Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (06646/2010 – C7-0103/2010 – 2008/0145(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06646/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (06190/2009),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artiklu 218(8), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0103/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0361/2010),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent.