għajnuna ta' sħab internazzjonali, l-aċċess għall-ksib tal-ġustizzja fil-pajjiż billi jimplimenta miżuri konkreti matul it-12-il xahar li ġejjin, kif ukoll il-kapaċità ta' istituzzjonijiet ġudizzjali, inkluż permezz ta' tfassil u implimentazzjoni ta' strateġija komprensiva ta' riżorsi umani;
Narkotiċi
93. Jinnota li l-Afganistan huwa s-sors ta' 90% tal-oppju illeċitu, u minkejja dan meta l-forzi ta' koalizzjoni daħlu f'Kabul fl-2001, ma kienx hemm tkabbir ta' peprin fl-Afganistan bis-saħħa tas-suċċess li n-Nazzjonijiet Uniti kellha meta ġiegħlu lit-Talibani jimponu l-projbizzjoni tal-kultivazzjoni tal-peprini;
94. Jemmen li forza militari kbira u li għandha r-riżorsi għandha, sussegwentement, issibha aktar faċli biex issostni din is-sitwazzjoni mingħajr oppju permezz tal-proġetti għall-iżvilupp tal-agrikoltura lokali, protetta mit-truppi tagħha kontra t-Talibani u kmandanti militari lokali;
95. Jinnota, madankollu, li l-produzzjoni tal-oppju għadha kwistjoni soċjali, ekonomika u ta' sigurtà prominenti, u jistieden lill-UE tqis dan bħala prijorità strateġika fil-politiki tagħha rigward l-Afganistan;
96. Ifakkar li l-Afganistan jipproduċi 90% tal-produzzjoni dinjija tal-oppju u li l-ispiża ta' dan għas-saħħa pubblika fil-pajjiżi Ewropej tilħaq il-biljuni ta' dollari; Jenfasizza li l-isfidi li ġġib magħha l-ekonomija tad-drogi fl-Afganistan għandhom jiġu trattati mhux biss fil-livell nazzjonali iżda wkoll internazzjonali billi jiġu indirizzati r-rabtiet kollha tal-katina tad-droga, li teħtieġ b'mod partikulari għajnuna lill-bdiewa biex inaqqsu l-provvista, kif ukoll il-prevenzjoni tad-droga u t-trattament biex titnaqqas id-domanda, u l-infurzar tal-liġi kontra l-intermedjarji; Jissuġġerixxi, partikularment, li jkun hemm investiment kbir fit-twaqqif ta' politika agrikola u rurali globali li tkun tista“ toffri alternattiva kredibbli u fit-tul għall-produtturi tal-oppju; jisħaq ukoll dwar il-bżonn li l-ambjent jiġi integrat fl-istrateġija agrikola u rurali minħaba li d-degradazzjoni tal-ambjent, ikkawżata pereżempju minħabba ġestjoni ħażina tar-riżorsi tal-ilma jew il-qerda tal-foresti naturali, hija waħda mill-ostakli għall-iżvilupp tal-ekonomija agrikola;
97. Jinnota li, b'riżultat tal-impunità mogħtija lil min ikabbar u t-traffikanti, fi żmien sentejn il-kultivazzjoni laħqet il-livell ta' qabel l-2001, b'numru żgħir ta' kmandanti militari b'saħħtithom imexxu konsorzju enormi;
98. Jesprimi tħassib kbir fir-rigward taż-żieda qawwija fin-numri ta' Afgani dipendenti mid-droga, skont ir-rapport riċenti tal-UNODC; jitlob li jittieħdu miżuri mmirati biex jitnaqqas in-numru ta' persuni dipendenti mid-droga u tiġi pprovduta kura medika għal dawn; b'dan f'moħħu, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ffinanzjati programmi biex jitwaqqfu ċentri ta' riabilitazzjoni fil-pajjiż, b'mod partikolari f'dawk iż-żoni li m'għandhomx aċċess għall-kura medika;
99. Jinnota li, minkejja ċaqliq bikri fil-prezzijiet ikkawżat minn produzzjoni eċċessiva, fl-2009 il-kummerċ tan-narkotiċi ammonta għal USD 3.4 biljun u l-valur potenzjali tal-esportazzjoni grossa tal-oppju laħaq 26% tal-PGD tal-Afganistan, b'madwar 3.4 miljun Afgan (12% tal-popolazzjoni) involuti fl-industrija tan-narkotiċi;
100. Jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għas-sejbiet ta' rapport UNODC reċenti, fejn it-Talibani qabdu 4% biss tal-kummerċ annwali tan-narkotiċi, u 21% tal-bdiewa lokali, b'75% jmorru għand l-uffiċjali tal-gvern, il-pulizija, is-sensara lokali u reġjonali u t-traffikanti; Jinnota, fil-qasir, li l-alleati tan-NATO fil-fatt qed jiksbu l-parti l-kbira tal-profitti mill-kummerċ tad-droga;
101. Jinnota li bejn l-2001 u l-2009 l-Istati Uniti u l-komunità internazzjonali nefqu USD 1.61 biljun fuq miżuri kontra n-narkotiċi mingħajr ma kellhom impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni u t-traffikar u jfakkar li Richard Holbrooke, Rappreżentant Speċjali għall-Istati Uniti għall-Afganistan u l-Pakistan, jiddeskrivi l-isforzi tal-Istati Uniti kontra n-narkotiċi sal-lum il-ġurnata bħala “l-aktar programm ta' ħela u bla effett li qatt rajt mill-gvern u ”l barra minnu“;
102. Jindika li, sakemm id-dipendenza tal-ekonomija Afgana tispiċċa darba għal dejjem u jinstab mudell ta' tkabbir ekonomiku alternattiv u vijabbli, mhumiex se jintlaħqu l-għanijiet biex jerġa“ jkun hemm is-sigurtà u l-istabilità fir-reġjun;
103. Jenfasizza l-importanza ta' sforzi biex gradwalment tiġi fi tmiemha l-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan, li s'issa kellhom suċċess żgħir ħafna - u jitlob, f'dan il-kuntest li jinħolqu possibilitajiet ta' ġestjoni tal-art u possibilitajiet oħra ta' għajxien alternattiv vijabbli għal 3.4 miljun Afgan li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-oppju, u sabiex ikun hemm titjib fis-sitwazzjoni tal-kumplament tal-popolazzjoni rurali;
104. Jinnota tentattivi b'suċċess sabiex tiġi fi tmiemha l-kultivazzjoni tal-oppju fil-Pakistan, il-Laos u t-Tajlandja permezz tas-sostituzzjoni tiegħu b'uċuħ tar-raba“ alternattivi; jinnota wkoll id-dehra fl-Afganistan ta' wċuħ tar-raba” ġodda, bħalma huwa ż-żagħfran, li jista“ jrendi dħul ħafna akbar minn dak tal-peprin tal-oppju;
105. Jinnota li proċessi simili tal-eliminazzjoni tal-kultivazzjoni tal-peprin jista“ jiġi previst għall-Afganistan bi spiża ta' EUR 100 miljun fis-sena billi jiġu allokati speċifikament 10% tal-għajnuna annwali tal-UE għall-pajjiż għal perjodu ta' ħames snin;
106. Jinnota li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Ġarr tal-Merkanzija bejn l-Afganistan u l-Pakistan iffirmat dan l-aħħar se jiftaħ triq għall-produtturi tar-rummien, l-aktar prodott legali magħruf fiż-żona, u li kemm-il darba ssemma minn ħaddiema tal-iżvilupp barrani bħala l-muftieħ għall-ħolqien ta' għajxien diċenti alternattiv għal dawk li jkabbru l-peprin fin-naħa t'isfel tal-Afganistan
107. Ifaħħar lill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità (UNODC) biex bix-xogħol attiv tiegħu jgħin lill-Gvern tal-Afganistan fil-ġlieda tiegħu kontra d-drogi illegali, u jappella għat-tisħiħ tal-UNODC u l-programmi tiegħu fl-Afganistan;
108. Jitlob li jsir pjan nazzjonali ta' ħames snin għall-eliminazzjoni ta' wċuħ tar-raba“ illeċiti tal-oppju, b'data ta' skadenza u data ta' referenza speċifika, li għandu jiġi implimentat permezz ta' uffiċċji ddedikati, bil-baġit u l-istaff tagħhom stess;
109. Jenfasizza li dan il-pjan għandu jiġi promoss permezz tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa, din tal-aħħar hija l-vittma ewlenija tal-eroina Afgana u t-tieni l-akbar suq dinji tal-oppju wara l-UE;
110. Jistieden lill-Gvern u l-Parlament Afgan biex jgħaddi leġiżlazzjoni speċifika li għandha l-għan li tipprojbixxi l-prattiki kollha ta' qerda li jistgħu jinvolvu l-użu ta' mezzi mhux manwali u mhux mekkaniċi;
111. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jinkorporaw bis-sħiħ din l-istrateġija proposta fl-istrateġiji eżistenti tagħhom, u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jikkunsidraw bis-sħiħ il-proposta fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali tagħhom stess;
112. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni tikkunsidra bis-sħiħ l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposti li hawn f'dan ir-rapport;
o o o
113. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u l-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.
