Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2011 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, b'konformità mal-informazzjoni pprovduta fir-Rendikonti Finanzjarji Finali tas-CEPOL għall-2009, bid-data tal-5 ta' Lulju 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ(1),
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010(2) li biha ġiet posposta d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2008, u t-tweġibiet tad-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Puluzija,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010(3) li ma jagħtix kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Puluzija,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/JHA tal-20 ta“ Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)(5) u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(6) tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 tar-Regoli ta' Proċedura, u l-Anness VI għalihom, b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2)(b) ta' dak l-Anness,
1. Jagħlaq il-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).