Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0148(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0007/2011

Testi mressqa :

A7-0007/2011

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2011 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0046

Testi adottati
PDF 203kWORD 32k
It-Tlieta, 15 ta' Frar 2011 - Strasburgu
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 ***
P7_TA(2011)0046A7-0007/2011

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplimentari relatati mal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 (07853/2010 – C7-0101/2010 – 2009/0148(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07853/2010),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar regoli supplimentari relatati mal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 (15954/2009),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni sottomessa mill-Kunsill skont l-Artikoli 77(2)(d) l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) , punt (v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0101/2010),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0007/2011),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein.

Avviż legali - Politika tal-privatezza