L-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kriżi permanenti biex jissalvagwardja l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro
231k
67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro
– wara li kkunsidra l-Artikoli 121,122, 126, 136 u 148 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn “il quddiem TFUE),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2010 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Immaniġġjar Transkonfinali tal-Kriżijiet fis-Settur Bankarju(1) (minn hawn “il quddiem ”ir-Rapport Ferreira“),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja u Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri(2),
– wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-24 ta' Ġunju 2010 lill-Kummissjoni dwar il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabilizzazzjoni Finanzjarja u azzjonijiet futuri(3),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 479/2009 dwar il-kwalità tad-dejta tal-istatistika fil-kuntest ta' proċedura ta' żbilanċ eċċessiv(4),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea(5) (minn hawn “il quddiem ”ir-Rapport Garcia-Margallo“),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro(6) (minn hawn “il quddiem ”ir-Rapport Feio“),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (rapport ta' nofs il-perjodu)(7) (minn hawn “il quddiem ”ir-Rapport Berès“),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-Euro tal-25 ta' Marzu 2010,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Straordinarju tad-9 u l-10 ta' Mejju 2010,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja(8),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Mejju 2010 dwar “It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika” (COM(2010)0250),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn “il quddiem il-BĊE) tal-10 ta' Ġunju 2010 dwar it-tisħiħ tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ (COM(2010)0367),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2010/624/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta' Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta' self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja(9),
– wara li kkunsidra r-Rapport tat-Task Force dwar il-Governanza Ekonomika lill-Kunsill Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar it-tisħiħ tal-governanaza ekonomika fl-UE,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta,d-28 u t-29 ta' Ottubru 2010,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-il-Grupp tal-Euro tat-28 ta' Novembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Mistoqsija B7-0199/2010 lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex tiġi protetta l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi hi meħtieġa soluzzjoni komprensiva u integrata għall-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-euro peress li approċċ frammentat s'issa ma ħadimx,
B. billi fl-Ecofin straordinarju tad-9 u l-10 ta' Mejju 2010 l-Kunsill u l-Istati Membri qablu dwar mekkaniżmu temporanju biex jippreservaw l-istabilità finanzjarja b'ammont ta' EUR 750 biljun, inkluż fond ta' stabbilizzazzjoni ta' reazzjoni rapida (il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni finanzjarja (minn hawn “il quddiem ”EFSM“) b'volum totali ta' sa EUR 60 biljun u Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (minn hawn ”il quddiem “EFSF”) b'volum totali sa EUR 440 biljun, li għandha tkun ikkomplementata minn fondi tal-FMI sa EUR 250 biljun,
C. billi l-EFSM huwa bbażat fuq l-Artikolu 122 (2) tat-TFUE u ftehim intergovernattiv bejn l-Istati Membri; billi l-attivazzjoni tiegħu hija suġġetta għal kundizzjonalità b'saħħitha, fil-kuntest ta' appoġġ konġunt FMI/UE, u għal termini u kondizzjonijiet simili għal dawk tal-FMI, aġġustati għall-ispeċifiċitajiet soċjali u ekonomiċi tal-pajjiżi fejn qed ikun implimentat, kif ukoll skont l-aġenda għall-iżvilupp tagħhom,
D. billi l-EFSF hija stabbilita bħala entità ad hoc li hija garantita fuq bażi pro rata mill-Istati Membri parteċipanti b'mod ikkoordinat skont il-kwota li jħallsu għall-kapital tal-BĊE u skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali nazzjonali tagħhom, u li din se tiskadi wara tliet snin,
E. billi l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Mejju 2010, iddikjarat li l-kriżi wriet li qafas b'saħħtu għall-ġestjoni tal-kriżijiet huwa komplement neċessarju għall-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir imsaħħaħ kif ukoll għall-mekkaniżmu l-ġdid ta' sorveljanza makroekonomika maħsub sabiex jevita żviluppi negattivi fil-qagħda baġitarja u l-kompetittività,
F. billi l-BĊE, fid-dokument tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2010, inkluda proposti għal qafas għall-ġestjoni ta' kriżijiet ta' dejn, li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri taż-żona tal-euro li għandhom problemi ta' aċċess għal kreditu privat,
G. billi, fil-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ottubru 2010, il-Kapijiet ta' Stat jew Gvern qablu dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu biex jissalvagwardjaw l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro kollha kemm hi (il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni, (minn hawn “il quddiem ”il-MES“),
H. billi l-MES huwa maħsub biex jikkomplementa l-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika msaħħa, bl-għan ta' sorveljanza u koordinazzjoni ekonomika effettivi u rigorużi, li se jiffokaw fuq il-prevenzjoni u se jnaqqsu sostanzjalment il-probabbiltà li jerġa“ jkollna kriżi fil-futur,
I. billi l-Parlament huwa konvint mill-ħtieġa għal mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet biex jissalvagwardja l-istabilità finanzjarja tal-euro u talab il-ħolqien ta' Fond Monetarju Ewropew (minn hawn “il quddiem l-”EMF“) fir-Rapport Feio,
J. billi l-Parlament identifika wkoll il-ħtieġa għal mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' kriżijiet għas-settur bankarju fir-Rapporti Ferreira u Garcia-Margallo bħala komplement meħtieġ għas-setgħat superviżorji mogħtija lill-awtoritajiet il-ġodda (ASE) sabiex jiżguraw is-superviżjoni tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni,
K. billi fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tas-6 ta' Diċembru 2010, il-President tiegħu ppropona l-ħolqien ta' bonds pan-Ewropej biex jappoġġjaw lill-pajjiżi li jidħlu f'inkwiet finanzjarju iżda din l-idea ma kinitx diskussa, għaliex uħud mill-pajjiżi esprimew oġġezzjonijiet għaliha,
L. billi minn meta l-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi dwar il-governanza ekonomika lill-Parlament u lill-Kunsill fid-29 ta' Settembru 2010 s-swieq sofrew diversi kriżijiet, inter alia l-kriżi tad-dejn Irlandiż, li jridu jitqiesu mill-Parlament u mill-Kunsill,
M. billi huwa essenzjali li jkunu ssimplifikati l-proċessi attwali ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika u jitneħħew il-partijiet li jirkbu fuq xulxin biex ikun żgurat li l-istrateġija tal-UE tkun komprensibbli mill-operaturi tas-swieq u miċ-ċittadini, kif ukoll li nibdew nużaw approċċi iktar integrati u nintroduċu bidla fil-proċess tat-teħid taddeċiżjonijiet,
N. billi l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn “il quddiem il-”BERS“) huwa responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' riskji sistemiċi għall-istabilità finanzjarja fl-UE u b'hekk ikunu evitati perjodi ta' taqlib finanzjarju mifrux u jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u b'hekk jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku,
1. Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex jispeċifika kemm jista“ jkun malajr il-bidliet fit-Trattat meħtieġa sabiex ikun stabbilit MES permanenti;
2. Jenfasizza li, minn perspettiva razzjonali, prattika u demokratika, il-kunsiderazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza ekonomika ma tistax tinfired mid-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Ewropew għall-ħolqien ta' mekkaniżmu permanenti;
