Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0060B(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0014/2011

Testi mressqa :

A7-0014/2011

Dibattiti :

PV 03/02/2011 - 4
CRE 03/02/2011 - 4

Votazzjonijiet :

PV 03/02/2011 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0031

Testi adottati
PDF 399kWORD 58k
Il-Ħamis, 3 ta' Frar 2011 - Brussell
Stabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (emenda tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006) ***II
P7_TA(2011)0031A7-0014/2011
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (16446/1/2010 – C7-0427/2010 – 2009/0060B(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16446/1/2010 – C7-0427/2010),

–  wara li kkunsidra il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2009)0194),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0014/2011),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Testi adottati 21.10.2010, P7_TA(2010)0380.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-3 ta' Frar 2011 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja
P7_TC2-COD(2009)0060B

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209(1) u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja(1),

Billi:

(1)  Sabiex jitjiebu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-għajnuna esterna tal-Komunità, fl-2006 ġie stabbilit qafas ġdid għall-ippjanar u l-għoti tal-għajnuna. Dan jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)(2), ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija(3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli(4), ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà(5), ir-Regolament (Euratom) Nru 300/2007 tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari(6), ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006(7), u r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp(8).

(2)  Fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti ħarġu xi inkonsistenzi fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-nuqqas ta' eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni tal-ispejjeż relatati ma' taxxi, dazji u ħlasijiet oħrajn. Għalhekk huwa propost li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006 sabiex ikun konformi mal-istrumenti oħrajn.

(3)  Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ikkonċernat, b'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(3a)  Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dokumenti ta' strateġija, minħabba li dawn id-dokumenti ta' strateġija jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 u għandhom applikazzjoni ġenerali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 għandu għaldaqstant ikun emendat f'dan is-sens,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:

(-1)  L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

3.  Dokumenti ta' strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estenzjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati b'konformità mal-Artikolu 17, u soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.

"

(-1a)  L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

3.  Il-Programmi ta' Azzjoni Annwali, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

"

(-1b)  fl-Artikolu 7, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:"

3.  Meta l-ispiża ta' tali miżuri tkun ugwali jew taqbeż l-EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tadottahom filwaqt li tqis l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.  Għal Miżuri Speċjali li jiswew inqas minn EUR 3 000 000, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

"

(-1c)  L-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miżuri ad hoc mwettqa.

"

(1)  L-Artikolu 13(6) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

6.  Fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Unjoni m‘ għandhiex tiġi użata għall-ħlas ta' taxxi, dazji jew ħlasijiet fil-pajjiżi benefiċjarji.’;

"

(1a)  L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:"

'2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-informazzjoni. Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

"

(1b)  L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:"

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.  Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17a u 17b.

Artikolu 17a

Revoka tad-delega

1.  Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista‘ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħat għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed l-aħħar deċiżjoni, filwaqt li jiġi indikat liema setgħa delegata tista‘ tkun soġġetta għal revoka u r-raġunijiet li jista’ jkun hemm għar-revoka.

3.  Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. Id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17b

Oġġezzjonijiet għal atti delegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat sa xahrejn mid-data tan-notifika.

Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn.

2.  Jekk, meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għal att delegat, l-att għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih.

L-att delegat jista‘ jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat fi ħdan il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-att mhux se jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha għalfejn oġġezzjonat għall-att delegat.

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2010 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-10 ta' Diċembru 2010 (ĠU C 7 E, 12.1.2011, p. 14), u pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2011.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(3) ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.
(4) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41.
(5) ĠU L 327, 24.11.2006, p.1.
(6) ĠU L 81, 22.3.2007, p. 1.
(7) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.
(8) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

Avviż legali - Politika tal-privatezza