Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (05078/2010 – C7-0036/2010 – 2008/0250(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05078/2010),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (05558/2/2009),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(4) u 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0036/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għas-Sajd (A7-0365/2010),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati tal-Paċifiku.