3. Jixtieq, bħala koleġiżlatur, jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħoloq mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet li jkun kredibbli, robust, dejjiemi u bbażat fuq ir-realtajiet tekniċi essenzjali, u li għandu jkun adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u ispirat mill-metodu Komunitarju, bil-għan li, fuq in-naħa l-waħda, jissaħħaħ l-involviment tal-Parlament u tittejjeb ir-responsabilità demokratika u fuq in-naħa l-oħra, jintużaw l-għarfien espert, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Kummissjoni; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kunsill Ewropew jipprovdi bażi legali adegwata, fil-qafas ta' reviżjoni tat-TFUE, għal dan il-għan;
4. Jinnota li, fi kwalunkwe każ, il-MES għandu jkun ibbażat fuq is-solidarjetà, soġġett għal regoli ta' kondizzjonalità stretti u ffinanzjat, inter alia, minn għodod ta' finanzjament innovattivi u/jew mill-multi applikati lill-Istati Membri bħala l-eżitu ta' proċeduri ta' defiċit eċċessiv jew ta' miżuri relatati ma' dejn eċċessiv jew żbilanċi eċċessivi jekk ikun hemm dispożizzjoni korrispondenti inkluża fil-pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza ekonomika li qed jiġi nnegozjat bħalissa, u fis-sura meħtieġa skont tali dispożizzjoni;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni li tgħaqqad il-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi (Artikolu 121(2) TFUE) kif ukoll il-linji gwida dwar il-politiki tax-xogħol (Artikolu 148(2) TFUE) għall-kunsiderazzjoni fid-dibattitu dwar is-“Semestru Ewropew” biex jitnaqqsu diskussjonijiet bla sens u bla tmiem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura involviment akbar tal-Parlament Ewropew f'kull stadju ta' dan id-dibattitu biex tissaħħaħ ir-responsabilità demokratika u biex tgħolli l-profil pubbliku tiegħu;
6. Iqis li r-rispons tal-politika għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi indirizzati lill-Istati Membri fil-qafas tas-“Semestru Ewropew” għandhom jitqiesu speċifikament fl-implimentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi dwar il-governanza ekonomika li bħalissa qed jiġu diskussi mill-Parlament u mill-Kunsill;
7. Jinnota li l-BERS għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-Parlament fl-identifikazzjoni tar-riskju sistemiku u fl-iżgurar tal-funzjonament kif suppost tal-MES, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tas-solvenza tal-pajjiż ikkonċernat;
8. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni, wara konsultazzjoni mal-BĊE, li jkun fiha deskrizzjoni komprensiva tal-MES, li tiċċara l-pożizzjoni tal-investituri, ta' dawk li jfaddlu u tal-parteċipanti fis-suq u li tiddikjara b'mod espliċitu li l-MES se jkun totalment konsistenti mal-politika u l-prattiċi tal-FMI rigward l-involviment tas-settur privat sabiex ixejjen it-tħassib tas-suq;
9. Jinnota li l-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet għandu jkun implimentat malajr kemm jista“ jkun sabiex tkun żgurata l-istabilità fis-swieq u biex tiġi msaħħa ċ-ċertezza fir-rigward ta' bonds li nħarġu qabel ma ġie stabbilit il-mekkaniżmu permanenti għall-kriżijiet;
10. Jirrikonoxxi li, filwaqt li huwa fl-interess tal-Istati Membri kollha li jitwaqqaf mekkaniżmu ta' kriżi li jaħdem, mhux l-Istati Membri kollha se jkunu membri jew kandidati taż-żona tal-euro sa meta jitwaqqaf dan il-mekkaniżmu, u jinnota li s-sitwazzjonijiet partikolari tagħhom għandhom jiġu ċċarati, speċjalment fil-każ ta' dawk li mixjin lejn iż-żona tal-euro u li għandhom dejn sovran f'euro; ifakkar li membri li mhumiex fiż-żona tal-ewro jibbenefikaw mill-faċilità tal-bilanċ tal-pagamenti skont l-Artikolu 143 tat-TFUE;
11. Jinnota għalhekk li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro għandhom ikunu involuti fil-ħolqien ta' mekkaniżmu bħal dan u li dawk l-Istati Membri li huma lesti li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għandu jkollhom din il-possibiltà;
12. Jitlob lill-Kunsill Ewropew jipprovdi s-sinjal politiku meħtieġ għal investigazzjoni tal-Kummisssjoni f'sistema futura tal-eurobonds, bi specifikazzjoni ċara tal-kondizzjonijiet li taħthom tali sistema tkun ta' beneficcju għall-Istati Membri parteċipanti kollha u għaż-żona ewro fl-intier tagħha;
13. Jenfasizza li din il-kondizzjonalità stretta u ta' żieda għandha sservi biex terġa“ ġġib it-tkabbir sostenibbli u mhux tintlaħaq a spejjeż tal-aktar vulnerabbli u għalhekk ma għandhiex issarraf fit-tnaqqis tad-dħul minimu u fl-aggravazzjoni tal-faqar u l-inugwaljanzi;
14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef tagħmel proposta leġiżlattiva li tiddefinixxi bażi ta' taxxa konsolidata komuni tal-kumpaniji (BTKKK);
15. Jinsisti li r-regoli għandhom jiġu adattati biex jagħmlu dispożizzjoni għall-parteċipazzjoni fuq bażi ta' kull każ għalih tal-kredituri mis-settur privat, b'koerenza sħiħa mal-politiki tal-FMI;
16. Jenfasizza l-ħtieġa għal grad għoli ta' trasparenza fit-tagħrif dwar il-kontijiet nazzjonali, inkluża l-attività kollha li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ; jinnota li din trid tkun appoġġata minn verifiki esterni, statistika u data affidabbli, u responsabilità; jilqa“ l-poteri mtejba tal-Eurostat u jfakkar li l-Parlament fil-passat talab biex l-Eurostat ikun jista” jagħmel spezzjonijiet għal għarrieda tal-kontijiet ta' Stat Membru bħala miżura għat-titjib tas-sorveljanza fiskali;
17. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta Komunikazzjoni li jkun fiha deskrizzjoni komprensiva ta' klawżoli u kundizzjonijiet mehmuża mal-EFSM, kif ukoll mal-istrumenti l-oħra tal-UE għall-għajnuna finanzjarji u pakketti mogħtija b'reazzjoni għall-kriżi;
18. Jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-effett stmat fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-UE (a) tal-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja u (b) tal-użu tal-linja sħiħa tal-kreditu;
19. Jitlob lill-Kummissjoni biex tqassam skont il-prijorità l-infiq mill-baġit tal-UE f'kull sena tal-eżistenza tal-EFSM bil-għan li tistabbilixxi l-ordni li fih il-baġit ikollu jiġi kkanċellat f'każ li jkun hemm bżonn li jingħata lura ammont sa EUR 60 biljun;
20. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-President tal-Grupp tal-Euro, lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Côte d'Ivoire,
– wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Elettorali tal-Côte d'Ivoire, b'mod partikolari l-Liġi 2001-303 u l-Ordinanza 2008-133, b'mod partikolari l-Artikolu 64 tagħha,
– wara li kkunsidra r-rapport interim tal-missjoni ta'osservazzjoni elettorali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-communiqué tal-President tal-Unjoni Afrikana, l-istqarrija tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, u l-communiqué finali tas-7 ta' Diċembru 2010 tas-Sessjoni Straordinarja tal-Kummissjoni ECOWAS tal-Awtorità tal-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern dwar il-Côte d'Ivoire, li saret f'Abuja, in-Niġerja,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE adottata fit-3 ta' Diċembru 2010 f'Kinxasa,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-RGħ/VP Catherine Ashton dwar il-proċess elettorali u, b'mod partikulari, dawk tat-3 ta' Diċembru 2010 dwar ir-riżultati tal-elezzjoni tal-Côte d'Ivoire, u tal-1 ta' Diċembru 2010 dwar it-tieni rawnd tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d'Ivoire,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-3 ta' Diċembru 2010 tas-Sur Young Jin Choi, Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fil-Côte d'Ivoire dwar iċ-ċertifikazzjoni tar-riżultati tat-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali tat-28 ta' Novembru 2010,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-8 ta' Diċembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet dwar il-Côte d'Ivoire adottati mill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-UE fit-3085 laqgħa tiegħu fit-13 ta' Diċembru 2010,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. wara li kkunsidra ż-żamma tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d'Ivoire u l-kriżi politika u istituzzjonali serja li ħakmet il-pajjiż fil-perjodu ta' wara t-tieni rawnd tal-votazzjoni fit-28 ta' Novembru 2010; billi l-kampanja elettorali għat-tieni rawnd tal-elezzjonijiet kienet ikkaraterizzata minn klima ta' tensjoni u atti vjolenti li korrew persuni u kkawżaw bosta mwiet,
B. billi skont rapporti ta' osservazzjoni indipendenti, b'mod partikolari min-NU u mill-Unjoni Ewropea, l-elezzjonijiet – li l-organizzazzjoni tagħhom swiet USD 400 miljun – b'mod ġenerali seħħew b'mod sodisfaċenti,
C. billi l-Kummissjoni Elettorali Indipendenti tal-Côte d'Ivoire ħabbret li Ouattara kien rebaħ l-elezzjonijiet, iżda l-Kunsill Kostituzzjonali tal-pajjiż dawwar ir-riżultat, filwaqt li qal li kien hemm frodi f'xi nħawi, u ddikjara li Gbagbo kien rebaħ,
D. billi l-Kunsill Kostituzzjonali għandu dmir fil-konfront tal-poplu tal-Côte d'Ivoire li japplika l-liġi b'mod imparzjali, u billi l-Kostituzzjoni, il-Liġi 2001-303 u l-Artikolu 64 tal-Ordinanza tal-2008 ituh biss is-setgħa li jannulla l-elezzjonijiet presidenzjali iżda mhux li jipproklama riżultati li jkunu differenti minn dawk tal-Kummissjoni Elettorali Indipendenti,
E. billi żewġ riżoluzzjonijiet tan-NU adottati wara l-ftehim ta' paċi tal-2005 jagħtu lin-Nazzjonijiet Uniti r-responsabilità li tiċċertifika r-riżultati, l-ewwel darba li dan seħħ fl-Afrika,
F. billi r-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ċċertifika l-kwalità tal-proċess elettorali tal-Côte d'Ivoire u li r-riżultati ppublikati mill-Kummissjoni Elettorali Indipendenti jirrappreżentaw ir-rieda taċ-ċittadini tal-Côte d'Ivoire, u ddikjara lis-Sur Ouattara rebbieħ tal-elezzjonijiet,
G. billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU laqa“ t-tħabbira tar-riżultati proviżorji tal-Kummissjoni Elettorali Indipendenti tal-Côte d'Ivoire (CEI) u tenna li kien lest jieħu l-miżuri adegwati kontra dawk li jostakolaw il-proċess ta' paċi, u b'mod partikulari l-ħidma tas-CEI, kif stipulat fil-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 1946(2010),
H. billi l-uniku sors ta' leġittimità demokratika huwa l-vot universali, li r-riżultati tiegħu ġew iċċertifikati min-NU,
I. billi fil-laqgħa straordinarja tagħha tas-7 ta' Diċembru 2010, il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) stiednu lis-Sur Ggagbo “iċedi l-poter mingħajr dewmien” u ssospendew lill-Côte d'Ivoire “mill-attivitajiet kollha tagħha sakemm jingħata avviż ieħor”,
J. billi l-President tal-Unjoni Afrikana (UA), is-Sur Binga Wa Mutharika, huwa tal-fehma, kif espress fid-dikjarazzjoni uffiċjali tiegħu tat-8 ta' Diċembru 2010, li “is-Sur Ggagbo għandu jirrispetta r-rieda tal-poplu kif espressa fil-kaxxi tal-voti u jċedi l-poter b'mod paċifiku biex jiġi evitat tixrid ieħor ta' demm fl-Afrika” u li l-UA “tappoġġa lill-ECOWAS u lill-osservaturi internazzjonali li ċċertifikaw li s-Sur Ouattara kien rebaħ l-elezzjonijiet”,
K. wara li kkunsidra t-tħassib tal-partijiet interessati ekonomiċi, peress li s-sitwazzjoni preżenti tista“ tfaqqar lill-pajjiż u għalhekk lill-popolazzjoni tiegħu, u lill-Afrika tal-Punent kollha kemm hi, peress li l-Côte d'Ivoire hija responsabbli għal 40% mill-PGD tal-WAEMU,
L. billi l-President li qed itemm il-kariga tiegħu għandu responsabilità li jippermetti tranżizzjoni paċifika li żżomm il-paċi ċivili, xi ħaġa li hija indispensabbli għall-futur tal-Côte d'Ivoire, billi jirtira, biex b'hekk jevita li jikkawża tbatija ġdida lill-poplu tiegħu stess u lir-reġjun,
1. Iqis li l-uniku sors ta' leġittimità demokratika huwa l-vot universali, li r-riżultati tiegħu ġew iċċertifikati min-NU, u jistieden għalhekk lis-Sur Ggagbo biex jirriżenja u jgħaddi l-poter lis-Sur Ouattara;
2. Iħeġġeġ lill-forzi politiċi u armati kollha fil-Côte d'Ivoire biex jirrispettaw ir-rieda tal-poplu li kienet riflessa fir-riżultati tal-elezzjoni tat-28 ta' Novembru 2010, kif imħabbra mis-CEI u ċċertifikati mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU;
3. Jiddeplora l-ġlied vjolenti li seħħ qabel il-proklamazzjoni tar-riżultati tat-tieni rawnd tal-elezzjonijiet presidenzjali fil-Côte d'Ivoire u jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-vittmi u mal-familji tagħhom; jiddispjaċih ukoll dwar ix-xkiel politiku u t-tentattivi li jiġu intimidati l-membri tas-CEI, li finalment dewmu t-tħabbir tar-riżultati proviżorji, biex b'hekk fixklu l-iżvolġiment xieraq tal-proċess elettorali demokratiku;
4. Jiddispjaċih ħafna dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill Kostituzzjonali tal-Côte d'Ivoire, li l-membri kollha tiegħu nħatru mill-President li qed jispiċċa mill-kariga, li jimmodifika r-riżultati mħabbra mill-Kummissjoni Elettorali, bi ksur tal-liġi li kien il-kompitu tiegħu li jinforza, u jqis din id-deċiżjoni bħala li tmur kontra x-xewqa espressa mill-poplu tal-Côte d'Ivoire permezz tal-kaxxi tal-voti;
5. Jenfasizza l-importanza tad-deċiżjoni tal-UA li tissospendi lill-Côte d'Ivoire “mill-parteċipazzjoni kollha fl-attivitajiet tal-organizzazzjoni sakemm il-President elett demokratikament, Alassane Ouattara, effettivament jeżerċita l-poter”;
6. Jilqa“ d-dikjarazzjonijiet ta' diversi parteċipanti tal-komunità internazzjonali li jesprimu appoġġ għall-proċess elettorali fil-Côte d'Ivoire u jirrikonoxxu lis-Sur Ouattara bħala r-rebbieħ leġittimu tal-elezzjoni;
7. Jappoġġja bil-qawwa l-isforzi tal-UA u tal-ECOWAS biex jipprevjenu l-vjolenza u jiżguraw ir-rikonoxximent tal-gvern leġittimu;
8. Jagħti l-fiduċja kollha tiegħu lir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU responsabbli biex jiċċertifika r-riżultati;
9. Huwa mħasseb serjament bl-imblokk politiku attwali ta' wara l-elezzjoni li qed jaħkem il-pajjiż, kif ukoll bl-atti rrapurtati ta' vjolenza li jinvolvu, f'xi każijiet, il-forzi tas-sigurtà Ivorjani; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssorveljati mill-qrib is-sitwazzjoni fil-pajjiż u l-atti rrappurtati ta' vjolenza;
10. Jiddeplora l-vjolenza li seħħet u jqis li hija prijorità li tiġi protetta l-popolazzjoni ċivili; jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati fil-Côte d'Ivoire biex jevitaw kwalunwe riskju ta' żieda fit-tensjoni u biex jipprevjenu kwalunkwe konfrontazzjoni; jitlob għalhekk li tittieħed azzjoni biex il-funzjonament demokratiku tal-istituzzjonijiet jerġa“ lura għall-istat li kien fih fl-interess uniku tal-poplu tal-Côte d'Ivoire u l-preservazzjoni tal-paċi;
11. Jilqa“ l-isforzi kollha ta' medjazzjoni u jistieden lill-forzi politiċi kollha fil-Côte d'Ivoire biex jappoġġaw b'mod attiv tranżizzjoni paċifika u b'hekk jevitaw qasma fil-pajjiż;
12. Jikkundanna b'mod qawwi l-atti ta' intimidazzjoni kontra l-osservaturi tal-Unjoni Ewropea fil-Côte d'Ivoire li ġiegħlu l-missjoni tirtira għal raġunijiet ta' sigurtà;
13. Jiddeplora s-sospensjoni tal-midja mhux governattiva fil-Côte d'Ivoire; ifakkar li huwa essenzjali li l-persuni kollha tal-Côte d'Ivoire igawdu minn aċċess sħiħ għal informazzjoni pluralistika u diversifikata fil-midja, u jistieden lill-awtoritajiet Ivorjani biex immedjatament jerġgħu jistabbilixxu aċċess ekwitabbli għall-midja tal-Istat;
14. Jappoġġa d-deċiżjoni tal-UE li timponi sanzjonijiet kontra Laurent Ggagbo u jilqa“ d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-UE li jadotta miżuri mmirati kontra dawk li qed ifixklu l-proċess ta' paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali, u b'mod partikolari dawk li qed jipperikolaw l-eżitu tal-proċess elettorali; jistieden lir-RGħ/VP Catherine Ashton biex tippreżenta malajr kemm jista” jkun inizjattivi ġodda biex tappoġġa l-awtoritajiet eletti demokratikament fil-Côte d'Ivoire;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-RGħ/VP Catherine Ashton, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-ONUCI, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECOWAS, lill-Assemblea Parlamentari AKP-UE u lill-Istati Membri tal-UE.
Il-benessri tat-tiġieġ tal-bajd
219k
53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-industrija tat-tiġieġ tal-bajd tal-UE: il-projbizzjoni fuq l-użu ta' batteriji ta' gaġeġ mill-2012
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ tal-bajd(1), li daħlet fis-seħħ fit-3 ta' Awwissu 1999 u daħħlet il-projbizzjoni tal-użu ta' gaġeġ għat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd, filwaqt li tat perjodu tranżitorju ta' aktar minn 12-il sena lill-produtturi biex jibdlu s-sistemi tagħhom ta' trobbija,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fis-suq applikabbli għall-bajd(2),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Waħdanija)(3),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2007)0865 tat-8 ta' Jannar 2008 dwar is-sistemi diversi tat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd, b'mod partikolari dawk koperti mid-Direttiva 1999/74/KE (SEC(2007)1750),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2008, (KE) Nru 411/2009, (UE) Nru 215/2010, (UE) Nru 241/2010, (UE) Nru 254/2010, (UE) Nru 332/2010, (UE) Nru 925/2010 u (UE) Nru 955/2010, li jistabbilixxu lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (u li mill-1 ta' Jannar 2009 ħa post id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE)(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonui tiegħu tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-kriżi fis-settur tal-bhejjem fl-UE(5),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billli, fil-laqgħat tal-Kumitat Parlamentari għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tat-30 ta' Awwissu u tad-29 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar din il-kwistjoni, iżda ma kinitx kapaċi tagħti risposti sodisfaċenti lill-membri tal-Kumitat, pereżempju għall-fatt li ma tfassal l-ebda pjan ta' azzjoni,
B. billi d-Direttiva dwar il-Ħarsien tat-Tiġieġ li Jbid (1999/74/KE) tipprojbixxi, mill-1 ta' Jannar 2012, it-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd f'sistemi ta' gaġeġ mhux arrikkiti u billi l-Istati Membri u l-produtturi fl-UE-15 sa dak iż-żmien se jkollhom iktar minn 12-il sena biex jiżguraw li jikkonformaw mat-termini tal-leġiżlazzjoni u billi l-produtturi fl-UE-10 u l-UE-2 se jkun kellhom, rispettivament, 8 snin u 5 snin sa mit-tkabbir biex jikkonformaw,
C. billi fis-snin riċenti s-settur iffaċċja mard maġġuri ta' epizoozie, kif ukoll kriżi severa tas-suq dovuta sa ċertu punt għal spejjeż kbar ħafna ta' produzzjoni kkawżati mill-għoli tal-prezz tal-ġwież - li jammonta għal madwar 50% tal-ispejjeż totali tal-produtturi - b'riżultat tal-ispekulazzjoni fis-suq taċ-ċereali,
D. billi bosta produtturi fl-Unjoni bdew ibiddlu s-sistemi ta' produzzjoni tagħhom biex ikunu konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, iżda mhux se jkunu temmew il-proċess sal-iskadenza tal-1 ta' Jannar 2012,
E. billi l-Kummissjoni adottat, fl-2002, komunikazzjoni dwar is-sistemi diversi tat-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd, b'mod partikolari dawk koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, li kkonfermat li d-deċiżjoni dwar it-tneħħija gradwali tal-gaġeġ tat-tiġieġ fl-1 ta' Jannar 2012 hija ġustifikata u li ma hemm bżonn tal-ebda emenda għad-direttiva; billi l-Kummissjoni tenniet din il-pożizzjoni fil-Kunsill tal-Agrikoltura tat-22 ta' Frar 2010,
F. billi l-bajd li ma jiġix prodott b'konformità mad-Direttiva 1999/74/KE ma jistax jitqiegħed fis-suq legalment fl-UE,
G. billi l-Istati Membri huma responsabbli sabiex jimplimentaw sistemi ta' sanzjonijiet proporzjonati, effettivi u dissważivi sabiex jiżguraw li d-direttiva tiġi implimentata, filwaqt li l-Kummissjoni - bħala għassies tat-Trattat - għandha d-dover li timmonterja l-progress li jsir fl-implimentazzjoni tagħha mal-UE kollha u sabiex jittieħdu l-miżuri neċessarji,
H. billi r-rapporti tad-DĠ AGRI dwar is-sitwazzjoni attwali u l-estimi tal-istess settur għas-snin li ġejjin juru li għadd sostanzjali ta' Stati Membri u 30% tal-produzzjoni tal-bajd mhux mistennija jikkonformaw mal-projbizzjoni dwar il-gaġeġ tal-bajd sal-1 ta' Jannar 2012,
I. billi d-Direttiva 1999/74/KE ma tipprevedix mekkaniżmu speċifiku li jippermetti li l-Istati Membri ma jħallux il-kummerċjalizzazzjoni fuq it-territorju tagħhom ta' bajd jew prodotti ta' bajd minn Stat Membru ieħor li ma jieħux il-miżuri neċessarji sabiex ma' jħallix jitqiegħed fis-suq il-bajd minn stabbilimenti li ma jkunux konformi mad-Direttiva 1999/74/KE,
J. billi s-settur tal-produzzjoni tat-tajr u tal-bajd ma jirċivix sussidji tal-UE taħt l-ewwel pilastru tal-PAK u kien qed jiffaċċja kriżi kbira tas-suq f'dawn l-aħħar snin, inklużi l-prezzijiet għoljin reċenti tal-għalf, filwaqt li kellhom jikkonformaw mal-istandards tal-UE għall-benesseri u s-saħħa tal-annimali, li huma fost l-ogħla fid-dinja,
K. billi l-ispejjeż tal-produzzjoni li qed iġarrbu l-produtturi tal-bajd li jużaw il-gaġeġ arrikkiti huma minn 8 sa 13% ogħla meta mqabbla ma' dawk ta' produtturi li jużaw gaġeġ konvenzjonali u d-differenza fid-dħul hija stmata li hi minn 3 sa 4%,
1. Jistieden lill-Kummissjoni żżomm ir-rekwiżit għal projbizzjoni fuq il-gaġeġ tat-tiġieġ sal-1 ta' Jannar 2012 kif stipulat bid-Direttiva dwar il-Benessri tat-Tiġieġ li Jbid (1999/74/KE) u biex topponi bil-qawwa kwalunkwe tentattiv min-naħa tal-Istati Membri biex jiksbu posponiment ta' din l-iskadenza;
2. Jenfasizza l-fatt li bħala prinċipju l-poponiment tal-projbizzjoni jew derogi għaliha jkunu ta' ħsara għall-benessri tat-tiġieġ tal-bajd, jgħawwġu s-suq u jippenalizzaw lil dawk il-produtturi li diġà investew f'sistemi mingħajr ġaġeġ jew ġaġeġ arrikkiti; jemmen, madankollu, li għandha tinstab soluzzjoni, soġġett għal kundizzjonijiet definiti b'mod ċar, għal dawk il-produtturi li bdew ibiddlu is-sistemi ta' trobbija tagħhom, billi jdaħħlu gaġeġ ġodda jew sistemi ta' trobbija alternattivi, iżda li ma jkunux lestew dan il-proċess għalkollox sal-1 ta' Jannar 2012;
3. Jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar in-numru sostanzjali ta' Stati Membri u produtturi tal-bajd li jinsabu lura milli jilħqu l-iskadenza tal-2012;
4. Jilqa“ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiltaqa” mal-partijiet interessati ewlenin u l-awtoritajiet kompetenti f'Jannar 2011 sabiex tivvaluta l-qagħda tal-implimentazzjoni tad-direttiva, iżda jenfasizza li dawn l-isforzi messhom ilhom li saru;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex b'urġenza tipprovdi ċarezza rigward l-istat attwali fl-Istati Membri u tiżvela sa mhux iktar tard mill-1 ta' Marzu 2011 il-miżuri li bi ħsiebha tieħu sabiex tiżgura konformità mad-direttiva;
6. Jenfasizza li miżuri bħal dawn l-ewwel u qabel kollox għandhom iżommu kundizzjonijiet ugwali u jipproteġu l-produtturi li jkunu konformi sal-1 ta' Jannar 2012 minn kompetizzjoni inġusta min-naħa ta' produtturi fl-UE u lil hinn minnha li jkomplu jużaw b'mod illegali l-gaġeġ tat-tiġieġ wara dik id-data;
7. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timmoniterja l-progress f'intervalli frekwenti u biex tieħu azzjoni urġenti fir-rigward tal-Istati Membri sabiex tiżgura li l-produtturi tal-bajd tagħhom jikkonformaw mal-projbizzjoni tal-1 ta' Jannar 2012 u tħeġġiġhom jiżviluppaw pjan ta' azzjoni nazzjonali, inklużi sanzjonijiet dissważivi, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-użu tal-gaġeġ tat-tiġieġ jintemm fit-territorju tagħhom sal-1 ta' Jannar 2012;
8. Hu tal-fehma li l-produtturi tal-bajd u l-Istati Membri li għamlu sforz biex jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE m'għandhomx ibatu minħabba kompetizzjoni inġusta u illegali, b'mod speċjali rigward bajd u prodotti tal-bajd impurtati minn pajjiżi terzi; jenfasizza li l-bajd li ma jiġix prodott f'konformità mad-Direttiva 1999/74/KE ma jistax jiġi kkumerċjalizzat legalment jew ikun parti minn kummerċ intern fl-UE.; għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tevita tgħawwiġ tas-suq u ma tħallix li l-produtturi li ma jkunux konformi jesportaw barra mit-territorju nazzjonali tagħhom;
9. Jinsisti li l-Kummissjoni m'għandha tieħu l-ebda azzjoni kontra Stat Membru li ma jħallix il-kummerċjalizzazzjoni u l-importazzjoni ta' bajd li ma jkunx prodott b'konformità mal-liġi tal-UE;
10. Jinnota li xi Stati Membri, imma mhux kollha, għamlu użu mill-possibilità li jipprovdu finanzjament għall-produtturi sabiex jappoġġjaw il-konverżjoni għal ġaġeġ arrikkiti; jenfasizza, madankollu, li l-limitazzjonijiet attwali fuq il-finanzi ta' xi Stati membri u d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw il-bdiewa tal-UE biex jiksbu self mill-banek sabiex jiffinanzjaw investiment fl-irżieżet jistgħu jagħmlu l-process ta' konverżjoni għal ġaġeġ arrikkiti qabel l-1 ta' Jannar 2012 aktar diffiċli;
11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jinkludu fil-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom miżuri sabiex jgħinu lis-settur tat-tjur jikkonforma mad-direttiva;
12. Jenfasizza l-bżonn li jiżdied l-għarfien tal-konsumatur dwar din il-kwistjoni u dwar l-effetti tan-nuqqas ta' konformità fuq il-benessri tat-tiġieġ tal-bajd u dwar l-effetti tal-kompetizzjoni inġusta fost il-bdiewa;
13. Jinnota li l-bajd għandu jitqies bħala ikel bażiku u jirrimarka li n-nuqqas ta' konformità mad-Direttiva 1999/74/KE jaf jwassal għal riskju ta' nuqqas ta' bajd u żieda sinifikanti fil-prezz tal-bajd għall-konsumaturi; jenfasizza barra minn hekk li nuqqas bħal dan u żidiet fil-prezzijiet jistgħu jwasslu għal aktar importazzjoni ta' bajd jew prodotti ta' bajd minn pajjiżi terzi li ma josservawx l-istandards ta' benesseri tal-UE;
14. Jitlob lill-Kummissjoni żżid is-sorveljanza tagħha tal-infurzar tad-Direttiva permezz ta' iktar spezzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju;
15. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, lista ta' produtturi, proċessuri u bejjiegħa li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/74/KE;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-projbizzjoni assoluta tat-tortura u t-trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradatanti, liema projbizzjoni hi applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha u għall-Istati kollha, bħala regola perentorja fil-liġi internazzjonali,
– wara li kkunsidra l-espressjoni prattika li ingħatat lil din il-projbizzjoni f'numru ta' strumenti u dokumenti internazzjonali u reġjonali fi kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u t-Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradatanti (Konvenzjoni kontra t-Tortura),
– wara li kkunsidra r-Regoli Standard Minimi tan-NU għat-Trattament tal-Priġunieri,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Refuġjati,
– wara li kkunsidra l-Karta tal-ASEAN dwar l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, li daħlet fis-seħħ fil-15 ta' Diċembru 2008 u l-ħolqien tal-Kummissjoni Intergovernativa tal-ASEAN dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fit-23 ta' Ottubru 2009,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-ASEAN dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Immigranti tat-13 ta' Jannar 2007,
– wara li kkunsidra l-linjigwida tal-politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u t-trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, adottati fl-2001 u riveduti fl-2008,
– wara li kkunsidra l-Karta ta' Strateġija bejn l-UE u l-Malasja għall-perjodu 2007-2013,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-kastig korporali f'kull forma tiegħu u f'kull ċirkostanza, hu pprojbit skont il-liġi internazzjonali,
B. billi l-liġi tal-Malasja tistipula s-swat bil-qasba (magħruf bħala “flaġellazzjoni”) għal mill-anqas 66 reat, u billi skont l-istima ta' Amnesty International, 10 000 ċittadin tal-Malasja u numru dejjem akbar ta' refuġjati u immigranti jissawtu bil-qasba kull sena fil-ħabsijiet tal-Malasja,
C. billi tul l-aħħar snin, l-awtoritajiet tal-Malasja żiedu l-lista ta' reati kastigabbli bis-swat bil-qasba, inkluż id-dħul illegali fil-pajjiż u l-abbuż tad-droga,
D. billi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li tiegħu il-Malasja hi membru, adotta r-Riżoluzzjoni 8/8 li tiddikjara li l-kastig korporali hu ekwivalenti għat-tortura u billi l-prattika tas-swat bil-qasba toħloq uġigħ u tbatija kbira kif ukoll trawma fiżika u psikoloġika fit-tul,
E. Billi, għalkemm is-swat bil-qasba – tifkira tad-dominazzjoni kolonjali – għadu pprattikat f'numru żgħir ta' pajjiżi, il-Malasja għadha l-uniku pajjiż b'daqs konsiderevoli ta' popolazzjoni u b'livell għoli ta' żvilupp tal-bniedem, li tapplika dan it-tip ta' kastig,
F. billi l-vittmi barranin tas-swat bil-qasba spiss ma jiġux informati dwar l-akkużi kontrihom u jiġu mċaħħda mid-dritt għall-interpretazzjoni u ta' aċċess għall-assistenza legali, bi ksur tad-dritt tagħhom għal proċess objettiv u imparzjali,
G. billi t-tobba nvoluti fil-proċess - li ma jagħmlu xejn aktar milli jiċċertifikaw li l-priġunieri jifilħu għas-swat bil-qasba u jerġgħu jġibuhom f'tagħhom jekk dawn jintilfu minn sensihom - qegħdin jiksru l-etika medika,
H. billi l-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Malasja, li tirrapreżenta 8000 avukat, talbet għall-projbizzjoni ta' dan it-tip ta' kastig, billi sostniet li dan jikser kull regolament internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u wkoll bosta konvenzjonijiet dwar it-tortura,
1. Jikkundanna bil-qawwa s-swat bil-qasba u kull forma ta' kastig korporali u moħqrija tal-priġunieri; jemmen bil-qawwa li l-Malasja ma tistax tinvoka l-liġijiet nazzjonali biex tiġġustifika prattika ekwivalenti għat-tortura u li ovvjament hi illegali skont il-liġi internazzjonali;
2. Iħeġġeġ lill-Malasja tapplika moratorju dwar is-swat bil-qasba u kull forma ta' kastig korporali taħt kull ċirkostanza, sabiex dawn jiġu pprojbiti fil-liġi u fil-prattika;
3. Jitlob lill-awtoritajiet tal-Malasja biex minnufih iwaqqfu l-prattika attwali li ġġiegħel lill-uffiċjali tal-priġunieri u lit-tobba jkunu kompliċi fil-moħqrija tal-priġunieri u fl-amministrazzjoni tas-swat bil-qasba;
4. Jistieden lill-Parlament tal-Malasja jirratifika l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u l-Protokoll Opzjonali tagħha u l-ICCPR u l-protokolli tiegħu u jemenda l-liġi tal-Malasja sabiex ir-reati ta' immigrazzjoni jiġu trattati bħala reati amministrattivi, aktar milli bħala reati kastigabbli bi priġuniera jew b'kastig korporali, u li r-reati marbutin mal-abbuż tad-droga ma jibqgħux jiġu kastigati bis-swat bil-qasba;
6. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Malasja jimplimentaw l-istandards internazzjonali rigward il-protezzjoni tal-immigranti, r-refuġjati u dawk li qed jitlob asil, inkluż fil-proċeduri kriminali kontrihom, sabiex jiżguraw il-protezzjoni effettiva tagħhom kontra t-tortura u l-moħqrija;
7. Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex, fil-kuntatti politiċi tagħhom mal-pajjiż, sistematikament ikabbru l-għarfien dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Malasja u b'mod partikolari dwar l-allegazzjonijiet ta' abbużi differenti u l-moħqrija ta' immigranti u ta' dawk li qed jitolbu asil;
8. Iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex ikomplu jħeġġu lill-imsieħba internazzjonali kollha tal-Unjoni Ewropea jirratifikaw u jimplimentaw konvenzjonijiet internazzjonali li jipprojbixxu l-użu tat-tortura u l-moħqrija; jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex fil-politika għad-drittijiet tal-bniedem tagħha, tagħti prijorità ewlenija lill-ġlieda kontra t-tortura u l-moħqrija, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni msaħħa tal-linjigwida tal-Unjoni Ewropea u tal-istrument kollha l-oħra tal-Unjoni Ewropea, bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem;
9. Jikkunsidra l-ħolqien tal-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem bħala pass importanti lejn approċċ komprensiv u għal implimentazzjon aktar effikaċi tal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun; jemmen li l-kwistjoni tas-swat bil-qasba fil-Malasja, li spiss tikkonċerna lill-immigranti u lil dawk li qed jitolbu asil li joriġinaw minn Stati Membri tal-ASEAN, tista“ tiġi ndirizzata minn din l-organizzazzjoni;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tal-Malasja, lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-ASEAN, lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.
Uganda: l-Abbozz ta' liġi “Bahati” u d-diskriminazzjoni kontra l-popolazzjoni LGBT
209k
41k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-Uganda: l-hekk imsejjaħ “Abbozz ta' Liġi Bahati” u d-diskriminazzjoni kontra l-popolazzjoni LGBT
– wara li kkunsidra l-obbligi u l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinsabu fil-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, li jiggarantixxu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku minn naħa minnhom, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Cotonou) u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem li jinsabu fih, b'mod partikolari l-Artikolu 9,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jimpenjaw lill-Unjoni Ewropea u lil-Istati Membri tagħha li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u li jipprovdu l-mezzi biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali,
– wara li kkunsidra l-attivitajiet kollha tal-UE li jirrigwardaw il-ġlieda kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-omofobija, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-politiki ta' kontra d-diskriminazzjoni,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar l-Uganda: abbozz ta' leġiżlazzjoni kontra l-omosesswali(1),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, fil-Jum Internazzjonali Kontra l-Omofobija, fis-17 ta' Mejju 2010,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tat-3 ta' Diċembru 2009 dwar l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni soċjali u kulturali taż-żgħażagħ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-Abbozz ta' Liġi Kontra l-Omosesswalità ppreżentat mill-Membru privat David Bahati MP fil-25 ta' Settembru 2009 quddiem il-Parlament tal-Uganda jipprevedi l-ikkastigar tal-atti omosesswali bi priġunerija ta' bejn seba“ snin u l-għomor il-ħabs kif ukoll il-piena tal-mewt; billi l-Abbozz ta' Liġi jipprevedi l-ikkastigar tan-nuqqas li wieħed jiżvela l-omosesswalità ta' wild jew ta' pazjent b'massimu ta' tliet snin priġunerija; billi l-Abbozz ta' Liġi għadu qed jiġi eżaminat,
B. billi l-komunità internazzjonali kollha kemm hi kkundannat b'qawwa l-liġi proposta, filwaqt li xi Stati Membri tal-UE heddu li jirrevokaw l-għajnuna għall-iżvilupp li jagħtu lill-Uganda jekk dan l-abbozz isir liġi,
C. billi fid-9 ta' Ottubru u fil-15 ta' Novembru 2010, il-ġurnal lokali “Rolling Stone” elenka l-ismijiet u d-dettalji personali ta' persuni li huwa allegat li huma omosesswali, filwaqt li inċita lill-qarrejja biex jagħmlulhom ħsara jew jgħallquhom; billi l-Qorti Suprema tal-Uganda ordnat temporanjament lill-ġurnal biex iwaqqaf il-pubblikazzjoni,
D. billi fl-Afrika l-omosesswalità hija legali fi 13-il pajjiż biss u hija reat kriminali fi 38 pajjiż; billi l-Mawritanja, is-Sudan u n-Niġerja tat-Tramuntana jikkastigaw l-omosesswalità bil-piena tal-mewt,
1. Itenni l-fatt li l-orjentazzjoni sesswali hija xi ħaġa li taqa“ fl-isfera tad-dritt individwali għall-privatezza kif garantit bid-dritt internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, skont liema dritt l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni għandhom jiġu protetti, filwaqt li l-libertà tal-espressjoni għandha tiġi garantita;
2. Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Uganda fl-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u skont il-Ftehim ta' Cotonou, li jitlob li d-drittijiet universali tal-bniedem jiġu rispettati;
3. Itenni l-impenn tiegħu fir-rigward tad-drittijiet universali tal-bniedem, jinnota f'dan ir-rigward li d-difiża tad-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBT ma tistax titqies bħala imponiment ta' valuri Ewropej, iżda minflok bħala d-difiża u l-promozzjoni ta' drittijiet universali tal-bniedem kondiviżi, xi ħaġa li hija wieħed mill-objettivi tal-UE fl-attivitajiet esterni kollha tagħha;
4. Jikkundanna kwalunkwe tentattiv li tiġi inċitata l-mibegħda u tiġi promossa l-vjolenza kontra grupp minoritarju, inkluż abbażi tas-sess jew tal-orjentazzjoni sesswali; f'dan il-kuntest jikkundanna t-tressiq tal-Abbozz ta' Liġi Kontra l-Omosesswalità u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Uganda biex ma japprovawx l-Abbozz ta' Liġi iżda jirrevedu l-liġijiet tagħhom biex jiddepenalizzaw l-omosesswalità u jiddepenalizzaw il-gruppi maġinalizzati, inklużi l-attivisti LGBT; jenfasizza li liġi kontra l-omosesswalità tkun ta' ħsara kbira fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS;
5. Għal darba oħra jiċħad b'qawwa kwalunkwe passi biex jiddaħħal l-użu tal-piena tal-mewt fi kwalunkwe ċirkostanzi u proċeduri ta' estradizzjoni għal ċittadini tal-Uganda li jwettqu att omosesswali barra minn pajjiżhom;
6. Jilqa“ l-fatt l-Qorti Suprema tal-Uganda ordnat lill-ġurnal ”Rolling Stone“ biex iwaqqaf il-pubblikazzjoni; madankollu għadu mħasseb li ħafna Ugandiżi ġew attakkati konsegwenza diretta tal-artiklu, filwaqt li ħafna għadhom qed jibżgħu li se jiġu attakkati, u jitlob li jiġu protetti mill-awtoritajiet;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President tar-Repubblika tal-Uganda, lill-Ispeaker tal-Parlament Ugandiż, lill-Assemblea Leġiżlattiva tal-Afrika tal-Lvant u lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana.
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Barċellona ta' Novembru 1995;
– wara li kkunsidra l-ewwel konferenza tan-Netwerk Ewro-Mediterranju dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li saret fil-Kajr fis-26 u s-27 ta' Jannar 2006;
A. billi l-awtoritajiet tas-sigurtà Eġizzjani qed ifittxu mijiet ta' refuġjati Eritrej li l-UNHCR qed tgħid li qed jinżammu ostaġġi minn traffikanti Bedwini fis-Sinaj wara li r-refuġjati naqsu milli jħallsu l-prezz mitlub mit-traffikanti biex jgħinuhom jidħlu bil-moħbi fl-Iżrael;
B. billi nhar it-Tlieta 7 ta' Diċembru 2010, l-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati qal li kien jinsab imħasseb dwar 250 migrant Eritrew li hu maħsub li qed jinżammu ostaġġi fid-deżert tas-Sinaj;
C. billi qed jingħad li t-traffikanti qed jitolbu ħlasijiet ta' USD 8000 għal kull persuna biex jeħilsuhom, u li l-persuni qed jinżammu f'kontejners u qed ikunu suġġetti għal abbużi;
D. billi appell konġunt magħmul fl-1 ta' Diċembru 2010 minn organizzazzjonijiet mhux governattivi jgħid li mijiet ta' refuġjati illegali mill-Qarn tal-Afrika ilhom miżmuma xhur sħaħ fl-inħawi fil-periferija ta' belt fis-Sinaj;
E. billi l-ostaġġi kienu diġà ħallsu USD 2000 għall-passaġġ tagħhom għal Iżrael, skont l-NGOs, li ddikkjaraw li r-refuġjati qed jiġu trattati mit-traffikanti b'mod estremament degradanti u inuman;
F. billi l-uffiċjali lokali mit-Tramuntana tas-Sinaj qalu li l-awtoritajiet tas-sigurtà qed ifittxu b'mod attiv għall-Eritrej li qed jingħad li qed jinżammu fi gruppi mferrxa;
1. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiksbu l-ħelsien tal-Eritrej li hemm miżmuma ostaġġi; jevitaw l-użu ta' forza letali kontra l-immigranti illegali li jaqsmu l-fruntieri tal-pajjiż, jipproteġu d-dinjità u l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom u jiggarantixxu li l-migranti miżmuma jkollhom il-possibilità li jikkuntattjaw lill-UNHCR u jippermettu lill-UNHCR aċċess għal kull min ifittex asil u għar-refuġjati kollha li jkunu miżmuma mill-istat;
2. Japprezza l-isforzi kontinwi magħmula mill-awtoritajiet Eġizzjani biex jivverifikaw l-informazzjoni msemmija fir-rapporti maħruġa mill-UNHCR rigward grupp ta' madwar 250 Eritrej li qed jinżammu ostaġġi fis-Sinaj minn traffikanti bi ksur tal-liġijiet nazzjonali u tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem;
3. Jenfasizza li l-fruntiera tad-deżert tas-Sinaj saret rotta ta' traffikar għall-migranti Afrikani li jkunu qed ifittxu impjieg; eluf ta' Eritrej jaħarbu minn pajjiżhom kull sena, u ħafna minnhom jitilqu lejn l-Iżrael;
4. Ifakkar li f'Awissu seba“ persuni nqatlu f'kunflitti ma' kuntrabandisti ħdejn il-fruntiera ma' Iżrael wara li l-migranti Afrikani li kienu miżmuma mit-traffikanti ħatfu f'idejhom l-armi ta' dawk li kienu qed iżommuhom f'tentattiv biex jaħarbu;
5. Jieħu nota li l-Iżrael f'Novembru beda l-ħidma fuq ċint ta' 250km mal-fruntiera maħsub biex iwaqqaf l-influss ta' immigranti illegali;
6. Jilqa“ bi pjaċir l-isforzi tal-Eġittu fil-ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, b'mod seċjali t-twaqqif fis-sena 2007 tal-”Kumitat ta' Koordinament Nazzjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni u l-prevenzjoni tiegħu“, u jistieden lill-pajjiżi kollha biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jaffaċċaw l-isfida tad-delitti tat-traffikar tal-bnedmin madwar id-dinja kollha, u biex jirrispettaw il-liġijiet nazzjonali rilevanti;
7. Japprezza l-impenn kontinwu tal-Eġittu biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-trattati internazzjonali, b'mod partikolari skont il-Konvenzjoni tar-Refuġjati tal-1951;
8. Jirrikonoxxi li kull min ifittex asil u li jipparteċipa f'atti li jheddu, direttament jew indirettament, is-sikurezza u l-indipendenza tal-pajjiż ospitanti għandu jitqies bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali tiegħu skont it-termini tal-UNHCR;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli / Viċi President, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern Eġizzjan, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar
72k
33k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar appoġġ għat-tisħiħ tal-projbizzjoni tal-Unjoni Ewropea tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi “it-tneħħija tax-xewka” hija l-prattika ħalja tal-qtugħ tax-xewka ta' klieb il-baħar u r-rimi tal-karkassa lura fil-baħar u hija sostnuta mid-domanda kbira għall-ikel raffinat tas-soppa tax-xewka tal-kelb il-baħar,
B. billi t-tneħħija tax-xewka qed tikkontribwixxi għat-tnaqqis estrem tal-popolazzjoni tal-kelb il-baħar li bil-mod li tiżdied,
C. billi terz tal-ispeċijiet Ewropej tal-kelb il-baħar huma mhedda mill-estinzjoni,
D. billi l-projbizzjoni tal-UE hija l-aktar waħda dgħajfa fid-dinja b'eżenzjonijiet biex jitħalla trasbord ta' xewk u karkassi separati, u hemm relazzjoni ta' piż eċċessiva bejn xewk u karkassi,
E. billi l-Kummissjoni qed tikkunsidra firxa wiesgħa ta' possibiltajiet għall-emendar tal-projbizzjoni tat-tneħħija ta' xewka ta' klieb il-baħar abbord il-bastimenti (Regolament (KE) Nru 1185/2003),
F. billi l-Parlament talab lill-Kummissjoni sabiex tagħlaq lakuni fil-projbizzjoni tat-tneħħija ta' xewka tal-klieb il-baħar,
G. billi l-maġġoranza tax-xjenzjati u l-IUCN jirrakkomandaw it-trasbord tal-kelb il-baħar bix-xewka mwaħħla miegħu kif inhu naturali,
H. billi l-Costa Rica fin-Nazzjonijiet Uniti ħarġet favur il-metodu ta' “xewk imwaħħal kif inhu naturali” li qed jintuża f'ħafna sajd fl-Amerika Ċentrali u l-Amerika ta' Fuq,
1. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex sat-tieni anniversarju tal-Pjan ta' Azzjoni Komunitarju għal Klieb il-Baħar (Frar 2011) tipprovdi proposta li tipprojbixxi t-tneħħija tax-xewka ta' klieb il-baħar abbord bastimenti;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-isports sar kompetenza ġdida tal-UE,
B. billi l-isports hu element importanti ta' koeżjoni soċjali u jikkontribwixxi għat-twettiq ta' bosta għanijiet ta' politika, bħall-promozzjoni tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-integrazzjoni soċjali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-kultura, kif ukoll fit-tnaqqis tal-kriminalità u fil-ġlieda kontra l-abbuż mid-droga,
C. billi l-parti l-kbira tal-Ewropej li jipparteċipaw fi sports jew f'attività fiżika rikreattiva jagħmlu dan fil-livell ta' sports popolari,
D. billi l-kriżi ekonomika u l-pressjoni fuq l-infiq tal-gvernijiet jistgħu jkollhom konsegwenzi serji fuq il-finanzjament tal-isports popolari,
1. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-isports għal kulħadd, billi jsaħħu r-rwol edukattiv u ta' integrazzjoni tiegħu, u billi tingħata attenzjoni partikolari għall-gruppi li mhumiex rappreżentati biżżejjed bħan-nisa, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità;
2. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-isports popolari ma jkunx suġġett għal tnaqqis qawwi fil-baġit fi żminijiet ta' kriżi;
3. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa lill-isports popolari fil-Komunikazzjoni dwar l-isports li jmiss u tiżgura finanzjament adegwat għall-Programm tal-UE għall-Isports mill-2012 “il quddiem;
4. Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa lir-riżultati tal-istudju dwar il-finanzjament tal-isports popolari fir-rigward tal-possibilità ta' inizjattiva tal-UE dwar kwistjonijiet marbutin mal-logħob tal-azzard;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta' persuni bla dar li jgħixu fit-toroq(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi n-nuqqas ta' akkomodazzjoni qed ikompli jolqot il-persuni fl-Istati Membri kollha tal-UE u huwa vjolazzjoni mhux aċċettabbli tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem;
B. billi l-2010 ġiet iddikjarata s-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;
1. Jistieden għal darb'oħra lill-Kunsill biex jimpenja ruħu sa tmiem l-2010 li jtemm il-problema ta' persuni bla dar li jgħixu fit-toroq sal-2015;
2. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa strateġija tal-UE ambizzjuża dwar il-persuni bla dar u tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji nazzjonali effikaċi li jsegwu l-linji gwida tar-Rapport Konġunt dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali adottat f'Marzu 2010 u bħala parti mill-UE 2020;
3. Jistieden lill-EUROSTAT biex jiġbor data dwar il-persuni bla dar fl-UE;
4. Jappoġġa l-prijoritajiet ta' azzjoni li ġejjin: Ħadd ma jorqod f'kundizzjonijiet ħżiena; Ħadd ma jgħix f'akkomodazzjoni ta' emerġenza aktar mill-perjodu ta' “emerġenza”; Ħadd ma jgħix f'akkomodazzjoni tranżitorja aktar milli meħtieġ sakemm tinstab akkomodazzjoni definitiva; Ħadd ma jħalli istituzzjoni mingħajr ma jkollu għażliet fejn joqgħod; Ebda żagħżugħ ma jispiċċa mingħajr dar minħabba t-tranżizzjoni tiegħu lejn ħajja indipendenti;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(2), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.